Rapport Annwali ta' Ħidma - Dar Tal-Providenza 2019

Page 8

Id-Dar tal-Providenza li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Evanġelju u mit-tagħlim tal-Knisja Kattolika, twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li tipprovdi servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabilità u hi impenjata li tagħtihom is-saħħa li jemmnu fihom infushom f ’ambjent li jixbaħ lill-familja u li jkabbar l-abbilitajiet tagħhom biex b’hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.

L-għanijiet tad-Dar tal-Providenza huma: 1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwaliżżati, kemm fit-tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn iddrittijiet u d-dinjità tagħhom; 2. Li tippromwovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom bil-għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess; 3. Li tipprovdi opportunitajiet lill-impjegati tagħha li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l-valur tax-xogħol tagħhom; 4. Li tipprovdi esperjenza pożittiva lill-voluntiera; 5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom.

8 • Rapport Annwali 2019

Il-valuri tad-Dar tal-Providenza, li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Evanġelju u fittagħlim tal-Knisja Kattolika, huma dawn: 1. Il-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet għal kulħadd; 2. Rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha; 3. Il-fidi fil-Providenza Divina li tidher fil-mod kif wieħed jaħdem tant li n-nuqqas ta’ riżorsi ma jkunux ta’ xkiel fil-ħidma tad-Dar; 4. Il-familja hi l-pedament tas-soċjetà u għalhekk idDar tipprovdi sapport lill-familja biex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil-familja tagħha jekk din tkun ix-xewqa tagħha stess; 5. Ikun żviluppat spirtu komunitarju li jiġi trasmess; fil-mod kif taħdem ħalli l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza, li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess u li jippromovi l-interdipendenza u s-sapport xieraq lill-persuni li jużaw is-servizzi tad-Dar.

Id-Dar tal-Providenzà


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.