1 minute read
14. Il‑finanzi tad‑Dar
14
Finanzi tad‑Dar
14 FINANZI TAD-DAR
Waħda mill‑akbar ħidmiet amministrattivi tad‑Dar hi l‑amministrazzjoni tal‑eluf ta’ donazzjonijiet li jingħataw lid‑Dar kemm personalment, bil‑posta, fil‑kontijiet bankarji u permezz ta’ faċilitajiet elettroniċi. Biex jiġu rreġistrati d‑donazzjonijiet id‑Dar għandha programm elettroniku li barra li jħaffef il‑ħidma amministrattiva, jagħti rendikont faċli tad‑donazzjonijiet kollha li jidħlu.
Il‑finanzi tad‑Dar ikunu awditjati kull sena mill‑Kumpanija tal‑Awdituri PricewaterhouseCoopers. Ir‑rapport finanzjarju awditjat jintbagħat lill‑Kummissjarju tal‑Volontarjat kif mitlub bil‑liġi.