2 minute read

6. Il-Voluntiera

Next Article
Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra

06 Il-Voluntiera

6. IL-VOLUNTIERA Id-Dar għandha numru sabiħ ta’ voluntiera li jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom biex jgħinu lid-Dar tkompli taqdi l-missjoni tagħha. Ħafna minnhom jiġu d-Dar fuq bażi regolari waqt li oħrajn jagħmlu xi xogħol abbinat ma’ xi attività partikolari.

6.1 Voluntiera regolari

Id-Dar għandhanumru ta’ voluntiera li jaħdmu direttament mar-residenti jew fi flett jew billi jimpenjaw ruħhom li joħorġu xi residenti passiġġata fil-ġonna tad-dar, fiċċentru agrikolu jew f ’attivitajiet differenti fidDar jew barra mid-Dar. Numru ta’ voluntiera jgħinu fil-kċina, fil-laundry, fis-sezzjoni talħjata, fil-maintenance, fl-istores, kif ukoll filbazaar li kien jiftaħ kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis. In-numru ta’ voluntiera reġistrati huwa ta’ 220.

6.2 Voluntiera oħra

F ost il-gruppi li din is-sena ddedikaw ġurnata xogħol voluntarju fid-Dar ta’ min isemmi dawn li ġejjin: • G rupp ta’ ħaddiema mill-MITA • Grupp ta’ studenti mis-Sixth Forms ta’

Għawdex. • Grupp ta’ żgħażagħ mill-Parroċċa tan

Nadur • G rupp ta’ żgħażagħ minn Għawdex • G rupp ta’ ħaddiema ta’ Agius Marble

Works • Grupp ta’ abbatini mill-Parroċċa ta’

Ħ’Attard • G rupp ta’ studenti mill-MCAST • Grupp ta’ studenti mis-Seminarju Minuri • Grupp ta’ studenti mill-Higher Secondary

School • Grupp ta’ studenti milll-Iskola St Joseph tal-Blata l-Bajda • G rupp ta’ Abbatini minn Ħ’Attard • G rupp ta’ studenti minn Virginia fl-Istati

Uniti • Grupp ta’ voluntiera mill-Parroċċa tal

Qala • Grupp ta’ studenti Amerikani mill

Medseas Christendom College Misssion • Ħ bieb tad-Dar tal-Providenza (is-Siġġiewi)

Hemm ukoll numru sostanzjali ta’ voluntiera li jgħinu fil-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-ewwel tas-sena u l-Maratona tal-Volleyball li ssir f ’Lulju.

6.3 Riċeviment Annwali għall- voluntiera Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Ġunju 2019 ġie organizzat ir-riċeviment annwali għallvoluntiera kollha tad-Dar bħala apprezzament żgħir għall-ħidma tagħhom b’risq ir-residenti tad-Dar. Din is-sena din l-attività saret filFalkunerija, is-Siġġiewi. 6.4 Voluntiera tad-Dar tal-Providenza nominati għall-Active Ageing Awards 2019 M ary Verzin, Ġemma u żewġha John Paris kienu tliet voluntiera mid-Dar tal-Providenza fost l-erbgħa u disgħin persuna li kienu nominati għall-Active Ageing Awards għal din is-sena. Matul iċ-ċerimonja tal-għoti talPremjijiet, li saret fil-lukanda Qawra Palace, dawk kollha nominati ingħataw ċertifikat ta’ għarfien għall-ħidma tagħhom mill-E.T. l-President, Dr George Vella fil-preżenza tas-Sur Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

This article is from: