Storja Prinċipali
u l-krafts ma tantx aħna ħbieb, avolja c-childcare kien jibagħtuli kontinwament ħafna eżerċizzji, imma m’iniex kapaċi f’dan ir-rigward. Kont naqra inkwetata fuq l-iżvilupp tat-tifel, peress li issa mhux qed jintegra ma’ sħabu u jagħmel affarijiet li kien għadu kemm jibda jagħmel. It-tifel, Ben li għandu 5 snin, ridt nokkupah ħafna iktar fil-ħin. Konna nsajru flimkien, nilagħbu xi logħba, ipenġi, jara programmi favoriti tiegħu, jaħdem ix-xogħol li kienet tibgħat l-għalliema tal-kindergarten tiegħu, kif ukoll xtrajt xi kotba b'ittri u numru biex ikollu x'jaħdem. Però jibqa' l-fatt li l-iskola, lill-għalliema u lil sħabu kien jimmissjahom ħafna! Kont ħerqana ħafna li tkompli l-iskola, u meta kont naf li ser jiftħu Skolasajf, bħala ġenituri konna minn ta’ quddiem li applikajna. Rajna li s-sitwazzjoni ma kinitx ta’ periklu għas-saħħa ta’ wliedna, u ddeċidejna li nibagħtuhom. Ara kemm stagħġibna bil-maskri, visor, temperatura... għat-tfal saret xi ħaġa normali! Kważi iktar domt biex nidra jien milli huma. Ilsien in-Nisa, 10 snin ... X’tiftakar? Niftakar ħafna episodji, biss biss jien kelli żewġt itfal f’dawn l-għaxar snin! Ma nistax naqra l-futur għax ma nafx x’ser nagħmel, imma dan il-programm jibqa’ marka kbira fil-karriera tiegħi. Mhux biss għattul imma għat-tip ta’ proġett li hu. Il-fatt li jkollok taqsmu ma’ żewġ persuni għal qalbi; kemm ma' oħti Clare Agius u kif ukoll ma' Claire (li jien u hi naqblu ħafna) nħossni vera komda naħdem. Il-ħbiberija tagħna hija b’saħħitha ħafna u issa nafu lil xulxin vera sew! Jien l-iżgħar waħda fosthom allura nitgħallem ħafna mingħandhom ukoll! Ikun hemm ħafna sitwazzjonijiet fejn indur fuqhom u naf li ser jgħinuni u jkun hemm mumenti fejn allaħares ma jkunux huma għalija. Jiena kburija wkoll li naħdem ma’ żewġ nisa b’saħħithom, b’karattru sod u nista’ ngħid li kont ixxurtjata ħafna f’ħajti li x-xogħlijiet kollha għamilthom ma’ nies akbar minni, allura li minnhom stajt nitgħallem. Vera li awtomatikament timmatura aktar malajr u tħossok akbar milli int, imma naħseb għall-karattru, tkun b’saħħtek aktar. Imma ddejqek li taħdem m’oħtok? Le ta! Hija sensittiva ħafna għax ġieli ma tkunx faċli biex tissepara bejn il-ħajja personali u dak li hu xogħol. Imma issa ormaj it-tnejn li aħna għandna esperjenza biżżejjed biex dak li hu xogħol jibqa’ xogħol. Drajna lil xulxin b’tali mod li tkellimna jekk ma qbiliniex u naħseb li dik tgħin ħafna. Imbagħad dejjem hemm Claire Agius Ordway biex iżżomm il-bilanċ.
26 GWIDA Novembru 2020