10 minute read

3. Ir-Residenti

Next Article
Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra

03

Ir-Residenti

3. IR-RESIDENTI Id-Dar tal-Providenza taħdem biex tipprovdi servizzi residenzjali individwalizzati, kemm fit-tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom. Hi tara li tippromwovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom bil-għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess.

Matul din is-sena r-residenti tad-Dar komplew jingħataw is-servizz ta’ kura tal-bżonnijiet bażiċi tagħhom skont il-bżonnijiet varji – min ftit sapport biex jagħmel użu mill-kapaċitajiet tiegħu/tagħha u min aktar sapport għaliex id-diżabilità tagħhom hija severa ħafna. Madankollu, ir-residenti kollha pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ kuljum jew dawk okkażjonali li ġew organizzati fid-Dar.

Ix-xogħol mar-residenti huwa primarjament ikkaratterizzat minn assistenza fil-bżonnijiet tagħhom. Dan ix-xogħol huwa kkumplimentat minn xogħol ieħor li jarrekkixxi iżjed il-ħajja tar-residenti li s-support workers, l-ability promoters u l-fiżjoterapisti (fost oħrajn) jikkontribwixxu fih.

3.1 Is-Servizz tal-Fiżjoterapija

D in is-sena x-xogħol tal-fiżjoterapija kompla jkun ikkordinat mill-fiżjoterapista prinċipali, tliet fiżjoterapisti full-time, tlieta part-time u żewġ physiotherapy aids.

Xogħol importanti ieħor kien l-assessment ta’ diversi residenti li kellhom bżonn siġġu tar-roti speċjalizzat li jkunu addattat għallbżonnijiet tal-persuna. Dawn l-assessments wasslu biex illum dawn il-persuni għandhom siġġu tar-roti addattat għalihom.

3.2 Is-Servizz ta’ Terapija Okkupazjonali

S fortunatement din is-sena ma sibniex nimpjegaw Occupational Therapist full-time.

3.3 Is-Servizz ta’ High Support

Bil-għajnuna tal-Aġenzija Sapport, residenta tad-Dar li għandha bżonn servizz ta’ High Support id-Dar qed tirċievi minn din l-Aġenzija ħlas għal 80 siegħa ta’ sapport.

Permezz ta’ din l-għajnuna finanzjarja, id-Dar timpjega żewġ Support Workers biex jagħmlu dan ix-xogħol.

3.4 Rikreazzjoni

Kemm it-tim tal-Ability Promoters kif ukoll is-support workers li jaħdmu fil-flettijiet jorganizzaw attivitajiet regolari fid-Dar b’mod speċjali nhar ta’ Ħadd u fil-festi speċjali kif ukoll attivitajiet barra mid-Dar li jwieġbu għall-gosti tar-residenti bħal mixjiet filkampanja, bliet u rħula, ġonna pubbliċi, kunċerti u wiri ta’ films fost oħrajn.

Ġew organizzati xi attivitajiet li fihom ħadu sehem ir-residenti kollha bħal festini kull xahar f ’għeluq sninhom. il-Karnival, ilPasquetta Party, Sports Day, End of Summer Programme, il-Qaddisin kollha, il-ħarġa fil-Festa ta’ San Martin li din id-darba saret fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Qrendi, il-wasla ta’

Father Christmas segwit bit-tqassim tar-rigali lir-residenti kollha u l-lunchparty tal-Milied għar-residenti.

Ir-residenti kellhom ukoll mawriet ta’ ġurnata f ’Għawdex jew postijiet f ’Malta. Xi residenti jħobbu wkoll imorru jduru l-ħwienet u jixtru xi bżonnijiet żgħar tagħhom minn postijiet differenti. Saru wkoll diversi ħarġiet il-baħar u ‘Splash & Fun’ matul ix-xhur tas-sajf kif ukoll l-Aquarium tal-Qawra u ċentri kummerċjali matul il-ġranet tax-xitwa. Din is-sena bdejna wkoll sensiela ta’ ħarġiet fil-qrib għal dawk ir-residenti li ma jistgħux idumu barra mid-Dar minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

3.5 Workshops u attivitajiet oħra

3.5.1 Numru ta’ residenti komplew jagħtu sehemhom fil-workshops tal-bolol, talagrikoltura kif ukoll tal-crafts.

Iċ-Ċentru Agrikolu San Isidoru

Fil-workshop tal-agrikoltura San Isidoru, ir-residenti flimkien mal-Ability Promoters u voluntiera, jkabbru jew jipproċessaw prodotti tal-biedja. Hawnhekk, matul din is-sena x-xogħol żdied aktar minn mindu fetaħ u l-prodotti qed ikunu esebiti fl-uffiċċju l-ġdid tal-Belt minn fejn il-pubbliku jkun jista’ wkoll jixtri dawn ilprodotti.

3.5.2

Il- Workshop tal-bolol

F’dan il-workshop ir-residenti jisseparaw bolol użati skont il-kategoriji biex imbagħad dawn jinbiegħu lillħwienet tal-bolol.

3.5.3 Workshop ta’ xogħlijiet artistiċi oħra u crafts

It-tpinġija, attivitajiet oħra tal-arti u crafts huma terapewtiċi ħafna, jikkalmaw lir-residenti u jagħtuhom gost u sens li qed jagħmlu xi ħaġa sabiħa.

3.5.4 Workshop tat-tisjir

Din is-sena introduċejna workshop ġdid, jiġifieri dak tat-tisjir. Numru ta’ residenti bl-appoġġ ta’ Ability Promoters qed ikollkom l-opportunità li jsajru, jippreparaw il-mejda tal-ikel, jieklu flimkien u jagħmlu l-ħasil u t-tindif ta’ wara.

3.5.5 Wheelchair dancing

Matul is-sena saru wkoll diversi sessjonijiet ta’ wheelchair dancing immexxija mill-Ability Promoters.

3.5.6 W orkshop tal-mużika

Attività li r-residenti jipparteċipaw bi ħġarhom għaliha hija dik ta’ workshop fil-mużika fejn ir-residenti jisimgħu u jipparteċipaw f ’daqq ta’ strumenti. Din is-sena inawgurajna Music Room speċjalizzata fejn jistgħu jsiru sessjonjiet ta’ terapija bil-mużika fi gruppi żgħar u anke individwali.

3.6 Mobilità

Minħabba n-natura tad-diżabilità talmaġġoranza tar-residenti tad-Dar, ir-residenti komplew ikunu mħeġġa u megħjuna biex jieħdu sehem f ’attivitajiet li jgħinuhom jibqgħu attivi. Dan kien jinkludi mobilità filflett fuq bażi regolari flimkien ma’ attivitajiet li ġew organizzati apposta bħal Hammet Baths fejn filwaqt li l-ilma jgħin biex jirrilassa, jgħinhom ikunu iktar attivi.

Din is-sena wkoll, membri ta’ The Brain Foundation bdew joffru lir-residenti li jixtiequ sessjonijiet kull nhar ta’ Sibt filgħodu ta’ logħob tar-Rugby addatt għalihom. Din l-inizzjattiva kienet milqugħa tajjeb ħafna mir-residenti li qed jattendu.

Din is-sena numru sabiħ ta’ residenti komplew jagħmlu użu mill-pixxina terapewtika li għandna fid-Dar. L-użu tal-idroterapija huwa servizz ieħor li qed ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. L-idroterapija toffri

opportunità ta’ mobiltà kif ukoll attivitajiet sportivi. Daqstant ieħor hija importanti s-sensazzjoni sabiħa ta’ rilassament li persuna tħoss fl-ilma sħun anke jekk ikun diffiċli għaliha li tagħmel eżerċizzju.

Xi residenti jużaw ukoll is-Soft Room, fejn huma jkunu jistgħu jagħmlu attività li jridu f ’ambjent sikur u bla periklu. Attività oħra li qiegħda tgħin lir-residenti biex isiru iktar attivi hija dik fil-kmamar Multisensorjali, fejn qegħdin jiġu stimulati s-sensi b’modi differenti u partikulari. Dan ix-xogħol isir bl-għajnuna tal-Ability Promoters fuq il-pariri tal-Occupational Therapist. Dawn il-kmamar jiġu wżati wkoll għal xi residenti biex jirrilassaw, speċjalment għal dawk li għandhom imġieba diffiċli ħafna. Bħal kull sena oħra ġew organizzati wkoll attivitajiet regolari fil-gym, attivitajiet sportivi, bowling, mixjiet u attivitajiet oħrajn li jinkoraġġixxu l-mobilità.

‘‘ Din is-sena numru sabiħ ta’ residenti komplew jagħmlu użu mill-pixxina terapewtika li għandna fid-Dar ‘‘

3.7 Is-Servizz tat-Trasport

It-trasport hu attività qawwija tad-Dar kemm minħabba li ħafna mir-residenti jużaw siġġu tar-roti kif ukoll minħabba l-fatt li d-Dar tinsab f ’żona rurali u ftit maqtugħa. Id-Dar għandha għaxar vetturi li minnhom ħamsa għandhom it-tail lift biex ikunu jistgħu jitrasportaw persuni li jużaw siġġu tar-roti.

3.8 Kreattività

Id-Dar tal-Providenza torganizza diversi attivitajiet fid-Dar bl-iskop li jgħinu lirresidenti jesprimu ruħhom f ’forom ta’ arti differenti bħal mużika, drama u crafts.

Din is-sena komplejna nkabbru l-aspett taddrama, kant u żfin li joffri opportunitajiet mill-aqwa biex ir-residenti jesprimu lilhom infushom filwaqt li jiżviluppaw u jaqsmu maloħrajn it-talenti artistiċi tagħhom.

3.9 Involviment barra mid-Dar

42 resident jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Adulti mmexxija mill-Aġenzija Sapport. Dawn iċ-Ċentri huma dawk ta’ Vajrita f ’Marsaskala, Ħal Far, Raħal Ġdid, l-Imtarfa u Santa Venera. Resident ieħor jattendi ċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel f ’Pembroke waqt li oħra tattendi ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija. Residenta tad-Dar għandha xogħol full-time u ħamsa oħra għandhom xogħol part- time. Tliet residenti jattendu l-programm Star 25 li jiġi organizzat mill-Inspire.

3.10 L-Informatika

I d-Dar għandha ICT Lab fejn ir-residenti tad-Dar jitħarrġu biex jagħmlu l-aħjar użu mid-dinja tal-informatika u b’hekk ikollhom, kif inhu dritt tagħhom, aċċess indaqs għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni li toffrilhom it-teknoloġija tal-informatika illum. Dan il-laboratorju, hu armat b’teknoloġija assistiva bħal ma huma touch screens, keyboards, mouses speċjali u software apposta li jagħmluha eħfef għall-persuni b’diżabiltà differenti biex jużaw il-kompjuter.

3.11 Is-Salon tax-xagħar

Matul din is-sena r-residenti kemm irġiel kif ukoll nisa komplew jagħmlu użu mis-salon tad-Dar. Dan però ma jeskludix il-fatt li

numru ta’ residenti jagħmlu użu skont ixxewqa tagħhom mill-hairdresser personali tagħhom billi jżuru l-ħanut tagħha jew tiġi żżurhom hi fir-residenza.

3.12 Safar tar-residenti

R esident tad-Dar kien mistieden biex jattendi għall-pellegrinaġġ ġewwa Lourdes f ’Mejju mill-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

F’Settembru, tliet residenti marru pellegrinaġġ ieħor f ’Lourdes fuq offerta li ssir kull sena mill-Assoċċjazzjoni Voluntiera Lourdes.

F’Ġunju, erba’ residenti marru ġita fi Sqallija organizzata mid-Dar.

3.13 “Il-Presepju tan-Nannu” fl-Istitut Kattoliku

“Il-Presepju tan-Nannu”, play marbuta ma’ żmien il-Milied, kitba tas-Sur David Muscat impjegat tad-Dar itellgħet fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru u l-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru 2019 b’risq id-Dar tal-Providenza. Bħal fis-snin l-imgħoddija, kien hemm inklużjoni bejn persuni b’diżabilità residenti tad-Dar u atturi oħra, uħud minnhom stabbiliti fix-xena lokali. B’kollox ħadu sehem madwar erbgħin ruħ inklużi r-residenti.

3.14 Pellegrinaġġ Marjan fis-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex

Nhar is-Sibt, 12 ta’ Ottubru 2019, numru sabiħ ta’ residenti, ħaddiema u voluntiera tad-Dar tal-Providenza għamlu pellegrinaġġ Marjan fis-Santwarju Ta’ Pinu, f ’Għawdex fl-okkażjoni tal-400 sena minn meta tpitter il-kwadru mirakoluż tal-Madonna Ta’ Pinu fl-1619 li tħallas minn Pinu Gauci u li minnu

ġej l-isem tal-Madonna Ta’ Pinu. Dawk kollha li attendew ħadu sehem f ’quddiesa fl-istess Santwarju li tmexxiet minn Fr Martin Micallef. L-omelija saret minn Fr Gerald Buhagiar, Rettur tas-Santwarju. Wara, dawk kollha preżenti attendew għall-ikla flimkien ix-Xlendi.

3.15 Attivitajiet Spiritwali u SPRED

Dawn l-aħħar snin, id-Dar tal-Providenza affiljat ruħha mal-Aġenzija SPRED (Special Religious Development - Żvillupp Reliġuż Speċjali) ta’ Glasgow, l-Iskozja. Dan l-affiljament qed ikun ta’ benefiċċju kbir biex ir-residenti b’diżabilità intellettwali jiġu mgħejjuna jikbru wkoll fil-fidi tagħhom. Għal dawn il-laqgħat ta’ katekeżi kull resident li jipparteċipa għandu katekist ajjutant.

F’din is-sena kull resident kellu sitt laqgħat ta’ SPRED filwaqtli l-katekisti kellhom tnax peress li sitta minnhom ikunu ta’ tħejjija biex jilqgħu fosthom lir-residenti.

Matul dan il-perjodu kull resident ħa sehem ukoll fi tliet Quddisiet tal-Familja SPRED

bl-akkompanjament tal-ħbieb tagħhom, il-katekisti ajjutanti. Ġew ippublikati wkoll 3 ħarġiet bil-Malti tal-Fuljett SPRED: tal-Għid, tas-Sajf u tal-Milied. Sar il- koordinament u l-andament tat-12-il grupp fi SPRED, li 2 minnhom jilqgħu fihom xi membri li jiġu minn barra d-Dar. Dawn il-laqgħat isiru mitTnejn sal-Ġimgħa filgħodu u f ’xi jiem isiru filgħaxija wkoll. Kull grupp jikkonsisti f ’sitt residenti flimkien mal-kumpanni tagħhom u żewġ katekisti li jmexxu. Sar kuntatt ta’ tħejjija u taħriġ kontinwu għall-katekisti kollha: Laqgħat ta’ Formazzjoni, Enrichment u Irtir.Fl-aħħar ta’ Settembru sar it-tiġdid tal-Impenn għas-sena l-ġdida mill-katekisti u l-kumpanni kollha.

Matul is-sena ngħata taħriġ tal-bidu u taħrig bħala katekist tal-attivitajiet lill-4 katekisti ġodda.

3.15.

1 - Quddies

Kuljum issir quddiesa li għaliha jattendu numru sostanzjali ta’ residenti u li matulha jsir talb komunitarju primarjament għall-benefatturi u voluntiera tad-Dar. Ikollna wkoll quddies/attivitajiet speċjali f ’okkażjonijiet bħal funerali ta’ residenti, ċelebrazzjoni ta’ Corpus Christi u l-Inkurunazzjoni talMadonna. Kompla jsir il-koordinament ta’ xi gruppi ta’ residenti biex jieħdu sehem nhar ta’ Ħadd fil-quddies fil-parroċċi tal-qrib fejn hemm ħbieb tagħhom ta’ SPRED li jakkumpanjawhom. F’Mejju, iċċelebrajna l-Inkurunazzjoni tal-Madonna u f ’Ġunju l-Festa ta’ Corpus Christi. Saru wkoll l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ qabel il-Milied u qabel l-Għid kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

3.15

2 - Tqarbin Sar it-tqarbin fil-flettijiet ta’ dawk ir-residenti li ma tantx jistgħu jieħdu sehem regolari fil-quddiesa ta’ kuljum.

3.16

3 - Tberik tad-Dar tal-Providenza Din is-sena t-tberik tad-Dar tal-Providenza sar millArċipriet il-ġdid tas-Siġġiewi, Fr Josef Mifsud nhar il-Ħamis, 30 ta’ Mejju 2019. 3.16 Imwiet

Din is-sena kellna mewt ta’ sitt residenti, erba’ nisa u żewgt irġiel.

3.17 Is-Servizz ta’ Respite

Din is-sena d-Dar ospitat 49 persuna għallperjodi differenti ta’ respite. Dawn varjaw minn ħin qasir ta’ ftit sigħat biex il-familja tattendi għal xi tieġ jew funeral kif ukoll għall-perjodi itwal ta’ ġranet jew ġimgħat fejn il-familja siefret jew ħadet żmien ta’ mistrieħ. Numru ta’ persuni għamlu użu mir-respite għall-perjodu twil ta’ xahar jew iżjed ħafna drabi minħabba mard serju ta’ xi ħadd millġenituri. Id-Dar tal-Providenza temmen li dan l-appoġġ hu neċessarju biex l-ulied jew familjari b’diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-ambjent tal-familja tagħhom.

This article is from: