Fl-Ewwel tas-Sena, waqt il-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza, organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jinġabru fondi għad-Dar, inġabret issomma rekord ta’ €1,275,442. It-temp tajjeb għalkemm kemmxejn kiesaħ għen biex għadd kbir ta’ nies ġew is-Siġġiewi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f ’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali. Ix-xandira televiżiva bdiet fid-9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna u baqgħet sejra sa wara nofsillejl meta tħabbret is-somma totali fost is-soltu ferħ u briju tal-għadd kbir ta’ voluntiera li taw ħinhom għal din il-Festa ta’ Ġenerożità. TVM1, TVM2, ONE TV u NET TV ingħaqdu f ’ħinijiet twal fixxandira diretta ta’ ftit aktar minn ħmistax-
42 • Rapport Annwali 2019
il siegħa. Matul ix-xandira kien hemm programm sħiħ ta’ divertiment taħt it-tinda bis-sehem ta’ kantanti u mużiċisti ewlenin Maltin. Matul il-jum kien hemm żjarat millPresident ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar; Dr Chris Cardona, il-Ministru għallEkonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li rrappreżenta lill-Prim Ministru, il-Kap talOppożizzjoni Dr Adrian Delia, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis; l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.
Id-Dar tal-Providenzà