![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/08c67ef35b5dc1ff2e69be09891bddbd.jpg?width=720&quality=85%2C50)
15 minute read
Attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi7
07 Attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi
7. ATTIVITAJIET TA’ ĠBIR TA’ FONDI
7.1 Festa ta’ Ġenerożità nhar l-Ewwel tas-Sena
Fl-Ewwel tas-Sena, waqt il-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza, organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jinġabru fondi għad-Dar, inġabret issomma rekord ta’ €1,275,442. It-temp tajjeb għalkemm kemmxejn kiesaħ għen biex għadd kbir ta’ nies ġew is-Siġġiewi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f ’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali.
Ix-xandira televiżiva bdiet fid-9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna u baqgħet sejra sa wara nofsillejl meta tħabbret is-somma totali fost is-soltu ferħ u briju tal-għadd kbir ta’ voluntiera li taw ħinhom għal din il-Festa ta’ Ġenerożità. TVM1, TVM2, ONE TV u NET TV ingħaqdu f ’ħinijiet twal fixxandira diretta ta’ ftit aktar minn ħmistaxil siegħa. Matul ix-xandira kien hemm programm sħiħ ta’ divertiment taħt it-tinda bis-sehem ta’ kantanti u mużiċisti ewlenin Maltin.
Matul il-jum kien hemm żjarat millPresident ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar; Dr Chris Cardona, il-Ministru għallEkonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li rrappreżenta lill-Prim Ministru, il-Kap talOppożizzjoni Dr Adrian Delia, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis; l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/bc879dc297e7314bc93cb1e78857416d.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/5838fc98cc278359619dad4557bc926a.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/fea5c42d871ffe905fc9cd9290c2e096.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/981beed7537e4b5929be962e86c82165.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/7bf32c9e759e02dc3bed4a816bdea7bf.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/a60a356e8c310c231076395c4586196c.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.2 Kunċert annwali mill-Friends of Providence House NSW
Aktar minn $9,000AUD inġabru waqt kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza organizzat mill-Friends of Providence House NSW. Ilverżjoni Awstraljana tal-Festa ta’ Ġenerożità, li tgħaqqad il-ġbir ta’ flus mad-divertiment, sar fis-sala tal-La Valletta Social Centre fi Blacktown nhar il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2019. Mistiedna tal-unur kienu Lawrence Buhagiar, Konslu Ġenerali ta’ Malta fi NSW, Godfrey Sultana, Viċi-President tal-La Valletta Social Centre u l-isponsor ewlieni, George Vella ta’ Breakaway Travel fi Blacktown.
7.3 Mixja ta’ 150 kilometru madwar Malta b’risq id-Dar tal-Providenza
€1,725 inġabru fi tmiem-il ġimgħa matul mixja ta’ 150 kilometru madwar Malta organizzata minn ‘Trail Makers’ b’risq idDar tal-Providenza. Il-mixja bdiet is-Sibt fis-sebgħa ta’ filgħodu mill-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi u ntemmet fl-istess post il-Ħadd għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija. Fl-aħħar parti, għadd ta’ residenti ingħaqdu ma’ dawk li kienu qed jieħdu sehem fil-mixja f ’dak li l-organizzaturi ddeskrivew bħala l-isbaħ mument tal-attività. Il-parteċipanti mxew madwar il-kosta u mis-Siġġiewi rħewlha
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/0f110db3ad7cb8525417fd5471f70f77.jpg?width=720&quality=85%2C50)
lejn it-Tramuntana ta’ Malta u baqgħu jduru f ’mixjiethom lejn in-Nofsinhar sakemm waslu lura erbgħa u tletin siegħa wara fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/b55cf030755240362a1cae1c3568a6ad.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/bd340d02f36814e54997b22df53a9fe6.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/68da9eedb60b9eb67f717da19d140dd7.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.4 Bike Ride b’risq id-Dar tal-Providenza
€3,501 inġabru waqt Bike Ride b’risq id-Dar tal-Providenza li saret nhar it-Tlieta, 19 ta’ Marzu 2019, fuq inizjattiva tal-Onor. Rosianne Cutajar u t-tim tagħha bl-appoġġ tal-Onor. Ryan Callus. Iż-żewg Membri Parlamentari, kif ukoll madwar tliet mitt biker inġabru kmieni filgħodu f ’Wied is-Sewda f ’Ħal Qormi biex f ’temp mill-isbaħ jerħulha għal dawra madwar Malta. Id-dawra ntemmet fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fejn il-bikers ingħataw merħba sabiħa mir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar. L-attività kompliet bi stunt show bil-muturi fejn intrebħu wkoll għadd ta’ rigali.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/a1bc22c2619710092ae3b97c1bada838.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/597ce0ad67cbc9e3a5a4568b2e5c5b4b.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.5 “La Via Del Calvario”, Kunċert ta’ Mużika Sagra b’risq Id-Dar tal-Providenza
Il-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl flImdina kien mimli nhar is-Sibt, 13 ta’ April għal “La Via Del Calvario”, kunċert ta’ Mużika Sagra għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Banda talPulizija ta’ Malta taħt it-tmexxijja tas-Surmast Direttur, l-Assistent Kummissarju Anthony Cassar. Għall-kunċert, li sar b’risq id-Dar talProvidenza, kienu preżenti fost oħrajn l-E.T. il-President ta’ Malta, Dott. George Vella, ilMinistru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr Michael Farrugia, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Kummissarju talPulizija, is-Sur Lawrence Cutajar u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar fis-Siġġiewi. IlBanda tal-Pulizija kienet akkumpanjata millAmadeus Chamber Choir, il-Guest Musicians Ensemble, is-sopran Ruth Sammut Casingena, it-tenuri Brian Cefai u Charles Vincenti, l-organista tal-Katidral tal-Imdina Dr Chris Rolè, l-arpista Esmeralda Galea Camilleri, il-vjolinista u sassofonista Mro David Joseph Sammut flimkien mal-‘Pipe Band’
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/6fb6ea653adb21f231b433f08fa3054f.jpg?width=720&quality=85%2C50)
tal-Korp tal-Pulizija. B’kollox, fil-kunċert ta’ sagħtejn u nofs ħadu sehem mhux inqas minn mija u għoxrin parteċipant. “La Via Del Calvario” kien wieħed minn tliet kunċerti li huma ppjanati għal matul din is-sena biex jitfakkru l-25 Anniversarju mir-riattivazzjoni tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija fl-1994 u l-205 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija fl-1814.
7.6 ‘Angelus’, Kunċert ta’ Mużika Sagra mill-Medina Foundation for Music
Fil-5 ta’ April ittella’ Kunċert ta’ Mużika Sagra u klassika bl-isem “Angelus” li sar fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl. Dan il-kunċert kien organizzat mill-Medina Foundation for Music taħt id-direzzjoni tal-E.T. Chev. Mark Agius bis-sehem tal-Anacrusis Choir u s-solisti Karen Gatt Darmenia sopran, Claire Massa mezzo sopran, Joseph Aquilina tenur u James Vella Bondin baxx.
7.7 BBQ b’risq id-Dar tal-Providenza
Nhar is-Sibt, 22 ta’ Ġunju l-voluntiera talMaratona tal-Volleyball organizzaw BBQ fil-Belvedere tad-Dar tal-Providenza bħala attività biex jinġabru fondi għall-istess Maratona. 7.8 Il-Maratona tal-Volleyball 2019
€687,795 inġabru waqt il-ħdax-il edizzjoni tal-Maratona ta’ Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret bejn il-Ġimgħa, 5 u l-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2019 fil-parkeġġ tadDar fis-Siġġiewi. Din is-somma tinkludi €378,226 li nġabru waqt l-edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank tat-28 ta’ Ġunju fuq TVM. Erbgħin plejer rġiel u nisa, coaches,
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/638e565f28aa20d54c28926248600448.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/719a25006c6a0614c95550fa6a3e17bf.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/33c2dae8f55d21bf537dee51c37e0faf.jpg?width=720&quality=85%2C50)
referees, score keepers, tobba, fiżjoterapisti, infermiera u għadd kbir ta’ voluntiera oħrajn sfidaw is-sħana li ippersistiet u għal tlieta u ħamsin siegħa sħaħ intlagħab il-Volleyball biex jinġabru l-fondi li d-Dar tant għandha bżonn. Il-Maratona kienet inawgurata uffiċjalment il-Ġimgħa mill-E.T. il-President ta’ Malta, Dr George Vella. Żaru wkoll ilMaratona il l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi, Ministri, Segretarji Parlamentari, deputati miżżewġ naħat tal-Kamra u membri Maltin tal-Parlament Ewropew. Kollha qattgħu ħin jirrispondu wkoll it-telefonati millmembri tal-pubbliku li kienu qed iċemplu biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom. Il-Maratona tal-Volleyball ixxandret b’mod dirett f ’diversi ħinijiet fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni TVM, TVM2, ONE TV u NET TV. Din il-Maratona setgħet tkun suċċess grazzi għal numru sabiħ ta’ voluntiera flimkien mal-players li għamlu xogħol imprezzabbli.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/3645826ec8e7ee2c4b42a5ffea39cbc6.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.9 Fine Dining fl-Imdina organizzata minn Infinitely Xara
€26,300 inġabru waqt lejla gastronomika b’risq id-Dar tal-Providenza organizzata minn Infinitely Xara Co. Ltd, li s-sidien tagħha huma l-familja Zammit Tabona. Din l-ikla, li ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva, saret f ’Misraħ il-Kunsill fl-Imdina, biswit il-Kunsill Lokali tal-Imdina u bl-isfond talfaċċata grandjuża tal-lukanda ta’ ħames stilel, The Xara Palace Relais & Chateaux. Aktar minn mija u sebgħin ruħ attendew għal ikla ta’ ħames korsi akkumpanjata b’inbejjed differenti u mużika akustika minn Fiona Cauchi. L-ikla saret taħt il-patroċinju tal-E.T. Monsinjur Joe Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta.
Għall-ikla attendew diversi kumpaniji stabbiliti li taw ġenerożament donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Is-sħab ewlenin għal din l-ikla kienu Conrad Family Office, PWC, VJ Salomone Marketing Ltd, Halmann Vella Ltd, KRS Releasing, The Point Shopping
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/f6525060871eb7eec12d7830460f6732.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/26c2fc113a2382abee6a03f161929907.jpg?width=720&quality=85%2C50)
Mall, MFSA, GSD Marketing Ltd, Malta International Airport, Insignia Cards, Francis J. Vassallo & Associates Group, Seifert Systems Ltd, the P. Cutajar Foundation u l-Kunsill Lokali tal-Imdina.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/7da5a831a8814a631569516801c08e66.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.10 Donazzjoni mill-Friends of Providence House NSW
Il-Friends of Providence House NSW għamlu donazzjoni ta’ $AUD16,800 (€10,239) lid-Dar Tal-Providenza. Iċ-ċekk kien ippreżentat lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt ilMaratona tal-Volleyball li saret bejn il-5 u s-7 ta’ Lulju 2019 minn Leli Borg, ħu Jim Borg, ilKordinatur tal-grupp filantropiku Awstraljan. Il-flus inġabru permezz ta’ sponsorships, attivitajiet u donazzjonijiet.
7.11 BBQ mill-ħbieb ta’ Pierre Vella Petroni u Anne Marie X uereb
F’Lulju l-ħbieb ta’ Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb organizzaw BBQ b’risq id-Dar tal-Providenza fejn inġabret is-somma ta’ €5,425. Il-kumpaniji li taw flus jew prodotti għall-BBQ kienu Valyou Superstore tanNaxxar; Prime Limited; Big Fresh tal-Mosta; General Soft Drinks Co. Ltd.; Simonds Farsons Cisk; C. Camilleri & Sons; Zamco; IsSinjuri Ronnie Axisa u Karl Vella Petroni; Vascas; Studio 9; Provita; Rausi & Co; Joseph Casapinta, artist; BOV plc u BNF Bank. 7.12 Fewġa Klassika –Kunċert mis-St Paul’s Metropolitan Orchestra Is-St Paul’s Metropolitan Orchestraippreżenta kunċert vokali u strumentali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija taħt id-direzzjoni ta’ Chev. Mro. Mark Agius. Il-kunċert kien organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’risq id-Dar tal-Providenza. Ħadu sehem is-soprani Karen Gatt Darmenia u Frances Catherine Farrugia, it-tenur Joseph Aquilina, il-baritonu Louis Andrew Cassar u l-mistiedna speċjali Louisa Buhagiar. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm il-Viċi Sindku, is-Sur Frederick Cutajar, il-kappillan Rev. Dr Joe Mizzi, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u rappreżentanza talkomunità Ċiniża f ’Malta.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/8aa84e9325ae9c3cc17ed386653b598b.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/3f1df31ec7b989849ccc404c18cdd9a5.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.13 Pasta Night mis-sotto kumitat tad- Dar (Ħbieb tad-Dar tal-Providenza – Siġġiewi) Nhar id-9 ta’ Awwissu, il-Ħbieb tad-Dar tal-Providenza (Siġġiewi), li hu sotto kumitat tad-Dar tal-Providenza, organizza Pasta Night b’risq id-Dar fil-Belvedere tad-Dar tal-Provdienza. Is-somma miġbura minn din l-attività kienet ta’ €1,200. Din is-sena dan ilgrupp organizza numru ta’ attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/f91d536262519f23b97a660b4cf9c854.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.14 Ġabra waqt quddiesa fir-Ramla tal-Qortin
Nhar is-Sibt, 17 ta’ Awwissu, bħal ma tagħmel kull sena l-Assoċċjazzjoni tal-Boathouses organizzat ġabra waqt il-quddiesa li ssir apposta għall-villeġġjanti. Il-quddiesa kienet iċċelebrata minn Fr Martin Micallef, idDirettur tad-Dar. Din is-sena inġabret issomma ta’ €932.
7.15 Ġabra waqt il-quddiesa tal-Festa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi.
Bħalma jsir kull sena l-Arċipriet ta’ ĦażŻebbuġ fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata fil-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi stieden lid-Direttur tad-Dar talProvidenza biex jiċċelebra quddiesa li fiha ssir ġabra għad-Dar tal-Providenza. Din is-sena nġabret is-somma ta’ €323.
7.16 Festa Għeneb fis-Siġġiewi
Grupp ta’ residenti tad-Dar tal-Providenza ħadu sehem f ’Festa Għeneb organizzata millKunsill Lokali tas-Siġġiewi fil-pjazza ewlenija tar-raħal nhar il-Ħadd, 25 ta’ Awwissu 2019. Huma tellgħu stand fejn setgħu jesibixxu u jbiegħu prodotti tal-ikel li jħejju huma fiċĊentru Agrikolu San Isidor. Is-sotto-kumitat tad-Dar Ħbieb tad-Dar tal-Providenza - Siġġiewi tellgħu stand biex ibiegħu xorb għannies bil-qliegħ imur għad-Dar tal-Providenza. 7.17 Swieqi Fest
Nhar it-8 ta’ Settembru, waqt is-Swieqi Fest, attività sportiva organizzata mill-Kunsill Lokali Swieqi b’risq id-Dar tal-Providenza inġabret is-somma ta’ €1,100. Preżenti għal din l-attività kien hemm Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, li rringrazzja lill-Kunsill Lokali u lil dawk kollha li ħadu sehem.
7.18 Volleyball League mill-Impegati tal-Isptar Mater Dei
€1,020 inġabru matul il-5 edizzjoni talMater Dei Hospital Volleyball League 2019 organizzat mill-Employee Health and Well Being Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei b’kollaborazzjoni mal-Malta Volleyball Association nhar is-Sibt, 7 ta’ Settembru fil-Cottonera Sports Complex.Din is-sena, kien hemm rekord ta’ timijiet li ħadu sehem – 15 b’kollox u l-istess bħal fis-snin l-imgħoddija, id-dħul kien kollu b’risq idDar tal-Providenza. Wara kompetizzjoni
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/70bf14c373fb53ce27d34adeddd9e3dc.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/0996261a41994f3d84850cf69ca38f75.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/10638ea12ecbf5aba83dda4b2fac1bce.jpg?width=720&quality=85%2C50)
ħarxa bejn il-15-il tim, Volley Lama, Land Sharks, Mater Dei u More Volley Mates ikkwalifikaw għas-semi-finali. It-tim ta’ Mater Dei kiseb it-3 post, Volley Lama it t-2 post waqt li Land Sharks ġew iddikjarati r-rebbieħa.Ħajr speċjali jmur għall-helpers li bil-għajnuna li jagħtu nistgħu nħarsu ’l quddiem għal aktar Volleyball Leagues li bis-saħħa tagħhom kulħadd jista’ jgawdi l-isport, jagħmel ħbieb ġodda u fl-istess waqt jgħin lid-Dar tal-Providenza.Is-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-Sur Ivan Falzon u Ms Monica Camilleri, Assistant Principal Employee Health & Well Being ta’ Mater Dei għamlu l-preżentazzjoni ta’ €1020 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar.
7.19 Bike Ride u BBQ or ganizzat mill-Forzi Armati ta’ Malta
Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, ilForzi Armati ta’ Malta bil-koperazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili organizzaw Bike Ride li telqet mill-Barracks tal-Forzi Armati f ’Ħal Luqa u ntemmet b’Pasta Night b’risq id-Dar tal-Providenza fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Waqt din l-attività nġabret is-somma ta’ €1,512.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/196878974f67d836c0ade09e2dc27b64.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.20 Id-Djarju tad-Dar
Għal darb’oħra d-Dar reġgħet ippreparat djarju f ’forma ta’ ktejjeb żgħir li jista’ jinżamm fil-but għas-sena 2020. Dan id-Djarju jinkludi l-ħinijiet tal-quddies kollu li jsir fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex kemm fil-Ħdud kif ukoll fil-ġranet l-oħra. Kif ukoll lista talfesti parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għassena 2020.
Dan id-djarju tqassam lil kull dar f ’Malta u Għawdex flimkien ma’ invilopp bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru 2019, bl-indirizz tad-Dar biex min irid jagħti donazzjoni lid-Dar permezz tal-posta. Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri jkollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar.
Fil-ġimgħat ta’ qabel beda jitqassam dan id-Djarju għadd kbir ta’ voluntiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f ’envelopes apposta.
Ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra kien ta’ pittura tal-artist Francis Galea.
Il-Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd u GasanMamo Insurance sponsorjaw l-istampar tad-djarju. Din is-sena l-Maltapost reġgħet qassmet dan id-Djarju b’xejn.
7.21 ‘Requiem et Ressurrectio’ –Kunċert mis-St Paul Metropolitan Orchestra
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru s-St Paul Metropolitan Orchestra tellgħet kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza bl-isem ta’ ‘Requiem et Ressurrectio’ fil-Katridal Metropolitan tal-Imdina. Ir-repertorju sagru esegwit huwa xogħol tal-kompożitur Malti Mro. Joseph Sammut. Dan ix-xogħol kien ġie esgwit għall-ewwel darba fl-1991.
7.22 Maratona ta’ 30 siegħa ta’ xandir minn Radju 103 Maltasheart
€12,710 inġabru waqt maratona ta’ 30 siegħa mużika fuq 103 organizzat minn Arthur Caruana b’risq id-Dar tal-Providenza. Ilmaratona bdiet il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru fis-6.00am u baqgħet sejra sa nofsinhar tal-għada. Fi tmiem il-maratona, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil Arthur u t-tim tiegħu li organizzaw il-maratona: Nescafè, Beacon Media Group, Newsbook, preżentaturi ta’ 103 Maltasheart, kantanti, bands, semmiegħa u dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom permezz ta’ donazzjoni. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi żaru l-istudios ta’ 103 biex jappoġġjaw lil Arthur u t-tim tiegħu kif ukoll biex iħeġġu lill-poplu jagħmel donazzjoni lid-Dar talProvidenza.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/d66d90ee0557b3bd7e516e2c95563fa4.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/f0c7572d72a5b0890678212affa3ad3a.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/c9ca351b4bfaa6f4f4ff72abfaf26467.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/1bac082e1b926d93282c03f366835904.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.23 Kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta
Id-Dar tal-Providenza u l-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kortesija tal-Kapitlu Metropolitan tellgħet il-kunċert annwali b’risq id-Dar taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta. Il-Kunċert sar fil-Katidral tal-Imdina. Waqt il-Kunċert ingħata l-Premju Dun Mikiel Azzopardi. Is-somma miġbura waqt dan il-Kunċert kienet ta’ €1,453.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/de9b13dc2963267771dce8817d7bb05a.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/b0eb0568be4c5101f4c2f0d27777ec38.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.24 Milied fis-Siġġiewi
Kull sena l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jorganizza attività bl-isem Pjazza Milied filpjazza tas-Siġġiewi. Din l-attività ssir b’risq id-Dar tal-Providenza.
7.25 Dawra bil-Ferrovija għat-tfal
Is-sotto Kumitat (Ħbieb tad-Dar talProvidenza,Siġġiewi) organizza Train Ride għat-tfal mill-Pjazza fis-Siġġiewi. (Ara 8.7) Din l-attività saret is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 2019 bejn id-9.00am sas u s-6.00pm Is-somma miġbura minn din l-attività kienet ta’ €2,154. Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi reġa’ organizza Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir mill-istess każin b’risq id-Dar. Għal dan il-għan il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru organizzat ukoll attività tal-Milied fil-pjazza tal-Qrendi b’risq id-Dar. Bħal kull sena numru sabiħ ta’ kumpaniji u l-entitajiet governattivi u tal-Knisja komplew jappoġġjaw lid-Dar tal-Providenza permezz tal-iskema tal-għoti ta’ 25ċ mill-ħaddiema kull xahar li b’kollox inġabru €73,523.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/5850b7823ed09c666703793d71c8daa5.jpg?width=720&quality=85%2C50)
7.28 Coin Boxes
I d-Dar tqassam diversi coin boxes f ’diversi ħwienet madwar Malta kollha. Voluntiera tad-Dar jgħinu biex jingħaddew dawn il-flus. B’kollox din is-sena ġbarna €6,090.
7.29 “Karus ta’ Mħabba”
Id-Dar tal-Providenza toffri karus mingħajr ħlas lil dawk il-parroċċi jew skejjel li jixtiequ jħeġġu lit-tfal jissaportjaw lid-Dar talProvidenza. Ma’ dan il-karus li jissejjaħ ‘karus ta’ mħabba’ inqassmu wkoll flyer bil-Malti u bl-Ingliż li fiha nispjegaw lit-tfal u lillgħalliema l-għan ta’ din l-inizjattiva kif ukoll x’jistgħu jagħmlu aktar biex fis-soċjetà tagħna l-persuni b’diżabilità jkunu meqjusa verament indaqs. Din l-inizjattiva nippreżentawha bħala parti minn katina ta’ inizjattivi li persuna tista’ tagħmel favur il-persuni b’diżabilità u d-drittijiet tagħhom. Ħafna drabi dan il-karus ta’ mħabba jintuża fi żmien ir-Randan. Din is-sena minn din l-inizjattiva nġabret is
7.26 Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir minn Radju 15 ta’ Awwissu
Bħal kull sena Radju 15 ta’ Awwissu fi ħdan is
7.27 L-iskema tat-25ċ
somma ta’ €5,761.
7.30 Wedding bookmarks
Id-Dar toffri bookmark biex jintużaw minn dawk il-koppji li jagħżlu li minflok souvenirs tat-tieġ jagħtu donazzjoni lid-Dar. Din is-sena l-offerti laħħqu s-somma ta’ €6,100.
7.31 Okkażjonijiet Speċjali u Mwiet
Din is-sena, kien hemm ukoll numru ta’ persuni li fl-okkażjoni ta’ għeluq sninhom jew f ’anniversarju tat-tieġ tagħhom, organizzaw festin fejn stiednu l-familjari u l-ħbieb biex minflok rigali jagħtu donazzjoni lid-Dar talProvidenza.
Ikun hemm min li meta xi membru tal-familja jiġi nieqes, jagħżlu li minflok fjuri jintbagħtu donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza. Din is-sena daħħalna €158,877 minn dawn iddonazzjonijiet.
7.32 Bażar u Ċ entru Agrikolu
Id-Dar għandha bażar li jinfetaħ għallpubbliku kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ħamis filgħodu. F’dan il-bażar jinbiegħu oġġetti li l-pubbliku jagħti lid-Dar biex jinbiegħu. Il-bażar jiftaħ ukoll waqt diversi attivitatjiet li d-Dar torganizza u li jkunu miftuħa għall-pubbliku.
Iċ-Ċentru Agrikolu jbiegħ ukoll il-prodotti fid-Dar stess u waqt wirjiet li jsiru matul issena kif ukoll fl-uffiċċju tal-Belt.
7.33 Uffiċċju l-Belt Valletta
Id-Dar għandha uffiċċju fi Triq San Pawl, il-Belt, li jiftaħ kuljum filgħodu mit-Tnejn sasSibt. Matul l-2019 minn dan l-Uffiċċju daħlu €33,652 f ’donazzjonijiet. 7.34. Kalendarji għall-benefatturi
Kull sena d-Dar tal-Providenza, tistampa 5,000 kalendarju ta’ mal-ħajt u 1,000 kalendarju għall-fuq l-iskrivanija (tent calendar) biex jitqassmu lill-benefatturi li jiġu d-Dar waqt il-ġranet tal-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. Din is-sena l-istampi ta’ fuq ilkalendarju kienu pitturi tal-artist Għawdxi John Grima.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/c0f4ebbfb4838ca0d7bd74fe0ded5a72.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/10cf68f5c41193770e34384d4ee6fc50.jpg?width=720&quality=85%2C50)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/200703084935-3580aff5c7ddffffa39319098846bc8d/v1/4b6c04731cd66d82266303695fb8c28d.jpg?width=720&quality=85%2C50)