ATTENZJONI Tinsiex li l-lejl li għadda dawwarna l-arloġġ għall-ħin tas-sajf u mis-02:00 għamilnieh it-03:00
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu, 2020
Ħarġa Nru 1,394
Prezz €1
FL-2019 KIENU QISUNA MAL-AKTAR STATI SIGURI F’KAŻ TA’ PANDEMIJA Ara r-rapport f’paġna 9
REKORD DOPPJU …l-akbar rata t’impjiegi u l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja fi tmiem l-2019 Skont il-Labour Force Survey, fl-aħħar kwart tal-2019, pajjiżna rreġistra żewġ rekords relatati mal-qasam tax-xogħol. Ir-rata t’impjiegi laħqet l-74%, li hi l-ogħla rata qatt irreġistrata mindu bdiet tinġabar din l-istatistika u li tfisser ukoll żieda ta’ 15-il punt perċentwali mill-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. B’hekk ir-rata t’impjiegi f ’pajjiżna kompliet tkun aqwa minn dik fl-Unjoni Ewropea. Qabel il-bidla fil-Gvern fl2012 kien hemm distakk ta’ kważi 5% bejn Malta u l-UE, distakk li dak iż-żmien l-esperti kienu bassru li kellu jibqa’ għal diversi diċennji li kien imiss. Minflok issa, wara seba’ snin ta’ amministrazzjonijiet Laburisti, dan inqaleb f ’distakk favur Malta ta’ madwar 5%. Fir-raba’ kwart tal-2019, l-impjiegi komplew jiżdiedu għal rekord ta’ iżjed minn 258,000 persuna jaħdmu, jew żieda ta’ 86,000 persuna (+50%) fuq l-2012. B’kuntrast ukoll għal dak li kien jiġri taħt il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi, din iż-żieda rreġistrata s-sena l-oħra kienet kważi kollha f ’impjiegi fulltime u fost l-aktar li bbenefikaw minnha kienu n-nisa. Tkompli f’paġna 5
S’ISSA GĦADNA TAĦT IN-NORMA
(…ejjew naraw li nibqgħu hemm!) ID-DEĊIŻJONIJIET, IL-MIŻURI U L-KOLLABORAZZJONI MINDU PAJJIŻNA BEDA JIFFAĊĊJA L-PANDEMIJA TAL-COVID-19 JIDHRU LI QED JIRNEXXILHOM IQARRQU BIR-RATI MEDJA GLOBALI Taħlita ta’ affarijiet, li jinkludu b’mod partikolari l-miżuri li ttieħdu s’issa mill-awtoritajiet u l-kollaborazzjoni wiesgħa tal-poplu, aktarx hi l-kaġun ta’ livell moderat ta’ każi rrapportati f’pajjiżna sal-lum. Inqas min-norma ta’ rati mbassrin mit-tobba u l-fatt li numru ta’ pajjiżi anke qribna jinsabu prattikament għarkupptejhom, Malta qed jirnexxilha tissor prendi anke lill-ispeċjalisti. Fil-bulettin ta’ aġġornament tagħha ta’ kuljum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci nhar il-Ġimgħa saħansitra indikat li l-għadd ta’ pazjenti llum, li wkoll għandhom livell tajjeb ta’ saħħa, jista’ jkun qed jaħbu storja oħra. Hu essenzjali li, bħala poplu, nibqgħu nwieġbu pożittivament għall-passi tal-awtoritajiet, inkluż l-aħħar miżura li tipproteġi lill-iżjed vulnerabbli. Tkompli f’paġna 3
02
29.03.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran filwaqt li pressjoni baxxa fuq l-Alġerija ser testendi sal-Gżejjer Maltin sa filgħaxija It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir moderat mill-Grieg Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR
It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
16°C
UV 5
12°C
Il-Ħamis
17°C
UV 7
12°C
18°C
Il-Ġimgħa
UV 4
12°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
18°C
UV 3
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
17°C
UV 3
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Tal-Pietà – 21244366 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348
11°C
17°C
UV 6
11°C
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT- TLIETA 31 TA’ MARZU 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486
03
29.03.2020
kullhadd.com
SITWAZZJONI TAĦT IN-NORMA
Bil-miżuri u s-sehem kontinwu tal-poplu s’issa Malta qiegħda tkampa tajjeb ħafna fiċ-ċirkostanzi Meħud kont tas-sitwazzjoni medika li jinsab fiha pajjiżna, hu ċar li s’issa n-numru ta’ pazjenti lokali qed jirnexxielhom iqarr qu bil-kalkoli bbażati fuq rati globali, tant li għadna sew taħt in-norma. Dan jinkludi wkoll lil dawk f ’pajjiżna li jinsabu fil-kura intensiva. Wara t-tielet ġimgħa mindu faqqgħu l-ewwel każi ta’ persuni infettati, bl-ammont issa jitla’ għal 149 kif irrapportat ilbieraħ waranofsinhar mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika (ara paġna 5), għadna ’l bogħod milli nilħqu stimi li saru għall-popolazzjoni tagħna ta’ ftit inqas minn nofs miljun persuna. Il-kalkoli, li saru mill-Professur Victor Grech u ppubblikati din il-ġimgħa fil-ġurnal mediku “The Synapse”, huma bbażati fuq xenarji mifruxin fuq perjodu ta’ 14-il ġimgħa b’rati ta’ infezzjoni varji u b’persentaġġi ta’ persuni li jkunu jeħtieġu kura fi sptar (14%), dawk li wkoll ikollhom bżonn kura intensiva (5%) u allura jispiċċaw fuq ventilator u dawk li jisfaw vittmi tal-kum plikazzjonijiet u jmutu (4%). F’kummenti lil din il-gazzetta, il-Professur Grech, li jispeċjalizza fil-pedjatrija, ukoll wera ruħu sorpriż, anke jekk sodisfatt, kif l-għadd ta’ rikoverati hu li hu. “In-numri sal-lum huma bax xi għax qed jirnexxilna nimplimentaw l-istrateġija li nnaqqsu l-infezzjonijiet kemm jista’ jkun, inkluż b’metodi drakonjani, li jekk jiġu merħijin l-imxija f ’pajjiżna malajr tgħolli rasha,” qalilna l-Professur Grech. Fil-kalkoli tiegħu, li jvarjaw bejn 20% u 80% infezzjoni fil-poplu, il-Professur jistma li bl-inqas rata, li tfisser ftit inqas minn 100,000 persuna infettata, mal-100 se jkunu jridu jiġu rikoverati ta’ kull ġimgħa fl-Isptar Mater Dei, b’aktar minn 350 minnhom li jeħtieġu kura intensiva kull ġimgħa fl-ITU. Fl-agħar xenarju, dak ta’ 80% infettati, l-għadd tal-pazjenti jitla’ għal kważi 4,000 kull ġimgħa, b’1,400 fl-ITU kull ġimgħa wkoll. Waqt li b’20% infezzjoni, hu stmat li jmutu mal-280 persuna kull ġimgħa għal total li jqarreb l-4,000, bi 80% in-numri tal-mejta jitla’ qrib is-16,000 jew mal-1,125 fil-ġimgħa. Fit-tabella annessa qed nindi kaw xenarju lokali bl-inqas per sentaġġ ikkalkulat, li hu ferm akbar minn dak li qed nesperjen zaw s’issa. Il-Professur tenna “naħseb li, b’mod ġenerali, il-popolazzjoni qed twieġeb u tobdi d-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa, għalhekk ukoll in-numri rreġistrati
(ta’ dawk infettati u rikoverati) għadhom baxxi.” Hu appella l-importanza kbira li jibqgħu jittieħdu l-miżuri bażiċi, anke jekk żgħar, biex inżommu l-istess livell baxx ta’ każi rrapportati. “Kien tajjeb ħafna, anzi kruċjali, li l-miżuri, li għandhom jibq għu għaddejjin sa ma l-virus jiġi eliminat mill-komunità, iddaħħlu kmieni b’mod li jistgħu jsiru interventi ta’ azzjoni qabel ilkapaċità medika ta’ pajjiżna tiġi megħluba,” kompla l-Professur Grech. F’dan ir-rigward ukoll, id-De putat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar ilbieraħ stess fuq il-midja soċjali li l-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) għażlet lil Malta proprju bħala mod eżemplari ta’ kif għandha tiġi indirizzata l-pandemija.
Kalkoli fuq 20% infezzjoni fil-Maltin u b’persentaġġi globali ta’ 14% minnhom li jiddaħħlu l-Isptar, 5% li wkoll jidħlu fl-ITU u 4% ta’ każi li jmutu.
Infettati
98,400
Rikoverati Fil-ġimgħa
13,776 984
F’kura intensiva Fil-ġimgħa
4,920 351
Mwiet Fil-ġimgħa
3,936 281
04
29.03.2020
kullhadd.com
F’RISKJU IŻGĦAR FOST IL-MIDJUNIN Stħarriġ fl-UE jpoġġi lil ġensna mal-aħjar li kapaċi jiffaċċjaw il-kriżi b’inqas ħsibijiet t’arretrati u faqar Apparti s-saħħa, l-effetti talCOVID-19 huma mifruxin fuq kull settur tas-soċjetà. Hemm sfidi kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali li qed jinbtu sew minn din il-kriżi li ġabet magħha l-pandemija tal-Coronavirus. Il-COVID-19 ġiet fi żmien meta għadd ta’ gruppi soċjali vulne rabbli kienu diġà esposti għal djun u arretrati fuq ħlasijiet, kif jindika rapport li sar fl-2016 u ppreżentat fil-ġranet li għaddew minn aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Eurofound, li tagħti għajnuna lill-UE fl-iżvilupp tas-soċjetà, l-impjiegi u l-politika marbuta ma’ dinja tax-xogħol aħjar, qalet li l-pandemija se tiggrava sitwazzjoni diġà diverġenti b’uħud mill-pajjiżi fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa li se jkunu affettwati b’mod sproporzjonat minn dejn, arretrati u riskju ta’ faqar. Ir-riċerka sabet li erba’ snin ilu l-Greċja kienet tinsab fil-quċċata tal-lista tal-pajjiżi li qed jiffaċċjaw din is-sitwazzjoni, b’iżjed minn nofs dawk li wieġbu għall-istħarriġ jgħidu li kienu jinsabu lura
sew fil-ħlasijiet dovuti. Fil-fatt, 52% wieġbu li kellhom arretrati fuq ħlasijiet tal-kiri jew dejn, fuq ħlas lura lill-banek, self ma’ xi membri tal-familja jew ħbieb kif ukoll li jinsabu lura fuq ħlasijiet ta’ kontijiet ta’ ċerti utilitajiet bħas-servizzi tat-telefonija, internet, elettriku u ilma. Iżjed minn hekk, 17% tal- Griegi stqarrew li fiċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien kienu qed isibuha diffiċli jkampaw mal-ħajja. Fit-tieni u fit-tielet post ta’ din il-klassifika ġew il-Kroaz ja u l-Bulgarija, b’36% u 31% rispettivament li għandhom xi arretrati. 11% u 14% fl-istess pajjiżi rispettivament mhux ilaħħqu biex jgħixu ħajja diċenti. Il-medja fit-28 pajjiż tal-UE (ir-Renju Unit inkluż) kienet ta’ 14% li rrapportaw l-istess sitwazzjoni ta’ djun li għad iridu jitħallsu u 8% li qed isibu diffikultajiet biex jgħixu bl-introjtu finanzjarju li għandhom. F’dan kollu, Malta kienet tin sab ferm aktar ’l isfel. Fit-tielet sena ta’ Gvern Laburista, kienu biss 8% li qalu li għandhom djun pendenti, ċifra pjuttost baxxa mhux biss meta mqabbla mal-bqija tal-UE, imma anke meta titqies il-kultura ta’ pajjiżna fejn 98% tal-poplu hu sid ta’ daru u allura
jagħmel snin twal iħallas self relatat mal-banek. Minbarra hekk, 7% tal-Maltin u l-Għawdxin kienu qalu dak iż-żmien li qed isibu diffikultà jkampaw mal-ħajja, persentaġġ li żgur kompla jonqos fis-snin ta’ wara kkunsidrati s-sensiela twila ta’ benefiċċji soċjali li ġew introdotti. Dawn iċ-ċifri, iżda, mistennija jitħarbtu issa għall-maġġoranza tal-pajjiżi, inkluż pajjiżna, b’ri żultat tal-pandemija COVID-19. L-istħarriġ tal-Eurofound jenfasizza li din is-sitwazzjoni tista’ teskala għal problemi finanzjarji akbar, b’konsegwenza li taffettwa l-benessere tal-individwi jew familji li diġà jkunu għaddejjin minn stress mentali minħabba d-djun. Dan hu msejjes fuq statistika li turi li bejn l-2017 u l-2018 kien hemm żieda ta’ familji b’ġenitur wieħed li kellhom diffikultajiet finanzjarji minħabba arretrati fuq ħlas. Din l-aħħar statistika tikkonferma rapport ieħor tal-Eurofound dwar ir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali fost familji b’ġenitur wieħed, kif ukoll dawk li jgħixu waħedhom. Realtà ġdida Ewropea Din ir-realtà ġdida li bħalissa għandha quddiemha d-dinja qed titfa’ riskju akbar li l-problema finanzjarja ta’ dawk milqutin tiggrava. Miżuri li qed jittieħdu fl-Ewropa, inkluż f ’Malta, minħabba l-pandemija jinkludu moratorji fuq ħlasijiet ta’ taxxa, self u ħlasijiet ta’ kirjiet. Allura miżuri li se jtaffu ftit mill-piżijiet ta’ ħlas f ’dan il-mument delikat. It-tliet pakketti ta’ miżuri li ġew introdotti s’issa mill-Prim Ministru Robert Abela ġew deskritti minn ekonomisti bħala fost l-aqwa li qed jiġu inklużi fl-UE u fid-dinja kollha u li diversi pajjiżi, li kienu f ’s i t w a z z j o n i j i e t finanzjarji diffiċli, illum biss jixtiequ li setgħu joffru lil ġenshom it-tali benefiċċji u miżuri. Fil-fatt, il-miżuri mħabbrin f ’Malta wkoll jidħlu fil-parametri tas-suġġeriment tal-Eurofound meta qalet li għandu jkun hemm ukoll kunsiderazz joni speċifika għal self-employed, li ħafna drabi jkollhom
but wieħed fejn jidħlu finanzi tal-intrapriża tagħhom. Dan allura jfisser li djun tal-intrapriża se jaffettwa b’mod dirett aktar id-djun tal-familja. Miżuri preventivi Hemm diversi miżuri li jistgħu jiġu kkontemplati, qalet il-Euro found, biex jiġi evitat li persuni jispiċċaw f ’riskju akbar, fosthom edukazzjoni dwar użu personali tal-finanzi u protezzjoni soċjali – żewġ miżuri li fihom tilgħab parti importanti l-UE. Il-protezzjoni soċjali adegwa ta hi partikolarment importanti f ’perjodi meta jkun hemm taqlib ekonomiku bħalma ġabet il-pandemija COVID-19. Persuni t’età bejn 25-34 Ir-rapport jindika li dawk ta’ bejn il-25 u l-34 sena huma l-aktar li għandhom arretrati xi jħallsu, b’21% f ’din il-faxxa ta’ età li fl2016 kienu qalu li għandhom xi
forma jew oħra ta’ arretrati. Interessanti li, mill-istatistika, l-arretrati huma f ’faxex diffe renti ta’ servizzi. Dawk ta’ bejn it-18 u l-24 sena għandhom arretrati fuq ħlasijiet ta’ telefonija u l-faxxa ta’ bejn il-50 u l-64 sena b’arretrati fuq affarijiet ta’ konsum. L-individwi fil-faxxa tal-età ’l fuq minn 65 sena ma jirrappurtawx li għandhom xi arretrati partikolari u/jew eċċessivi, iżda l-Eurofound xorta tgħid li hu prematur li wieħed jikkonkludi li minn din is-sena dawn mhux se jkollhom problemi finanzjarji minħabba s-sitwazzjoni ekonomika li ġabet magħha l-COVID-19. Anke jekk ibbażat fuq tagħrif minn erba’ snin ilu, ir-rapport jitfa’ dawl fuq kif setturi tas-soċjetà jistgħu jintlaqtu iżjed jew inqas minn oħrajn fil-kriżi attwali li diġà poġġiet pressjoni finanzjarja żejda fuq kulħadd u żgur li djun u arretrati oħrajn illum jitqiesu aktar “żejda” minn qatt qabel.
05
29.03.2020
kullhadd.com
VIRUS IEĦOR QATTIEL FIĊ-ĊINA …IŻDA RARI JINXTERED Raġel, li miet fuq karozza tal-linja fiċ-Ċina, ġie ttestjat pożittiv għal virus qattiel ferm iżjed mill-COVID-19, li jikkawża sintomi simili ħafna, skont rapporti fil-pajjiż. Il-każ seħħ din il-ġimgħa f ’Shandong waqt li r-raġel kien fi triqtu għax-xogħol. Mill-awtopsja rriżulta li kien infettat bil-Hantavirus. L-aħbar ħolqot ferment lokali, partikolarment fuq il-midja soċjali, fl-istess perjodu li l-pajjiż beda jirkupra mill-pandemija tal-COVID-19 u saħansitra beda jneħħi l-miżuri imposti ta’ kwarantina. Minkejja dan, esperti assiguraw lill-pubbliku li dan mhuwiex xi virus ieħor ġdid u hu maħsub li jista’
QGĦAD: TNAQQIS TA’ KWAŻI N-NOFS Tkompli minn paġna 1 Waqt li qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, 44% tan-nisa kellhom impjieg, dan il-proporzjon issa tela’ għal 64%. Permezz ta’ dawn iż-żidiet, ir-rata tal-qgħad waqgħet għal 3.2% fl-aħħar kwart tal-2019, rekord ieħor lokali u inqas minn nofs il-medja Ewropea. Dan meta fl-istess żmien fl-2012, taħt Gvern Nazzjonalista, ir-rata lokali talqgħad kienet ta’ 6%. Il-Labour Force Survey juri li fir-raba’ kwart tal-2019 il-pagi għolew bi 2.5%, meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta’ qabel. Fi żmien li l-inflazzjoni kienet 1.6%, dan ukoll ifisser titjib ulterjuri fil-poter t’akkwist tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Jekk nerġgħu nqabblu mal-istatistika fl-aħħar sena sħiħa taħt Gvern Nazzjonalista, il-paga medja kienet għoliet biss b’1.9%, fi żmien meta l-inflazzjoni kienet ta’ 2.4%. Skont iċ-ċifri mill-Uffiċċju Nazzjo nali tal-Istatiska (NSO), il-paga medja f ’Diċembru 2019 kienet €19,488, meta f ’Marzu 2013 din kienet €15,923. Dan jikkontradixxi dak li jsostnu xi wħud, jiġifieri li hawn xi għafsa fil-pagi u li l-paga medja qiegħda tonqos. L-istatistika uffiċjali turi titjib ta’ kważi €3,600 jew 22% aktar mill-bidla fil-Gvernijiet. Dawn ir-rekords miksubin fir-rata t’impjiegi, fit-tnaqqis fir-rata tal-qgħad u anke fiż-żieda fil-pagi sempliċement ifissru li l-ekonomija tagħna bdiet l-isfida tagħha kontra l-COVID-19 f ’qagħda ferm tajba. Għaldaqstant, hi probabbiltà wkoll kbira li, bl-għajnuna li qed tingħata mill-Gvern b’mod gradwali u anke kostanti, pajjiżna se jkun f ’pożizzjoni tajba ħafna wkoll li, wara l-emerġenza medika attwali, jerġa’ jaqbad it-triq tat-tkabbir li kien fiha sa ftit tax-xhur ilu.
jgħaddi minn persuna għall-oħra f ’ċirkostanzi rari, kontra l-COVID-19, li wassal għal pandemija. Ix-Xjenzata Żvediża Dr Sumaiya Shaikh kitbet fuq Twitter: “Il-Hantavirus feġġ l-ewwel darba fil-ħamsinijiet fil-Korea (Xmara Hantan) waqt il-Gwerra bejn l-Amerka u l-Korea. Dan jinxtered mill-firien/ġrieden jekk il-bniedem jibla’ l-likwidi ta’ ġisimhom. L-imxija minn persuna għall-oħra hi rari. Jekk jogħġobkom tippanikjawx, sakemm m’intomx intenzjonati li tieklu xi far.” Għalkemm il-Hantavirus hu rari fih innifsu, dan iġorr rata ta’ mewt ta’ 38%, skont iċ-Ċentri għall-Kon-
troll u l-Prevenzjoni tal-Mard (CDC) fl-Istati Uniti. Espożizzjoni għall-ħmieġ, awrina jew bżieq ta’ fi rien infettati tista’ tirriżulta fi trażmissjoni tal-virus, b’sintomi li jixbhu ħafna dawk preżenti fil-pazjenti tal-COVID-19, partikolarment qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ ta’ ras u deni. “M’hemm l-ebda trattament speċifiku, kura jew vaċċin għall-infezzjoni tal-Hantavirus,” iwissu ċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard. Huma jgħidu wkoll li f ’dan il-każ pazjenti wkoll spiss ikollhom bżonn kura intensiva sakemm jgħaddu mill-perjodu ta’ diffikultajiet severi fin-nifs.
L-EWWEL KAŻ LI KIEN JEĦTIEĠ VENTILATOR JITĦABBRU 10 KAŻI ĠODDA TA’ PAZJENTI POŻITTIVI GĦALL-COVID-19; IL-WHO TQIS LILL-AWTORITAJIET MALTIN BĦALA EŻEMPLARI Waqt li, fl-aħħar bulettin mediku, sar magħruf li pajjiżna għandu 10 każi ġodda tal-Coronavirus, ġie rreġistrat l-ewwel pazjent – Malti ta’ 72 sena – li kellu jeħtieġ il-kura intensiva bl-użu ta’ ventilator. Flimkien miegħu fl-ITU, hemm żewġ persuni oħrajn – l-anzjan ta’ 61 sena, li kien l-ewwel wieħed infettat fit-taqsima speċjalizzata, u mara ta’ 60 sena. Dawn, iżda, jinsabu f ’qagħda stabbli anke jekk taħt osservazzjoni kontinwa. Il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li, wara 487 swab li saru fl-24 siegħa ta’ qabel, l-għadd ta’ persuni infettati lokalment issa tela’ għal 149. Sitta minn dawn il-każi huma relatati ma’ safar, filwaqt li erbgħa ttieħdu minn trażmissjoni lokali. Il-Professur Gauci qalet li l-anzjan ta’ 72 sena kien iddaħħal l-isptar bi qtugħ ta’ nifs, deni u wġigħ f ’sidru. Meta sarlu t-test għall-ewwel irriżulta fin-negattiv għall-COVID-19, iżda, waqt li baqa’ jiġi osservat, ħareġ pożittiv fit-test ta’ wara. Il-konsegwenzi tal-infezzjoni rriżultawlu fil-kundizzjoni ta’ pneumonia bilaterali, jiġifieri infezzjoni qawwija fiżżewġ partijiet tal-pulmun. L-anzjan, li issa jinsab taħt il-kura tal-ispeċjalisti fl-ITU, ħa l-virus wara li kellu kuntatt ma’ membru tal-familja li ġab il-virus minn barra minn Malta. Każ ieħor relatat ma’ safar huma tliet membri tal-istess familja li ġew mill-Filippini fit-13 ta’ Marzu. Dawn huma mara ta’ 40 sena, raġel ta’ 41 sena, u raġel ta’ 67 sena. Każ ieħor hu ta’ raġel ta’ 59 sena mill-Ingilterra li jgħix Malta u li kellu sintomi ta’ għeja, uġigħ fil-muskoli u nuqqas ta’ togħma. Hu ġie mal-familja tat-tliet persuni u kien qed qiegħed fi kwarantina. Każ ieħor importat huwa dak ta’ Malti
COVID-19* KAŻI POŻITTIVI
149
KAŻI FL-ITU
3
KAŻI LI FIEQU
2
ta’ 30 sena li kien fi Franza u qagħad fi kwarantina meta ġie lura. L-ewwel każ ta’ trażmissjoni lokali hu ta’ mara ta’ 34 sena li taħdem fil-qasam tas-saħħa u bdiet bis-sintomi fis-26 ta’ Marzu. L-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin b’eżerċizzju biex jidentifikaw il-kollegi tagħha fuq il-post tax-xogħol u membri tal-familja li kellha kuntatt magħhom. Malti ta’ 36 sena, li hu s-sieħeb ta’ persuna oħra li rriżultat fil-pożittiv, ukoll ma sifirx u allura hu t-tieni każ imħabbar ilbieraħ ta’ trażmissjoni lokali. Dan kellu wġigħ fi griżmejh fit-22 ta’ Marzu. Żewġ każi oħra huma dawk ta’ Indjani ta’ 31 u 36 sena, li kellhom kuntatt ma’ persuna oħra li diġà rriżultat fil-pożittiv. Dan il-każ beda jiżviluppa fuq il-post tax-xogħol fejn kien hemm numru ta’ persuni li ġew affettwati, biex dan il-cluster jinvolvi seba’ każi pożittivi.
*skont l-aħħar aġġornament mediku
Kura f ’Għawdex Sadanittant, aktar kmieni lbieraħ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ħabbar fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li din il-faċilità medika diġà għandha 60 sodda ddedikati speċifikament għall-pazjenti li jiġu infettati bilCOVID-19 u li jkollhom bżonn jiġu rikoverati. Tenna li sa ġimagħtejn oħra l-kapaċità se titla’ għal 123 sodda, waqt li 20 se jkunu ddedikati speċifikament għall-kura intensiva. Waqt l-istess konferenza stampa, id-Deputat Prim Ministru ħabbar li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) faħħret lill-awtoritajiet lokali għall-mod kif qed jittrattaw il-pandemija u saħansitra indikat lil Malta bħala eżemplari fost il-pajjiżi kollha milqutin.
06
29.03.2020
kullhadd.com
L-EFFETTI TAL-PATT SOĊJALI IMQABBLIN MAL-MIŻURI FIL-ĠERMANJA U L-INGILTERRA, IL-GARANZIJI LI QED JAGĦTI L-GVERN MALTI HUMA B’reazzjoni għall-isfida ekonomika tal-COVID-19, il-Gvern din il-ġimgħa rnexxielu jġib qbil fuq patt soċjali ġdid bejn min jaħdem u min iħaddem, li għandu l-għan li jsostni kemm l-azjendi fl-aktar setturi milqutin kif ukoll l-impjiegi tagħhom. Minflok illeġiżla fuq ħlas ta’ paga minima minn min iħaddem tul il-perjodu ta’ emerġenza għas-setturi l-aktar affettwati, taħt dan l-arranġament il-Gvern se jkun qed iħallas hu stess is-somma ta’ €800, li wkoll tisboq bi ftit il-paga minima nazzjonali. Min-naħa tagħhom, l-em-
ployers se jkunu qed jimpenjaw ruħhom li jħallsu fuq din il-garanzija tal-Gvern, somma addizzjonali sa €400. B’hekk kull min fis-setturi l-iżjed milqutin kien jaqla’ sa €1,200 paga bażika, issa għandu s-serħan tal-moħħ li din mhux se tkun mittiefsa. Fir-rigward ta’ part-timers fis-setturi l-aktar milqutin, ilGvern se jkun qed jagħti garanzija ta’ €500, filwaqt li jħeġġeġ lil min iħaddem biex iżomm il-pakkett tal-paga eżistenti. Jekk ikun hemm ħaddiema li xorta jitneħħew mill-impjieg tagħhom, minkejja l-għajnuna kollha offruta lill-azjendi, il-
Gvern iggarantixxa li, flok il-benefiċċju tal-qgħad normali, dawn il-ħaddiema se jieħdu dħul ta’ €800 kemm ittul din l-emerġenza tal-COVID-19. Għal dawk is-setturi fejn iċ-ċirkostanzi għadhom ma wasslux għall-għeluq infurzat tal-azjendi, il-Gvern għalissa daħħal assistenza oħra. F’dawn il-każi l-Gvern se jkun qed jagħti s-somma ta’ €160 fix-xahar, li tista’ titla’ għal €320 f ’każi fejn kumpanija partikolari tindika li għaddejja minn għawġ serju fejn jidħlu ordnijiet. Fil-każ ta’ azjendi Għawdxin, minħabba l-problemi tal-insularità doppja u speċjalment
in-nuqqas mhux biss tat-turisti barranin, imma wisq aktar ta’ turisti Maltin, dawn se jkunu qed jingħataw immedjatament is-somma ta’ €320. Lil min jaħdem part-time f ’dawn l-oqsma s-somma mogħtija mill-Gvern se tkun ta’ €100 jew €200. Fejn jidħlu self-employed, dawk li joperaw fis-setturi l-aktar milqutin se jieħdu €800. Dawk li joperaw f ’setturi oħrajn u li jħaddmu n-nies magħhom, il-Gvern se jkun qed jagħti s-somma ta’ €480 fix-xahar. Is-self-employed li m’għandhomx ħaddiema se jkunu qed jingħataw sostenn
ta’ €320. Ir-raġuni għal xiex hemm għajnuna differenti mhux biex isseħħ xi diskriminazzjoni bejn l-azjendi, imma biex il-pajjiż ikun qed iġorr il-piż skont ilbżonn, skont il-prijoritajiet. Bħalma dejjem għamel f ’din l-emerġenza, il-Gvern se jimmodifika l-għajnuna ħalli din tibqa’ effettiva. Hu importanti li ma jkunx hemm abbuż u għandu jersaq għall-għajnuna min tassew għandu bżonn. Biex nagħtu idea tal-impatt ta’ dawn il-garanziji mogħtija fil-patt soċjali ġdid, qed inġibu f ’dawn il-paġni tmien eżempji differenti ta’ ħaddiema f ’set-
Sales-girl part-time f’ ħanut tal-ħwejjeġ Paga Bażika - €500 Garanzija tal-Gvern - €500 Ħlas minn Min Iħaddem - €0 Proporzjon garantit – 100%
Machine operator ta’ fabbrika li tpoġġa fuq 4-day week Paga Bażika fuq 5-day week - €1380 Tnaqqis fil-paga - €276 Garanzija tal-Gvern - €160 Proporzjon garantit – 92%
Cleaner ta’ 16-il sena ta’ restorant Paga Bażika - €735 Garanzija tal-Gvern - €800 Ħlas minn Min Iħaddem - €0 Proporzjon garantit – 109%
Waiter ta’ 17-il sena jaħdem f’bar Paga Bażika - €748 Garanzija tal-Gvern - €800 Ħlas minn Min Iħaddem - €0 Proporzjon garantit – 107%
Accountant ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar Paga Bażika - €1700 Garanzija tal-Gvern - €800 Ħlas minn Min Iħaddem - €400 Proporzjon garantit – 71%
Technician f’ azjenda tal-kompjuters f’Għawdex li tpoġġa fuq 4-day week Paga Bażika fuq 5-day week - €1600 Tnaqqis fil-paga - €320 Garanzija tal-Gvern - €320 Proporzjon garantit – 100%
Manager ta’ lukanda żgħira Paga Bażika - €2500 Garanzija tal-Gvern - €800 Ħlas minn Min Iħaddem - €400 Proporzjon garantit – 48%
Furnar self-employed li jħaddem miegħu tnejn min-nies Qligħ normali - €1600 Tnaqqis fil-qligħ ta’ 35% - €560 Garanzija tal-Gvern - €480 Proporzjon garantit – 95%
07
29.03.2020
kullhadd.com
ĠDID
FILMS LI QED “JINXTERDU” MALAJR FIĊ-ĊIRKOSTANZI
FERM AKTAR ĠUSTI SOĊJALMENT turi milqutin, waqt li nqabblu d-dħul tagħhom ta’ qabel ma’ dak wara l-introduzzjoni tal-pakkett tal-Gvern. Dawn l-eżempji jindikaw li, bil-mod kif ġie mfassal il-patt soċjali ġdid, l-akbar proporzjon ta’ paga garantita hu assigurat għal dawk bl-inqas qligħ. Dan ma sarx biss għal skopijiet soċjali biex tingħata għajnuna lil min jiflaħ l-inqas, iżda sar ukoll għax f ’każ ta’ kriżi ekonomika l-ewwel ħaddiema li jiġu ssensjati jkunu dejjem dawk bl-inqas dħul. Employer ikun irid iżomm ir-riżorsi finanzjarji biex isostni l-impjegati l-aktar imħarrġin u speċjalizzati. F’dan il-kuntest, l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern hi użu intelliġenti tal-fondi pubbliċi għax tiffoka s-sussidji fuq dawk il-ħaddiema li, kieku mingħajr din l-għajnuna, kienu se jispiċċaw qiegħda. Kieku l-Gvern ta garanzija differenti, l-esperjenza minn kriżijiet passati tindika li l-employers xorta kienu jkeċċu lill-ħaddiema f ’ċerti skali. Bilmod kif qed jaħdem, il-Gvern qed jipproteġi lill-ħaddiema bl-inqas dħul permezz ta’ tarka finanzjarja sħiħa fejn l-employer m’għandux l-inċentiv li jkeċċihom. Filwaqt li kien hemm min ipprova jqabbel din l-iskema ma’ oħrajn li jeżistu, pereżempju dik fil-Ġermanja jew dawk li se jitwaqqfu fid-Danimarka
jew l-Ingilterra, id-differenza ta’ dawn l-iskemi hi li dawn mhumiex iffukati fuq id-dħul tal-ħaddiema li l-aktar huma f ’riskju li jiġu ssensjati. Ħaddiem fuq dħul baxx filpajjiżi indikati qed jingħata sostenn finanzjarju f ’termini assoluti ferm inqas minn dawk fuq dħul għoli. Minbarra hekk is-self-employed tipikament mhumiex protetti. L-ammont li jitħallas ġeneralment hu bbażat fuq il-paga wara t-taxxa u l-bolla, li jfisser li jiġi proporzjon ferm iżgħar fil-prattika. Biex nagħtu eżempji prattiċi qed inqabblu erba’ każi, mit-tmienja li qed inġibu, ta’ ħaddiema Maltin, kif kieku jintlaqtu bl-iskema Ġermaniża msejħa “Kurzarbeit” u l-iskema Ingliża msejħa “Coronavirus Job Retention Scheme”. It-tabella annessa qed tindika li, waqt li f ’Malta kull każ jieħu l-istess appoġġ mill-Gvern, taħt l-iskema Ingliża min jaqla’ l-aktar jieħu tliet darbiet iżjed minn dak li jaqla’ l-inqas, mentri fl-iskema Ġermaniża l-ħaddiem bl-aktar paga jieħu darbtejn u nofs dak fuq il-paga minima. Dan jindika li l-iskema Maltija hija maħsuba biex dawk li jifilħu l-inqas jingħataw sostenn speċjali, bid-differenza tal-iskemi barranin li awtomatikament joħolqu inugwaljanzi kbar fi żmien ta’ kriżi u sussegwentement faqar fost dawk l-aktar vulnerabbli.
Il-benefiċċji taħt skemi differenti Skema talPatt Soċjali Ġdid
Kurzarbeit
Coronavirus Job Retention Scheme
Cleaner ta’ 16-il sena ta’ restorant
€800
€424
€640
Sales-girl part-time ta’ ħanut tal-ħwejjeġ
€500
€283
€400
Accountant ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar
€800
€799
€1360
Manager ta’ lukanda żgħira
€800
€1140
€2000
B’ġimgħa oħra li għaddiet u għadna nbatu l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 li nxterdet madwar id-dinja kollha u wasslet lill-postijiet ta’ divertiment bħaċ-ċinemas li jingħalqu bħala prevenzjoni, bosta persuni jinsabu maqfulin fi djarhom għall-istess raġunijiet ovvji, b’iżjed ħin għad-dispożizzjoni tagħhom. Għaldaqstant, illum qed inwasslulkom it-tieni parti tal-lista ta’ 10 films relatati u li setgħu paxxewna dak iż-żmien li ħarġu, inkella lanqas konna nafu li fil-fatt jeżistu u llum hi skuża tajba biex narawhom u anke niskopru kif il-bniedem irnexxielu “jkampa” almenu fihom. Anke jekk illum qed induqu l-istess jew parti mis-sentiment irreċtat f ’dawn il-kapolavuri li rikbu fuq ċirkostanzi ta’ pandemiji anke fantasjużi żżejjed, dawn jibqgħu mezz ta’ divertiment li nistgħu nerġgħu ngawdu llum, anke jekk b’daqsxejn imrar. Wara l-ħamsa tal-ġimgħa l-oħra – “Contagion”, “Outbreak”, “World War Z”, “I Am Legend” u The Stand” – din il-ġimgħa qed infakkru f ’ħamsa oħrajn klassiċi f ’dawn iċ-ċirkostanzi. PATIENT ZERO F’dan il-film tad-direttur Stefan Ruzowitzky, li ħareġ sentejn ilu, il-kwistjoni ddur madwar infezzjoni mill-annimali għall-bniedem li tbiddilhom f ’monstri f ’90 sekonda. Aktar minn seba’ biljun persuna jispiċċaw mejta jew infettati. Minkejja dan, persuna waħda (l-attur Matt Smith) ma jiġrilha xejn meta tiġi attakkata. Anzi jiskopri l-abbiltà li jitkellem mal-persuni infettati. L-armata Amerikana tuża s-servizzi tiegħu biex jinstab l-ewwel pazjent u eventwalment tinstab il-kura neċessarja. 12 MONKEYS Pandemija dinjija hi wkoll il-bażi tal-istorja ta’ dan il-film, li ħareġ 25 sena ilu u wkoll jinkludi lill-attur Brad Pitt, għalkemm il-parti prinċipali hi f ’idejn Bruce Willis. Bid-differenza għal films pandemi ċi oħrajn, il-prota gonist li jkun pri ġunier fl-2035 jin għata l-inkarigu li jivvjaġġa lura fiż-żmien għall-1996 meta bdiet l-apokalissi. Hu jrid jiskopri s-sors ta’ mxija u sussegwentement dawk li għadhom ħajjin fi żmienu jfejquha. Fis-snin 90, il-virus qattiel ikun inxtered minn grupp li jsejjaħ lilu nnifsu l-Armata tat-Tnax-il Xadina u jġiegħel lil dawk li jifdal biex jibdew jgħixu taħt l-art.
93 DAYS Dan il-film drammatiku tal-2016, li nħadem fin-Niġerja, hu bbażat proprju fuq l-imxija tal-virus tal-Ebola sentejn qabel mill-istess pajjiż Afrikan u l-ħidma minn ħaddiema tas-saħħa fi sptar f ’Lagos biex jikkontrollawha. Il-film, li hu ddedikat lil Ameyo Adadevoh, tabib Niġerjan li kellu rwol ewlieni fit-trażżin tal-virus proprja, jikkonċentra madwar is-sagrifiċċji li kellhom isiru minn irġiel u nisa li ssograw ħajjithom biex iżommu l-imxija. Danny Glover jaħdem fost il-partijiet prinċipali. CARRIERS F’dan il-film tal-2009 erbat iħbieb, li baqgħu ħajjin minn pandemija globali, jibdew jivvjaġġaw fuq it-triq bit-tama li jsibu post fejn ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi sakemm tgħaddi l-pandemija. Huma jemmnu li motel f ’bajja maqtugħa għaliha hi l-post ideali għal dan u jibdew il-vjaġġ lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. L-affarijiet jin bidlu meta jiltaqgħu ma’ raġel u bintu marida. Il-film, li għandu direzzjoni ta’ Alex u David Pastor, jara lill-atturi Lou Taylor Pucci, Chris Pine, Piper Perabo u Emily VanCamp fil-partijiet ewlenin. BLINDNESS Bi ftit immaġinazzjoni differenti mill-oħrajn, l-epidemija f ’dan it-thriller tal-2008 tolqot partikolarment il-vista tal-bniedem fejn il-maġġoranza jispiċċaw għomja. B’cast tajjeb magħmul mill-atturi Julianne Moore, Mark Ruffalo, Gael Garcia Bernal u Danny Glover, il-film, li tnieda fil-Festival ta’ Cannes, hu bbażat fuq il-ktieb ta’ José Saramago. Mara partikola ri (Moore), li tkun miżżewġa tabib, ma tiġix affettwata minn imxija li qed tolqot b’mod mgħaġġel lill-belt kollha u twassal għall-paniku fis-soċjetà. Hi tiggwida littabib żewġha u grupp żgħir ta’ pazjenti oħrajn biex ifittxu l-ikel u l-kenn f ’post sigur mill-anarkija li tispiċċa tiddomina t-toroq.
08
29.03.2020
kullhadd.com
DELIA JINQABAD DWAR IL-KONT KBIR TAL-PN MAL-ARMS
Il-Prim Ministru Taljan iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalista waqt il-programm speċjali tat-TG5 li xxandar tard it-Tlieta filgħaxija
Is-sit Lovin’ Malta lbieraħ wera bil-fatti kif ARMS Limited qiegħda tiġri wara l-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia biex dan iħallas kont pendenti ta’ dawl u ilma li jlaħħaq mat-€3.5 miljun. Il-kwistjoni bdiet meta l-Prim Ministru Robert Abela kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ ġurnalist ta’ NET News fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ nhar it-Tlieta fejn ħabbar ukoll il-patt soċjali ġdid biex jgħin lis-setturi l-iżjed milqutin fil-pandemija talCOVID-19. Mistoqsi dwar il-proposti tal-PN, Dr Abela qal li jista’ jibda jieħu lill-Partit fl-Oppożizzjoni bis-serjetà wara li dan iħallas id-djun esaġerati li għandu fuq il-kont tad-dawl u l-ilma. Minkejja dan, waqt li l-PN
qal li se jieħu passi legali kontra l-Prim Ministru, Delia nnifsu fil-programm Xarabank tal-biraħtlula ddikjara li l-Partit tiegħu m’għandu jagħti xejn lill-ARMS. “Nobgħod ngħidha, imma l-Prim Ministru gideb,” qal Delia. Iżda issa ittra legali li ppubblika Lovin’ Malta turi korrispondenza bejn dak li kien is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli u l-ARMS u fiha joħroġ l-ammont ta’ kważi €3.5 miljun li l-PN kellu jagħti b’lura. Fl-ittra legali datata Novembru li għadda, fejn l-ARMS ukoll thedded b’passi legali jekk il-kont jibqa’ ma jitħallasx, avukat f ’isem il-PN jitlob għal laqgħa biex jiġu diskussi modi kif jista’ jsir ilħlas.
SANZJONIJIET IKKUNDIZZJONATI MIŻURI F’MALTA … IL-BELT AMERIKANA BL-EKONOMIJA Il-Prim Ministru Taljan jgħid li l-għeluq sfurzat tan-negozji u l-kumpaniji li mhux essenzjali ma setgħetx tittieħed qabel minħabba l-effett kbir li miżura simili għandha fuq il-finanzi Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara li waħda mill-miżuri ewlenin li ħa l-Gvern tiegħu biex ikompli jiġġieled il-pandemija tal-COVID-19 kienet ilha miżmuma minħabba l-effetti kbar li se jkollha fuq l-ekonomija nazzjonali. B’pajjiż li kien diġà għarkupptejh sew minn qabel bdiet l-imxija globali, Conte saħaq li l-miżura tal-għeluq ta’ dawk in-negozji u l-kumpaniji, li mhumiex meqjusin bħala essenzjali, ma setgħetx tittieħed qabel. “Tiswiena ħafna u terġa’ toħloq impatt negattiv ekonomiku kbir ħafna,” stqarr il-Prim Ministru Taljan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija fuq il-programm speċjali televiżiv tat-TG5. Conte li qed jiffaċċja kritika ħarxa li l-miżuri fil-pajjiż ittieħdu bil-mod u tard wisq, tenna li t-tali miżura kien ikollha s-sinifikat tagħha mitluf li kieku ddaħħlet żmien ilu u baqgħet tiġi attwata sal-lum. L-indikazzjoni li kien qed jagħti l-Prim Ministru Taljan kienet illi kieku l-Italja kienet finanzjarjament iżjed b’saħħitha, allura kienet tkun f ’sitwazzjoni aħjar li tiffaċċja s-sitwazzjoni li spiċċat fiha ħabta u sabta. Bil-maqlub, pajjiżi bħal Malta li ma nqabdux f ’sitwazzjoni finanzjarja prekarja, kienu f ’qagħda aħjar biex jieħdu l-miżuri neċessarji bl-akbar kawtela. Filwaqt li l-unions tal-ħaddiema fl-Italja qegħdin jheddu li jsejħu strajk nazzjonali, l-Italja din
il-ġimgħa kompliet tirreġistra mijiet kbar ta’ mwiet kuljum kawża tal-Coronavirus. Minkejja dan, il-messaġġ tiegħu fl-istess inter vista mxandra dirett kien mod ieħor sa ftit sekondi biss qabel. “Jien inħalli lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex twieġeb għall-kritiċi tagħna. Din tqis lil pajjiżna bħala wieħed eżemplari għall-mod kif aġixxejna b’mod effikaċi u veloċi fiċ-ċirkostanzi.” Hu attakka lill-kritiċi tiegħu li ma jafux xi jridu eżatt u li kulħadd minn dawn donnu għandu tweġibiet iddisprati. Talab liċ-ċittadini Taljani biex jiżnu u jaraw kif il-kritika kontra l-Gvern mhix koerenti. Fost l-aħħar miżuri li l-pajjiż ġar tagħna introduċa din il-ġimgħa stess kien hemm iż-żieda tal-multa għal min jinqabad barra meta suppost ikun fi kwarantina mandatorja. Minn €400 din issa telgħet għal €3,000 għal kull darba li persuna tinqabad tikser it-tali ordni. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li, bil-multa oriġinali, li kienet qiegħda titqies bħala redikola u baxxa ħafna, bosta baqgħu jisfidaw lill-awtoritajiet u jissograw joħorġu barra. Ilbieraħ l-Italja saret l-aktar pajjiż milqut fid-dinja u saħansitra qabżet liċ-Ċina, il-pajjiż minn fejn oriġinat il-pandemija f ’Novembru tas-sena l-oħra. B’kollox, skont l-aħħar bulettin maħruġ millWHO, il-pajjiż għandu iżjed minn 86,000 persuna infettata u ’l fuq minn 9,000 mejta.
Bħalna jissejħu “Maltin” (Maltese), anke jekk ma twildux hawn jew m’għandhomx dixxendenti tagħhom li kienu emigranti minn artna (għalkemm mhux eskluż li jista’ wkoll ikun hemm minnhom it-tnejn), iżda r-residenti tal-belt flIstat ta’ New York imsejħa Malta kellhom ukoll jiffaċċjaw il-qilla tal-pandemija bil-COVID-19 f ’dawn l-aħħar ġimgħat. Din il-belt, li għandha popo lazzjoni ma’ madwar 16,000 u tagħmel parti mill-kontea ta’ Saratoga, kellha taddatta għaċ-ċirkostanzi u introduċiet numru ta’ miżuri biex tikkontrolla s-sitwazzjoni fi ħdanha. Aħjar minn artna, il-belt tgawdi densità ta’ madwar seba’ darbiet inqas minna, mifruxin fuq art ta’ 81 kilometru kwadru jew erba’ darbiet inqas mill-Gżejjer tagħna. Wara d-dikjarazzjoni tal-Gver natur tal-Istat ta’ New York, li taħtu taqa’ l-belt, Malta kellha tiddikjara stat ta’ emerġenza mis-7 ta’ Marzu li għadda – kumbinazzjoni fl-istess ġurnata li fiha fuq din in-naħa tal-Atlantiku konna qed nirreġistraw l-ewwel tliet każi ta’ persuni infettati. Din il-ġimgħa l-Istat ta’ New York qabeż iċ-ċifra ta’ 7,000 persuna infettata bilCOVID-19. Minbarra hekk, mill-20 ta’ Marzu l-belt Amerikana daħħlet
bħala mandatorja r-regola li kull dipartiment tal-amministrazzjoni lokali jew fergħat politiċi tiegħu għandhom jippermettu lill-ħaddiema mhux essenzjali biex jaħdmu mid-dar jew jieħdu leave speċjali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li huma meqjusin essenzjali biex il-lokal ikun jista’ jwieġeb għall-emerġenza tal-COVID-19. Il-ħaddiema mhux essenzjali għandhom jammontaw għal mhux inqas minn 50% tal-ammont totali ta’ ħaddiema ta’ kull dipartiment jew fergħa politika. Attivitajiet f ’parks u f ’postijiet ta’ rikreazzjoni tħassru sal-31 ta’ Mejju, sakemm l-imxija ma tilħaqx tiġi taħt kontroll sa dakinhar. Il-belt, li tiftaħar li fost ir-residenti tagħha kellha lil George Crum (1824-1914), l-inventur tal-crisps, issa għandha fond speċjali ta’ $50,000 biex tqassam ikel u provvisti essenzjali lil dawk individwi u familji l-aktar fil-bżonn. Dawn għandhom jitqassmu fil-forma ta’ vouchers ta’ $100-il wieħed biex jintużaw fi ħwienet tal-merċa lokali. Sadanittant, grupp ta’ residenti ngħaqdu biex jagħmlu volontarjat u jassistu ġirien li jkunu jeħtieġu l-għajnuna, inkluż f ’servizzi bħal faċendi tad-dar, ġbir ta’ xirjiet, babysitting, għajnuna fil-ġnien u xi passaġġ bil-karozza għal xi mkien.
09
29.03.2020
kullhadd.com
RIĊERKA OTTUBRU 2019: L-AKTAR POSTIJIET SIGURI FID-DINJA F’KAŻ TA’ PANDEMIJA APOKALITTIKA
3 7
11
18
6
9
5 4
8 16 10
14
15
12
19 17
1
13
20 2
1 L-AWSTRALJA
6
2
NEW ZEALAND
3
L-IŻLANDA
CAPE VERDE
11 KUBA
16 COMOROS
7 IL-BAHAMAS
12 MAURITIUS
17 IL-ĠŻEJJER SOLOMON
8
13 FIJI
18 IL-ĠAMAJKA
TRINIDAD u TOBAGO
4 MALTA
9 BARBADOS
14 IL-MALDIVI
19 IL-FILIPPINI
5
10 MADAGASCAR
15 IS- SRI LANKA
20 VANUATU
IL-ĠAPPUN
Studju xjentifiku, ippubblikat ftit ġimgħat biss qabel faqqgħet il-COVID-19 fi tmiem is-sena li għaddiet, kien ikklassifika lil pajjiżna fost l-aħjar 20 post fid-dinja fejn wieħed jista’ jkun l-iżjed sigur f ’każ ta’ pandemija bħal dik li ninsabu fiha. Ibbażata fuq is-sigurtà tal-postijiet relatata mal-insularità mill-bqija tal-pajjiżi, riżorsi naturali disponibbli u l-possibbiltà li tkun bażi minn fejn terġa’ tibda titkattar l-umanità fid-dinja, il-lista miġbura minn grupp ta’ xjenzati minn New Zealand kienet ikklassifikat lil Malta bħala r-raba’ l-aktar pajjiż sigur f ’tali eventwalità. Ir-riċerka kienet ippubblikata fil-ġurnal Risk Analysis f ’Ottubru 2019, ġimgħat biss qabel bdiet l-imxija fir-reġjun ta’ Wuhan fiċ-Ċina, u ovvjament ma ħaditx il-verżjoni l-ġdida tal-Coronavirus bħala mudell xjentifiku, ladarba din kienet għadha mhix magħrufa. Il-lista inkludiet biss stati gżejjer b’popolazzjoni ta’ iżjed minn 250,000 u rikonoxxuti mill-Ġnus Magħquda, minħabba li l-ħtieġa ta’ varjazzjoni wiesgħa ta’ esperti tekniċi biex l-umanità tinbena mill-ġdid, xi ħaġa li gżejjer żgħar wisq probabbli ma jkollhomx. Il-pajjiżi ngħataw punteġġi bejn 0 u 1 ibbażat fuq kemm għandhom disa’ partikolaritajiet li jagħmluhom refuġji tajbin wara apokalissi, bħal pereżempju fejn jinsabu ġeografikament, ir-riżorsi naturali u anke l-istabbilità politika li għandhom.
SENA ILU DESKRITTI FOST L-AKTAR SIGURI F’KAŻ TA’ PANDEMIJA L-awturi Matt Boyd u Nick Wilson mill-Università ta’ Otago fi New Zealand kienu kkonkludew li ma kinux sorpriżi li l-aktar li marru tajjeb fir-riċerka kienu pajjiżi bi Prodott Gross Domestiku għoli, bħal Malta u l-Ġappun, dawk li kapaċi jkampaw waħedhom fil-produzzjoni talikel u l-enerġija u b’xi mod huma maqtugħin biżżejjed mill-bqija. Huma kienu enfasizzaw li l-metodoloġija użata minnhom probabbilment mhix perfetta u li aktar riċerka tista’ ttejjibha, waqt li rrimarkaw li l-konsegwenzi potenzjali ta’ tibdil fil-klima fuq pajjiżi differenti wkoll jeħtieġu jiġu kkunsidrati. Il-lista, li eskludiet kompletament
lir-Renju Unit, kienet iddominata mill-Awstralja (0.71), New Zealand (0.68) u l-Iżlanda (0.64) f ’dik l-ordni bħala l-iżjed postijiet siguri fid-dinja f ’każ ta’ pandemija. Dr Wilson, li hu tabib tas-saħħa pubblika, kien qal li “sejbiet fil-bijoteknoloġija jistgħu jaraw il-ħolqien ġenetiku ta’ pandemija li thedded l-għajxien tal-ispeċi tagħna. Iżda għalkemm dawk infettati jistgħu faċilment jevitaw il-kontrolli fuq il-fruntieri tal-art, gżira magħluqa, li tipprovdi r-riżorsi tagħha, kapaċi wkoll tiżola u tospita ġens li jkun jista’ jippopulizza mill-ġdid id-dinja wara diżastru simili.” Minkejja dan, ħames xhur wara u l-pandemija fil-veru sens tal-kelma bil-
COVID-19, li ġabet lil bosta pajjiżi għarkupptejhom, ir-riżultati ta’ din ir-riċerka ma jagħtux garanzija li l-lista tagħhom toffri sigurtà akbar minn postijiet oħrajn. Sal-bieraħ l-aħjar ħames postijiet fir-riċerka tas-sena l-oħra, inkluż pajjiżna, irreġistraw f ’daqqa mas-6,500 każ ta’ infezzjonijiet (Awstralja 3.635, il-Ġappun 1,387, l-Iżlanda 890, New Zealand 416 u Malta 149), inklużi 62 fatalità (il-Ġappun 46, l-Awstralja 14 u l-Iżlanda 2). Għaldaqstant jidher ċar li, għalkemm stati gżejjer tassew jista’ jkollhom vantaġġi fuq oħrajn, ma hemm l-ebda mod sempliċi biex tikkalkula jekk pajjiż hux aktar sigur minn ieħor f ’pandemija.
10
29.03.2020
kullhadd.com
IL-GVERN IKOMPLI JĦARES SAĦĦITNA Il-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa l-ġimgħa li għaddiet komplew għaddejjin b’aktar miżuri u deċiżjonijiet marbuta mas-sitwazzjoni li qed jaffaċċja pajjiżna minħabba l-imxija tal-COVID-19. Deċiżjonijiet li mhumiex faċli, għaliex jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum ta’ kull wieħed u waħda minna, imma deċiżjonijiet li huma importanti għall-prevenzjoni u biex tkun
imħarsa s-saħħa ta’ kulħadd. Fil-ġimgħat li għaddew ittieħdu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet. Imma l-Gvern baqa’ għaddej jaġġorna ruħu dwar is-sitwazzjoni u għalhekk kull deċiżjoni meħuda tirrifletti s-sitwazzjoni li tkun qed tinbidel minn ħin għall-ieħor. Miżuri u deċiżjonijiet ukoll minn diversi setturi.
Is-Sibt 28 ta’ Marzu Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u buta mal-ftuħ tal-iskejjel u mal-eżamix-Xogħol iħabbar 7 deċiżjonijiet mar- jiet tas-SEC u tal-MATSEC.
8
Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu
Is-Sibt 21 ta’ Marzu F’digriet mill-Vatikan jitħabbar li mhux tal-Għid il-Kbir. Rakkomandat biex se jsiru l-manifestazzjonijiet pubbliċi dawk il-liturġiji li jistgħu jiġu posposti, tad-Duluri, tal-Ġimgħa l-Kbira u għandhom jsiru aktar ’il quddiem.
1
Il-Ħadd 22 ta’ Marzu
2
Il-multa ta’ €3,000 kull darba li persuna stabx fir-residenza tagħha waqt spezli għandha l-virus tal-Covid-19 ma tin- zjoni mill-pulizija titla’ għal €10,000.
3
It-Tnejn 23 ta’ Marzu
7
B’effett mit-Tnejn 30 ta’ Marzu 2020, it-tmien ċentri ta’ servizz.gov, is-17il uffiċċju distrettwali tas-Sigurtà Soċjali f ’Malta u t-tnejn f ’Għawdex, kif ukoll l-uffiċċju tal-customer care tat-Taxxa f ’Għawdex se jingħalqu għall-pubbliku. Il-Gvern iħabbar żewġ miżuri oħra: b’effett immedjat issa l-Pulizija ta’ Malta se jkollha d-dritt tintervjeni fuq ġemgħat ta’ iktar minn 5 min-nies u tferrixhom b’mod li jkun hemm distanza ta’ 2 metri bejniethom. It-tieni miżura, b’effett misSibt 28 ta’ Marzu, żewġ kategoriji se jitwaqqfu b’mod assolut milli jitilqu minn djarhom - il-persuni koll-
ha ta’ iktar minn 65 sena kif ukoll il-persuni b’mard kroniku: persuni dijabetiċi dipendenti fuq l-insulina, persuni fuq mediċini bijoloġiċi, persuni li qed jissieltu jew li għaddew mill-kanċer jew kimoterapija fl-aħħar 6 xhur, persuni li għaddejjin minn immunosuppression bħal persuni li għamlu trapjant, persuni blHIV, persuni fuq dialysis, nisa tqal, persuni li għandhom mard respiratorju u fl-aħħar sena daħlu għall-kura l-isptar, persuni b’mard tal-qalb li għamlu intervent kirurġiku fl-aħħar 6 xhur, pazjenti li jattendu fil-Heart Failure Clinic u l-persuni kollha fuq oral steroids.
6
L-Erbgħa 25 ta’ Marzu
It-Tlieta 24 ta’ Marzu Il-Gvern iħabbar pakkett ta’ miżuri fiskali biex jgħin lill-familji u lin-negozji jilqgħu għall-isfida tal-Covid-19. Għotja ta’ €800 fix-xahar lil dawk il-ġenituri li jaħdmu t-tnejn fil-privat u wieħed minnhom ikollu jibqa’ d-dar biex jieħu ħsieb it-tfal. Il-persuni b’diżabbiltà li jaħdmu fil-privat u jagħżlu li jibqgħu d-dar għax huma vulnerabbli għall-COVID-19 se jieħdu wkoll €800 fix-xahar. Il-persuni li ġew issensjati b’seħħ mid-9 ta’ Marzu 2020 ’il quddiem se jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad u benefiċċju speċjali li jammonta għal €800 fix-xahar. B’dan il-pakkett aġġornat,
assolutament essenzjali. F’dan ilħin persuna vulnerabbli għandha tassigura li ma ddumx aktar milli meħtieġ u li tobdi d-direttivi dwar ‘social distancing’. Persuni vulnerabbli li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u dawk li huma f ’pożizzjonijiet ta’ tmexxija f ’oqsma essenzjali huma kompletament eżentati minn din il-miżura. Nies li jgħixu fl-istess dar ma’ nies vulnerabbli jistgħu jmorru biss ix-xogħol, jagħmlu xiri essenzjali, jattendu għal appuntamenti mediċi u jeżerċitaw l-aċċess favur uliedhom skont ordni ta’ Qorti kompetenti.
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu
laqgħat jew avvenimenti pubbliċi. Jitħabbru dettalji ta’ kif jistgħu jsiru l-lezzjonijiet tas-sewqan, fosthom li l-għalliem irid ikollu persuna waħda biss fil-karozza. L-istess bħal-liċenzji tal-vetturi, anke l-liċenzji tas-sewqan li jiskadu minn dan ix-xahar ’il quddiem mhux se jiġġeddu u s-sewwieqa jistgħu jibqgħu jsuqu, basta jkollhom il-polza tal-assigurazzjoni. L-avviżi ta’ tiġdid tal-liċenzja mhux se jibqgħu jintbagħtu, filwaqt li t-testijiet talVRT għalissa m’hemmx għalfejn isiru.
L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jħabbar li b’seħħ mit-8 ta’ filgħodu tat-Tnejn 23 ta’ Marzu, il-ħwienet li jbigħu prodotti mhux essenzjali (bħal ħwejjeġ, ġugarelli, elettroniċi u household goods) mhux se jitħallew jiftħu. L-istess jgħodd għal ħwienet li joffru servizzi mhux essenzjali bħal tax-xagħar u tas-sbuħija. Mhux se jingħalqu s-supermarkets u l-grocers, pet shops, servizzi mediċi, postali u tat-trasport kif ukoll il-banek. Deċiżjoni oħra hija l-projbizzjoni li jkunu organizzati
ll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jniedi helpline 1772 operat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali 24 siegħa kuljum għal dawk li fiċ-ċirkostanzi li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavajrus iħossuhom waħedhom jew iżolati. Jitħabbru aktar dettalji dwar il-miżuri l-ġodda għal dawk ta’ aktar minn 65 sena jew persuni b’mard kroniku. Eżenzjonijiet japplikaw għal meta huwa neċessarju li joħorġu biex jattendu appuntamenti mediċi, jixtru ikel u mediċini, u jattendu ħtiġijiet personali li huma
il-Gvern se jħallas ukoll sa ħamest ijiem xogħol lil kull ħaddiem li jaħdem fis-setturi l-iktar milquta mill-Covid-19, għalhekk se jagħti €800 fix-xahar. In-nefqa għall-miżuri diretti kollha se tkun ta’ madwar €65€70 miljun kull xahar. Bħala parti mill-pjan biex il-qasam tas-saħħa jkun imħejji għalkollox, ingħata bidu għal proċess biex jinbena sptar prefabricated biex b’hekk, f ’każ ta’ bżonn, il-pajjiż ikollu l-akbar għadd ta’ sodod possibbli għall-kura ta’ pazjenti bil-Covid-19. L-isptar irid jinbena fi żmien 8 ġimgħat.
4
Imħabbar li mill-Ħamis se jibdew joperaw żewġ hubs oħrajn għall-iswabbing tal-COVID-19. Ilhub il-ġdid f ’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f ’Pembroke, u bħall-hub ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00. Il-hub il-ġdid fit-terminal
tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn salĦadd mit-08.00 sas-14.00. ll-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jgħid li b’introduzzjoni ta’ pjattaforma diġitali, il-laqgħat tal-gvernijiet lokali se jkunu jistgħu jsiru online.
5
11
29.03.2020
kullhadd.com
L-ISKEJJEL MAGĦLUQIN SAL-AĦĦAR TA’ ĠUNJU L-EŻAMIJIET TAL-BENCHMARK MHUX SE JSIRU
Wara s-servizz ta’ tqassim bil-muturi u r-roti ta’ ikel ordnat online minn ħwienet li joffru t-take-aways, li ħa spinta kbira bil-pandemija tal-COVID-19, jidher li l-inizjattivi lokali biex jiffaċilitaw l-għajxien ta’ dawk maqbudin fi djarhom fiċ-ċirkostanzi għadhom wisq ’il bogħod milli jisfumaw. L-aħħar minn dawn l-innovazzjonijiet hi website imsejħa Lista.mt li tagħti l-fakultà
ta’ lista proprja ta’ ħwienet filqrib li qegħdin joffru tqassim bieb bieb meta wieħed jixtri mingħandhom. Biex l-użu tagħha jkun eħfef, waqt li ċ-ċittadini jibqgħu siguri fi djarhom u jiġi inkoraġġit il-konsum lokali, il-website tipprovdi tiftix fost 382 ħanut madwar Malta u Għawdex maqsumin skont il-lokal u saħansitra t-tip ta’ xiri meħtieġ skont is-settur.
ID-DWANA TA’ MALTA B’FUNZJONI SPEĊJALI F’din is-sitwazzjoni partikolari, li tirrikjedi miżuri u inizjattivi mhux normali, id-Dwana ta’ Malta ħabbret li ngħatat funzjoni importanti żejda fl-interess nazzjonali, dik li twettaq spezzjonijiet fuq ħwienet fin-Nofsinhar ta’ Malta li jridu jkunu magħluqin. It-Taqsima tal-Infurzar fi ħdan id-dipartiment mill-bieraħ ingħatat ir-responsabbiltà li tissorvelja li negozji fil-lokalita-
jiet ta’ Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq u li jipprovdu servizzi mhux essenzjali qed jaderixxu mar-regolamenti ta’ emerġenza li nħarġu mill-awtoritajiet flaħħar jiem. Għaldaqstant, f ’din il-fażi sensittiva b’riżultat tal-pandemija COVID-19, id-Dwana qiegħda tikkontribwixxi b’mod tanġibbli u tħaffef il-piż minn fuq il-Korp tal-Pulizija.
IĊ-CHILD BONUS BEDA JITĦALLAS MILL-BIERAĦ Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ħabbar li mill-bieraħ, isSibt, bdew jitħallsu l-pagamenti taċ-child bonus, kif imħabbar fil-baġit għal din is-sena 2020. Dan il-bonus ġdid se jkun ikopri t-twelid u l-adozzjonijiet li saru mill-1 ta’ Jannar ’l hawn. Fl-ewwel proċess kien hemm 345 familja li rċeviet €300 għal kull wild, filwaqt li n-numru ta’ trabi kien ta’ 350. Dan ifisser li kien hemm ħames familji li kellhom tewmin. Minn issa ’l quddiem dawn il-pagamenti se jibdew isiru ta’
kull ġimgħa għal kull wild ġdid li jkun hemm fil-gimgħa ta’ qabel. Il-Ministru responsabbli Michael Falzon qal li din hi wegħda oħra tal-baġit imwettqa, u li dan il-Gvern qed ikompli jimplimenta miżuri soċjali tant bżonjużi anke f ’dan iż-żmien ta’ sfida. “Permezz ta’ din il-miżura taċ-child bonus se nkunu qegħdin nagħtu assistenza finanzjarja fi żmien fejn l-ommijiet ikollhom spejjeż u piżijiet oħrajn. Dan hu Gvern b’ruħ u qalb soċjali”, temm Dr Falzon.
L-A-LEVELS GĦAL SETTEMBRU L-O-LEVELS SE JKUNU BBAŻATI FUQ IL-MARKI TAL-MOCKS Bħalissa l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jinsabu magħluqin bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-COVID-19. Pass li ttieħed biex tkun protetta s-saħħa tal-istudenti wliedna u wkoll ta’ dawk il-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi talpajjiż - l-edukaturi tagħna. Minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji li bħalissa għaddej minnhom il-pajjiż kellhom ikomplu jittieħdu aktar deċiżjonijiet marbuta mas-settur tal-edukazzjoni għall-aħjar tal-istudenti u wkoll deċiżjonijiet li ttieħdu biex l-istudent ma jkunx hu li jbati. Fit-18 ta’ Marzu l-Gvern kien ħabbar li l-iskejjel u l-istituzzjonjiet edukattivi se jibqgħu magħluqin sas-17 ta’ April. Issa bl-aħħar deċiżjoni li ttieħdet, l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jibqgħu magħluqin sal-aħħar ta’ Ġunju, jiġifieri sa tmiem is-sena skolastika. Kien ovvju li dawn iċ-ċirkostanzi jqajmu - b’mod ġust – x’se jsir mill-eżamijiet. Għalhekk wara diskussjonijiet twal u b’reqqa li fihom ħadu sehem l-istakeholders kollha involuti, sar qbil li anki fejn jidħlu eżamijiet l-istudent ma jkunx hu li jbati. Imma huma deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu fiċ-ċirkostanzi li fis-sistema edukattiva hija l-ewwel darba li qatt kellhom jittieħdu. - Kull min qiegħed Year 4 se jitla’ Year 5, u kull min qiegħed Year 5 se jitla’ Year 6 b’mod awtomatiku fl-istess klassi li qiegħed. - Fil-każ tal-istudenti kollha tal-Year 6 se tittieħed il-marka tal-assessment. Dan ifisser ukoll li l-benchmark talYear 6 mhux se jsir. - Fil-każ tal-istudenti li qegħdin Year 7, Year 8, Year 9 u Year 10, dawn se jitilgħu fis-sena li jmiss. - L-eżamijiet tas-SEC (O Levels) mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta’ April. Minflok se jsir predictive assessment mill-MATSEC ibbażat fuq il-marki tal-mock
Ritratt ta’ Reuben Piscopo / DOI
LISTA INTERATTIVA TA’ ĦWIENET QRIB LI JOFFRU TQASSIM
exams. Biex tasal għar-riżultat, il-MATSEC se tara l-marki tal-istudenti, il-karti tal-eżamijiet ikkoreġuti, u l-marking schemes li ntużaw. Abbażi ta’ dawn, il-MATSEC se toħroġ ċertifikat li juri jekk l-istudent għaddiex, jekk ġabx Livell 2 jew jekk ġabx Livell 3. Dan se jservi biex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jidħlu fl-iskejjel post-sekondarji. L-istudenti se nagħtuhom ukoll l-opportunità li jekk iridu, joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-sessjoni ta’ Settembru. - Fejn jidħlu l-eżamijiet tal-Intermediate u A Levels, dawn mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta’ April u dik is-sessjoni qed tiġi posposta għal Settembru tal-2020. L-istudenti se jirċievu t-timetable u d-dettalji kollha. Re-sit session se ssir f ’Diċembru u se jsiru l-provedimenti kollha biex dawn l-istudenti xorta waħda jingħataw l-opportunità li jibdew l-Università, l-MCAST jew istituzzjonijiet oħra fis-sena akkademika li jmiss. - Fejn jidħlu studenti li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-istudju tagħhom fl-Università, fl-MCAST jew istituzzjonijiet oħra, se jkun hemm l-arranġamenti neċessarji biex jissoktaw bl-istudji tagħhom. Ma’ dawn id-deċiżjonijiet huwa kumplimentari li kemm l-istudent kif ukoll il-ġenituri
jew il-kustodji tagħhom jaraw li l-istudju u r-reviżjonijiet fiddjar ikomplu jsiru. Għal dan qed ikun hemm sensiela sħiħa ta’ materjal li qed jitqassam kemm fuq il-paġna ‘Edukazzjoni’ fuq Facebook u wkoll materjal li l-edukaturi qed jibagħtu lill-istudenti tagħhom permezz ta’ diversi mezzi. Importanti wkoll li l-istudent ma jarax dawn il-ġimgħat li l-iskejjel huma magħluqa bħala vaganza. Tajjeb li jkun hemm ħin liberu, imma tajjeb ukoll li jsir il-qari. Intant, il-Ministeru għall-Edukazzjoni għandu numru tat-telefown, 2598 1000, u dawk kollha li jista’ jkollhom diffikultajiet dwar l-edukazzjoni jistgħu jċemplu biex jieħdu pariri jew għajnuna li jkollhom bżonn. Sadanittant, il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) laqa’ dawn id-deċiżjonijiet b’rabta mal-eżamijiet għal din is-sena. Il-FŻL kien f ’komunikazzjoni diretta mal-Ministeru biex iwassal il-ħsibijiet u l-proposti tiegħu u appella għall-prudenza biex l-istudent ma jkunx il-vittma tas-sitwazzjoni preżenti. IlFŻL ħeġġeġ lill-istudenti biex jibqgħu jsegwu t-tagħlim li qed jingħata permezz tat-teknoloġija filwaqt li jsegwu l-appelli tal-awtoritajiet biex jibqgħu ġewwa u jieħdu ħsieb saħħithom u dik ta’ qrabathom.
12
29.03.2020
kullhadd.com
TURIJA ĊARA TA’ RUĦ SOĊJALI
Michael Falzon Ministru
Jekk qatt xi darba kien hemm bżonn prova ċara ta’ kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu l-interess u l-ġid nazzjonali, il-familji, il-pensjonanti, l-impjegati u l-ekonomija, kien proprju issa, f ’dan il-mument diffiċli li ħakem lid-dinja kollha. Gvern li se jkun qed jagħmel tajjeb għall-pagi t’eluf kbar ta’ ħaddiema, li ntlaqtu ħażin minħabba l-Coronavirus. Kull wieħed minn dawn se
jibbenefika minn €800 fix-xahar. Intervent dirett u b’saħħtu sabiex dawk li sofrew impatt ekonomiku jibqgħu jitħallsu b’mod regolari. Miżura li saret b’kuraġġ u b’determinazzjoni, iżda fuq kollox studjata b’reqqa u li tista’ ssir grazzi għall-ekonomija b’saħħitha li lkoll flimkien irnexxielna nibnu f ’dawn l-aħħar seba’ snin. Dawn l-interventi kellhom jittieħdu kontra l-effetti negattivi li seħħew mit-tixrid talCOVID-19. Huma għażla ta’ x’inhu l-aħjar għall-pajjiż u l-familji tagħna. Kulħadd jixtieq illi qed ngħixu fir-rutina tassoltu u x-xejra pożittiva li konna drajna biha, iżda dan huwa l-mument tal-prova għal pajjiżna. Wara kull impjieg, hemm familja, tfal, kontijiet, loans u kull piż ieħor li l-familji jiffaċċjaw. Għalhekk f ’dan il-mument tant delikat, il-Gvern qed jiffaċilita u jassisti kemm jiflaħ
biex ir-rota tkompli ddur. Din il-miżura weħidha se tiswa lill-Gvern madwar €45 miljun fix-xahar, u se tgħodd ukoll għal dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom mid-9 ta’ Marzu ’l hawn. Sfortunatament, bil-għan li ma jkunx hemm aktar tixrid tal-Coronavirus, bosta ġenituri kellhom jibqgħu id-dar biex jieħdu ħsieb it-tfal. Illum nifhmu aħjar kemm kienu ta’ benefiċċju ċ-childcare centres li bis-saħħa tagħhom twettqet revoluzzjoni fid-dinja tax-xogħol f ’Malta, speċjalment għan-nisa. Hawnhekk ukoll se nkunu qed inwieżnu s-sehem ta’ dawn il-persuni bieżla li wkoll se jkunu qed jieħdu €800 fix-xahar, peress illi kienu kostretti jieqfu mill-impjieg. Irridu nkomplu nimxu mas-sistema ta’ pro-market fejn ninċentivaw ix-xogħol, anke f ’dawn l-iktar mumenti diffiċli, biex nevitaw li nerġgħu mmoru
lura għal sitwazzjoni ta’ qgħad. Fil-mument preżenti nifhem li dawk l-iktar vulnerabbli jistgħu jsofru aktar, iżda ma tistax ma tfaħħarx il-mod li bih indirizzajna dan is-settur ukoll. Fil-fatt, il-Gvern se jkun qed iħallas iżjed minn 100% għal dawk li sal-lum qed jirċievu paga minima nazzjonali. Norbot ma’ dawn, il-persuni b’diżabilità li jaħdmu mal-privat, li wara t-8 ta’ Marzu 2020 u minħabba l-impatt tal-COVID19 ma jkunux qed imorru għax-xogħol fuq parir mediku u ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar, hawn ukoll se nassistu lil dawn il-persuni li se jirċievu ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk taħdem full-time jew inkella €103.85 fil-ġimgħa jew l-impjieg huwa part-time. Dawn il-miżuri kollha huma sostenibbli u kif qal il-Prim Ministru Robert Abela stess, jistgħu saħansitra jiġu reveduti skont l-esiġenzi tal-iżviluppi. L-im-
portanti huwa li nżommu ponn wieħed: il-Gvern, l-Oppożizzjoni, in-negozji, il-familji, ilkoll kemm aħna bħala wlied Maltin u Għawdxin. Pajjiżna huwa magħruf storikament li dejjem qam għall-okkażjoni u l-istess jerġa’ jagħmel issa. Irridu niffaċċjaw dan il-mewġ, b’veloċità konstanti, b’ekonomija li tibqa’ tiflaħ għal iktar mewġ fil-ġranet li ġejjin. Qed nagħtu lura dak li lkoll flimkien ksibna sakemm jerġa’ jitfaċċa l-bnazzi. Iktar minn qabel se naraw illi dawk l-iktar vulnerabbli jkunu parti kruċjali minn kull miżura mwettqa. Ħadd mhuwa iżolat, ħadd mhuwa waħdu. Ilkoll qegħdin abbord dan il-vapur li qed ibaħħar f ’ċaqliq. Flimkien se naslu, iżda huwa importanti li nibqgħu b’saħħitna kemm fiżikament u psikoloġikament. Kuraġġ! Il-Gvern se jkun hemm għal kull wieħed u waħda minnkom!
13
29.03.2020
kullhadd.com
PATT SOĊJALI ĠUST MAL-IMSIEĦBA SOĊJALI GĦAJNUNA LILL-ĦADDIEMA TAS-SETTUR PRIVAT
Carmelo Abela Ministru
Il-kriżi bla preċedent li għandna llum fid-dinja hija agħar minn gwerra. Il-Gvern qed juri għaqal. Qed juri kemm hu responsabbli. Sa ftit żmien ilu kien hemm min jiddieħek bis-surplus. Issa ħareġ ċar kif is-surplus ma kienx sempliċi kelma li l-Gvern kien juża biex jippromwovi lilu nnifsu. Huwa s-surplus li qed isalvana f ’dan il-mument tant delikat għax ifisser li għandna pajjiż b’saħħtu mill-aspett finanzjarju u anke ekonomiku. Kieku ma kellniex finanzi fissod u naqqasna d-dejn tal-pajjiż, kieku ma nistgħu nitkellmu fuq
l-ebda pakkett finanzjarju, aħseb u ara fuq tlieta, f ’ġimagħtejn. Il-Gvern se jibqa’ jsegwi kif tkun qed tiżviluppa s-sitwazzjoni ta’ kuljum ħalli jkompli jagħmel il-kunsiderazzjonijiet li jkunu meħtieġa. Biss huwa ironiku li l-Oppożizzjoni llum titlob għat-traħħis tal-kontijiet taddawl u l-ilma. Dan il-Gvern diġà raħħas il-kontijiet għall-familji u n-negozji. Ħaddieħor fi żmien ta’ kriżi li kienet seħħet fl-2008 mhux talli ma raħħasx dawn il-kontijiet, talli kompla jżidhom u kien għamel dan bil-qalb. Imma lill hinn minn dan, għalina fejn is-saħħa ma joqgħod xejn. Qed nieħdu l-miżuri kollha mill-angolu tas-saħħa filwaqt li nieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa mil-lat ekonomiku. Bħala Gvern irridu ngħinu lill-komunità kummerċjali imma fuq kollox irridu nħarsu x-xogħol tal-ħaddiema. Huwa essenzjali li niggarantixxu xogħol u dħul adekwat għall-ħaddiema tagħna. Il-Gvern għandu d-dmir li jiddiskuti imma fuq kollox dmir li jwettaq. Il-Gvern irid jippjana sew, huwa l-ġenitur f ’familja fejn
l-ippjanar isir b’reqqa u b’għaqal. Permezz tat-tielet pakkett li ħabbar il-Prim Ministru, qegħdin ngħinu ’l fuq minn 110,000 ħaddiem li qegħdin fis-settur privat. Nirringrazzja lill-imsieħba soċjali. Din mhix responsabbiltà tal-Gvern biss, imma hija wkoll responsabbiltà tal-imsieħba soċjali u hekk għandna nibqgħu, flimkien. Jekk se nirnexxu, se nirnexxu flimkien imma jekk se negħrqu, se negħrqu flimkien. Irridu nkunu fuq l-istess naħa. B’għaqal kbir qed nitkellmu b’vuċi waħda. Imma fuq kollox l-azzjonijiet tagħna huma indirizzati għall-ħaddiem. Huwa importanti li l-ħaddiem ikollu dħul diċenti. Il-Gvern f ’dan iż-żmien mhux biss qed jiggarantixxi €800 lill-ħaddiema, imma tista’ tgħid li żied il-paga minima, bi €23. Biex b’hekk f ’dan iż-żmien diffiċli ta’ limitazzjonijiet, instabbilità, tibdil u forsi anke qtugħ il-qalb għal xi wħud, il-Gvern qed jagħti ċertezza u joffri ħajt ta’ kenn. Insemmi wkoll il-leave tal-kwarantina. Kien hemm min ikkritika li l-Gvern ħareġ avviż
legali dwar leave tal-kwarantina u dan wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. Madanakollu, inserraħ ras kulħadd li dan il-Gvern jimxi fuq boxxla morali ċara. Il-ħaddiem kien f ’riskju u l-ħaddiem kellu bżonn appoġġ. Huwa l-irwol tal-Gvern li jintervjeni fi kwistjonijiet bħal dawn; naqilgħu kemm naqilgħu kritika. Dan hu Gvern li iva jiddiskuti imma li fl-aħħar mill-aħħar deċiżjoni jeħodha, u jġorrha. Imma anke f ’dan il-każ, ikkonsultajna. Il-Gvern permezz tal-MCESD kien għadu kemm iltaqa’ b’mod informali mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Profs. Charmaine Gauci li spjegat l-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu inkluża l-kwarantina li wara saret waħda mandatorja. Quddiem dan kellna nagħmlu emendi fil-liġi. Wara l-laqgħa tal-MCESD saret laqgħa tal-Employment Relations Board. Hawn l-imsieħba soċjali talbu li dak li kien ingħata lill-ħaddiema talGvern jingħata wkoll lis-settur privat. Hekk għamilna. Il-leave
tal-kwarantina mandatorja daħal fil-liġi tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali u wara tajna wkoll €350 lil min iħaddem għal kull ħaddiem li jieħu leave obbligatorju tal-kwarantina. Flaħħar mill-aħħar ipproteġejna lill-ħaddiem mingħajr ma tfajnieha fuq min iħaddem. Id-dipartiment tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, qiegħed wkoll jilgħab rwol importanti ħafna bħala r-regolatur fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Id-Dipartiment bħalissa qed jagħmel il-preparamenti sabiex jilqa’ għall-mistoqsijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem fejn jidħlu permessi fejn ikun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol inqas. L-iskemi ser jitħaddmu mill-Malta Enterprise. Finalment, din hija sitwazzjoni bla preċedent fejn qegħdin nieħdu miżuri bla preċedent. Però, irridu naraw ukoll is-sostenibbiltà. Dan sabiex kif ngħaddu minn dan iż-żmien, nerġgħu nitilqu biex nilħqu stabbiltà, serħan il-moħħ u tkabbir ekonomiku li jiggwadanja minnu kulħadd.
IL-BENEFIĊĊJI TAL-PAKKETT MAQBUL
James Grech
Il-virus COVID-19 li qiegħed jinxtered mad-dinja kollha b’rata allarmanti qiegħed iwassal għal kriżi ta’ saħħa pubblika f ’diversi pajjiżi u din il-pandemija, kif ukoll il-miżuri li qegħdin jittieħdu sabiex titħares is-saħħa tan-nies, qegħdin ikollhom ukoll impatt negattiv fuq l-ekonomija globali. Għalkemm dan mistenni jkun xokk temporanju, hemm inċertezza fuq kemm se jtul u żgur li l-impatt ekonomiku xorta se jkun wieħed qawwi ħafna. Malta wkoll hija milquta minn dawn l-iżviluppi u l-Gvern qiegħed jieħu miżuri drastiċi sabiex nilqgħu għall-isfida ta’ din
il-pandemija. Dawn qed ikollhom impatt ekonomiku kbir, l-aktar fuq is-settur tat-turiżmu, tad-divertiment, f ’ċerti oqsma tal-bejgħ u s-servizzi, fost l-oħrajn, filwaqt li setturi oħra mil-lat ekonomiku, il-Gvern ukoll qed jieħu azzjoni biex jilqa’ għal din l-isfida u tħabbru diversi miżuri f ’dawn l-aħħar ġimgħat. Din il-ġimgħa tħabbar pakkett ta’ għajnuna aġġornat li ġie maqbul mal-imsieħba soċjali kollha. L-għan ewlieni ta’ dan ilpakkett ta’ għajnuna huwa li jiġu salvagwardjati l-impjiegi u biex niżguraw li xħin tgħaddi din il-pandemija, l-ekonomija Maltija tkun tista’ terġa’ taqbad ir-ritmu ta’ tkabbir qawwi li kellha fl-aħħar snin. Meta l-attività tonqos jew saħansitra tispiċċa fix-xejn, il-pagi li ħafna drabi huma l-ispiża ewlenija għall-intrapriżi, jispiċċaw ta’ piż kbir u għalhekk jibdew jitkeċċew l-impjegati. Minbarra telf ta’ dħul ta’ ħaddiema, dan iwassal sabiex hekk kif ix-xokk jgħaddi, l-ekonomija ddum biex tirranka għaliex l-intrapriżi jkunu jridu jfittxu
ħaddiema ġodda u jħarrġuhom. Għalhekk miżura ewlenija hija li f ’dawk is-setturi li prattikament l-attività waqfet, ilGvern se jkun qiegħed jissussidja l-paga tal-ħaddiema fuq bażi ta’ ħamest ijiem fil-ġimgħa u paga ta’ €800 fix-xahar. Tajjeb li wieħed jinnota li dan is-sussidju jgħodd anki għal dawk li jaħdmu għal rashom u wkoll għall-ħaddiema part-time (fuq bażi ta’ paga ta’ €500 fix-xahar). F’setturi oħra fejn l-attività baqgħet għaddejja, imma r-ritmu ta’ xogħol naqas sewwa, il-Gvern qiegħed joffri sostenn billi jissussidja ekwivalenti ta’ ġurnata paga fil-ġimgħa, li tista’ titla’ wkoll għal jumejn. IlGvern għaraf ukoll il-vulnerabbiltà tal-ekonomija Għawdxija u d-dipendenza tagħha fuq is-settur tat-turiżmu u għalhekk dan is-sussidju se jinħadem fuq bażi ta’ jumejn għall-intrapriżi Għawdxin u tlett ijiem għasself-employed Għawdxin. Din hija miżura qawwija li turi kemm il-ħarsien tax-xogħol huwa prijorità għal dan il-Gvern. Minbarra l-pagi, intrapriżi jkollhom spejjeż oħra li fi
żminijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal diffikultajiet finanzjarji u saħansitra falliment ta’ xi wħud. Għalhekk, biex joffri likwidità lill-intrapriżi li tant hija meħtiega fi żminijet bħal dawn, il-ħlas ta’ taxxa proviżorja, dik tal-VAT u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq il-pagi tal-ħaddiema se jiġu posposti għal xahrejn. Il-Gvern qiegħed ukoll joffri garanziji bankarji sabiex intrapriżi jkunu jistgħu jissellfu b’rati ta’ interessi baxxi u fuq medda itwal ta’ żmien. Il-banek kummerċjali qegħdin joffru wkoll moratorju fuq self personali u kummerċjali matul dan il-perjodu, li wkoll se jagħti iktar nifs lill-intrapriżi. Il-Gvern qiegħed joffri wkoll għajnuna biex jiffaċilita t-teleworking ħalli ċerta attività ekonomika tkun tista’ tibqa’ għaddejja, u b’hekk ikompli jsostni l-impjiegi. Qed tingħata wkoll somma ta’ €350 għal kull impjegat li jingħata leave ta’ kwarantina. Fl-aħħar nett, il-Gvern ħabbar ukoll miżuri soċjali li joffru safety net għal dawk il-ħad-
diema li xorta se jiġu ssensjati permezz ta’ benefiċċju speċjali tal-qgħad ta’ €800 fix-xahar. Is-sussidju tal-kera wkoll se jiġi rivedut għal dawk milquta minn din il-kriżi. Il-Gvern ħaseb ukoll f ’dawk il-ġenituri li sabu diffikultà biex ikomplu jaħdmu peress li l-iskejjel u ċ-childcare centres ingħalqu – dawn se jingħataw leave mħallas fuq bażi ta’ €800 fix-xahar. Persuni b’diżabilità li ma setgħux ikomplu jaħdmu minħabba riskji għal saħħithom ukoll se jirċievu għajnuna simili. Il-Gvern seta’ jagħti din l-għajnuna għaliex tlaqna minn pożizzjoni fiskali soda, b’surplus fil-baġit għal dawn l-aħħar snin u livell ta’ dejn tal-Gvern baxx. Dan il-pakkett ta’ għajnuna se jgħin biex hekk kif tgħaddi din il-kriżi l-ekonomija Maltija tirpilja malajr u jerġgħu jibdew jinħolqu l-impjiegi. Minbarra hekk, fid-dawl tal-inċertezza li qed niffaċċjaw, il-Gvern se jkompli jħares millqrib kif tevolvi s-sitwazzjoni u f ’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali lest li jieħu miżuri oħra skont kif ikun meħtieġ.
14
29.03.2020
kullhadd.com
INDOKRAR TAL-BIEDJA U SAJD Ftit aktar minn xahrejn ilu nħatar bħala Ministru responsabbli mill-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Settur li huwa parti millidentità Maltija. Huwa settur li wkoll jaffaċċja l-isfidi tiegħu, li l-Ministeru qed jaħdem fuqhom u wkoll iħares ’il quddiem biex isaħħaħ dawn is-setturi. Tkellimna mal-Ministru Anton Refalo dwar il-ħidma tiegħu u wkoll kif iħares lejn l-isfidi li għandu quddiemu dan il-protafoll.
Xahrejn ilu ġejt appuntant Ministru responsabbli mill-Ministeru tal-Biedja, Sajd u Drittjiet tal-Annimali. X’kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek wara din il-ħatra u x’inhi l-opinjoni tiegħek tas-sitwazzjoni ta’ dawn is-setturi fil-preżent? Kont sorpriż, imma oronat ħafna meta l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jaħtarni responsabbli minn dawn is-setturi li direttament jinvolvu eluf ta’ bdiewa, sajjieda, raħħala, bejjiegħa, konsumaturi flimkien ma’ agro-imprendituri fl-oqsma tal-iproċessar ta’ prodotti agrikoli bħall-ħalib, tadam, inbid, laħam u ħut. Minbarra dan, il-Ministeru tiegħi huwa involut indirettament f ’setturi oħra ferm importanti għallekonomija u l-futur ta’ pajjiżna, bħat-turiżmu, l-industrija talospitalità, il-ħarsien tal-ambjent u l-kontroll tal-klima. Fil-portafoll tal-Ministeru għandi wkoll ir-responsabbiltà għall-ħarsien tad-drittjiet tal-annimali. Settur li f ’dawn l-aħħar snin kiseb għarfien u rikonoxximent minn eluf ta’ nies li verament iħobbu l-annimali u li jixtiequ li l-Ministeru jkompli jagħti sostenn u impenn biex tkompli tiżdied l-imħabba lejn l-annimali. L-objettiv prinċipali tiegħi huwa li mhux biss niżgura u nissalvagwardja l-eżistenza tas-setturi tal-biedja u s-sajd, iżda li nagħtu l-għodda lil min
huwa fis-settur biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-prodotti tiegħu u fl-istess ħin nassiguraw illi l-konsumatur jagħraf u japprezza x-xogħol u l-kwalità milħuqa minn bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin. Nemmen illi s-settur tal-biedja u sajd huwa tassew importanti. Għalkemm wieħed jista’ jargumenta li dawn is-setturi ma jikkontribwixxux ħafna lejn l-ekonomija Maltija, ta’ min jgħid illi l-agrikoltura tokkupa 33% tat-territorju tagħna u għalhekk tikkontribwixxi lejn l-identità Maltija. Fil-fatt ħafna mit-tradizzjonijiet u mid-drawwiet insibuhom marbuta ma’ dan is-settur. Biss biss jekk naraw l-ikel tradizzjonali u l-istaġjonalità tal-ikel wieħed mal-ewwel jista’ jabbinah ma’ dan is-settur. U jekk insemmu t-territorju u l-art agrikola ma nistgħux ma nassoċjawx ir-rwol tal-bdiewa fit-tisbiħ tal-gżejjer tagħna. Ma tridx tkun bravu ħafna biex tapprezza għelieqi maħdumin u miżmuma b’mod ordnat minn għelieqi żdingati. Għelieqi maħduma li juru l-kwalità tal-prodotti li kapaċi jipproduċu l-bdiewa jservu mhux biss ta’ ispirazzjoni għall-artisti
iżda jservu wkoll ta’ attrazzjoni għall-poplu Malti, kif ukoll għat-turisti li jiġu jammiraw is-sbuħija ta’ dawn il-gżejjer. Għalhekk, huwa importanti li l-agrikoltura u s-sajd jingħataw l-importanza mistħoqqa u li ma jiġux evalwati biss mill-aspett ta’ kontribut dirett lill-ekonomija. X’inhuma l-isfidi li qed jaffaċċjaw dawn is-setturi li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-Ministeru tiegħek? Il-biedja f ’Malta u Għawdex minn dejjem kellha taffaċċja sfidi, primarjament minħabba l-insularità tal-Gżejjer Maltin li toħloq problemi u spejjeż żejda biex tiġi impurtata l-materja prima (bħall-għalf għall-bhejjem, inġenji u makkinarju għallbdiewa, żrieragħ u pestiċidi); iddaqs tal-art agrikola, minħabba ċ-ċokon tat-territorju tal-Gżejjer Maltin li jillimita l-livell ta’ investiment li wieħed jista’ jagħmel minħabba fatturi ta’ economies of scale; l-iskarsezza ta’ ilma għat-tisqija tal-uċuħ tar-raba kif ukoll nuqqas ta’ riżorsi umani. Ma’ dawn l-isfidi rridu nżidu wkoll il-kompetizzjoni minn
pajjiżi Ewropej kif ukoll pajjiżi terzi kif ukoll il-fatt li dan is-settur mhux qiegħed jattira biżżejjed żgħażagħ. Filwaqt li qabel il-prodott agrikolu Malti kien protett permezz ta’ kontroll fuq liċenzji ta’ importazzjoni, kwoti, u tariffi fuq prodotti impurtati, bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea daħlet fis-suq il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u dik ta’ Suq Wieħed u b’hekk infetħu l-bibien tal-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli minn pajjiżi Ewropej. Dan jgħodd kemm għall-prodotti ta’ ħxejjex u frott, kif ukoll prodotti proċessati bħall-inbejjed, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam u prodotti
tal-laħam. Irridu wkoll inħajru żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jagħżlu l-biedja u s-sajd bħala impjieg full-time bi qliegħ f ’dawn is-setturi. Qegħdin naffaċċjaw sitwazzjoni xejn feliċi fejn in-numru ta’ bdiewa u sajjieda full-time qiegħed dejjem jonqos u dawk li qegħdin fl-impjieg qegħdin dejjem jikbru fl-età. Iż-żgħażagħ tal-lum qegħdin ifittxu impjieg f ’oqsma oħra tal-ekonomija li huma aktar attraenti u li jrendu aktar. Jekk tibqa’ din it-“trend” fi ftit snin oħra ħa nispiċċaw mingħajr bdiewa u sajjieda u b’abbandun komplet ta’ dawn iż-żewġ setturi. Għalhekk, irridu naħdmu biex din is-sitwazzjoni
L-objettiv prinċipali tiegħi huwa nissalvagwardja l-eżistenza tas-setturi t li nagħtu l-għodda lil min huwa fis-sett il-kwalità tal-prodotti tiegħu u fl-ist l-konsumatur jagħraf u japprezza x-xogħ minn bdiewa, raħ
kullhadd.com
ma’ tkomplix tiggrava u biex ninċentivaw żgħażagħ biex jidħlu f ’dan l-impjieg. X’jista’ jagħmel il-Ministeru tiegħek biex jiġu indirizzati dawn il-problemi u dawn l-isfidi? L-isfidi huma kbar. Madankollu, minn studji li saru juru biċ-ċar illi l-poplu Malti jogħġbu l-prodott mill-bdiewa, raħħala u sajjieda f ’Malta. Żewġ każi ta’ min isemmi huma s-settur tal-ħalib u s-settur tal-inbid. Maż-żmien dawn is-setturi, b’kollaborazzjoni malGvern kienu kapaċi jibnu reputazzjoni mal-komunità’ lokali u llum nistgħu ngħidu li għandna setturi li mhux biss jipproduċu prodotti ta’ kwalità iżda li din il-kwalità tista’ tiġi ċċertifikata kif ukoll mgħarrfa lill-konsumatur. Dan huwa mudell li jaħdem u l-intenzjoni tiegħi hija li nibqa’ naħdem lejn dan il-għan. Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn il-koperazzjoni tal-imsieħba kollha fil-katina tal-produzzjoni tal-ikel, jiġifieri katina li tinkuldi lil kulħadd: produtturi, konsumaturi, bejjiegħa, operaturi tal-ħwienet u r-ristoranti. Jeħtieġ ukoll li ssir kampanja ta’ pubbliċità u reklamar biex il-poplu jkun konxju li jekk irridu nipproteġu l-ambjent rurali ta’ pajiżna, irridu nagħtu sapport lil min qed jieħu ħsieb l-ambjent rurali billi nikkonsmaw il-prodott lokali. Dan jgħodd għall-prodotti agrikoli kollha, kemm ħxejjex u frott, kif ukoll inbid, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam u prodotti tal-laħam, għasel, żejt u prodotti oħra. Dwar in-nuqqas ta’ ilma għall-irrigazzjoni, din qed nieħdu ħsiebha biex flimkien mal-Ministeru għall-Energija u Ilma nipprovdu u nwasslu aktar ilma, magħruf bħala new water, f ’aktar żoni agrikoli u li jsir użu aħjar minnu kif ukoll li jkun hemm anqas ħela. Bil-koperazzjoni ta’ kulħadd jiena nara futur sabiħ għall-prodott agrikolu Malti u Għawdxi. Irridu nżommu l-prodott tradizzjonali u artiġjanali tal-biedja lokali waqt li fl-istess ħin nintroduċu sistemi moderni ta’ produzzjoni u aktar iġeniċi biex nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur.
li mhux biss niżgura u tal-biedja u s-sajd, iżda tur biex ikompli jtejjeb tess ħin nassiguraw illi ħol u l-kwalità milħuqa ħħala u sajjieda Maltin
15
29.03.2020
16
29.03.2020
kullhadd.com
L-AĦĦAR MIŻURI Silvio Parnis Segretarju Parlamentari
Apparti l-pjanijiet ta’ kontinġenza li ilhom imħejjijin, l-ewwel miżura ewlenija li ħabbarna kienet fis-7 ta’ Marzu, jiġifieri dakinhar li tħabbar l-ewwel każ ta’ COVID-19 f ’pajjiżna. Dakinhar ħriġna avviż biex kull min iħossu ma jiflaħx jew għadu kif vjaġġa fil-pajjiżi indikati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, m’għandux iżur lill-qraba li jinsabu fir-residenzi għall-anzjani. Ġie żgurat li f ’kull entratura tad-djar residenzjali jkun hemm hand rub. Il-ħinijiet ġew restritti għal filgħaxija u waranofsinhar u limitati għal massimu ta’
żewġ persuni fejn kull resident. Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul bdiet ukoll sistema ta’ monitoraġġ għal dawk li jidħlu fir-residenza u l-appuntamenti għas-servizzi tal-outpatients ġew skedati għal dati oħra. Tlett ijiem wara, jiġifieri fl-10 ta’ Marzu, fid-dawl tal-iżviluppi li saru, ħabbara li l-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi kemm fir-residenzi għall-anzjani u anki fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul ġew restritti għall-11am san-12:30 p.m. u mill-4:00pm u sas-6:00 p.m. Ingħata wkoll permess li tidħol biss persuna waħda fejn kull resident u kull viżitatur u ħaddiem beda jsirlu monitoraġġ. Komplejna mbagħad billi bdejna nħeġġu lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli sabiex ma joħorġux middar tagħhom jekk verament mhux għall-bżonn. Fit-12 ta’ Marzu ħadna d-deċiżjoni iebsa li d-djar residenzjali għall-anzjani u r-residenza ta’ San Vinċenz De Paul iwaqqfu ż-żjarat kollha mill-viżitaturi u jkunu permessi li jidħlu viżitaturi f ’każi urġenti biss.
Din id-deċiżjoni bdiet tapplika wkoll għad-djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità. Din id-deċiżjoni ma kinitx waħda faċli iżda madankollu kienet dik meħtieġa. Fil-fatt, ġiet meħuda fuq il-pariri tal-esperti inkluż id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li nnaqqsu kemm nifilħu ċ-ċans li dan il-virus jidħol f ’xi waħda minn dawn id-djar. Kif tafu l-anzjani huma suxxettibbli ħafna għal dan il-virus u jista’ jaffettwahom b’mod ħażin ħafna. Meta ħadna din id-deċiżjoni l-prijorità tagħna kienet li nissalvagwardjaw is-saħħa u l-ħajja tal-anzjani. Nifhem li l-familjari qed iħossu ħafna n-nuqqas tal-anzjani u huwa għalhekk li ħriġna ċirkolari sabiex jiġi assigurat li jkun hemm komunikazzjoni bejn il-familjari u r-residenti f ’dawn id-djar. Fit-13 ta’ Marzu bil-għan li nsaħħu s-servizzi essenzjali u nissalvagwardjaw kemm lill-ħaddiema, kemm lill-anzjani kif ukoll lill-persuni vulnerabbli saru emendi fis-servizzi offru-
ti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u mill-Aġenzija Sapport. Ftit tal-jiem ilu nedejna wkoll helpline għal dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda sapport, u għandhom bżonn xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries. In-numru huwa 25903030. Qed nappellaw ukoll biex fejn hu possibbli kulħadd jibqa’ d-dar. Fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-fatt ħarġet ordni biex l-anzjani u l-persuni vulnerabbli jibqgħu d-dar u jaqtgħu anki l-kuntatt personali mal-familjari b’mod speċjali mat-tfal u ż-żgħażagħ. Dan ġie deċiż minħabba l-fatt li dan il-virus jaffettwa l-iżjed lill-persuni vulnerabbli. Inħeġġiġkom għalhekk sabiex tobdu dawn id-direzzjonijiet. Dan qed ngħiduh għall-ġid tagħkom u tal-għeżież tagħkom. Jekk kulħadd jikkopera u jobdi l-miżuri u d-direzzjonijiet li qed joħorġu mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma ndumux ma noħorġu minn din l-isfida u nerġgħu nibdew niltaqgħu u
nieħdu gost flimkien. Appelli importanti f ’dawn iż-żminijiet: • Għal għajnuna relatata ma’ COVID-19 ċempel fuq 111; • Jekk għandek iżjed minn 60 sena, inti mingħajr l-ebda sapport u għandek bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti jew xi groceries ċempel fuq 2590 3030; • Jekk tafu b’xi ħadd li mhux isegwi l-kwarantina ċemplu fuq 2294 4504 jew ibagħtu email fuq quarantine.covid19@gov.mt; • Kull min qiegħed taħt kwarantina u għandu bżonn l-għajnuna jista’ jċempel fuq 2141 1411; • Huwa importanti li kemm jista’ jkun kulħadd jibqa’ f ’daru. • Jekk int anzjan/a, għandek xi diżabilità jew tbati minn xi kundizzjoni ibqa’ f ’darek u aqta’ anki l-kuntatt personali mal-familjari b’mod speċjali t-tfal u ż-żgħażagħ; • Għandha tintuża t-teknoloġija bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejnietna; • Aħsel idejk b’mod frekwenti; • Żomm ruħek attiv id-dar.
qegħdin naraw kemm tassew għandna min kapaċi jiggverna – fejn il-politika ma tibqax partiġjana imma ssir kif tassew għandha tkun anke f ’mumenti paċifiċi – politika nazzjonali. Fejn l-ewwel u qabel kollox nirrispettaw lil xulxin, nobdu d-direttivi. Nagħmlu eżatt dak li hu mandatorju – il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali ta’ żewġ metri ’l bogħod minn xulxin, li noqogħdu d-dar u ma noħorġux ħlief għal bżonn assolut. Li ngħidu grazzi lill-Prim Ministru għax hu sod. Lill-Ministru Chris Fearne u lil dawk kollha li qegħdin jiggwidawna minn fuq ir-radju, il-gazzetti, il-midja soċjali, it-televixin sabiex nibżgħu għal saħħitna. Grazzi mill-qalb lill-infermiera, lill-ispiżjara, lit- tobba, lill-ħaddiema tas-saħħa – dawn huma l-eroj tagħna. Dawn ħaqqhom monument fil-qalba tal-belt Valletta. Fiż-żmien meta qegħdin niċċelebraw Jum il-Ħelsien ser niċċelebraw flimkien u naraw fejn wasalna bħala nazzjon u xejn mhu ser ikisser is-soċjetà Maltija. Dan hu l-aqwa żmien għax
naraw x’isarraf il-poplu Malti u Għawdxi – mhux għax int Nazzjonalist, Soċjalist – imma għax flimkien aħna Maltin u Għawdxin sodi, dixxiplinati, kuraġġużi – poplu solidari li jaf jirbaħ. Għalhekk l-aqwa żmien – għax dak li ħdimna għalih u ta frott matul is-snin li għaddew nużawh u nużawh bil-għaqal. Aħna nazzjon li għax emminna rbaħna gwerer qalila – gwerer li jwerwru. Flimkien għax kellna fidi soda ma ħallejniex l-ebda faxxiżmu, l-ebda ultra-nazzjonaliżmu, l-ebda bomba, l-ebda uġigħ, l-ebda assedju u l-ebda kolonjaliżmu, l-ebda għadu joqtol l-ispirtu Malti – il-fidi f ’dak li jgħaqqadna ser toqtol u tirbaħ ukoll fuq biċċa mikrobu. Però, jeħtieġ ninbidlu, nuru rispett lejn in-natura, lejn saħħet id-dinja. Dan hu l-aqwa żmien fejn kull wieħed u waħda minna, żgħar u kbar, nuru xi nsarrfu u nxejru l-bandiera mhux biss mill-gallariji tagħna imma wkoll fil-futur qrib mill-pjazez u t-toroq tagħna. L-aqwa żmien għar-rispett, is-solidarjetà, il-kuraġġ u t-tbissima.
L-AQWA ŻMIEN Felix Busuttil Galea
Nimmaġina li meta qrajtu t-titlu ta’ dan l-artiklu għedtu min kitbu qiegħed jiġġennen. Li forsi qiegħed jgħix realtà oħra – għax ħlief mard, maskli, mewt, iżolazzjoni u dwejjaq kbar m’aħniex qegħdin naraw, ikunu xhieda ta’ u nisimgħu. Jien inħares u nispera li ħafna minnkom ukoll wara li taqraw dan l-artiklu tħarsu lejn dawn iż-żminijiet b’lenti differenti. Lenti li tista’ ssabbar, tista’ tagħti ħafna tama u tista’ ttaffi ħafna u mhux ftit mill-ansjetà li qiegħda bil-mod il-mod tokkupa kull rokna ta’ ħajjitna u tad-dinja. Issa sirna nafu kemm hu tassew kliem xieraq il-lirika ta’
John Lennon fil-kanzunetta tiegħu Imagine – għax issa sirna nafu kemm aħna bħala soċjetà, bħala komunità, bħala umani kemm tassew m’aħna xejn. Kemm hi prezzjuża l-ħajja – kemm hi fraġli u kemm hi iktar qattiela n-natura. Dan il-virus ma jittollerax fruntieri, età, reliġjon, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza u kemm għandek flus il-bank. Kulħadd l-istess. Kull nazzjon. Kull belt u kull triq. Kull dar. Dan il-mikrobu inviżibbli joqtol lil kull min hu vulnerabbli – imarrad lill kull min imissu u saħansitra jkisser u jħarbat iċ-ċiviltà umana – kollass totali ta’ kull ekonomija u ta’ dak kollu li kien jagħmilna bnedmin soċjevoli. Bars, clubs, ristoranti, gyms, shopping malls, ċinema, skejjel u teatri magħluqa – lanqas ma nistgħu ngħannqu lill-għeżież tagħna. Iġiegħel lili napprezza aktar sempliċi tgħanniqa – sempliċi vista lin-nanna u sempliċi bewsa fuq ħaddejha. Issa u iktar u minn qabel napprezza l-ħajja, xogħli, dawk li naħdem magħhom, it-tfal studenti tiegħi, it-talba fil-knisja mal-oħrajn – għalhekk
hu l-aqwa żmien. Għax il-ħajja xi drabi mhux tfesfes imma twerżaq – tgħallimna lkoll lezzjoni importanti. Li xejn ma tista’ tieħu for granted. L-aqwa żmien għax din il-pandemija tatna risposta – fejn u liema bini jista’ jtik l-aktar protezzjoni? Fejn ser issib il-wens u xelter meta l-ħajja ta’ madwarek tiddallam? Ir-risposta hi waħda. Darek – fejn familtek. Issa hu l-mument li toqgħod ħafna mal-familja – mumenti li qabel kienu jiġu t-tieni jew it-tielet fil-lista. L-ewwel kien ix-xogħol, it-traffiku, l-istress. Iżda issa l-arloġġ waqaf. U se jibqa’ wieqaf għal xi ftit żmien. Issa nagħtu aktar attenzjoni lil dawk li nħobbu, lil uliedna – nagħtuhom sigurtà, tama, pożittività u nimlew il-ġurnata bil-kreattività. Dak li ma kellniex żmien nagħmlu qabel issa hu l-waqt. Norganizzaw, nippjanaw, nilagħbu flimkien, insajru flimkien, nitkellmu, naraw kummiedji flimkien ħalli nidħqu flimkien. Issa wasal l-aqwa żmien għall-familji tagħna – għal dak li tassew ngħożżu u nħobbu. Dan hu l-aqwa żmien għaliex
17
29.03.2020
kullhadd.com
KEEPING YOU SAFE Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali nediet inizjattiva biex flimkien mat-68 Kunsill Lokal u l-5 Reġjuni tinħoloq pjattaforma fuq is-sit soċjali ta’ Facebook bil-għan li fis-sitwazzjoni li għaddejjin minnha bħalissa tħalli l-Kunsill Lokali jibqgħu viċin ir-residenti. Dan fl-aktar żmien diffiċli u delikat. Huwa proġett nobbli għaliex ilproġett twieled minħabba l-preokupazzjoni ta’ ħafna mill-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali, Sindki u Kunsilliera illi aktar ma jmur aktar qed issir diffiċli illi nagħtu s-servizz tagħna u nibqgħu viċin ir-residenti, dan minħabba li l-kuntatt fiżiku sar diffiċli u ta’ riskju. Tajjeb li wieħed jgħid li l-infrastruttura diġitali fi ħdan il-maġġoranza tal-Kunsilli Lokali mhix aġġornata għaż-żminijiet tal-lum u għalhekk konna fir-riskju li fl-aktar żminijiet fejn il-preżenza tal-Kunsilli Lokali għandha tinħass viċin tar-residenti, kien ser ikollna nagħlqu l-bibien tal-uffiċini tagħna, nitfu s-sistemi ta’ telefown u nibagħtu l-impjegati tal-Kunsill id-dar bil-leave. Din il-pjattaforma qed titħaddem bil-kontribut ta’ aktar minn 200 impjegat li filwaqt li ser jibqgħu jkunu ta’ servizz lejn il-komunitajiet tagħna ser ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar. Hija inizjattiva altruwistika għaliex bqajna impressjonati bil-mijiet ta’ telefonati u messaġġi li aħna wkoll irċevejn min-nies li minkejja d-diffikultajiet tas-sitwazzjoni kurrenti jixtiequ jkunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor. Primarjament qed ngħinu wkoll studenti tal-mediċina li bħalissa jinsabu jaħdmu l-isptar u ħaddiema oħra fi ħdan is-settur tas-saħħa
sabiex isibu akkomodazzjoni alternattiva mingħajr ħlas biex ikunu jistgħu jitbiegħdu minn mal-familjari tagħhom biex jevitaw li jittrasmettu l-mard. YouSafe mhix sit elettroniku ieħor ta’ informazzjoni fuq il-COVID-19, mhix helpline u lanqas mhi mezz ieħor ta’ xandir. YouSafe hija pjattaforma ta’ sapport għall-komunità li tipprovdi spazju għal djalogu bejn ir-residenti tagħna bilgħan li l-komunitajiet tagħna jersqu aktar lejn xulxin u ħadd ma jħossu waħdu. Hija pjattaforma fejn wieħed ma jfittix x’jista’ jieħu imma x’jista’ joffri. Huwa l-post fejn wieħed jitlob għall-għajnuna u r-residenti l-oħra flimkien jaraw jistgħux joffru din l-istess għajnuna. Il-pjattaforma maqsuma fi gruppi, wieħed għal kull lokalità. Kull grupp ser ikun immaniġġjat mill-Kunsill rispettiv tiegħu. Il-Kunsilli Reġjonali ser ikunu qed jassistu lill-Kunsilli Lokali fejn ikun jeħtieġ. Għaldaqstant, din il-pjattaforma hija komposta minn 68 grupp privat għar-residenti ta’ kull lokalità rispettiva. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali temmen li din il-pjattaforma ser issaħħaħ is-sens ta’ appartenza fil-lokalitajiet tagħna li mal-medda taż-żmien kienet qed tiddgħajjef. Ser tagħti wkoll spazju għal ħafna nies b’talent differenti li jixtiequ jkunu ta’ servizz għall-komunitajiet tagħhom. Fuq il-pjattaforma ser ikun hemm ukoll spazji għan-negozji fil-lokalitajiet rispettivi li minkejja d-diffikultajiet u l-inċertezza li għaddejjin minnha jixtiequ anki huma joffru l-għajnuna tagħhom lill-komunità. YouSafe ser tistabbilixxi relazzjonijiet u ħbiberiji ġodda bejn ir-residenti fil-lokalità tagħhom. Kuntatti ġodda ma’ residenti stranġieri li qed joqogħdu fil-lokalitajiet ġodda li wkoll għandhom ħafna x’joffru lill-komunitajiet tagħna. Nemmen li verament nistgħu noħorġu minn dan iż-żmien ta’ ansjetà u biża’ bħala nazzjon aħjar, nazzjon altruwist fejn inħarsu l-interessi ta’ xulxin, ngħinu lil xulxin u nirrispettaw lil xulxin. Din il-pjattaforma ser tkun qed tiffaċilita dan kollu. Għalhekk, bis-slogan Keeping You Safe, il-Kunsilli Lokali ser ikunu magħkom fl-aktar żminijiet diffiċli.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 19 ta’ Marzu Il-festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat dejjem mortha fl-imgħoddi, imma llum kelli nibqa’ magħluq ġewwa, inċempel lil dak u lill-ieħor biex ngħaddi ftit żmien u nara kif qegħdin jaħsbuha. Ma jistax jonqos li nsegwi wkoll l-aħbarijiet fuq l-istazzjon tagħna, kif ukoll il-konferenzi stampa li qiegħed jagħti ta’ kuljum il-Kap Adrian Delia, minkejja li f ’dawn l-aħħar jiem qiegħed iħawwadni xi ftit. Ma nafx kif qiegħed kważi kuljum jgħid li għandu fiduċja sħiħa fl-awtoritajiet tas-saħħa, imbagħad jgħid lill-Gvern biex imur kontra l-pariri li qegħdin jagħtuh l-istess awtoritajiet. Jew għandu fiduċja fihom jew m’għandux, mhux hekk! Il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu
ħmerijiet li n-nies hemm barra assolutament mhi temmen xejn minn dak li qegħdin ngħidu. Anke sieħbi tal-Istamperija bħali jaħsibha imma qalli li l-Kap qiegħed ikollu joqgħod għal dak li qegħdin jgħidulu s-17-il eroj jew traditur, jew is-17-il traditur jew eroj. Dawn iriduh jagħmel kampanja li l-Gvern mhu qiegħed jagħmel xejn tajjeb, u skont sieħbi tal-Istamperija hu ma jaqbilx magħhom u għalhekk qiegħed iħossu skomdu u jgħid il-ħmerijiet. It-Tnejn, 23 ta’ Marzu In-nanna Gerit kienet tgħid li kull deni ħudu b’ġid u naħseb li din tal-Coronavirus lill-partit darba glorjuż tagħna, minn ċertu aspett jew aspetti, qiegħda tiswieh ta’ ġid. Tista’ tgħid li ta’ kuljum, il-Kap Adrain Delia qiegħed jagħti konferenza tal-aħbarijiet, (xi ħaġa li l-ebda Kap tal-Oppożizzjoni f ’pajjiż ieħor mhu jagħmel, tal-inqas sa fejn naf jien), u miegħu, spalla ma’ spalla, qiegħed ikollu mill-inqas żewġ deputati. B’hekk qegħdin nidhru magħqudin, għax anke dawk id-deputati mill-grupp ta’ 17-il eroj/tradituri, qegħdin jidhru miegħu. Illum kellna eżempju tipiku. Żewġ deputati Għawdxin li kieku jistgħu jaqtgħulu rasu, dehru spalla ma’ spalla mal-Kap!
Bħala wieħed li ili nsegwi lill-partit darba glorjuż tagħna ma nafx kemm-il sena, ili wkoll insegwi kampanji elettorali. Għalhekk, ngħid id-dritt, kont ili nistennieha. Sempliċement għax segwejt l-aħħar żewġ kampanji elettorali. Fiż-żewg kampanji il-ġurnalisti tagħhom kienu dejjem jistaqsu kemm se tiswa kull proposta li nagħmlu. Għadni niftakar lil Simon Busuttil ma jweġibx meta kien mistoqsi, jekk niftakar sew, dwar l-iskema biex l-Għawdxin imorru joqogħdu lura Għawdex. U l-istess qiegħed jiġri issa. Illum, mistoqsija It-Tlieta, 24 ta’ Marzu simili saret lill-Viċi Kap David Agius, u bħalma għamel Simon Busuttil, ħarab Xejn ma jien kuntent, man! Mhux għax mill-mistoqsija. Ma nitgħallmu qatt, man! qiegħed ikolli noqgħod ġewwa, għax b’xi mod, issa qiegħed nidra. Mhux kuntent għax nobgħod nara lill-Kap tagħna Adrian Is-Sibt, 21 ta’ Marzu Delia jaqa’ għaċ-ċajt, kif ġralu llejla fil-ParMa kinitx Coronavirus, man, għax ta’ lament meta għamel ħafna mistoqsija dwar kuljum qiegħda titfaċċa xi ħaġa li tħaw- il-bini ta’ sptar prifabrikat, u jekk fhimt sew, wadli moħħi. Mela f ’daqqa waħda tfaċċat ried jagħti l-impressjoni li dan l-isptar se jinTherese Comodini Caċhia, dik li kieku bena biex igawdi xi ħadd. Pront kien il-Ministru Fearne li waqqgħu kien għaliha telqet lejn Brussell u ġiet taqa’ u tqum minn dawk li vvutawlha biex għaċ-ċajt hekk kif qallu li l-Oppożizzjoni tirrappreżentahom fil-Parlament Malti, kienet infurmata permezz ta’ Stephen l-ogħla istituzzjoni f ’pajjiżna, u qiegħda Spiteri li anke qal prosit lill-Gvern. Iva tgħid li għandu jitwaqqaf fond biex il-ġur- ngħid jien, tant ninsabu maqsumin li lanqas nalisti jkunu jistgħu jwasslu informazzjoni fuq ħaġa bħal din m’aħna nitkellmu?! korretta lill-pubbliku. Ngħid jien hemm għalfejn ikun L-Erbgħa, 2 ta’ Marzu hemm xi fond biex il-ġurnalisti jwasslu informazzjoni korretta? Jien kulma qed Fettilli nċempel lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejnagħmel hu li nsegwi l-konferenzi stampa na biex nara kif inhu, u bqajt skantat meta uffiċjali, speċjalment dawk mogħtija minn qalli li għal darba kien qiegħed jaqbel malCharmaine Gauci, u noqgħod fuq dak li kap tagħna Adrian Delia. Għedt ejja, forsi tgħid hi. Ma narax li għandi għalfejn in- għad jerġa’ jdur magħna. Meta staqsejtu daħħal idejja fil-but biex ikun naf il-verità x’kien, qalli għax skont hu, li kieku fis-sitwazzjoni preżenti kellna lil Adrian Delia kollha! Prim Ministru, lilu kien iħallasu l-pagi tal-ħaddiema u kien jagħtih ukoll xi għaIl-Ħadd, 22 ta’ Marzu jnuna, minkejja li huwa għadu għaddej, Qiegħed ninkwieta bil-kbir, man! Qisna jekk mhux għaddej aħjar ukoll. Għedtlu tlifna l-boxxla u ma nafux x’aħna ngħidu. imma hekk mhux sewwa, għax la għadu Li kont jien, naħseb li kien ikun aħjar li għaddej bin-negozju tiegħu, m’għandux ma nagħmlux konferenzi tal-aħbarijiet u bżonn għajnuna. Qalli mela għid lill-Kap messaġġi oħra, għax tant qegħdin ngħidu tiegħek biex ma jgħidx ħmerijiet!
18
29.03.2020
kullhadd.com
MINN PACEVILLE SAL-ABORT
Paceville hu lokal fejn kulma fadal bħala residenti huma 10 anzjani. Dan il-lokal inbidel mil-lejl għan-nhar għal post ta’ divertiment u xalar. Iżda qisha r-rota waslet biex tagħmel id-dawra tagħha u bosta bars qed jagħmlu l-wisa’ għal ċentri tan-negozju. Madankollu, l-akbar problema f’Paceville għadha d-droga. Fl-isfond ta’ dan kollu, insibu l-Kappella tal-Millennju, li tilqa’ persuni bi problemi differenti. Illum tkellimt ma’ Fr Hilary Tagliaferro, id-direttur tagħha, fuq ħafna mill-aspetti talħajja.
Minn CHARLES B. SPITERI Fr Hilary, il-Kappella tal-Millennju ilha mwaqqfa mis-sena 2000. Ta’ min kien il-ħsieb li tinbena u x’kienet ir-raġuni warajha? Naħseb li kienet opra tal-providenza u ta’ ħadd partikulari. Forsi l-ewwel xrara tfajtha jien, għax rajt in-nuqqas kbir li kien hawn. Kont għadni kif intbgħatt Paceville. Jien ili f ’dawn l-inħawi mal-50 sena, bejn hawn u bejn Bay Street, għax kellna komunità hemmhekk ukoll, u allura rajt Paceville jinbidel u minn post ta’ residenza, sar post ta’ divertiment, b’ristoranti, ċentri tan-negozju, lukandi, parlours u kollox. B’hekk ħassejt li hawn kien hawn bżonn aktar il-preżenza ta’ Alla. Qsamt dan il-ħsieb tiegħi ma’ grupp żgħir ta’ nies, fosthom il-Perit Richard England, li kien il-moħħ fil-proġett u mill-ewwel qabeż fuq l-idea biex titwettaq.
Kif tħares lejn Paceville tal-antik, li nbena għall-familji Ingliżi u llum? Differenza enormi. Fenomenu li ma nistax nispjegah, iżda hu fatt li ma baqax ħlief xi 10 residenti anzjani jgħixu f ’Paceville. Il-bqija spiċċaw u d-djar tagħhom twaqqgħu u saru postijiet ta’ divertiment. Anki issa reġa’ qed jinbidel. Qed tonqos bil-mod il-mod dik l-importanza għaż-żgħażagħ fil-qasam tad-divertiment. Illum qed jinbnew iżjed ċentri tan-negozju u uffiċini. B’hekk meta għandek din il-kwalità ta’ nies, b’lukandi tal-aqwa klassi mad-dawra u negozjanti l-ħin kollu, ħafna mill-ħwienet tad-divertiment inbidlu f ’ristoranti u naqas l-istorbju. Madankollu, illum id-divertiment qed isir ġewwa. Fejn qabel konna naraw nies fis-sakra u jbigħu d-droga fit-triq, issa kol-
Iżda qabel kien hawn xi knisja hawn? Le, fejn qegħdin kien hawn Ċentru tal-Komunità għat-Tfal, iżda fuq, minn dejjem kien kunvent, sa mill-1930. Meta nbniet il-knisja u l-kunvent il-ġdid, inbena l-basement, fejn qegħdin aħna, u li qabel kien iservi bħala Ċentru tal-Komunità, li kien ilu ma jintuża xi 10 snin, mimli bil-ġrieden, ħmieġ u mbarazz. Għalhekk rajna li nibdlu dan il-post għal kif jidher illum. Mat-tfaqqis tal-idea kienu ġew miegħi għand l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ilPerit Richard England, John C. Grech u l-mara tiegħu u l-kuntrattur Joe Schranz. Għednielu bil-proġett u baqa’ jħares lejja skantat. Ħasibni miġnun għall-fatt li ridt nibni Kappella u jkolli l-Ewkaristija f ’dak l-istorbju, l-inkwiet u t-tbaħrid kollu. Iżda jien għedtlu: “Ma nafx. Aħna niżirgħu u nħallu lill-Mulej jagħtina l-frott”.
Il-Kappella fiha nnifisha tiġbrok ħafna. Kull min ġie hawn, u ġew eluf kbar ta’ nies bi problemi differenti, ilkoll ħarġu mibdulin. L-ewwel nett għax għandek l-Ewkaristija preżenti l-ħin kollu, u l-atmosfera fiha nnifisha b’mużika rilassanti, tpespis u tisfir tal-għasafar, kif ukoll is-skiet, mhumiex ta’ Paceville
lox isir minn wara l-bibien, fuq ġewwa. X’jolqtok l-aktar xħin tidħol f ’din il-Kappella?
nkellimhom fuq il-valuri tal-isport. Hi esperjenza li wriet li ż-żgħażagħ jieħdu gost biha. Għandna wkoll programm ta’ counselling għal dawk li għandhom il-problema tad-droga jew xi vizzju bħall-gambling, pornografija u relazzjonijiet. Għandna 10 counsellors professjonali, li jagħtu servizz b’xejn lil kull min jiġi għall-għajnuna.
Il-Kappella fiha nnifisha tiġbrok ħafna. Kull min ġie hawn, u ġew eluf kbar ta’ nies bi problemi differenti, ilkoll ħarġu mibdulin. L-ewwel nett għax għandek l-Ewkaristija preżenti l-ħin kollu, u l-atmosfera fiha nnifisha b’mużika rilassan- Jiġifieri l-problema tad-droga ti, tpespis u tisfir tal-għasafar, kif ukoll għadha kbira? is-skiet, mhumiex ta’ Paceville. Mhux għadha, iżda żdiedet. Għedtlek, ma B’liema mod tara li l-ħidma reliġjuża tarahiex fit-triqat iżda tinbiegħ galore. Imbagħad għandna programm sabiħ qed tiġbed liż-żgħażagħ lejn din bla ħlas għall-iskejjel, li bdejnieh f ’Noil-Kappella u xi jkun organizzat vembru li għadda u intensifika ruħu waqt għalihom? ir-Randan. Kien fully booked. Jiġu l-istuPrattikament, aħna ma norganizzaw xejn, denti minn Form III sa V u nagħmlulhom iżda noffru servizz għall-persuna kollha WOW experience, li tikkonsisti f ’nofstankemm hi, mhux biss għar-ruħ iżda wkoll har magħna. Jibdew b’talba fil-Kappella għall-ġisem. Infatti, int u dieħel fil-Kap- u wara jinżlu isfel fejn hemm il-faċilitajiet pella hemm plakka li tfakkar il-ġemellaġġ ta’ logħob u nkellmuhom fuq is-sbuħima’ żewġ postijiet: waħda mas-Sorijiet ja tal-ħajja; għax f ’Malta għandna ħafna tal-Klawsura, ta’ Santa Klara, li hemm żgħażagħ li jikkommettu suwiċidju. Din hi fit-Triq Reġjonali u l-oħra mal-Youth FA ħasra enormi f ’pajjiż Nisrani, għax tfisser għax jien għadni President tal-Youth FA. li uliedna mhumiex japprezzaw il-ħajja. Mas-Sorijiet għax għandna arranġament peress li hemm uħud minnhom, li Xi żmien ilu bnejtu ġnien bibliku fuq qabel ma daħlu għall-ħajja tal-monasteru, il-post. X’kienet ir-raġuni għalih? kienu jiffrekwentaw hawnhekk billejl biex jitolbu. Ilħaqna ftehim, fejn kuljum, meta Kont ili ninnota nies bħall-Musulmani, li ngħidu t-talb man-nies tal-komunità tagħ- billi fil-Kappella għandna salib kbir, kulna, ikunu qed jitolbu s-sorijiet infushom. tant kien qisu jwerwirhom, għax ma jifU darba fix-xahar, meta nagħmlu adorazz- hmux l-umiljazzjoni u s-sofferenza li sofra joni fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar, jagħmlu- Ġesù fuqu. Minħabba f ’hekk xi wħud ma ha huma wkoll u jitolbu għal kull persuna jidħlux fil-Kappella. Għalhekk, ridna nipprovdu xi mkien ieħor, fejn min m’għandu li tidħol fil-Kappella. Ir-raġuni tal-Youth FA hi, li jien ħadt l-ebda fidi, jista’ joqgħod għall-kwiet, jaqra ħafna mill-isport. Hu ffurmani, naf il-val- kwotazzjoni milli dendilna u jimmedita uri tiegħu u nixtieq li dawn il-valuri ngħad- mingħajr il-preżenza tal-Ewkaristija. Ridna nutilizzaw is-saqaf tal-bedihom liż-żgħażagħ. Għalhekk nistieden lin-nurseries jiġu hawn, speċjalment jt u l-Perit Richard England reġa’ daħal fil-vaganzi, jagħmlu sagħtejn magħna u għax-xogħol tal-ġnien, fuq żewġ sulari. Pe-
19
29.03.2020
kullhadd.com
ter Calamatta ħareġ il-ktieb tiegħu Maltese Plants in the Bible; ħadna l-ispunt minn dak il-ktieb u mill-istudju li għamel; xtrajna l-pjanti u ħawwilna l-pjanti li jikbru fl-Art Imqaddsa u li għandna bħalhom f ’pajjiżna. Fil-ġnien jiġu nies jagħmlu l-yoga u jimmeditaw. L-aktar li jiġu fil-post, xi jkunu: Maltin jew Musulmani? Kulħadd. Semmejtlek id-drogati. Għalihom għandna tliet gruppi li jiltaqgħu regolarment u jiġu minn kull parti tal-gżira. Semmejtli d-droga. Iżda t-taħlit bejn is-sessi mhux akbar? Ngħidlek li d-droga. It-taħwid bejn is-sessi hi ħaġa tan-natura, iżda d-droga ġejja barra min-natura. Aħna nibżgħu mill-kanċer u bir-raġun, għax joqtol il-fiżiku tal-bniedem u jwasslu għall-qabar. Iżda d-droga toqtol anki lir-ruħ ta’ min jeħodha, tal-familja u tas-soċjetà. Issess jiġi wara u jaf ikun effett tad-droga stess. Tara li l-Knisja għandha tibqa’ tersaq lejn dawn iż-żgħażagħ u adulti bi mħabba u bla ebda ċanfira? Dejjem. Ċanfira għandu jkun hemm, iżda bl-imħabba. Li tikser, teskludi jew twarrab le, iżda nikkundannaw lillaġir mhux lill-persuna, għax il-persuna dejjem għandha spazju biex tirkupra u terġa’ tqum. Għall-bidu rajt bosta persuni li beżżgħuni, iżda bl-isforz li għamlu u bl-għajnuna li tajniehom, stejqru u reġgħu qabdu t-triq it-tajba. Imbagħad, għandna problema oħra gravi: il-konsum tal-alkoħol, u rajt nies alkoħoliċi li waslu kissru lill-familja tagħhom. Iżda l-istess: bl-għajnuna t’Alla u bid-determinazzjoni tagħhom, irnexxielhom joħorġu. U allaħares ma kienx hekk, għax kieku naqtgħu qalbna. Illum naraw bosta koppji jisseparaw. Forsi r-raġuni tkun minħabba li f ’żgħożithom ikunu draw jixxalaw u jwarrbu għalkollox id-dixxiplina minnhom infushom? Jien inħobb ngħid li aħna warrabna lil Alla u minfloku ħloqna lill-alla tal-flus. Mhux fis-soċjetà tagħna biss iżda talpajjiżi kollha tal-Punent. Il-flus saru kollox. Jien inħobb il-futbol, iżda neħħi l-flus min-nofs u ma jibqa’ xejn. Jiġifieri anki l-Knisja tagħna qed tieħu daqqa minn dan il-fatt. L-importanti llum hu kemm kulħadd għandu flus. Jien hawn jiġu nies mejtin bil-ġuħ, nagħtuhom jieklu u jgħidulek: “dan mhux biżżejjed. Agħtuna two, three jew five euro”. Kulħadd flus f ’idejh irid, għax ix-Xitan qed juża din l-arma qawwija u qed iħawwad lin-nies kollha. Hawn min għandu ħafna flus, hawn min m’għandu xejn, iżda t-tnejn qegħdin fl-estrem, jekk ipoġġu l-flus fl-ewwel post ta’ ħajjithom. Madankollu, min ikollu lil Alla f ’ħajtu u fi mħabbtu, ikollu strument qawwi biex jirbaħ lil dawn problemi. Aħna ngorru għal dak li qed naraw, iżda għall-grazzja t’Alla għandna ħafna
Anki l-Papa Franġisku qal, li hemm koppji li jbierku l-mument tar-relazzjoni każi fejn bniedem ikollu aktar suċċess tagħhom. fit-tieni żwieġ tiegħu milli fl-ewwel, għax it-tieni koppja taf issib l-imħabba u tieqaf Illum tista’ tgħid li kulħadd, nisa u it-tbatija. rġiel jaħdmu. Kif tara d-drawwa li Niftakru li skont il-Konċilju Vatikan daħlet, li darba f ’xahar issir ikla it-Tieni, il-kuxjenza hi l-iktar ġudizzju għall-ħaddiema biss, mhux suprem li għandu jkollna quddiem Alla. mar-raġel jew mal-mara tagħhom? Mhix il-Knisja li tgħidlek x’għandek Drawwa perikoluża ferm, għax in-na- tagħmel, iżda l-kuxjenza. Il-Knisja qiegħtura tal-bniedem hi li hi. Għalhekk jekk da hemm biex tgħinek issib it-triq u biex int qiegħed tpoġġi fil-ġenb lis-sieħeb twasslek teduka lill-kuxjenza tiegħek. Imjew sieħba tiegħek, anki għal lejla waħ- bagħad tkun int stess li tagħraf jekk iżda, biżżejjed ikun hemm ftit xorb żejjed żwieġ tiegħek hux tassew dak li jrid Alla. Ħadd ma jista’ jippretendi li bniedem u forsi xi argument ġurnata qabel, biex tara sbieħ lill-irġiel jew lin-nisa li jkollok jibqa’ msawwat għomru kollu u meta fil-kumpanija tiegħek u tara kif tagħmel jsib persuna oħra li tirrispettah u tħobbiex taqbad magħhom. Jiġifieri n-natura bu, ma jmurx għaliha. Dawn huma affarma nistgħux nevitawha; hi sabiħa iżda rri- ijiet li l-Knisja ddum biex taċċettahom, iżda rridu naslu għalihom. U mhuwiex xi du nikkontrollawha. skandlu, għax id-divorzju ilu minn mindu nħoloq il-bniedem. Bħala Patri se nistaqsik: semmejtli l-flus diġà. Kif għandna nħarsu lejn Finalment, wara d-divorzju xtaqtek il-pjaga soċjali? tgħidli kif tara li għandna nħarsu lejn Irridu naċċettaw li d-dinja tinbidel u l-abort? l-Knisja trid tkun relevanti meta tinbidel mas-soċjetà. Ma jfissirx li kollox jgħad- Bla dubju, aħna trabbejna u għandna di u xejn mhu xejn. Iżda l-fatt li d-dinja nibqgħu nżommu l-valur sabiħ tal-ħajja, nbidlet, u bit-teknoloġija l-ġdida li hawn u għalhekk anki dak il-programm li norqed tkompli tinbidel, irid ikollna l-fidi u ’l ganizzaw għat-tfal – fejn għandna ħafna Alla f ’ħajjitna biex nagħrfu dejjem x’inhu suwiċidji – aħna niftħulhom għajnejhom t-tajjeb li nżommu u l-ħażin li rridu nwar- u nfehmuhom kemm hi sabiħa l-ħajja u kemm hu tajjeb li tgħixha. Jekk allurbu. ra nagħmlu dan mat-tfal, kemm għandna iżjed u iżjed niddefendu lit-tarbija, sa Issa, il-Knisja tasal taqbel masmill-bidu nett tal-konċepiment tagħha, li separazzjoni, iżda mad-divorzju le. m’għandha l-ebda għajnuna ta’ ħadd? Fortunatament għandna politiċi li Fi żmien Mosè u fi żmien Ġesù diġà kien hemm id-divorzju, għax il-bniedem huma ta’ fidi u li s’issa, għax ma neskludix jibqa’ mmexxi min-natura. Illum, bnie- li jgħaddu 10 snin oħra u ma jinbidilx koldem ma jgħix 40 jew 50 sena kif kien lox, l-abort għadu ma daħalx fostna. Dan jgħix fl-imgħoddi. Illum relazzjoni tista’ iżda jkun jista’ jiġri, minħabba li s-sistema tieħdok sa 60 sena u allura mhux bilfors politika fid-dinja qed tinbidel ħafna. li bniedem ikun jista’ jiflaħ jintrabat għal dak iż-żmien kollu. Jiġifieri l-problemi Iżda jekk jiġri dan, ikun ifisser li tar-relazzjonijiet jibqgħu hemm dejjem. l-politika rikbet fuq ir-reliġjon? U d-divorzju hu xi ħaġa li titolbu kemm in-natura kif ukoll is-soċjetà tal-lum. Dażgur, illum il-politika kollox. Illum B’hekk il-Knisja, minkejja l-ideali, ma ti- hemm is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja. Illum hu l-Istat li jmexxi lill-pajjiż, stax tagħlaq għajnejha.
MEDITATION GARDEN
mhux bħal qabel. Qabel kienet il-Knisja, u ħafna drabi kellha influwenza żejda. Illum hawn din is-separazzjoni, iżda meta għandna politiċi li huma ffurmati tajjeb bil-fidi u li telgħu f ’edukazzjoni u kultura Nisranija tajba, il-valuri Nsara jibqgħu hemm. U dan hu s-sabiħ tal-fidi. Jalla jibqgħu hemm għal ħafna żmien, iżda kif naraw, illum l-abort kważi daħal fid-dinja kollha. Min-naħa l-oħra trid tara s-sitwazzjoni kiefra li tkun fiha dik il-mara li tasal tieħu deċiżjoni bħal din. Ma naħsibx li hi xi deċiżjoni sabiħa għal dik ix-xbejba li trid teħles mit-tarbija tagħha. Lil dawn, aħna rridu nsegwuhom aktar, biex jifhmu r-raġuni għaliex hu ħażin l-abort. Mhux sempliċement għax il-Knisja qed tipprojbixxih, iżda għax Alla ħalaq il-ħajja u rridu nirrispettawha. U għandna l-eżempji ta’ ħafna, li l-familji tagħhom iġġieldu kontra l-abort, twieldu u qed jagħtu kontribut kbir lis-soċjetà. Bħala Knisja u saċerdoti nara li għandna naħdmu iżjed ma’ min għaddej minn din il-kriżi. Nippreferi li jkun hemm prevenzjoni tal-abort milli kundanni.
Ċanfira għandu jkun hemm, iżda bl-imħabba. Li tikser, teskludi jew twarrab le, iżda nikkundannaw lill-aġir mhux lill-persuna, għax il-persuna dejjem għandha spazju biex tirkupra u terġa’ tqum. Għall-bidu rajt bosta persuni li beżżgħuni, iżda bl-isforz li għamlu u bl-għajnuna li tajniehom, stejqru u reġgħu qabdu t-triq it-tajba.
20
29.03.2020
kullhadd.com
FERĦ U NIKET GĦAL KOPPJA FQIRA Kitba ta’ EMAN BONNICI
Fost il-membri tal-Provinċja tal-Qalb Pura ta’ Marija tal-Patrijiet Karmelitani fl-Istati Uniti tal-Amerka nsibu figura “traġika” li l-minġel tal-mewt ħasad sa minn kmieni mhux biss lilha imma wkoll lill-ġenituri tagħha. Tagħhom hija storja qasira, aktarx kiebja, imma tislet minnha nfisha, l-imħabba u l-barka li l-figura ta’ iben ordnat għas-saċerdozju ġġib fid-dar. Coalport: villaġġ qrib l-estinzjoni Bħalma jixhed ismu, Coalport, fi Clearfield County, Pennsylvania, kien villaġġ tal-minjieri. Illum, li l-ħidma fihom għoddha għebet fix-xejn għall-kuntrarju ta’ dari, jgħodd popolazzjoni mill-aktar ċkejkna ta’ inqas minn 500 ruħ. Fiż-żmien li seħħet madankollu l-ġrajja tagħna tal-lum kien ferm aktar popolat u r-residenti kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom fil-veru sens tal-kelma blgħaraq ta’ ġbinhom bit-tbatija kbira li l-ħidma fil-minjieri ġġib magħha. Il-villaġġ isorġi qrib il-famuża kurva ferrovjarja “Horseshoe Curve” fil-muntanji Allegheny, fejn il-Qaddej ta’ Alla, il-Prinċep Dun Demetrius Augustin Gallitzin (1770-1840), terraq u ħadem pastoralment snin qabel. Proprju f ’waħda mid-djar riservati għall-ħaddiema u nieshom mill-impjegati tagħhom f ’dan il-villaġġ, twieled fl-20 ta’ April 1887, tifel li ssemma’ Ġużeppi, it-tielet wild fost sitta tal-koppja Alexander Dressel u Mary Louise xebba Tourscher. Il-missier, Ġermaniż, imwieled sewwasew f ’Baden-Württemberg, kien mexa lejn l-Istati Uniti bħal ħafna żgħażagħ Ewropej oħra tamparu biex jittanta xortih fil-minjieri u mal-wasla tiegħu ma damx ma sab ruħu ġewwa Coalport. Iċ-ċkejken Ġużeppi sa minn tfulitu kien medhi bi ħwejjeġ devozzjonali hekk li kien jgħaddi ħafna mill-ħin tiegħu fil-kappella ċkejkna preżenti f ’tarf waħda mill-għoljiet tal-villaġġ. Arah b’ħerqa jilbes il-libsa ta’ abbati u jassisti f ’kull funzjoni li kienet issir. Din il-ħeġġa tiegħu ma damitx ma żviluppat f ’sejħa vokazzjonali. Dan seħħ meta fl-1902, il-Patrijiet Agostinjani organizzaw missjoni fil-knisja tal-villaġġ u mqanqal mill-prietki li saru fiha, il-ġuvnott qatagħha li jibda l-istudji tiegħu għas-saċerdozju billi jidħol fil-Kulleġġ ta’ Villanova tal-istess Agostinjani.
Minkejja d-diffikultajiet finanzjarji kbar, b’tant ħluq x’jintemgħu minn salarju l-aktar miżeru, il-ġenituri, imqanqla minn din id-deċiżjoni ta’ binhom, xejn ma ħassrulu, anzi ssagrifikaw sal-inqas sold li kellhom imfaddal sabiex jaqtgħulu xewqtu u jibagħtuh jistudja bil-għan li jarawh tiela’ t-tarġiet tal-altar. Tliet snin wara li beda l-istudji tiegħu, Ġużeppi marad u fuq parir tat-tobba, irħielha lejn villaġġ twelidu sabiex imidd idejh għax-xogħol manwali bit-tir li dan isaħħu mill-ġdid. Hekk għamel u għall-ħames snin li segwew, ħadem bħall-bqija ta’ niesu u r-residenti tal-post fil-minjieri. Minkejja li issa kien ’il bogħod mill-istudji u l-ġabra, il-vokazzjoni tiegħu ma tgħarrqitx, tant li meta fl-aħħar kiseb saħħtu mill-ġdid, daħal mal-Karmelitani. Fi ħdan l-Ordni Karmelitan Għaliex, forsi hawn min jistaqsi, mal-Karmelitani u mhux mal-Agostinjani? Fis-sena 1911, il-Patrijiet Karmelitani Basil A. Kahler u Philip A. Best tellgħu
missjoni għal darb’oħra fil-knisja ċkejkna tal-villaġġ u ż-żagħżugħ tkellem magħhom u qasam magħhom il-ġrajja tiegħu. It-tnejn li huma wegħduh li jgħinuh u kelmithom żammewha għax f ’qasir żmien sab ruħu fil-Kulleġġ ta’ San Ċirillu f ’Chicago bħala postulant fi ħdan l-Ordni Karmelitan. Matul dan il-perjodu, ta’ madwaru nnutaw li kien ta’ temperament nervuż, derivat aktarx miż-żmien li qatta’ fil-minjieri kif ukoll mill-ansjetà li fiha kostantement għadda dan il-perjodu li matulu akkost ta’ kollox ried jilħaq il-milja tiegħu, ċjoè it-triq tas-saċerdoz-
ju. Madankollu kien ta’ natural mill-aktar timidu, riservat u fuq kollox b’nuqqas ta’ fiduċja kbira fih innifsu. Is-superjuri tiegħu għaldaqstant ħadmu bis-sħiħ biex jgħinuh jegħleb dan innuqqas ta’ kumpless ta’ inferjorità billi kienu jqabbduh fost l-oħrajn itella’ diskorsi f ’ċerimonji uffiċjali marbuta malkulleġġ. Kull darba li ġie fdat b’tali inkarigu ġie milqugħ b’applawsi kbar għall-kliem meqjus u elaborat tiegħu; ftit kienu jobsru x’sagrifiċċju kbir kien hemm min-naħa tiegħu wara kull wieħed minnhom! Dressel għamel l-ewwel professjoni tiegħu fid-29 ta’ Settembru 1913. Mibgħut Ruma għal aktar studji, tul il-perjodu tan-novizzjat u l-istudentat tiegħu, kien popolari ferm mannovizzi sħabu li kienu jsejħulu “Doc” li fosthom bħala età kien sintendi l-akbar wieħed. Ordnat presbiteru ġewwa Ruma stess fit-2 ta’ Ġunju 1917, niżel lura l-Istati Uniti f ’Awwissu tas-sena ta’ wara. Mal-wasla tiegħu, sewwasew fil-15 tax-xahar, ċjoè nhar l-Assunta, fil-preżenża tal-ġenituri tiegħu, qrabatu u r-residenti tal-villaġġ, qaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fil-kappella ċkejkna li fiha nissel dik il-vokazzjoni li issa kien laħaq il-milja tagħha. Tmiem bikri Il-perjodu tal-Gwerra l-Kbira, bl-ikel razzjonat, wassal biex għarraq mill-ġdid saħħet P. Dressel. Biss ħadd ma ħaseb li dan kellu jwassal għal tmiem mill-aktar bikri f ’età hekk żagħżugħa. Milqut minn riħ, inkwetat li s-sorijiet li għandhom kienu jqaddsu l-Karmelitani kienu ser jibqgħu mingħajr quddiesa f ’każ li jagħżel li jibqa’ rtirat f ’kamartu peress li ħadd ma seta’ jmur għax il-bqija tal-patrijiet kienu milquta wkoll mill-influwenza, iddeċieda li jmur hu stess. Dan iż-że-
lu għall-qadi ministerjali wasslu biex ir-riħ li diġà kellu niżillu f ’sidru li fit-2 ta’ Ottubru 1918 wasslu fil-qabar fl-età bikrija ta’ 31 sena. Tul il-ftit xhur ta’ presbiterat tiegħu, matulhom seħħlu biss jamministra magħmudija waħda, il-griżma tal-morda għal darb’oħra u jassisti darba biss fi żwieġ. Wara quddiesa ċċelebrata fil-kulleġġ li fih studja, il-katavru tiegħu kien mibgħut Coalport sabiex jindifen fiċ-ċimiterju ta’ San Bażilju l-Kbir tal-villaġġ wara ċelebrazzjoni ta’ quddiesa funebra oħra. Sitt ġimgħat biss wara li l-ġenituri tiegħu, li b’tant sagrifiċċji wassluh fuq l-altar, inġabru biex jisimgħu l-ewwel quddiesa tiegħu, inġabru issa biex jisimgħu l-aħħar waħda ċċelebrata b’suffraġju għal ruħu. Id-dehra tagħhom dakinhar kienet waħda ta’ qsim il-qalb kbir, hekk li r-raħal kollu ħareġ bi ħġaru biex isabbarhom u jkun magħhom f ’dak il-mument kiebi. Għall-funeral t’ibnu, il-missier mar liebes bl-istess ħwejjeġ ta’ kuljum, għax lanqas libsa ma kellu, bilġins blu u qmis miftuħa, jixxotta d-dmugħ li ġelben ma’ ħaddejh b’bandana ħamra li soltu li jġorr m’għonqu. Kien għoddu ħassu ħażin bid-dulur li ħakmu u sal-qabar kellhom iwiżnuh innies. Il-ġenituri tiegħu ma damux ma segwewh fl-istess ċimiterju. Milquta minn riħ f ’sidirha, l-istess bħal binha, Mary Louise mietet fit-30 ta’ Settembru 1920. Żewġha segwieha ġimgħa wara sewwasew fis-7 ta’ Ottubru. Illum jistrieħu t-tlieta li huma ħdejn xulxin fil-ħemda taċ-ċimiterju ta’ San Bażilju f ’dak irraħal kważi deżert, madankollu l-figura ta’ dak it-tifel minn qalb il-muntanji Alleghany li mill-minjieri spiċċa saċerdot u miet vittma tal-istess żelu tiegħu ma ntesietx, għax sal-lum qabru għadu mħares u meqjum millftit nies li għadhom jgħammru ġewwa r-raħal.
Iċ-ċkejken Ġużeppi sa minn tfulitu kien medhi bi ħwejjeġ devozzjonali hekk li kien jgħaddi ħafna mill-ħin tiegħu fil-kappella ċkejkna preżenti f’tard waħda mill-għoljiet tal-villaġġ. Arah b’ħerqa jilbes il-libsa ta’ abbati u jassisti f’kull funzjoni li kienet issir. Din il-ħeġġa tiegħu ma damitx ma żviluppat f’sejħa vokazzjonali
21
29.03.2020
kullhadd.com
IL-MUMENT TAL-PROVA...
IL-MUMENT FEJN DAWK LI JEMMNU JURU L-FIDI TAGĦHOM U MA JAQTGĦUX QALBHOM! Kitba ta’ CLIFFORD GALEA is-Santwarju huwa fost l-eqdem tempji Nsara li hawn f ’Malta. Mill-ewwel, nistgħu ngħidu li Skont it-tradizzjoni, kien San f ’pajjiżna kien hawn devozzjoni Pawl innifsu li qaddes dan l-għar kbira lejn il-Madonna mal-miġ- tal-Madonna. Qabel, tkompli ja tal-fidi Nisranija tagħna. Meta tgħid it-tradizzjoni, dan l-għar taħseb ftit tinduna kemm aħna kien miżmum f ’ġieħ in-ninfa l-Maltin minkejja li ħafna dra- Calipso u meqjum ħafna millbi ninġarru mal-kurrent kif baħħara. Dejjem skont l-istess tradizkull uman jagħmel, fil-mumenti tal-prova nuru li l-unika tama zjoni, li mhux kulħadd jaqbel tagħna hija f ’Alla u f ’dak li l-fidi magħha, ix-xbieha li hemm fltagħna dejjem għallmitna. Bħa- għar tal-Mellieħa tpittret fuq illissa d-dinja tinsab flaġellata blat minn San Luqa, li kien jaf minn virus li tista’ tgħid sikket personalment lill-Madonna. Dan lid-dinja kollha inkluż lil Malta; San Luqa kien dixxiplu ta’ San il-COVID-19. Tista’ tgħid li dan Pawl u kien qed jivvjaġġa miegħu, il-mument bla ma ridna, uriena li meta l-Mulej wassalhom fostna. ħadd mhu xejn, li anqas il-flus ma Bla dubju din ix-xbieha hija mirajixtru l-libertà. Il-libertà tiġi minn koluża ħafna, kif jixhdu l-għadd kemm inti kapaċi taċċetta u tadat- ta’ kwadri ex-voto u għotjiet oħra ta mas-sitwazzjoni li tinħoloq; każ mħollija b’radd il-ħajr. Dan is-Santwarju għal-ewwminnhom huwa dan il-mument. Bosta qed isibuha diffiċli anke el kien iddedikat lill-maternità għall-fatt li l-ħajja soċjali nbidlet. tal-Madonna iżda wara r-rebħ ta’ Imma ejja naħsbu ftit. Ftakru l-Assedju l-Kbir, dan is-Santwarju fil-gwerer u fl-istorja tal-passat. ġie ddedikat lin-Natività ta’ Marija Tgħiduli imma issa dak għadda. Santissima, jew kif nafuha aħjar, Huwa minnu, iżda l-istorja tir- il-Vitorja. F’din il-knisja nsibu l-fdal repeti ruħha. Il-bniedem jibqa’ bniedem u ħadd mhu aktar po- imqaddes tal-martri San Vinċenz, mogħti lil din il-knisja għal vententi mill-ieħor. Lura għad-devozzjoni lejn erazzjoni tal-Insara mill-Kan. il-Madonna. Dan ġara mal-wasla Kapitulari Dun Lawrenz Grech tal-Appostlu missierna San Pawl Delicata li kien kisbu mingħand f ’Malta u l-Appostlu li kien qed il-Papa Piju VII. Dawn il-fdalijiet jakkumpanja lil San Pawl fil-vjaġġ imqaddsa inġiebu Malta miċ-ċimtiegħu lejn Ruma. San Luqa, li iterju ta’ Priscilla f ’Ruma, fil-21 ta’ kien tabib u aktarx pittur ukoll, April tal-1820. Kien proprju f ’dan is-Santaktar tard kiteb wieħed millEvanġelji. Jingħad li San Luqa warju li twaqqfet il-paroċċa kien jafha sewwa lil Madonna, u tal-Mellieħa li kellha t-truf tagħha meta wasal f ’Malta ma’ San Pawl, sal-Mosta. F’dawk iż-żminijiet beda jirrakkonta fuq il-Verġni il-Gżejjer Maltin kienu ta’ sikwit Mqaddsa, u bis-saħħa t’hekk jiġu attakkati mill-pirati ta’ Barnibtet devozzjoni kbira lejn il-Ma- barija u mit-Torok. Il-Mellieħa donna mill-abitanti tal-gżira tagħ- messha sehemha wkoll minn dan na ta’ dak iż-żmien. Fil-Mellieħa il-flaġell. Fl-1551 sar attakk kbir hemm wieħed mill-aktar Santwar- minn xi 10,000 Tork fuq il-gżira ji Marjani għeżież li hawn f ’pajjiż- tagħna, taħt it-tmexxija ta’ Drana. Dan jinsab eżattament taħt gut, u l-Mellieħa ġiet attakkata il-Knisja parrokkjali tal-Mellieħa. wkoll. Dawk il-Melliħin li rnexxLi nafu fiċ-ċert huwa li dan ielhom jaħarbu minn dan il-mad-
mad, kollha ħarbu lejn l-Imdina u f ’postijiet oħra wara s-swar. Wara dan il-ħbit il-Mellieħa ġiet imneħħija minn parroċċa u bdiet tagħmel man-Naxxar, peress li l-abitanti kollha Melliħin kienu telqu mill-Mellieħa u marru joqogħdu f ’postijiet oħra għall-kenn. Fl-1565 wasal l-Assedju l-Kbir, u l-Maltin kollha ħtiġilhom jieħdu kenn fil-Birgu, l-Isla u l-Imdina. It-Torok ukoll inġabru madwar dawn il-fortizzi u għalhekk Don Garcia de Toledo seta’ nhar is-7 ta’ Settembru jiżbarka l-qawwiet ta’ għajnuna li ġab minn Sqallija, l-hekk imsejjaħ “grande soccorso”. Don Garcia żar ukoll dan is-Santwarju. Wara li għadda l-Assedju l-Kbir u beda jgħaddi ż-żmien, in-nies reġgħu bdew jinżlu joqogħdu l-Mellieħa. Fl-1584 dan is-Santwarju beda jieħu ħsiebu Patri Agostinjan biex iwaqqfu f ’kunvent tal-Ordni tiegħu. Bit-tħabrik ta’ dan l-imsemmi reliġjuż u l-patrijiet sħabu, is-Santwarju ġie ’l quddiem ħafna, u ma kinitx nieqsa d-devozzjoni tal-fidili lejh. Madanakollu, fl1587 is-Santwarju ġie fdat f ’idejn is-Saċerdot Dun Bennard Cassar, u fl-1603 Dun Bennard ġie maħtur Rettur. Storja marbuta ma’ dan is-Santwarju Fl-1614 reġa’ sar ħbit ieħor mill-furbani, u l-Mellieħa ġiet attakkata bl-aħrax. Minkejja l-qlubija tal-bdiewa Melliħin immexxija mir-Rettur li offrew reżistenza qawwija, it-Torok irnexxielhom jidħlu fis-Santwarju, fejn għamlu ħsara lix-xbieha mirakoluża. Interessanti l-fatt li jingħad li hawn seħħet ġrajja misterjuża. Wieħed Tork, li attakka bis-sejf ix-xbieha tal-Madonna, qabditu marda kerha. Meta reġa’ lura f ’artu u ntebaħ li l-marda kienet kastig, talab u qala’ l-maħfra, u l-fejqan,
u b’turija ta’ ħajr, bagħat ħafna xemgħat lill-Madonna tal-Mellieħa. Dan irrappurtah l-Isqof Balaguer fil-viżita pastorali tiegħu. Ftit wara li sar dan il ħbit mitTorok, bi tpattija, il-Gran Mastru Alof de Wignacourt min-naħa tiegħu personali beda jmur iżur dan is-Santwarju kull nhar ta’ Sibt. Minn hawn il-qima lejn dan is-Santwarju bdiet tikber, u fl1669 f ’din il-knisja ġiet iffurmata l-Konfraternità tar-Rużarju, u l-grazzji bdew jinqalgħu ta’ spiss. Fl-1688 is-Santwarju twaqqaf f ’benefiċjali. L-ewwel benefiċjat kien it-twajjeb Dun Ġan Pawl Bartolo, li nħatar fl-1690. Imbagħad, fl-istess sena, ċertu Sqalli, Mario De Vasi, negozjant tal-inbid minn Sirakuża, kabbar u żejjen il-knisja, għamel l-istawa li hemm fil-kripta t’isfel, kif ukoll bena dar għar-rettur u kmamar fejn jistrieħu l-pellegrini. Fl-1747 dan is-Santwarju reġa’ ġie mkabbar Fl-1884, fi żmien l-Isqof Caruana, il-Mellieħa reġgħet saret parroċċa, bil-bolla tal-Papa Girgor XVI, minkejja li l-Parroċċa tan-Naxxar irreżistiet għal din id-deċiżjoni tal-Isqof ta’ dak iżżmien. L-ewwel Kappillan kien Dun Pawl le Brun. Biex tidħol għas-Santwarju trid tgħaddi minn taħt arkata bi grada kbira tal-ħadid maħduma min-Naxxari li huwa ddisinjat ħafna. Fuq din l-arkata verament sabiħa hemm il-kliem bil-Latin u bil-Malti antik “Fik temgħu missirijietna, temgħu fik u inti smajthom” u tidher id-data ta’ meta sar, jiġifieri fl-1719. Minn hemmhekk tidħol f ’bitħa kbira u fil-ġenb hemm bibien biex tidħol fis-Santwarju. Faċċata tal-arkata hemm tliet loġoġ li kienu jservu ta’ kenn għall-pellegrini. Fuq waħda minn dawn il-loġoġ jidher arloġġ tax-xemx. Mal-ħajt tas-Santwarju tidher niċċa bi statwa kbira ta’ San Pawl u fin-nofs
tal-bitħa hemm statwa tal-Madonna. Jekk taqsam il-bitħa u tgħaddi minn taħt loġġa u ddur fuq ix-xellug issib il-faċċata ewlenija tas-Santwarju, fejn hemm il-bieb prinċipali tiegħu. L-artal huwa parti minn għar u quddiemu hemm il-parti tal-knisja li nbniet wara. Fil-fatt, għall-bidu dan is-Santwarju kien jikkonsisti fl-għar tal-Madonna, iżda mażżmien dan it-tempju ġie mkabbar u sar kif inhu lllum. Imbagħad is-Santwarju huwa magħmul minn għar naturali, korsija u erba’ kappelluni, li kollha ġew miżjuda wara. Fih insibu koppla żgħira u kampnar wieħed, bi tliet qniepen. L-ikbar qanpiena nxtrat minn Carlo Moreni ta’ Firenze fl1857, għall-prezz ta’ 1,063 skud. L-arloġġ ta’ dan is-Santwarju inħadem minn Mikelanġ Sapiano mill-Imqabba fl-1875, arluġġar famuż li għandu għadd ta’ arloġġi fi knejjes madwar Malta. L-ispiża ta’ dan l-arloġġ ħallasha l-Gvern Ingliż. F’din il-knisja hemm xi kurituri li kollha huma mħaffrin fil-blat kif ukoll sagristija mdaqqsa. Din is-sagristija hija miżgħuda b’wegħdi, ex-voto, u saret bi flus Mario de Vasis, minn Sirakuża. F’dan is-Santwarju hemm diversi oġġetti reliġjużi ta’ preġju imma bla dubju l-aktar preġju u devozzjoni tiġbidha x-xbieha tal-Madonna mpinġija fuq il-ħajt, li skont it-tradizzjoni saret minn San Luqa meta kien hawn Malta. Din ix-xbieha hija mirakoluża u tinstab fil-għar fejn quddiemha hemm imdendlin ammont ta’ lampieri bix-xemgħa li jagħtu lil dan it-tempju d-dehra ta’ devozzjoni kbira. Inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex jagħti qima lill-Madonna anke f ’dan is-Santwarju li bħalissa fih qed isir ħafna talb u attivitajiet reliġjużi anke minn ġewwa d-djar Maltin. Kuraġġ! Dan ser jgħaddi żgur!
referenza: http://www.kappellimaltin.com
22
29.03.2020
kullhadd.com
One Voice Malta
TAGĦTI VUĊI LIL KULL MIN GĦANDU MESSAĠĠ TA’ KURAĠĠ kitba ta’ RAMONA PORTELLI F’dawn l-aħħar ġimgħat, ħafna familji bdew joqogħdu ġewwa djarhom minħabba s-sitwazzjoni ta’ Malta bil-COVID-19, u dan naturalment qed isir għallġid ta’ kulħadd. B’hekk ħafna tfal, u adulti qed iqattgħu aktar ħin fuq l-internet, fosthom jiena stess. Fil-fatt dan l-aħħar kont qed inqalleb fuq l-internet u ma stajtx ma ninnutax filmati lokali mtella’ fuq Facebook minn tfal u adulti Maltin li fuq inizjattiva ta’ paġna ġdida fuq Facebook, bdew itellgħu messaġġi ta’ kuraġġ għal ħaddieħor. Qed nitkellem proprju dwar One Voice Malta li hija inizjattiva ġdida li bdiet dan l-aħħar fuq Facebook. L-għan ewlieni tagħha fil-mument huwa li xxerred kemm jista’ jkun messaġġi magħmulin minn tfal, żgħażagħ u adolexxenti sabiex jagħtu kuraġġ lil ħaddieħor li bħalna sfortunatament għaddej minn żmien diffiċli li ġabet magħha il-COVID-19. “Ir-responsabbiltà individwali tiġi qabel dik kollettiva” Dan huwa l-appell ta’ DrLYNN l-ambaxxatriċi tal-inizjattiva One Voice Malta. Bħala avukat u mużiċista DrLYNN tagħti vuċi lil kull min għandu messaġġ ta’ kuraġġ. DrLYNN stess għamlet appell speċjali għal dawk li jpejpu biex jiefqu minnufih. Ftit ġimgħat ilu, hija wkoll għamlet enfasi permezz tas-single l-ġdida tagħha ‘Treading on Eggshells’, li titkellem dwar ir-rieda tal-bniedem u tgħid, “inti trid tagħmel minn kollox biex toħroġ minn xi sitwazzjoni kerha li tinqabad fiha u tibqa’ tħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv.” Il-motivazzjoni trid taħdem għaliha. Għalkemm din il-ġimgħa ma kellha moħħ xejn, DrLYNN kitbet il-kliem u l-mużika għal kanzunetta oħra bl-isem ta’ ‘The Way She Looks’, fejn qalet fuq il-midja soċjali li kienet ispirata mill-imħabba tat-tifla tagħha
Lizzie Anne. Kompliet tappella biex inkunu viċin xulxin u ngħinu lil xulxin dejjem u mhux biss meta nkunu fil-bżonn. Fil-fatt fuq messaġġ riċenti, One Voice Malta rringrazzjat lil kull min qed ikompli jibgħat messaġġi ta’ kuraġġ. “Inħossu li f ’dan iż-żmien irridu nkunu aħna l-ewwel li nimxu mar-regoli u nużaw ir-raġuni biex naslu għal konklużjonijiet li jħallu effetti pożittivi fuqna stess u fuq ħaddieħor. Ir-responsabbiltà individwali tiġi qabel dik kollettiva. Se nserrħu moħħna meta dan il-kunċett jifhmu kulħadd.” Diversi persuni pparteċipaw f ’din l-inizjattiva u individwalment xerrdu l-messaġġi tagħhom ma’ oħrajn sabiex jagħtu kuraġġ, jew ideat ġodda ta’ kif nistgħu ngħaddu l-ħin fil-kumdità tad-dar tagħna, filwaqt li noqogħodu ’l bogħod minn xulxin sabiex flimkien nirbħu din il-ġlieda kontra l-mikrobu qerriedi u naffaċċjaw din ir-realtà kerha li qed ngħixu lkoll fiha bħalissa. Diversi messaġġi ta’ kuraġġ u pariri Doris Pace, membru mill-Fondazzjoni Nanniet Malta tinkoraġġixxi lin-nanniet biex jibqgħu ġewwa u jikkomunikaw man-neputijiet u l-kumplament tal-familjari permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tat-telekomunikazzjoni. Il-fundaturi Philip u Carmen Chircop ingħaqdu mal-inizjattiva u appellaw għan-nanniet u l-anzjani biex jieklu ikel bnin biex isaħħu s-sistema immunitarja tagħhom u kemm jista’ jkun ma jintelqux u jibqgħu jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku. L-anzjanità attiva ma tiqafx hawn. Dawn in-nanniet jidhru kreattivi u ser joħorġu b’attivitajiet alternattivi minn fuq l-internet biex ikomplu jferrħu nanniet oħra u anzjani li jinsabu waħedhom fid-djar sakemm l-awtoritajiet jikkonfermaw illi ma jkunux fil-periklu biex
joħorġu minn ġewwa darhom. F’messaġġ li ħalla Keith Marshall, stqarr li sajjar l-istuffat tal-qarnit u ser iqassmu lil dawk fil-bżonn u li jgħixu fl-akwati tiegħu. Jappella biex
nipprattikaw il-valuri tal-ħajja: l-imħabba, l-empatija, il-kunsiderazzjoni lejn il-proxxmu. Il-ġlieda tal-uman kontra l-mikrobu qerriedi tista’ tintrebaħ biss bid-dixxiplina.
Li nibqgħu ġewwa jirrifletti rispett lejn dawk li qed jaqdu servizz umanitarju fl-isptarijiet, fid-djar man-nies l-aktar vulnerabbli u fit-toroq madwar Malta u Għawdex biex jiżgu-
F’messaġġ ieħor, immirat lejn it-tfal li għamlet Almikaya Aquilina ħadet ħsieb li taqsam ħsibijiet pożittivi ma’ ħaddieħor. Ħadet l-opportunità, li waqt li studenti oħra bħalha qegħdin weqfin mir-rutina tal-iskola tas-soltu, taqsam il-ħsibijiet tagħha fuq kif għandna nħarsu lejn id-diffikultajiet tal-ħajja bħalissa
23
29.03.2020
kullhadd.com
raw il-bżonnijiet ta’ min huwa l-aktar fil-bżonn u l-protezzjoni tagħna llkol. Id-dixxiplina għandha tkun issa u mhux meta jkun tard wisq. F’messaġġ ieħor, immirat lejn it-tfal li għamlet Almikaya Aquilina ħadet ħsieb li taqsam ħsibijiet pożittivi ma’ ħaddieħor. Ħadet l-opportunità li, waqt li studenti oħra bħalha qegħdin weqfin mir-rutina tal-iskola tas-soltu, taqsam il-ħsibijiet tagħha fuq kif għandna nħarsu lejn id-diffikultajiet tal-ħajja bħalissa. Fil-filmat tagħha hija saħqet dwar kif fil-mument ħafna min-nies qed iħossuhom ħażin dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f ’Malta, iżda bil-ħsibijiet tagħha hija qed twassal messaġġ li dawn il-mumenti nistgħu ndawruhom f ’mumenti tajba. Almikaya qed tagħti pariri u ideat oħra, speċjalment lil tfal oħra bħalha sabiex jużaw il-ħin b’mod għaqli. Peter Calleja, żagħżugħ ta’ 15-il sena, li bħalissa qiegħed wieqaf ukoll mill-istudji tiegħu minħabba l-COVID-19, sab ħin sabiex jaqsam kliem ta’ ispirazzjoni ma’ żgħażagħ oħra bħalu li għaddejjin minn diffikultajiet f ’dawn il-mumenti. Fil-filmat tiegħu stqarr li bħala
student huwa mħasseb ħafna dwar l-O Levels li kellhom jieqfu ħesrem, iżda fl-istess nifs stqarr li bħala studenti għandhom xorta jibqgħu għaddejjin bl-istudji tagħhom id-dar. Minnaħa l-oħra qed ifaħħar lit-tobba u lill-infermiera tax-xogħol siewi tagħhom bħalissa u anke r-riskju li qed jieħdu fuq xogħolhom. Huwa kompla jgħid li lkoll flimkien għandna nibqgħu nittamaw, nemmnu u nissapportjaw lil xulxin. Huwa temm il-filmat billi qal li lkoll flimkien nistgħu negħlbu l-COVID-19 b’aktar determinazzjoni. Mill-paġna tal-Facebook, One Voice Malta tħeġġeġ aktar persuni ta’ kull età sabiex jgħaddu l-messaġġi personali tagħhom billi jew jibagħtuhom fuq messaġġ privat fuq il-paġna ta’ One Voice Malta stess, jew fuq l-email online.onevoicemalta@gmail.com Aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq https://www.facebook.com/onevoice.mt/ Jekk kulħadd jingħaqad flimkien, u nġibu rispett lil xulxin, billi kemm jista’ jkun nibqgħu ġewwa djarna, ilkoll nistgħu nsalvaw u negħlbu din il-problema li ħolqot il-COVID-19 mhux biss f ’pajjiżna, iżda madwar id-dinja kollha.
24
29.03.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
IN-NATURA TIBKI Fit-tieni ktieb tiegħu, Sergio Grasso jmiss ftit mill-ħrejjef tan-natura li spiss jaraha tibki. Id-dubji ħorox li jafu jnisslu ċerti ħlejqiet huma prominenti f ’kitbietu u jipprova jifhem għala joqtlu la mhumiex bnedmin. Jispikkaw ukoll il-karba u l-weġgħat tal-umanità, li tbati għaliex moħħha ta’ spiss jilgħab il-parti tal-għadu. F’dan il-ktieb jidher ukoll ċar il-fatt li n-natura
tkun ħafna aktar mistrieħa mingħajr indħil il-bniedem. Grasso juri li jifhem il-ħdura tal-bniedem minħabba li jarah mixtieq għall-qerda, iżda dan hu biss aċċettat sakemm imiss bnedmin oħra. L-awtur jitlef ir-raġuni kif jintmess tip ieħor ta’ annimal u dan iwassal għal vjaġġ li jdarras u li qatt ma jkun mistenni.
Silta Minn Waħda Min-Novelli Li Nsibu Fil-Ktieb L-annimali għajr il-bniedem kienu jaffaxxinawni minn tfuliti. Id-dar ma kienx hemm ktieb dwarhom li ma kontx inqelleb fih kważi kuljum, b’ħerqa qisni qed niftħu l-ewwel darba. Ommi tgħidli li tarbija, kont noqgħod kwiet biss kif taqbad wieħed minnhom u ddawwar folja folja, tlissen xi nsejħu l-annimali waqt li nidħak u nagħti b’idejja u saqajja. Kif bdejt naqbad il-kotba jien kont nithenna nħares lejn l-istampi tagħhom, nitbissem, nimmaġinani mdawwar bihom ħajjin, ngħaddi jdejja magħhom u kif nieqaf, iħarsu lejja b’wiċċ il-ħniena, donnhom jitolbuni nkompli. Maż-żmien bdejt naqra, nifhem, napprezza. Niftakar kellna erba’ kotba li kienu volumi minn enċiklopedija tal-annimali. Kont nużaha l-aktar meta kont għadni ma nafx naqra għax kont insibha eħfef mill-enċiklopedija l-oħra, li s-sitt volumi tagħha ma kinux dwar l-annimali biss. Maż-żmien,
ommi kienet fehmitni kif nuża l-werrej u bdejt nużahom it-tnejn. Qatt ma ddejjaqt nilgħab; qatt ma xtaqt li kelli ħija jew oħti, mhux għax kont il-fessud iżda l-kumpanija li jistgħu jagħtuni la kont naraha anqas nifhimha. Forsi għax qatt ma ħsibt ħafna dwarha, qatt ma tkellimt ma’ ħbieb u staqsejthom x’jagħmlu ma’ ħuthom iżgħar jew akbar minnhom u kemm jieħdu gost jerġgħu jagħmlu ħbieb wara xi tilwima bla sens. Forsi għax qatt ma tajt widen għall-vantaġġi talaħwa li kienet issemmilna l-għalliema tal-klassi. Il-ħbiberija ma’ sħabi tal-iskola jew tal-mużew qatt ma feġġet f ’moħħi f ’mod li nista’ nibqa’ nilgħab magħha sa tard billejl u nqumu kmieni, nifraħ għax għandi lil xi ħadd miegħi. Qatt ma immaġinajtha ma’ ħija jew oħti li f ’żgħożitna nitkellmu flimkien mingħajr ma nistħu, ngħidu ma’ xiex seffaqna wiċċna matul il-jum u minn
hemm jew minn hawn irnexxielna naħarbu l-inkwiet; qatt ma ħlomtni nitkellem qabel norqod dwar ma’ min iltqajt dik l-għaxija, dwar l-ewwel bewsa bil-ħarba, l-ewwel bewsa fit-tul, li waqt li nismagħha tiftaħ qalbha u tgħidli affarijiet simili, nidħku flimkien. Annimal mhux bniedem minn dejjem xtaqtu. Ġieli bkejt f ’soddti, b’għira għal min jgħaddi fittriq b’borża f ’id hu u jżomm kelb miċ-ċinga bl-oħra, għal min ikollu qattusa f ’parapett, mitluqa għax-xemx jew tgerfex fil-ħamrija. Kont nixtieqni nisma’ kelb jinbaħ waqt li jiġri għall-bieb kif indaħħal iċ-ċavetta fil-lokk, nidħol, nerfgħu u ngħannqu hu u jimlieli wiċċi bżieq, inniżżlu minn fuqi u nwaddablu ballun, nifraħ narah jagħti salt u jitlaq għalih, jiġi lura ħdejja bih f ’ħalqu. Kont nixtieqni nara qattus mimdud rieqed f ’ħoġor it-tieqa jew attent iħares fit-triq u kif jilmaħni jinżel, nidħol u nsibu
ħdejja, ngħollih minn taħt idejh u nħaddnu miegħi waqt li nħoss ilsienu aħrax ma’ wiċċi, inwaddablu kobba suf u jaqbeż minn fuqi jsegwih, jogħla miegħu u jagħti b’idejh, jolqtu, imexxih għal ħdejja u jsibni nistennieh
b’oħra hekk kif b’tarf f ’idi nitlaq niġri b’kemm tagħtini saħħti u hu għal warajja. Sikwit kien jgħaddi għalija z-ziju Saver biex joħodni miegħu l-garaxx. Minbarra l-karozzi kellu kelb il-ġmiel tiegħu.
Mistoqsija: Għal min kien jikbi fuq is-sodda b’għira? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IN-NATURA TIKBI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba MIKELIN U NOÈ huwa: M. LIA - SAN ĠWANN
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
05
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hi l-popolazzjoni tal-belt fl-Istat ta’ New York imsejħa Malta?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
29.03.2020
kullhadd.com
GARETH JONES - L-EROJ MINSI Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Gareth Richard Vaughan Jones twieled fir-raħal ta’ Barry, Wales, fit-13 ta’ Awwissu 1905. Fi tfulitu ma kien jixba’ qatt jisma’ r-rakkonti t’ommu meta f ’żgħożitha ħadmet bħala governanti fl-Ukrajna mat-tfal tal-Inġinier minn Wales, Arthur Hughes. Kienet qattgħet tliet snin bejn l-1889 u l-1892 fir-Russja Imperjali meta l-Inġinier Hughes kien imexxi l-impjanti tal-azzar tal-familja tiegħu fil-belt ta’ Donetz (dak iż-żmien Hughesovska). L-interess ta’ Jones f ’dak kollu li hu Russu kien kbir tant li kemm fl-Università ta’ Aberystwyth u f ’Cambridge speċjalizza fl-ilsien, l-istorja u l-kultura Russa, kif ukoll fl-ilsna tal-Franċiż u l-Ġermaniż. Gareth Jones temm l-istudji tiegħu fuq livell ta’ eċċellenza u kien jitkellem b’mod faċli l-lingwi li semmejt. Fl-1930, Jones iggradwa minn Cambridge u ġie impjegat fil-kapaċità ta’ konsulent ma’ David Lloyd George, li dak iż-żmien kien il-Ministru Britanniku tal-Affarijiet Barranin. Kien f ’dak iż-żmien ukoll li qabad karriera fil-ġurnaliżmu investigattiv u ħadem għatTimes of London, il-Western Mail, id-Daily Express, il-Manchester Guardian u saħansitra in-New York Evening Post. Żar l-Unjoni Sovjetika, kiteb fuq il-President Franklin D. Roosevelt meta kien l-Istati Uniti tal-Amerka u rrapporta fid-dettall dwar Benito Mussolini u l-qawmien tal-Partit Faxxista fl-Italja. Gareth Jones kiteb ukoll għadd t’artikli dwar l-inkwiet politiku-reliġjuż fl-Irlanda ta’ Fuq. L-akbar biċċa xogħol ġurnalistika li Gareth Jones baqa’
magħruf għaliha kienet meta fl-1932 ġie wiċċu mar-realtà tal-iskarsezza tal-qamħ konsegwenza ta’ programm agrikolu kollettiv li rriżulta f ’diżastru u kkaġuna ġuħ u mwiet fi bliet u rħula fl-Ukrajna, il-Kawkasu u l-Każakstan li kollha kienu parti mill-Unjoni Sovjetika. L-imwiet mill-ġuħ qatt ma ġew ivverifikati imma huwa stmat li l-vittmi kienu bejn seba’ u għaxar miljun ruħ. Meta telaq mill-Unjoni Sovjetika u vvjaġġa lejn Berlin, Jones kiteb artikli mqanqla dwar dak li raw għajnejh u bagħathom għall-pubblikazzjoni għand gazzetti Britanniċi, Amerikani u Ġermaniżi. Ironikament, l-artikli tiegħu ġew ikkritikati bl-aħrax u deskritti bħala esaġerazzjoni ta’ dak li kien ra minn ħadd ħlief Walter Duranty, il-korrispondent mir-Russja għan-New York Times u rebbieħ ta’ Premju Pulitzer fil-ġurnaliżmu. Duranty kiteb artikli biex jirribatti dak li rrapporta Jones għax skont hu:
“Ir-Russi bil-ġuħ, imma mhux qed imutu imġewħin. L-artikli ta’ Gareth Jones huma stejjer biex inqanqlu biża’ biss.” Gareth Jones irrisponda lil Walter Duranty għal kemm-il darba hu baqa’ jikkritika l-kitbiet tiegħu. Jones saħaq li għajnejh kienu raw realtà li l-Unjoni Sovjetika riedet taħbi. Il-Kummissarju tal-Affarijiet Barranin Sovjetiku akkużah bi spjunaġġ u ġie pprojbit għal għomru milli jżur ir-Russja. Waħda mill-aqwa esperjenzi ġurnalistiċi tiegħu kienet fit-30 ta’ Jannar 1933 ġewwa Leipzig fil-Ġermanja meta l-kap tal-Partit Nażista Adolf Hitler inħatar Kanċillier talpajjiż. Aktar tard, Gareth Jones kellu l-opportunità jivvjaġġa fuq l-istess ajruplan ma’ Hitler li kien sejjer jindirizza l-folla fi Frankfurt; dakinhar il-ġurnalist żagħżugħ intervista lill-Ministru tal-Propaganda Joseph Goebbels. Mal-artiklu tal-intervista Jones żied il-ħsibijiet tiegħu
ta’ dak il-mument: “Kieku dan l-ajruplan kellu jiġġarraf l-istorja kollha tal-Ewropa tinbidel peress li ftit ’il bogħod minni jinsab bilqiegħda Adolf Hitler, Kanċillier tal-Ġermanja u Kap tal-aktar qawmien esplussiv ta’ nazzjonaliżmu li d-dinja qatt rat. Ma għandux dehra li timpressjona. Huwa minnu li l-għafsa t’idu hija soda imma għajnejh ma juru l-ebda emozjoni meta jagħtik merħba.” Fl-1934, Jones telaq għal darb’oħra mir-Renju Unit sabiex jibda vjaġġ madwar id-dinja mnejn ried jikseb fatti ħalli jirrapporta dwarhom. Ivvjaġġa lejn Tokyo sabiex jinvestiga sa fejn kien beħsiebu jasal il-Ġappun bl-espansjoni li kien beda fiċ-Ċina. Fit-13 ta’ Awwissu 1935 Gareth Jones kien jagħlaq 30 sena. Jum qabel inqatel minn grupp ta’ ħallelin huwa u jivvjaġġa fil-Mongolja. Il-mewt tiegħu baqgħet waħda suspettuża u familtu għadha sal-lum tisħaq li seħħet fuq ordni tasservizzi sigrieti Sovjetiċi. Gareth Jones kiteb b’passjoni kbira kontra
l-prepotenza ta’ reġimi, miżerji ta’ popli u dak li llum huwa magħruf bħala l-ġenoċidju tal-Ukrajni taħt id-dittatorjat ta’ Stalin. Kien viżjunarju meta bassar li l-Ewropa kienet riesqa għal gwerra oħra wara l-laqgħa li kellu ma’ Hitler; u bassar ukoll il-flaġell li kien se jikkaġuna l-Imperu tal-Ġappun bl-espansjoni fl-Asja. Wara għadd ta’ snin minsi, fit-2 ta’ Mejju 2006 il-komunità Ukrena inawgurat plakka fl-Università ta’ Aberystwyth, Wales, biex jibqa’ jitfakkar l-eroj tagħhom Gareth Jones. Fl2008, Jones u ġurnalist sieħbu Malcolm Muggeridge ngħataw midalja tal-mertu mill-Ukrajna għas-servizz eċċezzjonali li taw lill-poplu tagħha. Minn Novembru 2009, id-djarji ta’ Gareth Jones li fihom, bejn l-1932 u l-1933, kiteb ir-rapport iddettaljat tal-ġenoċidju tal-Ukrajna tpoġġew għall-wiri fir-Wren Library ta’ Trinity College, f ’Cambridge.
Gareth Jones irrisponda lil Walter Duranty għal kemm-il darba hu baqa’ jikkritika l-kitbiet tiegħu. Jones saħaq li għajnejh kienu raw realtà li l-Unjoni Sovjetika riedet taħbi. Il-Kummissarju tal-Affarijiet Barranin Sovjetiku akkużah bi spjunaġġ u ġie pprojbit għal għomru milli jżur ir-Russja
26
29.03.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
29.03.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 322
C. CALAFATO - LIJA
Bi 3 Numri 230 316 439 462 531 774 828 929 936 982 B’4 Numri 0409 0517 0914
1106 1162 1277 1329 1362 1488 1959 1984 2085 2216 2344 2576 2592 2629 2782 2994
3076 3291 3904 4008 4071 4143 4951 5149 5285 5814 5932 6166 6288 6486 6562 6620
6649 6692 7614 7662 7815 7926 9720 B’5 Numri 03706 11102 17232 26195 35469 35978 36270
42401 46821 47723 49474 59515 60676 67512 70302 74295 78484 78816 80483 84042 B’6 Numri 490680
498595 621137 671368 755811 809264 B’7 Numri 0035761 1350960 6406336 8491732
1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18,23. 19.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Fejn hemm il-........ xammar u għaddi (5) Tmiem il-ħajja (4) Mgħawweġ (5) Għamel bħall-għasfur (3) Biċċa inkwiet (6) Qishom kejkijiet (6) Ara 7 Istruwit (6) Ara 13
20. 21. 23. 24.
Kuntrarju ta’ xgħelt (5) Lukanda żgħira Ingliża (3) Ara 18 Kun infurmat (5)
6. 8. 11. 12,22. 13,19. Weqfin: 14. 1,21W. Ta’ reliġjon 15 Kattolika (9) 2,3,11. Isem ta’ kejk (8) 3. Ara 2 17. 5. Proġett 21. tal-ambjent .... 22.
Gozo (3) Fuq Ingliż (3) Ġrajjiet (9) Ara 2 Kejl (5) Kien jintuża fis-soqfa fl-antik (6) Ġibuh beraħ! (6) Innu Nazzjonali - National .......... (6) Rebħa Ingliża (3) Ara 1 wieqfa Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jiġri, 4.Ġiżi, 7,11.Qali, 10.Abbuża, 12.Pirata, 16.Qal, 18,23.Infena, 20.Ħadli
Weqfin: 1.Jersaq, 2,22.Ġirien, 3,9.Iqarar, 5,21 mimduda. Idurli, 6,19.Irabbu, 8.Abbanduna, 12,24.Plattin, 13.RIA, 14.Abitat, 15.Furban, 17.All, 21.Ref
28
29.03.2020
kullhadd.com
ĦAJR LILL-GVERNIJIET LABURISTI Editorjal
Ma nistgħux jekk mhux inħossuna fortunati li dan il-virus almenu sabna mħejjijin tajjeb ħafna kemm medikament u saħansitra finanzjarjament
Mhux il-waqt żgur li nieqfu biex niċċelebraw għal xi ħaġa jew biex niftaħru b’rixna. Minkejja dan, f ’dawn iċ-ċirkostanzi bla preċedent, li ġew fuqna bħall-bqija tad-dinja, qed niġu mfakkrin ta’ kuljum kemm għandna għal xiex inroddu ħajr lill-għaqal tal-Gvernijiet Laburisti li biddlu d-destin tal-pajjiż u l-finanzi tiegħu f ’dawn l-aħħar snin. Ma’ kull aħbar negattiva li twasslilna l-pandemija tal-COVID-19, f ’artna u anke lil hinn, ma nistgħux jekk mhux inħossuna fortunati li dan il-virus almenu sabna mħejjijin tajjeb ħafna kemm medikament u saħansitra finanzjarjament. Waqt li nhar it-Tlieta filgħaxija kien qed iwieġeb mistoqsijiet dwar kritika li ttieħdu miżuri tard wisq biex jingħalqu l-ħwienet u n-negozji f ’pajjiżu, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte kien ċar fi kliemu u tenna li ma setgħux jagħmlu dan qabel sempliċiment għax it-tali settur jiswa wisq għall-ekonomija lokali u d-daqqa kienet tkun wisq dannuża li kieku. Ovvjament jekk nilbsu ż-żarbun tal-ġirien tagħna fiċ-ċirkostan-
zi finanzjarji li kellhom iħabbtu wiċċhom mal-Coronavirus, allura probabbli ma konniex inlumu b’xi mod lill-Prim Ministru Taljan li jirraġuna b’dan il-mod. L-istess wisq probabbli kien ikun il-ħsieb ta’ kull Malti u Għawdxi li kieku din il-pandemija tal-lum laqtitna fiċ-ċirkostanzi li konna fihom fl-2012, fi żmien li kellna staġnar ekonomiku u negozji li kellhom qalbhom diġà maqtugħa għalkollox li jaraw iddawl fit-tarf tal-mina. Minflok, b’xortina llum nistgħu nirraġunaw differenti, ħafna differenti. Ftit ħin eżatt qabel il-kummenti ta’ Conte fuq it-televixin Taljan, fi gżiritna, il-Prim Ministru Robert Abela kien għadu kemm ħabbar it-tielet pakkett ta’ inċentivi għall-ħaddiema u n-negozji l-aktar milqutin fis-sitwazzjoni. Ma kien hemm l-ebda miżuri ta’ awsterità jew inkella xi tnaqqis ta’ attenzjoni tant meħtieġa llum fil-kura tas-saħħa u s-servizzi mediċi. Għalhekk ma tistax jekk mhux tisbel meta tisma’ lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista tilmenta li dan xorta mhux biżżejjed. Għax jin-
bidlu ċ-ċirkostanzi u l-protagonisti, imma fil-verità l-attitudni politika fuq in-naħa l-oħra baqgħet l-istess tul l-aħħar seba’ snin. Id-differenza enormi u kostanti bejn iż-żewġ partiti ewlenin baqgħet hemm ukoll. Mhux ta’ b’xejn ikkonvinċiet lill-akbar maġġoranzi tal-elettorat biex jiddeterminaw destin aħjar għal pajjiżna. Il-pandemija attwali serviet ukoll bħala opportunità ideali għal kulħadd biex iqis dawn iżżewġ naħat tal-użin. Waqt li l-ġimgħa li għaddiet trattajna minn hawnhekk aġir irresponsabbli min-naħa tad-Deputat u eks Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami f ’intervent fil-Parlament fejn kixef idejh x’inhuma l-ħsibijiet u x-xewqat personali u dawk tal-fazzjoni li jagħmel parti minnha, l-aġenda tal-Gvern u l-poplu tiddetta mod ieħor. Bil-maqlub, il-Gvern Laburista reġa’ wera l-għaqal u l-maturità li jitkellem ma’ u jisma’ lil kulħadd biex, fiċ-ċirkostanzi diffiċli li għandna, jieħu l-miżuri li fil-quċċata għandhom l-interessi tal-poplu kollu kemm hu.
F’din it-tielet ġimgħa, mindu pajjiżna ntlaqat mill-ewwel każi ta’ persuni infettati sal-għeluq ta’ diversi negozji u stabbilimenti biex titrażżan dejjem iżjed l-imxija perikoluża, il-Gvern Laburista reġa’ wera kawtela liema bħalha f ’kull pass li ħa s’issa u li mistenni jkompli jieħu fiż-żmien li ġej, sakemm din is-sħaba sewda tgħaddi kompletament minn fuqna. La Robert Abela u lanqas l-aħħar wieħed fil-Grupp Parlamentari tiegħu mhuma suppervi b’xi mod biex jinjoraw lil xi ħadd fil-mixja pożittiva li għaddejjin. Iżda kif jistgħu jieħdu bis-serjetà lil xi ħadd minn Adrian Delia ’l isfel, aktar u aktar jekk jiġu b’lezzjonijiet dwar l-amministrar tal-finanzi, kif kellu l-ardir jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu fl-aħħar jiem. Dan fl-istess ħin li bl-iskuża talCOVID-19 kien qed jorganizza ġbir ta’ fondi biex isalva li fadal mill-partit fallut tiegħu. Fil-verità kulħadd għadu f ’siktu biżżejjed biex dejjem jitfa’ dik in-niskata melħ fuq kliem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista … fortunatament.