GWIDA MAY 2021

Page 22

Intervista

STEPHANIE SPITERI

Il-bint, l-omm u l-preżentatriċi bl-aktar programm li tħobbu taraw intom! Il-programm Illum ma’ Steph ikklassifika bħala l-aktar programm li intom il-qarrejja tal-GWIDA tħobbu taraw. Dan il-programm daħal fil-ħames skeda tiegħu u qabel dan il-programm Stephanie kienet tippreżenta Malta llejla. Iddeċidejna li nagħmlu intervista mal-preżentatriċi simpatika Stephanie Spiteri. Stephanie hija omm Michael, ġuvni ta’ tmintax-il sena. Tgħidilna ftit fuq it-twelid ta’ Michael, x’tiftakar? Meta kelli lil Michael jien kelli 32, kont diġà kbira għallewwel tarbija. Dejjem kont ngħid li ma kellix għaġla għattfal, imma sena qabel, il-gynea kien qalli li kelli problema kbira u li x’aktarx ma setax ikolli tfal. Niftakar kien xokk kbir għax dak iż-żmien kont neħodha for granted li meta rrid ikolli t-tfal. Kelli bżonn nagħmel operazzjoni u kien wissieni li kelli riskju ta’ 90 fil-mija li ma jistax ikolli tfal. Kont ħadtha bi kbira, allura tista’ timmaġina kemm fraħt xħin inqbadt tqila. Qabel wellidt kelli biża’ kbir u soffrejt minn prenatal depression. Kont diġà fix-xena tal-ispettaklu u kont nibża’ 22 GWIDA Mejju 2021

li ser tiġrili xi ħaġa ħażina. Dak iż-żmien kont nagħmel programm kuljum Popin u bqajt nagħmlu sa meta kelli sitt xhur tqala. Kien programm tal-Eurovision! Matul dan iż-żmien kont beżgħana ħafna u l-aħħar xahrejn ma xtaqtx li din it-tarbija titwieled. Imma kif twieled, inbdilt, sirt millewwel omm responsabbli. Qabel, kien dejjem ikun moħħi fil-programm u fil-ħanut, imma minn xħin kelli lil Michael l-attenzjoni waqgħet biss fuqu. Michael l-isbaħ ħaġa li ġratli f’ħajti! Iqabbiżhieli ħafna għax ġieli jkolli aptit ngħollih massaqaf imma ġuvni eżemplari. Niftakar is-sena l-oħra infqajt tibki live minħabba li kont ser twaqqaf il-programm. X’kien ġara? Il-Ħamis kienu qalu li persuni vulnerabbli għandhom joqogħdu d-dar. Peress li t-tifel ażmatiku ħafna, ilĠimgħa ddeċidejt li ser inwaqqaf il-programm. Ma kontx ser inpoġġi lil ibni f’riskju u peress li konna fil-bidu talpandemija ma konniex nafu fuqu dan il-virus. Il-Ġimgħa kont ħabbart li mhux ser nagħmel programm u nfqajt nibki fuq il-programm. Niftakar il-Ġimgħa filgħaxija kont ċempilt lil Mr. Charles Dalli u wrejtu x-xewqa li nagħmlu mid-dar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.