4 minute read

Min aħna u l-viżjoni tagħna1

Next Article
Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra

01

Min aħna u l-viżjoni tagħna

1. MIN AĦNA U L-VIŻJONI TAGĦNA Id-Dar tal-Providenza li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Evanġelju u mit-tagħlim tal-Knisja Kattolika, twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li tipprovdi servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabilità u hi impenjata li tagħtihom is-saħħa li jemmnu fihom infushom f ’ambjent li jixbaħ lill-familja u li jkabbar l-abbilitajiet tagħhom biex b’hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.

1.1 L-Għanijiet u l-Valuri L-għanijiet tad-Dar tal-Providenza huma: 1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwaliżżati, kemm fit-tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn iddrittijiet u d-dinjità tagħhom; 2. L i tippromwovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom bil-għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess; 3. Li tipprovdi opportunitajiet lill-impjegati tagħha li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l-valur tax-xogħol tagħhom; 4. Li tipprovdi esperjenza pożittiva lill-voluntiera; 5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom. Il-valuri tad-Dar tal-Providenza, li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Evanġelju u fittagħlim tal-Knisja Kattolika, huma dawn: 1. Il-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet għal kulħadd; 2. Rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha; 3. Il-fidi fil-Providenza Divina li tidher fil-mod kif wieħed jaħdem tant li n-nuqqas ta’ riżorsi ma jkunux ta’ xkiel fil-ħidma tad-Dar; 4. Il-f amilja hi l-pedament tas-soċjetà u għalhekk id

Dar tipprovdi sapport lill-familja biex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil-familja tagħha jekk din tkun ix-xewqa tagħha stess; 5. Ikun żviluppat spirtu komunitarju li jiġi trasmess; fil-mod kif taħdem ħalli l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza, li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess u li jippromovi l-interdipendenza u s-sapport xieraq lill-persuni li jużaw is-servizzi tad-Dar.

1.2 Residenzi tad-Dar tal-Providenza u n-numru tal-persuni li jużaw is-servizzi residenzjali Ir-residenza prinċipali tinsab fil-limiti tasSiġġiewi u hi maqsuma fi tliet vilel li b’kollox jinkludu disa’ flettijiet. Id-Dar għandha wkoll erbat idjar żgħar fil-komunità bl-isem ta’; ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell fil-Qawra, ‘Dar Pirotta’ f ’Birkirkara u ‘Shalom’ fiżŻurrieq. Fi tmiem is-sena 2019 id-djar tadDar tal-Providenza ospitaw 116-il persuna b’diżabilità li 68 minnhom huma rġiel u 48 huma nisa.

1.2.1 Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, is-Siġġiewi

Villa Monsinjur Gonzi (Miftuħa fil-11 ta’ Frar 1968) Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • San Ġużepp • Jasmine • San Nikola Villa Papa Giovanni (Miftuħa fid-19 ta’ Marzu 1974) Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • Anġlu Kustodju • Livia • S ant’ Antnin • Wa rda

Villa Papa Luċiani (Miftuħa fit-8 ta’ Settembru 1987) Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • San Ġorġ Preca • San Martin

1.2.2 Djar fil-Komunità

‘Żerniq’

‘Akkwarell’

‘Dar Pirotta’

‘Shalom’ Is- Siġġiewi (Miftuħa fil-11 ta’ Frar 1997). Persuni b’diżabilità intelletwali; Il-Qawra (Miftuħa fil-21 ta’ Novembru 2012). Persuni b’diżabilità fiżika; Birkirkara (Miftuħa fil-2007 mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u mill1 ta’ Jannar 2014 waqgħet taħt ir-responsabbiltà tad-Dar talProvidenza). Persuni b’diżabilità intellettwali; Iż-Żurrieq (Miftuħa fit-8 ta’ April 2016). Persuni b’diżabilità intellettwali:

1.3 Id-Direttur tad-Dar tal- Providenza

Id-Direttur tad-Dar huwa Fr Martin Micallef. Huwa kien innominat Direttur tad-Dar mill-Arċisqof Pawl Cremona O.P. wara li l-predeċessur tiegħu, Mons. Lawrence Gatt kien maħtur il-Kanċillier tal-Kurja Arċiveskovili. Fr Martin Micallef beda l-ħidma tiegħu bħala d-Direttur il-ġdid tadDar tal-Providenza fl-1 ta’ Ottubru 2008.

Fr Martin Micallef beda l-ħidma tiegħu bħala d-Direttur il-ġdid tad-Dar tal-Providenza fl-1 ta’ Ottubru 2008 ‘‘

1.4 Liċenzja għall-Operat Fis-sena 2019, id-djar residenzjali kollha li tmexxi d-Dar tal-Providenza ingħataw għall-ewwel darba l-liċenzja għall-operat mill-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali. Fis-sena 2018, din l-Awtorità ġdida, bis-saħħa ta’ Avviż Legali, ħarġet standards soċjali regolatorji biex ikun assigurat li persuni b’diżabilità residenti fi djar residenzjali jkollhom l-opportunità jilħqu x-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi tagħhom. Dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji għasServizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità jirrikonoxxu li s-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli u xierqa għal dawk kollha li jeħtiġuhom b’mod li kull min jagħmel użu minn dawn is-servizzi jkollu kif jixraqlu esperjenza mill-aktar pożittiva.

1.5 Komunità ta’ Sorijiet ta’ Santa Gio vanna Antide Thouret (Sorijiet tal-Karità)

Id-Dar għandha wkoll komunità ta’ tliet sorijiet ta’ Santa Giovanna Antide Thouret (magħrufa bħala s-Sorijiet tal-Karità). IsSorijiet tal-Karità ilhom joffru s-servizz tagħhom, b’mod speċjali dak mediku, sa minn meta daħlu l-ewwel residenti fl-1968. Il-Komunità tas-sorijiet hi magħmula minn Sr Lorenza Borg (Superjura), Sr Bernarda Buhagiar u Sr Geswina Mangion.

This article is from: