Doqqu Doqqu Għid Malti sample

Page 7

Reno Saliba

Poeżiji, qwiel, termini letterarji, logħob, riċetti u tagħrif ieħor, b’rabta mal-Għid.

Reno Saliba

Disinn u tpinġija

Dan il-ktieb jgħodd għal tfal u żgħażagħ

bejn 8 u 13-il sena.

Ippubblikat mill-

Triq il-Karmelitani, Santa Venera SVR1724 Tel: 2123 9039, 2149 7046 www.midseabooks.com

Copyright Editorjali © Klabb Kotba Maltin, 2022

Copyright Letterarju © Reno Saliba, 2022

Dan il-ktieb qed jinbiegħ bil-kundizzjoni li ma jistax jerġa’ jinbiegħ, jiġi stampat jew fotokopjat b’xi mod mekkaniku, elettroniku, jew diġitali, mingħajr l-awtorità bil-miktub tas-sidien tal-copyright.

Disinn u tpinġija: Elisa Chetcuti

Qari tal-Provi: Karl Coleiro

ISBN: 978-99932-7-918-1

Werrej

Daħla ....................................................................................................................................... 5 Il-Karnival 6 Il-Prinjolata. 8 Il-Qarċilla ................................................................................................................................ 10 Il-Kukkanja. 12 L-Erbgħa tat-Tniebri 14 Is-Sepulkru .............................................................................................................................. 16 Karamelli tal-Ħarrub .............................................................................................................. 18 Fid-Duluri 20 O Madonna tad-Duluri 22 Marija Addolorata ................................................................................................................. 24 Ħamis ix-Xirka 26 Il-Kwareżimal 28 Ħobż u ilma ............................................................................................................................. 30 Il-Ġimgħa l-Kbira. ................................................................................................................... 32 It-Teatru tat-Triq 34 Il-Babaw tal-Ġimgħa l-Kbira.................................................................................................36 Il-Figolla .................................................................................................................................. 38 Doqqu Doqqu Qniepen Doqqu 40 L-Irxoxt 42 It-Tberik .................................................................................................................................. 44 Ir-Rebbiegħa Żmien il-Għid 46 Glossarju 48

Daħla

Din hi ġabra ta’ poeżiji oriġinali marbuta maż-żminijiet tal-Għid. Nibdew mill-Karnival segwit mir-Randan, Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid Imqaddes. Din il-ġabra żviluppat b’mod naturali sabiex issegwi l-ġabra tal-Milied, Doqqu Doqqu Milied Malti. Intlabt li naħdem fuq din l-antoloġija ta’ poeżiji u ridt li dawn il-poeżiji jiġbru l-folklor Malti magħġun f’dawn il-festi sbieħ tal-Għid. Mill-ewwel bdejt bil-ħidma tiegħi, ġbart punti għat-temi u nsiġt din l-antoloġija ta’ poeżiji friski u oriġinali li jirriflettu dawn il-festi kbar kif konna nafu u għadna nagħmluhom aħna l-Maltin.

Dan il-ktieb ma ridtx li jkun biss ġabra ta’ poeżiji, imma ridt noħloq esperjenza sħiħa marbuta malħiliet u kisbiet tal-lingwa permezz ta’ tagħrif storiku, kulturali u folkloristiku. Irbatt qwiel u idjomi, riċetti, logħob, qabbel rima, flimkien ma’ termini letterarji marbuta ma’ kull poeżija. Dawn il-poeżiji mhumiex biss fuq ton serju, li jġib miegħu dan iż-żmien, imma hemm dak it-ton ferrieħi, ċajtier, nebbiexi u glorjuż. Ridt nagħġen il-folklor, id-drawwiet, it-twemmin, b’tali mod li jilħaq lill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, kif ukoll nies maturi, fejn ilkoll jistgħu jimirħu f’dinja ta’ tagħrif siewi, didattiku u divertenti. Dan għandu jwassal għal esperjenza sħiħa letterarja, nostalġika, kontemporanja u eżistenzjali.

Dan il-ktieb jgħodd għal tfal u żgħażagħ minn 8 snin sa 13-il sena. Madanakollu għandu jolqot ukoll lill-adulti, billi huma wkoll jistgħu jġarrbu din l-esperjenza letterarja u didattika, fejn jimirħu lkoll, f’temi nostalġiċi u kurrenti li jdaħħluhom fil-burdata sabiħa tal-festi tal-Għid.

Irrid ingħid li xi wħud minn dawn il-poeżiji użajthom waqt kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa li sar is-sena l-oħra, liema kunċert kont mitlub nippreżenta flimkien ma’ reċitar ta’ wħud mill-poeżiji li jinstabu f’dan il-ktieb, liema poeżiji ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-organizzaturi u l-udjenza.

Nittama li bħala qarrej/ja, timraħ f’dawn il-poeżiji u toħloq dinja tiegħek li taf treġġa’ n-nostalġija fik, filwaqt li tgħix l-imgħoddi, il-preżent u tħares lejn il-ġejjieni minn lenti aktar differenti, mogħnija b’dawn in-noti minsuġa f’Doqqu Doqqu Għid Malti

5

Il-Karnival

Maskarat tini perlina

Għax warajk għandek xadina

U fit-toroq briju wieħed, F’dan iż-żmien tal-Karnival.

Kul kemm tiflaħ ħelu u laħam, Ċanga friska jew majjal...

U xi ċejċa jew xi ħelu, Tal-penit bi tliet kuluri...

Wiċċ imġiddem b’tapp tas-sufra, B’par mustaċċi nħossni kburi.

Xugaman ma’ rasi ngebbeb, Sejf tal-għuda qisni Tork.

Xi purtiera ngeżwer miegħi, u f’saqajja nilbes qorq.

Xi subien ta’ tifla jilbsu

U xi bniet isiru rġiel, Maskarati b’xi kostumi, Kollha ġlieġel u tant ġmiel.

Karozzini liebsa għall-festa, Minnhom xita ta’ perlini, Dawra ġelu b’lewża friska, Tfal jixxabbtu bħax-xadini.

Għax illum il-Karnival, Għax il-festa tax-xitan, ix-xitan irid ikanta

għandu denbu daqs ta’

6
randa. (Din l-aħħar strofa minn ‘Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan’, pġ. 121.) Reno Saliba

Qawl il-Karnival: Meta l-missier jagħmel Karnival l-ulied jagħmlu r-Randan. (Jekk il-missier iberbaq flusu l-familja tbati ħafna.)

Mill-poeżija sib 10 kelmiet u imla l-vojt (l-għ u l-ie kaxxa waħda).

Wara li timla din it-tisliba, qiegħed dan il-kliem f’ordni alfabetiku:

Vers Tronk: Vers li jagħlaq b’kelma li għandha l-aċċent fl-aħħar sillaba. Liema sillaba tgħodd bħala tnejn skont ir-regoli tal-metrika. Eż.: Ċan/ga/ fris/ka/ jew/ maj/jal

T R P E ŻA ASK T U L F T B JU T A DI RA A Ċ X T
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10
Letterarji 7
TIKKA Termini

Il-Qarċilla

Il-qarċilla farsa ħelwa, Illi tmur lura fiż-żmien, Sewwasew kien tieġ mistħajjel, F’vjaġġ idur ma’ kullimkien.

In-nutar bil-vuċi għolja, Mimli sew bil-pretensjoni, Koppja tisma’ lista twila, Ta’ wegħdiet b’tant attenzjoni.

Dina farsa popolari, Illi n-nies kienet tħobb wisq, Man-nutar, l-għarus fuq rasu, Lill-għarusa – għaġina r-risq.

In-nutar f’kull kantuniera, Kien iqabbel f’poeżija, Ċajt żuffjett xi kelma baxxa

U n-nies kollha allegrija.

Malli l-farsa dlonk tispiċċa

In-nies tiekol lill-għarusa

U l-għaġina tisparixxi

Tant ittiegħem delizzjuża.

Reno Saliba

10

Idjoma Karnival: Iblah karnival (hu dak li moħħu fiċ-ċajt, iblah ħafna).

Kont Taf: L-ewwel Qarċilla kitibha Dun Felic Demarco fil-Karnival tal-1760. Din kienet farsa popolari, kienet tieħu xejra ta' kuntratt taż-żwieġ, din kellha l-isem: "Żwieġ La Maltija".

Il-fittiexa: Sib dawn il-kelmiet misluta mill-poeżija, ‘Il-Qarċilla’, fil-fittiexa ta’ hawn taħt.

QarċillaFarsaNutarKoppjaPopolariGħarus

GħaġinaRisqPoeżijaŻuffjettAllegrijaGħarusa

TIKKA Termini Letterarji

Vers Wati: Vers li jagħlaq b’kelma li għandha l-aċċent fuq is-sillaba ta’ qabel tal-aħħar.

Eż.: Sewwasew kien tieġ mistħajjel, Vers Ottonarju: Vers ta’ tmien sillabi.

Il-/qar/ċil/la /far/sa/ ħel/wa,

QW Ż UFFJETT A GĦ IU GĦAR U SR TJ A OQ ARĊ ILL A I RAR I S Q S DFJ Ż U N UT AR JH G PE SKGĦAĠ I NAR PO A L X I RA LOPOP Z XĊNM LH G D KA RA LLE GR IJ A O
11

Karamelli tal-ħarrub

Karamellu karamella, karamelli tal-ħarrub…

Ħġieġa kwadra, ħelwa zokkor, dal-ġulepp tant hu maħbub.

Jgħidu mhux meqjus bħal ħelwa, u s-sawma le ma jiksirx, saħansitra fid-Duluri… u l-Ġimgħa l-Kbira tiekol kburi.

Fin-nuqqas taċ-ċikkulata, tul is-sawma tar-Randan, karamella tinżel għasel, għax ittaffi żmien bħal dan.

18
Reno Saliba

Qawl ir-Randan: Min ma jsumx f’Ras ir-Randan jikluh il-klieb. (Superstizzjoni: min ma jsumx fl-ewwel jum tar-Randan jikluh il-klieb.)

X’qed nara fl-istampa u l-poeżija: Ħares sew u ifli l-istampa u l-poeżija u imla din it-tisliba (l-għ u l-ie kaxxa waħda).

Weqfin:

1. Dawn tal-ħarrub.

2. Żmien ta’ ċaħda u riflessjoni.

3. Tan-naħla dan.

4. Kannella jew bajda tajba wisq.

Mimdudin:

5. Dan ħelu.

6. Likwidu magħqud u ħelu.

7. Fir-Randan nagħmlu xi waħda.

8. Nimxu f ’purċissjoni warajha.

TIKKA Termini Letterarji

Alliterazzjoni: Ir-ripetizzjoni tal-istess ħoss jew ħsejjes f'kelma jew għadd ta’ kliem imqiegħed flimkien.

Eż.: Karamellu karamella, karamelli tal-ħarrub...

5Z 1K 2R 4Ċ 3GĦ 7S N 8D 6Ġ
19

Fid-Duluri

Kont ma’ ommi tfajjel ċkejken, miexi nitlob f’purċissjoni, imma ħsiebi ħarab bija u waqajt fit-tentazzjoni.

Kelli ħelwa fil-ġakketta, żaqqi tgorr mejjet bil-ġuħ, malli ommi ħarset lura kont pront blajtha ħadt ir-ruħ.

Indunat u ħarsa tatni, Qaltli… “Issa penitenza, imxi ħafi bla kalzetti,” bżajt taqbadni l-influwenza.

U saqajja kesħu silġa, ma flaħthomx ridt l-art tiblagħni, niftakarha dik il-lejla, b’tant stagħġib kull min jarani.

Meta l-purċissjoni ntemmet, fuqi ġie l-kappillan, tani qagħqa tal-Appostli, qalli xieraq ġest bħal dan.

U feraħli qalli bravu, tifel bħalek qatt ma rajt. Mur fissirlu xi tbatija…

Il-kalvarju jiena rajt. Reno Saliba

20

Qawl ir-Randan: Fid-Duluri (i.e. ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira) tmur il-bilbla u tiġi l-alwetta.

Hekk jagħmlu dawn iż-żewġ għasafar għall-ħabta tad-Duluri.

Il-Fittiexa: Sib dawn il-kelmiet misluta mill-poeżija, ‘Fid-Duluri’, fil-fittiexa hawn taħt.

OmmiPurċissjoniĠkieket Żaqqi Ruħ Ħarsa

PenitenzaKalzettiSilġaKappillanQagħqaAppostli

TIKKA Termini Letterarji

Metafora: Tixbiha diretta bejn żewġ affarijiet b’mod aktarx moħbi, mingħajr l-użu ta’ kliem bħal, donnu u qisu. Tintuża b’mod immaġinattiv li jirrappreżenta xi ħaġa oħra. Eż.: Il-kalvarju jiena rajt.

KA PPILL
A TTE K IE KĠG FD LHJ K L ŻS OUT R Z S IL ĠAR U ĦĊ Q EW M TFQ AGĦ Q A D T XMVB Q ĦMNS E T X ODPIQ A F N Q I A PPO S TLI BM PU RĊ I SS JO N I PE N ITE N Z AK U
ANAS
21

Ħamis ix-Xirka

Konna tnax b’saqajna ħafja, nistennew lill-kappillan, b’fardal miegħu buqar bl-ilma, jagħmel ġest nobbli bħal dan.

U saqajna ħasilhomlna, b’xugaman ixxottahomlna, b’umiltà lilna bieshomlna…

Niftakar lil sieħbi Frankie, kien jitgħarrax mhux ħażin, malli siequ kien jixxotta, Frankie tgħarrax... b’siequ tajjar il-plattin.

Waqa’ minn fuq il-banketta, spiċċa fl-art siequ ̓l fuq u l-knisja daħka waħda, illi dwiet... insiet iċ-ċaħda.

Ma kinitx Ħamis ix-Xirka

għax funzjoni hekk solenni

spiċċat farsa, li kulħadd għadu jtenni.

Reno Saliba

26

Idjomi – Il-Ġimgħa l-Kbira: Donnu Kristu tal-ferli. (Ngħidu għal wieħed batut u mgħakkes ħafna.)

Kelma Rima: Sib kliem li jirrima mal-kelmiet f’kull kolonna. Eż.:

Kappillan

Dan

Ruxxan

Ferħan

Daħkan

Bieshomlna Plattin Jtenni

TIKKA Termini Letterarji

Ċesura: Waqfa fil-vers tal-poeżija.

Eż.: Frankie tgħarrax... b’siequ tajjar il-plattin.

Ħasilhomlna Ħażin Solenni
27

Il-Kwareżimal

Gallettini mingħajr zokkor, b’ingredjenti tant speċjali, dawn narawhom fil-vetrini, huma tant oriġinali.

Kulma trid ftit lewż mitħun, dqiq, kannella u kokotina, qoxra mqattgħa ta’ lumija, l-ilma żahar palat jagħtina.

Magħhom żid jekk trid sultana, tamal frisk, ġulepp hekk għasli, qatta’ kollox u ħallathom, qatra ilma biex tgħaqqadhom.

Aqsam bċejjeċ u aħmihom, roxx ftit lewż... ġulepp isqihom.

28
Reno Saliba

Kont Taf: Li l-kwareżimal ġejja mill-kelma “quaresima” fit-Taljan li tfisser “Randan”? Il-kwareżimal hu tip ta’

ħelu forma ta’ gallettina li nieklu matul ir-Randan. Dan il-ħelu hu magħmul mill-għasel u l-lewż mitħun. Il-kelma

Quaresima tfisser ukoll il-prietki tar-Randan, żmien ta’ riflessjoni u ġabra.

Immorru fil-kċina: Riċetta tal-Kwareżimal

Segwi dawn l-istruzzjonijiet u ara jirnexxilekx tagħmel il-kwareżimal.

Ingredjenti:

250 g lewż

250 g zokkor

240 g dqiq plain

2 abjad tal-bajd

Ftit ilma żahar

Ftit ilma

Qoxra tal-lumija maħkuka

Ftit imsiemer tal-qronfol

Metodu

1. Inkalja l-lewż (kemm jieħu lewn dehbi)

2. Meta jiksaħ itħnu.

3. Ixgħel il-forn 200 grad C/ Gass nru 6.

4. Għarbel id-dqiq, żid il-lewż, il-qoxra tal-larinġa, iz-zokkor, l-ilma żahar u l-abjad tal-bajd.

5. Ħallat sakemm tifforma qisha għaġina. It-taħlita la trid tkun iebsa ħafna u lanqas ratba.

6. Agħġen tajjeb

7. Xarrab idejk u fforma bħal zalzett biex il-forma tkun tawwalija u itfa’ fuq karta-forn, fuq pjanċa.

8. Ħalli joqgħod għal madwar kwarta. Qabel titfa’ fil-forn agħmel linja b’sikkina kontra xulxin (kannizzata).

9. Aħmi għal madwar 20-25 minuta. Oħroġ mill-forn meta jkun għadu ftit artab.

TIKKA Termini Letterarji

Rima mbewsa: Żewġ versi wara xulxin bi kliem jirrima (a-a).

Eż.: qatta' kollox u ħallathom qatra ilma biex tgħaqqadhom

29

Il-Babaw talĠimgħa l-Kbira

Kont maz-zija l-purċissjoni, f’daqqa smajt ktajjen resqin, irġiel liebsa libsa bajda, bil-kapoċċ imgħottijin.

Kont tħaxkint ma’ djul iz-zija, ħsibthom kienu xi Babaw, id-dmugħ ġelben minn għajnejja, tlabt bil-ħniena li nżarmaw.

Ilmaħt wieħed riesaq lejja, għajnu żżebbeġ minn ġot-toqob, kelli msarni ġo saqajja, kif ma’ wiċċi dana qorob.

Smajtu lili jsejjaħli, leħnu kien dak familjari, beda jidħak żaqqu taqbeż, b’idu sa foroqli xagħri.

Kien iz-ziju Benedittu, ħadt nifs qawwi u striħajt, mhux Babaw kif kont qed naħseb, Illi jiena miexi rajt.

Reno Saliba

Mill-poeżija u mit-tpinġija, islet għaxar kelmiet u imla l-vojt. (l-ie u l-għ kaxxa waħda)

DjulKtajjenKapoċċBabawSaqajja

TIKKA Termini Letterarji

Personifikazzjoni: Meta jingħataw xejriet umani lil oġġetti jew annimali.

Eż.: f’daqqa smajt ktajjen resqin,

XagħriZijuGħajnejjaWiċċiFamiljari K J N BB P Z XGĦ M UL Ċ U L J R S A
37

Il-Figolla

“I am thou art figolla, kilhiel…kilhieli kollha, I am dawwart ix-xejn, tela’ l-lottu m’erbaħt xejn.”

Hekk niftakarni ngħanni, fi żmien din l-akbar festa u nħejji l-figolli u niekol kulma jkolli.

Kont nagħmel ftit għaġina, xi forma kont intiha…

ta’ ħuta, ta’ karozza,

ta’ żiemel jew ta’ qalb,

ta’ friefet, ta’ għasafar,

ta’ qattus jew ta’ xi kelb.

Bil-lewż kont jien nimliehom, il-wiċċ niksi bil-ġelu, b’disinn kont inżejjinhom u dan b’tant u tant żelu.

U wara l-quddiesa, tal-Għid il-Kbir il-Glorja, kont ninfexx narma niekol, niċċelebra l-vittorja.

Reno Saliba

38

Qawl il-Għid: Min fit-triq jiekol figolla ’l żewġu jsib qalb il-folla. (Twemmin popolari: Jekk xi tfajla trid tiżżewweġ tista’ tiekol figolla fit-triq.)

Immorru fil-kċina: Riċetta tal-Figolla

Għaġina tal-figolla:

275g dqiq

40g zokkor

(125g) Nofs pakkett butir (Stork)

Qoxra ta’ nofs lumija u ta’ nofs larinġa (maħkuka)

Il-meraq ta’ nofs larinġa u nofs lumija

Isfar ta’ bajda

Ponta ta’ kuċċarina baking powder

Ponta ta’ kuċċarina vanilla

Niskata melħ

Metodu għall-għaġina:

Poġġi d-dqiq, il-baking powder, il-vanilla u l-butir ġo skutella u ħawwad flimkien sakemm jiġi qisu frak tal-ħobż. Wara żid iz-zokkor u qxur tal-larinġa u tal-lumija u kompli ħawwad. Żid l-isfar tal-bajd u agħġen. Jekk tara li ġiet xotta, żid ftit ilma biex tkompli tagħqad. Wara aqta’ f’forom fi tnejn, imla n-nofs u itfa’ nofs l-għaġina (forma) l-oħra.

Mili tal-Figolla:

Ingredjenti:

300g lewż (intrita pura)

220g zokkor

3 abjad tal-bajd

Qoxra maħkuka tal-lumija

Essenza tal-vanilla

Essenza tal-lewż

(Dan il-mili jservi għal xi 3 figolli).

Polisindeto: Meta diversi partijiet jiġu marbuta flimkien permezz tal-konġunzjoni ‘u’. Eż.: u nħejji l-figolli u niekol kulma jkolli.

39
TIKKA Termini Letterarji

L-Irxoxt

Il-qniepen idoqqu, addijo ċ-ċuqlajta, in-nies bi tbissima, daħkana tiċċajta.

U riesqa l-banda, b’tant briju u żfin, l-Irxoxt tiela’ jiġri, ibeżżagħni x’waħda din!

Reffiegħa b’saħħithom, jgħolluh fuq dirgħajhom, u n-nies għalenija, tmur tiġri warajhom.

O x’festa sabiħa, il-Għid tal-Mulej, li lkoll bih nifirħu, għax tagħna l-feddej.

42
Reno Saliba

Qawl il-Għid: Għalina l-Għid il-Kbir meta missierna jidboħ (i.e. joqtol) il-ħanżir. (Kollox isir fi żmienu, kollox f’ħinu u f’waqtu).

Kelma Rima: Sib kliem li jirrima mal-kelmiet f’kull kolonna. Eż.: Għalenija

Ferriħija

Geġwiġija

Xitwija

Sajfija

Ċuqlajta Żfin DirgħajhomMulej

Tiċċajta Din WarajhomFeddej

TIKKA Termini Letterarji

Ton ferrieħi: L-attitudni jew il-burdata li l-kittieb jinħass li qiegħed jikteb biha.

Eż.: Il-qniepen idoqqu, addijo ċ-ċuqlajta, in-nies bi tbissima, daħkana tiċċajta.

43

Glossarju

ta’ Termini Letterarji misjuba f’dawn il-Poeżiji

Afereżi – paġna 9

Alliterezzjoni – paġna 19

Anadiplosi – paġna 15

Anafora – paġna 23 / 25

Apokope – paġna 9

Apostrofi – paġna 25

Awtobijografija – paġna 45

Enjambment – paġna 13

Epiżewski – paġna 31

Gradazzjoni – paġna 33

Kwartina – paġna 41

Metafora – paġna 21

Onomatopea – paġna 35

Personifikazzjoni – paġna 37 / 47

Polisindeto – paġna 17 / 39

Rima magħluqa – paġna 15

Rima mbewsa – paġna 29

Ton ferrieħi – paġna 43

Vers Ottonarju – paġna 11

Vers Tronk – paġna 7

Vers Wati – paġna 11 Ċesura – paġna 27

Doqqu Doqqu Għid Malti

huwa mmirat għal etajiet li jvarjaw minn 8 snin sa 13-il sena. Madanakollu għandu jolqot u jgħodd ukoll etajiet aktar maturi.

Il-ktieb jiġbor fih numru ta’ poeżiji friski u oriġinali, marbuta malGħid, b’tonalità mexxejja, ċajtiera, nebbiexa u drabi serja u solenni

kif jitlob dan iż-żmien. Imma mhux poeżiji biss, wieħed isib l-aspett

didattiku, fosthom qwiel u idjomi marbuta mal-Karnival, ir-Randan u l-Għid, termini letterarji, kurżitajiet storiċi u kulturali u trawwim

fil-kisba tal-ħila li tgħinek tqabbel il-kliem. Ma’ dan hemm logħob, fittiexa, tislibiet, kif ukoll riċetti għal dawn iż-żminijiet. Dan kollu

jgħin biex il-qarrej jimraħ f’dinja li joħloq hu stess, permezz tal-lirika

misjuba, tat-tpinġijiet fl-isfond tal-poeżiji, kif ukoll tal-interazzjoni

ħarrieġa, li twaħħdu mal-ktieb, billi kollox jorbot u jwassal lill-qarrej

jimraħ f’mumenti folkloristiċi, reliġjużi, nostalġiċi kif ukoll kurjużi

għall-ġenerazzjoni adoloxxenti, żagħżugħa u matura. Din għandha

tkun esperjenza b’differenza, fejn il-qarrejja jġarrbu drawwietna u

twemminna permezz tal-kontenut, filwaqt li joħolqu dinja għalihom mimlija tagħlim b’gost, li għandu jservi biex jixprunahom għat-tagħlim

fil-qasam letterarju, kreattiv, espressiv, b’rabta mal-Malti.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.