Rapport Annwali 2019
VO/1066
Introduzzjoni MID-DIRETTUR Dan ir-rapport jelenka sena ta’ ħidma mwettqa mid-Dar tal-Providenza fl-impenn tagħha li tkompli toffri servizzi residenzjali tal-għola livell lill-persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn dan is-servizz. Din il-ħidma ma twettqitx minn persuna waħda u għalhekk irrodd ħajr lill-Bord tad-Dar, lill-Management, lis-sorijiet tal-Karità, lir-residenti nfushom, lill-impjegati u lill-voluntiera kollha. Ħajr ukoll tmur lillAmministrazzjoni tal-Kurja u lill-Gvern Malti għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Kull sena, s-sodisfazzjon tagħna hu li naraw ir-residenti jgħixu f ’ambjent dinjituż fejn id-drittijiet tagħhom huma rispettati u l-ħolm tagħhom jista’ jkun irrealizzat. Din is-sena wkoll qsamna flimkien ħafna mumenti sbieħ bħal meta r-residenti jagħlqu sninhom u jsir festin żgħir, jattendu xi attività li jħobbu bħal festa, tieġ, kunċert fost oħrajn, xi safra jew mawra sa Għawdex. Mument mill-isbaħ għal kulħadd kien meta diversi residenti flimkien ma’ atturi rinomati Maltin tellgħu d-dramm fl-Istitut Kattoliku “Il-Milied tan-Nannu,” dramm oriġinali miktub u dirett minn wieħed millimpjegati tad-Dar stess. Dakinhar kompliet tispikka l-ħila ta’ bosta minnhom għaddrama. Bħalma jiġri f ’kull familja din is-sena kellna wkoll il-mumenti iebsin bħal meta tlifna sitt residenti, xi voluntiera u ex-impjegat. Żgur li nibqgħu ngħożżu l-memorji sbieħ u l-kontribut siewi tagħhom. Sodisfazzjon ieħor għad-Dar tal-Providenza kien l-akkwist għall-ewwel darba talliċenzji meħtieġa għall-operat ta’ kull dar li għandna kif kien mitlub minna millAwtorità għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) li twaqqfet b’Att Legali s-sena l-oħra. Permezz ta’ din il-liċenzja d-Dar tal-Providenza qed turi fil-konkret li hi impenjata li tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u l-ħarsien soċjali tar-residenti u kull min ikollu bżonn is-servizzi tagħha.
Id-Dar kompliet ukoll bl-impenn tagħha biex tiftaħ aktar djar fil-komunità. Din issena sar xogħol kbir biex titlesta d-dar fil-Balluta li nittamaw li se tkun qed tinfetaħ din is-sena. Beda x-xogħol ukoll biex ‘Żerniq’, waħda mid-djar fil-komunità, tkun rinovata mill-ġdid. Din is-sena lqajna għadd ġmielu ta’ viżitaturi fosthom l-E.T. Dr George Vella ftit ġimgħat wara l-ħatra tiegħu bħala President ta’ Malta. Ilqajna wkoll diversi studenti Maltin u barranin li għamlu esperjenza ta’ xogħol jew volontarjat magħna. Fl-1 ta’ Jannar 2020 l-Arċisqof ħabbar uffiċjalment li s-Sorijiet tal-Karità ħassew li minħabba l-età tas-sorijiet wasal iż-żmien li jtemmu l-ħidma tagħhom fid-Dar talProvidenza. Din filwaqt li se tkun telfa kbira għad-Dar se toffri sfida lid-Dar biex issib min se jissostitwixxi x-xogħol tagħhom b’mod speċjali f ’dak li għandu x’jaqsam maxxogħol tagħhom bħala infermiera. Il-ħidma tad-Dar tal-Providenza ma tistax tkompli jekk mhux bil-għajnuna talprovidenza ta’ Alla li qatt ma tonqosna. Għal grazzja ta’ Alla din is-sena l-benefatturi tad-Dar ma naqsux. Kellna kontribuzzjonijiet inkoraġġanti mill-poplu Malti u Għawdxi fil-Maratoni li organizzajna kif ukoll f ’attivitajiet iżgħar ta’ ġbir ta’ fondi. Id-donazzjonijiet ta’ kuljum ma naqsux lanqas, grazzi għal tant individwi, parroċċi u entitajiet li dejjem jaħsbu fina kif ukoll benefatturi li mietu u ma nsewniex fil-wirt tagħhom. Il-ġenerożità tal-Maltin turi fiduċja sħiħa fil-ħidma tagħna. Id-Dar tibqa’ impenjata li tkompli tirrealizza l-ħolma li beda Dun Mikiel Azzopardi aktar minn ħamsin sena ilu. Dan ir-rapport juri biċ-ċar dan l-impenn. Fr Martin Micallef Direttur 4 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
KONTENUT
Introduzzjoni mid-Direttur..............................................................3
1.
......................................................... 7
2. Il-Perjodu ta’ dan ir-Rapport ................................................... 15 3. Ir-Residenti ......................................................................................17 4. It-Tmexxija tad-Dar .................................................................... 30 5.
............................................................................ 33
6. Il-Voluntiera....................................................................................37 7.
...................................................... 41
8.
............................................................... 59
9. Forum – Service Providers ...................................................... 63 10.
................................................ 65
11.
....................................................................................... 71
12.
................................75
13. Finanzi tad-Dar .......................................................................... 78 14.
.......................... 79
15.
..............................................................80
16.
............................................... 83
17.
.......................................................................... 87
18.
.................................................... 91
.......................... 95
01
Id-Dar tal-Providenza li tieħu isimha u l-kariżma tagħha mill-Evanġelju u mit-tagħlim tal-Knisja Kattolika, twaqqfet minn Mons. Mikiel Azzopardi fl-1965 bil-għan li tipprovdi servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabilità u hi impenjata li tagħtihom is-saħħa li jemmnu fihom infushom f ’ambjent li jixbaħ lill-familja u li jkabbar l-abbilitajiet tagħhom biex b’hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà.
L-għanijiet tad-Dar tal-Providenza huma: 1. Li tipprovdi servizzi residenzjali individwaliżżati, kemm fit-tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn iddrittijiet u d-dinjità tagħhom; 2. Li tippromwovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom bil-għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess; 3. Li tipprovdi opportunitajiet lill-impjegati tagħha li jiżviluppaw ħilithom u jkabbru l-valur tax-xogħol tagħhom; 4. Li tipprovdi esperjenza pożittiva lill-voluntiera; 5. Li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom.
8 • Rapport Annwali 2019
Il-valuri tad-Dar tal-Providenza, li għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Evanġelju u fittagħlim tal-Knisja Kattolika, huma dawn: 1. Il-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet għal kulħadd; 2. Rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x’inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha; 3. Il-fidi fil-Providenza Divina li tidher fil-mod kif wieħed jaħdem tant li n-nuqqas ta’ riżorsi ma jkunux ta’ xkiel fil-ħidma tad-Dar; 4. Il-familja hi l-pedament tas-soċjetà u għalhekk idDar tipprovdi sapport lill-familja biex il-persuna b’diżabilità tkun tista’ tkompli tgħix fil-familja tagħha jekk din tkun ix-xewqa tagħha stess; 5. Ikun żviluppat spirtu komunitarju li jiġi trasmess; fil-mod kif taħdem ħalli l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, li jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza, li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess u li jippromovi l-interdipendenza u s-sapport xieraq lill-persuni li jużaw is-servizzi tad-Dar.
Id-Dar tal-Providenzà
Villa Papa Giovanni
Ir-residenza prinċipali tinsab fil-limiti tasSiġġiewi u hi maqsuma fi tliet vilel li b’kollox jinkludu disa’ flettijiet. Id-Dar għandha wkoll erbat idjar żgħar fil-komunità bl-isem ta’; ‘Żerniq’ fis-Siġġiewi, ‘Akkwarell fil-Qawra, ‘Dar Pirotta’ f ’Birkirkara u ‘Shalom’ fiżŻurrieq. Fi tmiem is-sena 2019 id-djar tadDar tal-Providenza ospitaw 116-il persuna b’diżabilità li 68 minnhom huma rġiel u 48 huma nisa. 1.2.1
Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • Anġlu Kustodju • Livia • Sant’ Antnin • Warda
Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • San Ġorġ Preca • San Martin
Id-Dar tal-Providenza,
Villa Monsinjur Gonzi Persuni b’diżabilità intellettwali f ’: • San Ġużepp • Jasmine • San Nikola
Id-Dar tal-Providenzà
Annual Report 2019 • 9
Is- Siġġiewi (Miftuħa fil-11 ta’ Frar 1997). Persuni b’diżabilità intelletwali; Il-Qawra (Miftuħa fil-21 ta’ Novembru 2012). Persuni b’diżabilità fiżika; Birkirkara (Miftuħa fil-2007 mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u mill1 ta’ Jannar 2014 waqgħet taħt ir-responsabbiltà tad-Dar talProvidenza). Persuni b’diżabilità intellettwali; Iż-Żurrieq (Miftuħa fit-8 ta’ April 2016). Persuni b’diżabilità intellettwali:
10 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 11
Id-Direttur tad-Dar huwa Fr Martin Micallef. Huwa kien innominat Direttur tad-Dar mill-Arċisqof Pawl Cremona O.P. wara li l-predeċessur tiegħu, Mons. Lawrence Gatt kien maħtur il-Kanċillier tal-Kurja Arċiveskovili. Fr Martin Micallef beda l-ħidma tiegħu bħala d-Direttur il-ġdid tadDar tal-Providenza fl-1 ta’ Ottubru 2008.
12 • Rapport Annwali 2019
‘‘
‘‘
Id-Dar tal-Providenzà
Fis-sena 2019, id-djar residenzjali kollha li tmexxi d-Dar tal-Providenza ingħataw għall-ewwel darba l-liċenzja għall-operat mill-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali. Fis-sena 2018, din l-Awtorità ġdida, bis-saħħa ta’ Avviż Legali, ħarġet standards soċjali regolatorji biex ikun assigurat li persuni b’diżabilità residenti fi djar residenzjali jkollhom l-opportunità jilħqu x-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-aspettattivi tagħhom. Dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji għasServizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità jirrikonoxxu li s-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli u xierqa għal dawk kollha li jeħtiġuhom b’mod li kull min jagħmel użu minn dawn is-servizzi jkollu kif jixraqlu esperjenza mill-aktar pożittiva.
Id-Dar għandha wkoll komunità ta’ tliet sorijiet ta’ Santa Giovanna Antide Thouret (magħrufa bħala s-Sorijiet tal-Karità). IsSorijiet tal-Karità ilhom joffru s-servizz tagħhom, b’mod speċjali dak mediku, sa minn meta daħlu l-ewwel residenti fl-1968. Il-Komunità tas-sorijiet hi magħmula minn Sr Lorenza Borg (Superjura), Sr Bernarda Buhagiar u Sr Geswina Mangion.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 13
02
Il-Perjodu ta’ dan ir-Rapport Dan ir-Rapport ikopri s-sena kalendarja 2019. Dan ir-Rapport kien diskuss u approvat mill-Bord tad-Dar tal-Providenza fil-laqgħa tal-Bord tat-2 ta’ Marzu 2020. Kopja ta’ dan ir-rapport tintbagħat lill-Monsinjur Arċisqof. Kopja oħra tintbagħat lillKummissarju tal-Volontarjat skont kif titlob il-liġi kif elenkata fl-Att dwar Organizazzjonijiet Volontarji 2007).
03
Ir-Residenti
Id-Dar tal-Providenza taħdem biex tipprovdi servizzi residenzjali individwalizzati, kemm fit-tul kif ukoll għal żmien qasir (respite), lill-persuni b’diżabilità b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom. Hi tara li tippromwovi l-iżvilupp personali ħolistiku u l-inklużjoni soċjali tal-persuni li jużaw is-servizzi tagħha, inkluż l-awtonomija tagħhom bil-għan li jsiru kapaċi jiddeterminaw ħajjithom huma stess. Matul din is-sena r-residenti tad-Dar komplew jingħataw is-servizz ta’ kura tal-bżonnijiet bażiċi tagħhom skont il-bżonnijiet varji – min ftit sapport biex jagħmel użu mill-kapaċitajiet tiegħu/tagħha u min aktar sapport għaliex id-diżabilità tagħhom hija severa ħafna. Madankollu, ir-residenti kollha pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ kuljum jew dawk okkażjonali li ġew organizzati fid-Dar. Ix-xogħol mar-residenti huwa primarjament ikkaratterizzat minn assistenza fil-bżonnijiet tagħhom. Dan ix-xogħol huwa kkumplimentat minn xogħol ieħor li jarrekkixxi iżjed il-ħajja tar-residenti li s-support workers, l-ability promoters u l-fiżjoterapisti (fost oħrajn) jikkontribwixxu fih.
18 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Din is-sena x-xogħol tal-fiżjoterapija kompla jkun ikkordinat mill-fiżjoterapista prinċipali, tliet fiżjoterapisti full-time, tlieta part-time u żewġ physiotherapy aids. Xogħol importanti ieħor kien l-assessment ta’ diversi residenti li kellhom bżonn siġġu tar-roti speċjalizzat li jkunu addattat għallbżonnijiet tal-persuna. Dawn l-assessments wasslu biex illum dawn il-persuni għandhom siġġu tar-roti addattat għalihom. High Support Sfortunatement din is-sena ma sibniex nimpjegaw Occupational Therapist full-time.
Bil-għajnuna tal-Aġenzija Sapport, residenta tad-Dar li għandha bżonn servizz ta’ High Support id-Dar qed tirċievi minn din l-Aġenzija ħlas għal 80 siegħa ta’ sapport. Permezz ta’ din l-għajnuna finanzjarja, id-Dar timpjega żewġ Support Workers biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 19
Kemm it-tim tal-Ability Promoters kif ukoll is-support workers li jaħdmu fil-flettijiet jorganizzaw attivitajiet regolari fid-Dar b’mod speċjali nhar ta’ Ħadd u fil-festi speċjali kif ukoll attivitajiet barra mid-Dar li jwieġbu għall-gosti tar-residenti bħal mixjiet filkampanja, bliet u rħula, ġonna pubbliċi, kunċerti u wiri ta’ films fost oħrajn. Ġew organizzati xi attivitajiet li fihom ħadu sehem ir-residenti kollha bħal festini kull xahar f ’għeluq sninhom. il-Karnival, ilPasquetta Party, Sports Day, End of Summer Programme, il-Qaddisin kollha, il-ħarġa fil-Festa ta’ San Martin li din id-darba saret fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Qrendi, il-wasla ta’
20 • Rapport Annwali 2019
Father Christmas segwit bit-tqassim tar-rigali lir-residenti kollha u l-lunch party tal-Milied għar-residenti. Ir-residenti kellhom ukoll mawriet ta’ ġurnata f ’Għawdex jew postijiet f ’Malta. Xi residenti jħobbu wkoll imorru jduru l-ħwienet u jixtru xi bżonnijiet żgħar tagħhom minn postijiet differenti. Saru wkoll diversi ħarġiet il-baħar u ‘Splash & Fun’ matul ix-xhur tas-sajf kif ukoll l-Aquarium tal-Qawra u ċentri kummerċjali matul il-ġranet tax-xitwa. Din is-sena bdejna wkoll sensiela ta’ ħarġiet fil-qrib għal dawk ir-residenti li ma jistgħux idumu barra mid-Dar minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Id-Dar tal-Providenzà
Numru ta’ residenti komplew jagħtu sehemhom fil-workshops tal-bolol, talagrikoltura kif ukoll tal-crafts.
Fil-workshop tal-agrikoltura San Isidoru, ir-residenti flimkien mal-Ability Promoters u voluntiera, jkabbru jew jipproċessaw prodotti tal-biedja. Hawnhekk, matul din is-sena x-xogħol żdied aktar minn mindu fetaħ u l-prodotti qed ikunu esebiti fl-uffiċċju l-ġdid tal-Belt minn fejn il-pubbliku jkun jista’ wkoll jixtri dawn ilprodotti.
F’dan il-workshop ir-residenti jisseparaw bolol użati skont il-kategoriji biex imbagħad dawn jinbiegħu lillħwienet tal-bolol.
It-tpinġija, attivitajiet oħra tal-arti u crafts huma terapewtiċi ħafna, jikkalmaw lir-residenti u jagħtuhom gost u sens li qed jagħmlu xi ħaġa sabiħa. Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 21
3.5.5 Din is-sena introduċejna workshop ġdid, jiġifieri dak tat-tisjir. Numru ta’ residenti bl-appoġġ ta’ Ability Promoters qed ikollkom l-opportunità li jsajru, jippreparaw il-mejda tal-ikel, jieklu flimkien u jagħmlu l-ħasil u t-tindif ta’ wara.
Matul is-sena saru wkoll diversi sessjonijiet ta’ wheelchair dancing immexxija mill-Ability Promoters.
Attività li r-residenti jipparteċipaw bi ħġarhom għaliha hija dik ta’ workshop fil-mużika fejn ir-residenti jisimgħu u jipparteċipaw f ’daqq ta’ strumenti. Din is-sena inawgurajna Music Room speċjalizzata fejn jistgħu jsiru sessjonjiet ta’ terapija bil-mużika fi gruppi żgħar u anke individwali.
22 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
3.6 Minħabba n-natura tad-diżabilità talmaġġoranza tar-residenti tad-Dar, ir-residenti komplew ikunu mħeġġa u megħjuna biex jieħdu sehem f ’attivitajiet li jgħinuhom jibqgħu attivi. Dan kien jinkludi mobilità filflett fuq bażi regolari flimkien ma’ attivitajiet li ġew organizzati apposta bħal Hammet Baths fejn filwaqt li l-ilma jgħin biex jirrilassa, jgħinhom ikunu iktar attivi. Din is-sena wkoll, membri ta’ The Brain Foundation bdew joffru lir-residenti li jixtiequ sessjonijiet kull nhar ta’ Sibt filgħodu ta’ logħob tar-Rugby addatt għalihom. Din l-inizzjattiva kienet milqugħa tajjeb ħafna mir-residenti li qed jattendu. Din is-sena numru sabiħ ta’ residenti komplew jagħmlu użu mill-pixxina terapewtika li għandna fid-Dar. L-użu tal-idroterapija huwa servizz ieħor li qed ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. L-idroterapija toffri
Id-Dar tal-Providenzà
opportunità ta’ mobiltà kif ukoll attivitajiet sportivi. Daqstant ieħor hija importanti s-sensazzjoni sabiħa ta’ rilassament li persuna tħoss fl-ilma sħun anke jekk ikun diffiċli għaliha li tagħmel eżerċizzju. Xi residenti jużaw ukoll is-Soft Room, fejn huma jkunu jistgħu jagħmlu attività li jridu f ’ambjent sikur u bla periklu. Attività oħra li qiegħda tgħin lir-residenti biex isiru iktar attivi hija dik fil-kmamar Multisensorjali, fejn qegħdin jiġu stimulati s-sensi b’modi differenti u partikulari. Dan ix-xogħol isir bl-għajnuna tal-Ability Promoters fuq il-pariri tal-Occupational Therapist. Dawn il-kmamar jiġu wżati wkoll għal xi residenti biex jirrilassaw, speċjalment għal dawk li għandhom imġieba diffiċli ħafna. Bħal kull sena oħra ġew organizzati wkoll attivitajiet regolari fil-gym, attivitajiet sportivi, bowling, mixjiet u attivitajiet oħrajn li jinkoraġġixxu l-mobilità.
Rapport Annwali 2019 • 23
24 • Rapport Annwali 2019
‘‘
‘‘
Id-Dar tal-Providenzà
It-trasport hu attività qawwija tad-Dar kemm minħabba li ħafna mir-residenti jużaw siġġu tar-roti kif ukoll minħabba l-fatt li d-Dar tinsab f ’żona rurali u ftit maqtugħa. Id-Dar għandha għaxar vetturi li minnhom ħamsa għandhom it-tail lift biex ikunu jistgħu jitrasportaw persuni li jużaw siġġu tar-roti.
Id-Dar tal-Providenza torganizza diversi attivitajiet fid-Dar bl-iskop li jgħinu lirresidenti jesprimu ruħhom f ’forom ta’ arti differenti bħal mużika, drama u crafts. Din is-sena komplejna nkabbru l-aspett taddrama, kant u żfin li joffri opportunitajiet mill-aqwa biex ir-residenti jesprimu lilhom infushom filwaqt li jiżviluppaw u jaqsmu maloħrajn it-talenti artistiċi tagħhom.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 25
42 resident jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Adulti mmexxija mill-Aġenzija Sapport. Dawn iċ-Ċentri huma dawk ta’ Vajrita f ’Marsaskala, Ħal Far, Raħal Ġdid, l-Imtarfa u Santa Venera. Resident ieħor jattendi ċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel f ’Pembroke waqt li oħra tattendi ċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija. Residenta tad-Dar għandha xogħol full-time u ħamsa oħra għandhom xogħol part- time. Tliet residenti jattendu l-programm Star 25 li jiġi organizzat mill-Inspire.
Id-Dar għandha ICT Lab fejn ir-residenti tad-Dar jitħarrġu biex jagħmlu l-aħjar użu mid-dinja tal-informatika u b’hekk ikollhom, kif inhu dritt tagħhom, aċċess indaqs għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni li toffrilhom it-teknoloġija tal-informatika illum. Dan il-laboratorju, hu armat b’teknoloġija assistiva bħal ma huma touch screens, keyboards, mouses speċjali u software apposta li jagħmluha eħfef għall-persuni b’diżabiltà differenti biex jużaw il-kompjuter.
numru ta’ residenti jagħmlu użu skont ixxewqa tagħhom mill-hairdresser personali tagħhom billi jżuru l-ħanut tagħha jew tiġi żżurhom hi fir-residenza.
Resident tad-Dar kien mistieden biex jattendi għall-pellegrinaġġ ġewwa Lourdes f ’Mejju mill-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. F’Settembru, tliet residenti marru pellegrinaġġ ieħor f ’Lourdes fuq offerta li ssir kull sena mill-Assoċċjazzjoni Voluntiera Lourdes. F’Ġunju, erba’ residenti marru ġita fi Sqallija organizzata mid-Dar.
Salon Matul din is-sena r-residenti kemm irġiel kif ukoll nisa komplew jagħmlu użu mis-salon tad-Dar. Dan però ma jeskludix il-fatt li 26 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
“Il-Presepju tan-Nannu”, play marbuta ma’ żmien il-Milied, kitba tas-Sur David Muscat impjegat tad-Dar itellgħet fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru u l-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru 2019 b’risq id-Dar tal-Providenza. Bħal fis-snin l-imgħoddija, kien hemm inklużjoni bejn persuni b’diżabilità residenti tad-Dar u atturi oħra, uħud minnhom stabbiliti fix-xena lokali. B’kollox ħadu sehem madwar erbgħin ruħ inklużi r-residenti.
Nhar is-Sibt, 12 ta’ Ottubru 2019, numru sabiħ ta’ residenti, ħaddiema u voluntiera tad-Dar tal-Providenza għamlu pellegrinaġġ Marjan fis-Santwarju Ta’ Pinu, f ’Għawdex fl-okkażjoni tal-400 sena minn meta tpitter il-kwadru mirakoluż tal-Madonna Ta’ Pinu fl-1619 li tħallas minn Pinu Gauci u li minnu
Id-Dar tal-Providenzà
ġej l-isem tal-Madonna Ta’ Pinu. Dawk kollha li attendew ħadu sehem f ’quddiesa fl-istess Santwarju li tmexxiet minn Fr Martin Micallef. L-omelija saret minn Fr Gerald Buhagiar, Rettur tas-Santwarju. Wara, dawk kollha preżenti attendew għall-ikla flimkien ix-Xlendi.
Rapport Annwali 2019 • 27
SPRED Dawn l-aħħar snin, id-Dar tal-Providenza affiljat ruħha mal-Aġenzija SPRED (Special Religious Development - Żvillupp Reliġuż Speċjali) ta’ Glasgow, l-Iskozja. Dan l-affiljament qed ikun ta’ benefiċċju kbir biex ir-residenti b’diżabilità intellettwali jiġu mgħejjuna jikbru wkoll fil-fidi tagħhom. Għal dawn il-laqgħat ta’ katekeżi kull resident li jipparteċipa għandu katekist ajjutant. F’din is-sena kull resident kellu sitt laqgħat ta’ SPRED filwaqt li l-katekisti kellhom tnax peress li sitta minnhom ikunu ta’ tħejjija biex jilqgħu fosthom lir-residenti. Matul dan il-perjodu kull resident ħa sehem ukoll fi tliet Quddisiet tal-Familja SPRED
28 • Rapport Annwali 2019
bl-akkompanjament tal-ħbieb tagħhom, il-katekisti ajjutanti. Ġew ippublikati wkoll 3 ħarġiet bil-Malti tal-Fuljett SPRED: tal-Għid, tas-Sajf u tal-Milied. Sar il- koordinament u l-andament tat-12-il grupp fi SPRED, li 2 minnhom jilqgħu fihom xi membri li jiġu minn barra d-Dar. Dawn il-laqgħat isiru mitTnejn sal-Ġimgħa filgħodu u f ’xi jiem isiru filgħaxija wkoll. Kull grupp jikkonsisti f ’sitt residenti flimkien mal-kumpanni tagħhom u żewġ katekisti li jmexxu. Sar kuntatt ta’ tħejjija u taħriġ kontinwu għall-katekisti kollha: Laqgħat ta’ Formazzjoni, Enrichment u Irtir. Fl-aħħar ta’ Settembru sar it-tiġdid tal-Impenn għas-sena l-ġdida mill-katekisti u l-kumpanni kollha. Matul is-sena ngħata taħriġ tal-bidu u taħrig bħala katekist tal-attivitajiet lill-4 katekisti ġodda.
Id-Dar tal-Providenzà
3.15.
1 - Quddies
Kuljum issir quddiesa li għaliha jattendu numru sostanzjali ta’ residenti u li matulha jsir talb komunitarju primarjament għall-benefatturi u voluntiera tad-Dar. Ikollna wkoll quddies/attivitajiet speċjali f ’okkażjonijiet bħal funerali ta’ residenti, ċelebrazzjoni ta’ Corpus Christi u l-Inkurunazzjoni talMadonna. Kompla jsir il-koordinament ta’ xi gruppi ta’ residenti biex jieħdu sehem nhar ta’ Ħadd fil-quddies fil-parroċċi tal-qrib fejn hemm ħbieb tagħhom ta’ SPRED li jakkumpanjawhom. F’Mejju, iċċelebrajna l-Inkurunazzjoni tal-Madonna u f ’Ġunju l-Festa ta’ Corpus Christi. Saru wkoll l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ qabel il-Milied u qabel l-Għid kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Sar it-tqarbin fil-flettijiet ta’ dawk ir-residenti li ma tantx jistgħu jieħdu sehem regolari fil-quddiesa ta’ kuljum.
Din is-sena kellna mewt ta’ sitt residenti, erba’ nisa u żewgt irġiel.
Din is-sena d-Dar ospitat 49 persuna għallperjodi differenti ta’ respite. Dawn varjaw minn ħin qasir ta’ ftit sigħat biex il-familja tattendi għal xi tieġ jew funeral kif ukoll għall-perjodi itwal ta’ ġranet jew ġimgħat fejn il-familja siefret jew ħadet żmien ta’ mistrieħ. Numru ta’ persuni għamlu użu mir-respite għall-perjodu twil ta’ xahar jew iżjed ħafna drabi minħabba mard serju ta’ xi ħadd millġenituri. Id-Dar tal-Providenza temmen li dan l-appoġġ hu neċessarju biex l-ulied jew familjari b’diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-ambjent tal-familja tagħhom.
Din is-sena t-tberik tad-Dar tal-Providenza sar millArċipriet il-ġdid tas-Siġġiewi, Fr Josef Mifsud nhar il-Ħamis, 30 ta’ Mejju 2019.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 29
04
It-Tmexxija tad-Dar 4.1
Il-Bord tad-Dar tal-Providenza twaqqaf minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. f ’Marzu tal-2011. Iċchairperson ta’ dan il-Bord huwa Fr Martin Micallef, idDirettur tad-Dar. Is-Sur Lawrence Zammit huwa l-Viċi Chairperson u s-Sinjura Elvia George hija s-segretarja tal-Bord. Dr Joe Bugeja, is-Sur Jesmond Saliba, Dr Roberta Sammut u s-Sur Emmanuel Zammit huma l-membri l-oħra tal-Bord. Matul din is-sena l-Bord iltaqa’ disa’ darbiet.
Ix-xog ol ta’ kuljum jitmexxa mit-tim tal-management li jikkonsisti fid-Direttur, Fr Martin Micallef, is-Superjura talkomunità tas-sorijiet, Sr Lorenza Borg, l-Amministratur, isSinjura Nadine Camilleri Cassano, is-Services Co-ordinator, is-Sinjorina Remona Cuschieri, id-Direttur Spiritwali tad-Dar, Fr Trevor Fairclough u l-Head Physiotherapist, is-Sinjura Margaret Vella. Il-Mangement Team jiltaqa’ b’mod regolari kull ħmistax. Matul din is-sena t-tim iltaqa’ 19-il darba.
05
Din is-sena d-Dar ħadmet biex jitkompla x-xogħol fuq dar oħra fil-komunità din iddarba fil-Balluta. Fost l-oħrajn tlesta t-tibjid, twaħħlet il-kċina u tlestiet il-faċċata. Il-ħsieb hu li din id-dar tkun inawgurata s-sena li ġejja (2020).
Din is-sena d-Dar investiet f ’xiri u installazzjoni ta’ żewġ cold stores moderni filpost fejn kien hemm cold store antik li żżarma kollu qabel ma twaħħlu t-tnejn il-ġodda. Dawn il-cold stores ġew sponsorjati millkumpanija ‘Infinitely Xara’.
34 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Din is-sena bdiet il-ħidma biex jitlesta proġett ġdid ta’ Wi-Fi network għad-Dar talProvidenza s-Siġġiewi. Ix-xogħol fuq dan ilproġett tlesta lejn l-aħħar ta’ din is-sena u kien finanzjat mill-MITA. Issa f ’kull parti tad-dar fis-Siġġiewi hemm aċċess għall- Wi-Fi b’xejn.
Din is-sena d-Dar investiet f ’sistema tal-ħlas tal-pagi tal-ħaddiema mingħand il-kumpanija ‘Shireburn’. B’dan il-programm ser jinqatgħu l-kotba tal-leave. Dan il-programm se jibda jintuża minn Jannar 2020.
Din is-sena komplejna d-diskussjonijiet malkumpanija Right Brain Ltd biex id-Dar tixri l-mingħandhom Client Management System ikkompjuterizzata.
Din is-sena bdejna x-xogħol ta’ rinovar ta’ ‘Żerniq’ li hija waħda mid-djar fil-komunità mmexxija mid-Dar tal-Providenza. Dan il-proġett se jkun finanzjat mill-Marigold Foundation BOV In The Community. Saret applikazzjoni għal xi tibdil infrastrutturali li ser isir u li ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol għandu jitlesta s-sena d-dieħla. Id-Dar tal-Providenzà
Din is-sena sar xogħol ta’ rinovar fil-kċina ta’ ‘Dar Pirotta’ li kien jinkludi bdil talmadum tal-art, kisi tal-ħitan inkluż it-tibjid, installazzjoni ġdida tad-dawl kif ukoll kċina ġdida. Saru wkoll twieqi soundproof filwashroom tad-Dar.
Din is-sena inxtrat magna tal-ħasil u tumble dryer industrijali biex jintużaw fil-Laundry tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Inxtraw ukoll lockers ġodda għall-ħaddiema kif ukoll xi gwardarobbi ġodda għar-residenti ta’ Villa Papa Giovanni.
Post kbir b alma hu d-Dar tal-Providenza flimkien mal-apparat li nużaw irid manutenzjoni kontinwa kif ukoll te id ta’ inizjattivi biex kemm jista’ jkun il-post ikun l-isba possibbli. Fost o rajn kien rinovat appartament żg ir f ’Villa Papa Luciani biex ikun jista’ jospita xi mistieden/a meta jkun hemm bżonn.
Rapport Annwali 2019 • 35
06
Il-Voluntiera
Id-Dar għandha numru sabiħ ta’ voluntiera li jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom biex jgħinu lid-Dar tkompli taqdi l-missjoni tagħha. Ħafna minnhom jiġu d-Dar fuq bażi regolari waqt li oħrajn jagħmlu xi xogħol abbinat ma’ xi attività partikolari.
Id-Dar għandha numru ta’ voluntiera li jaħdmu direttament mar-residenti jew fi flett jew billi jimpenjaw ruħhom li joħorġu xi residenti passiġġata fil-ġonna tad-dar, fiċċentru agrikolu jew f ’attivitajiet differenti fidDar jew barra mid-Dar. Numru ta’ voluntiera jgħinu fil-kċina, fil-laundry, fis-sezzjoni talħjata, fil-maintenance, fl-istores, kif ukoll filbazaar li kien jiftaħ kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis. In-numru ta’ voluntiera reġistrati huwa ta’ 220.
Fost il-gruppi li din is-sena ddedikaw ġurnata xogħol voluntarju fid-Dar ta’ min isemmi dawn li ġejjin: • Grupp ta’ ħaddiema mill-MITA • Grupp ta’ studenti mis-Sixth Forms ta’ Għawdex. • Grupp ta’ żgħażagħ mill-Parroċċa tanNadur • Grupp ta’ żgħażagħ minn Għawdex • Grupp ta’ ħaddiema ta’ Agius Marble Works • Grupp ta’ abbatini mill-Parroċċa ta’ Ħ’Attard • Grupp ta’ studenti mill-MCAST • Grupp ta’ studenti mis-Seminarju Minuri • Grupp ta’ studenti mill-Higher Secondary School • Grupp ta’ studenti milll-Iskola St Joseph tal-Blata l-Bajda • Grupp ta’ Abbatini minn Ħ’Attard • Grupp ta’ studenti minn Virginia fl-Istati Uniti • Grupp ta’ voluntiera mill-Parroċċa talQala • Grupp ta’ studenti Amerikani millMedseas Christendom College Misssion • Ħbieb tad-Dar tal-Providenza (is-Siġġiewi) Hemm ukoll numru sostanzjali ta’ voluntiera li jgħinu fil-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-ewwel tas-sena u l-Maratona tal-Volleyball li ssir f ’Lulju.
38 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Ġunju 2019 ġie organizzat ir-riċeviment annwali għallvoluntiera kollha tad-Dar bħala apprezzament żgħir għall-ħidma tagħhom b’risq ir-residenti tad-Dar. Din is-sena din l-attività saret filFalkunerija, is-Siġġiewi.
Id-Dar tal-Providenzà
Mary Verzin, Ġemma u żewġha John Paris kienu tliet voluntiera mid-Dar tal-Providenza fost l-erbgħa u disgħin persuna li kienu nominati għall-Active Ageing Awards għal din is-sena. Matul iċ-ċerimonja tal-għoti talPremjijiet, li saret fil-lukanda Qawra Palace, dawk kollha nominati ingħataw ċertifikat ta’ għarfien għall-ħidma tagħhom mill-E.T. l-President, Dr George Vella fil-preżenza tas-Sur Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
Rapport Annwali 2019 • 39
07
Attivitajiet ta’
Fl-Ewwel tas-Sena, waqt il-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza, organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jinġabru fondi għad-Dar, inġabret issomma rekord ta’ €1,275,442. It-temp tajjeb għalkemm kemmxejn kiesaħ għen biex għadd kbir ta’ nies ġew is-Siġġiewi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f ’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali. Ix-xandira televiżiva bdiet fid-9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna u baqgħet sejra sa wara nofsillejl meta tħabbret is-somma totali fost is-soltu ferħ u briju tal-għadd kbir ta’ voluntiera li taw ħinhom għal din il-Festa ta’ Ġenerożità. TVM1, TVM2, ONE TV u NET TV ingħaqdu f ’ħinijiet twal fixxandira diretta ta’ ftit aktar minn ħmistax-
42 • Rapport Annwali 2019
il siegħa. Matul ix-xandira kien hemm programm sħiħ ta’ divertiment taħt it-tinda bis-sehem ta’ kantanti u mużiċisti ewlenin Maltin. Matul il-jum kien hemm żjarat millPresident ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar; Dr Chris Cardona, il-Ministru għallEkonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li rrappreżenta lill-Prim Ministru, il-Kap talOppożizzjoni Dr Adrian Delia, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis; l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 43
Aktar minn $9,000AUD inġabru waqt kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza organizzat mill-Friends of Providence House NSW. Ilverżjoni Awstraljana tal-Festa ta’ Ġenerożità, li tgħaqqad il-ġbir ta’ flus mad-divertiment, sar fis-sala tal-La Valletta Social Centre fi Blacktown nhar il-Ħadd, 24 ta’ Frar 2019. Mistiedna tal-unur kienu Lawrence Buhagiar, Konslu Ġenerali ta’ Malta fi NSW, Godfrey Sultana, Viċi-President tal-La Valletta Social Centre u l-isponsor ewlieni, George Vella ta’ Breakaway Travel fi Blacktown.
€1,725 inġabru fi tmiem-il ġimgħa matul mixja ta’ 150 kilometru madwar Malta organizzata minn ‘Trail Makers’ b’risq idDar tal-Providenza. Il-mixja bdiet is-Sibt fis-sebgħa ta’ filgħodu mill-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi u ntemmet fl-istess post il-Ħadd għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija. Fl-aħħar parti, għadd ta’ residenti ingħaqdu ma’ dawk li kienu qed jieħdu sehem fil-mixja f ’dak li l-organizzaturi ddeskrivew bħala l-isbaħ mument tal-attività. Il-parteċipanti mxew madwar il-kosta u mis-Siġġiewi rħewlha
44 • Rapport Annwali 2019
lejn it-Tramuntana ta’ Malta u baqgħu jduru f ’mixjiethom lejn in-Nofsinhar sakemm waslu lura erbgħa u tletin siegħa wara fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza.
Id-Dar tal-Providenzà
€3,501 inġabru waqt Bike Ride b’risq id-Dar tal-Providenza li saret nhar it-Tlieta, 19 ta’ Marzu 2019, fuq inizjattiva tal-Onor. Rosianne Cutajar u t-tim tagħha bl-appoġġ tal-Onor. Ryan Callus. Iż-żewg Membri Parlamentari, kif ukoll madwar tliet mitt biker inġabru kmieni filgħodu f ’Wied is-Sewda f ’Ħal Qormi biex f ’temp mill-isbaħ jerħulha għal dawra madwar Malta. Id-dawra ntemmet fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi fejn il-bikers ingħataw merħba sabiħa mir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar. L-attività kompliet bi stunt show bil-muturi fejn intrebħu wkoll għadd ta’ rigali.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 45
Il-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl flImdina kien mimli nhar is-Sibt, 13 ta’ April għal “La Via Del Calvario”, kunċert ta’ Mużika Sagra għall-Ġimgħa Mqaddsa mill-Banda talPulizija ta’ Malta taħt it-tmexxijja tas-Surmast Direttur, l-Assistent Kummissarju Anthony Cassar. Għall-kunċert, li sar b’risq id-Dar talProvidenza, kienu preżenti fost oħrajn l-E.T. il-President ta’ Malta, Dott. George Vella, ilMinistru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr Michael Farrugia, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Kummissarju talPulizija, is-Sur Lawrence Cutajar u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar fis-Siġġiewi. IlBanda tal-Pulizija kienet akkumpanjata millAmadeus Chamber Choir, il-Guest Musicians Ensemble, is-sopran Ruth Sammut Casingena, it-tenuri Brian Cefai u Charles Vincenti, l-organista tal-Katidral tal-Imdina Dr Chris Rolè, l-arpista Esmeralda Galea Camilleri, il-vjolinista u sassofonista Mro David Joseph Sammut flimkien mal-‘Pipe Band’ 46 • Rapport Annwali 2019
tal-Korp tal-Pulizija. B’kollox, fil-kunċert ta’ sagħtejn u nofs ħadu sehem mhux inqas minn mija u għoxrin parteċipant. “La Via Del Calvario” kien wieħed minn tliet kunċerti li huma ppjanati għal matul din is-sena biex jitfakkru l-25 Anniversarju mir-riattivazzjoni tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija fl-1994 u l-205 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija fl-1814. Id-Dar tal-Providenzà
7.6
Fil-5 ta’ April ittella’ Kunċert ta’ Mużika Sagra u klassika bl-isem “Angelus” li sar fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl. Dan il-kunċert kien organizzat mill-Medina Foundation for Music taħt id-direzzjoni tal-E.T. Chev. Mark Agius bis-sehem tal-Anacrusis Choir u s-solisti Karen Gatt Darmenia sopran, Claire Massa mezzo sopran, Joseph Aquilina tenur u James Vella Bondin baxx.
€687,795 inġabru waqt il-ħdax-il edizzjoni tal-Maratona ta’ Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li saret bejn il-Ġimgħa, 5 u l-Ħadd, 7 ta’ Lulju 2019 fil-parkeġġ tadDar fis-Siġġiewi. Din is-somma tinkludi €378,226 li nġabru waqt l-edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank tat-28 ta’ Ġunju fuq TVM. Erbgħin plejer rġiel u nisa, coaches,
Nhar is-Sibt, 22 ta’ Ġunju l-voluntiera talMaratona tal-Volleyball organizzaw BBQ fil-Belvedere tad-Dar tal-Providenza bħala attività biex jinġabru fondi għall-istess Maratona.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 47
referees, score keepers, tobba, fiżjoterapisti, infermiera u għadd kbir ta’ voluntiera oħrajn sfidaw is-sħana li ippersistiet u għal tlieta u ħamsin siegħa sħaħ intlagħab il-Volleyball biex jinġabru l-fondi li d-Dar tant għandha bżonn. Il-Maratona kienet inawgurata uffiċjalment il-Ġimgħa mill-E.T. il-President ta’ Malta, Dr George Vella. Żaru wkoll ilMaratona il l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi, Ministri,
48 • Rapport Annwali 2019
Segretarji Parlamentari, deputati miżżewġ naħat tal-Kamra u membri Maltin tal-Parlament Ewropew. Kollha qattgħu ħin jirrispondu wkoll it-telefonati millmembri tal-pubbliku li kienu qed iċemplu biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom. Il-Maratona tal-Volleyball ixxandret b’mod dirett f ’diversi ħinijiet fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni TVM, TVM2, ONE TV u NET TV. Din il-Maratona setgħet tkun suċċess grazzi għal numru sabiħ ta’ voluntiera flimkien mal-players li għamlu xogħol imprezzabbli.
Id-Dar tal-Providenzà
7.9
€26,300 inġabru waqt lejla gastronomika b’risq id-Dar tal-Providenza organizzata minn Infinitely Xara Co. Ltd, li s-sidien tagħha huma l-familja Zammit Tabona. Din l-ikla, li ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva, saret f ’Misraħ il-Kunsill fl-Imdina, biswit il-Kunsill Lokali tal-Imdina u bl-isfond talfaċċata grandjuża tal-lukanda ta’ ħames stilel, The Xara Palace Relais & Chateaux. Aktar minn mija u sebgħin ruħ attendew għal ikla ta’ ħames korsi akkumpanjata b’inbejjed differenti u mużika akustika minn Fiona Cauchi. L-ikla saret taħt il-patroċinju tal-E.T. Monsinjur Joe Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Għall-ikla attendew diversi kumpaniji stabbiliti li taw ġenerożament donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Is-sħab ewlenin għal din l-ikla kienu Conrad Family Office, PWC, VJ Salomone Marketing Ltd, Halmann Vella Ltd, KRS Releasing, The Point Shopping
Id-Dar tal-Providenzà
Mall, MFSA, GSD Marketing Ltd, Malta International Airport, Insignia Cards, Francis J. Vassallo & Associates Group, Seifert Systems Ltd, the P. Cutajar Foundation u l-Kunsill Lokali tal-Imdina.
Rapport Annwali 2019 • 49
7.10
7.12
Il-Friends of Providence House NSW għamlu donazzjoni ta’ $AUD16,800 (€10,239) lid-Dar Tal-Providenza. Iċ-ċekk kien ippreżentat lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt ilMaratona tal-Volleyball li saret bejn il-5 u s-7 ta’ Lulju 2019 minn Leli Borg, ħu Jim Borg, ilKordinatur tal-grupp filantropiku Awstraljan. Il-flus inġabru permezz ta’ sponsorships, attivitajiet u donazzjonijiet. 7.11
F’Lulju l-ħbieb ta’ Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb organizzaw BBQ b’risq id-Dar tal-Providenza fejn inġabret is-somma ta’ €5,425. Il-kumpaniji li taw flus jew prodotti għall-BBQ kienu Valyou Superstore tanNaxxar; Prime Limited; Big Fresh tal-Mosta; General Soft Drinks Co. Ltd.; Simonds Farsons Cisk; C. Camilleri & Sons; Zamco; IsSinjuri Ronnie Axisa u Karl Vella Petroni; Vascas; Studio 9; Provita; Rausi & Co; Joseph Casapinta, artist; BOV plc u BNF Bank.
50 • Rapport Annwali 2019
Is-St Paul’s Metropolitan Orchestra ippreżenta kunċert vokali u strumentali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija taħt id-direzzjoni ta’ Chev. Mro. Mark Agius. Il-kunċert kien organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’risq id-Dar tal-Providenza. Ħadu sehem is-soprani Karen Gatt Darmenia u Frances Catherine Farrugia, it-tenur Joseph Aquilina, il-baritonu Louis Andrew Cassar u l-mistiedna speċjali Louisa Buhagiar. Preżenti għall-okkażjoni kien hemm il-Viċi Sindku, is-Sur Frederick Cutajar, il-kappillan Rev. Dr Joe Mizzi, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u rappreżentanza talkomunità Ċiniża f ’Malta.
Id-Dar tal-Providenzà
Nhar id-9 ta’ Awwissu, il-Ħbieb tad-Dar tal-Providenza (Siġġiewi), li hu sotto kumitat tad-Dar tal-Providenza, organizza Pasta Night b’risq id-Dar fil-Belvedere tad-Dar tal-Provdienza. Is-somma miġbura minn din l-attività kienet ta’ €1,200. Din is-sena dan ilgrupp organizza numru ta’ attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 51
Nhar is-Sibt, 17 ta’ Awwissu, bħal ma tagħmel kull sena l-Assoċċjazzjoni tal-Boathouses organizzat ġabra waqt il-quddiesa li ssir apposta għall-villeġġjanti. Il-quddiesa kienet iċċelebrata minn Fr Martin Micallef, idDirettur tad-Dar. Din is-sena inġabret issomma ta’ €932.
Bħalma jsir kull sena l-Arċipriet ta’ ĦażŻebbuġ fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata fil-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi stieden lid-Direttur tad-Dar talProvidenza biex jiċċelebra quddiesa li fiha ssir ġabra għad-Dar tal-Providenza. Din is-sena nġabret is-somma ta’ €323.
Grupp ta’ residenti tad-Dar tal-Providenza ħadu sehem f ’Festa Għeneb organizzata millKunsill Lokali tas-Siġġiewi fil-pjazza ewlenija tar-raħal nhar il-Ħadd, 25 ta’ Awwissu 2019. Huma tellgħu stand fejn setgħu jesibixxu u jbiegħu prodotti tal-ikel li jħejju huma fiċĊentru Agrikolu San Isidor. Is-sotto-kumitat tad-Dar Ħbieb tad-Dar tal-Providenza Siġġiewi tellgħu stand biex ibiegħu xorb għannies bil-qliegħ imur għad-Dar tal-Providenza.
52 • Rapport Annwali 2019
Nhar it-8 ta’ Settembru, waqt is-Swieqi Fest, attività sportiva organizzata mill-Kunsill Lokali Swieqi b’risq id-Dar tal-Providenza inġabret is-somma ta’ €1,100. Preżenti għal din l-attività kien hemm Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, li rringrazzja lill-Kunsill Lokali u lil dawk kollha li ħadu sehem.
€1,020 inġabru matul il-5 edizzjoni talMater Dei Hospital Volleyball League 2019 organizzat mill-Employee Health and Well Being Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei b’kollaborazzjoni mal-Malta Volleyball Association nhar is-Sibt, 7 ta’ Settembru fil-Cottonera Sports Complex. Din is-sena, kien hemm rekord ta’ timijiet li ħadu sehem – 15 b’kollox u l-istess bħal fis-snin l-imgħoddija, id-dħul kien kollu b’risq idDar tal-Providenza. Wara kompetizzjoni
Id-Dar tal-Providenzà
ħarxa bejn il-15-il tim, Volley Lama, Land Sharks, Mater Dei u More Volley Mates ikkwalifikaw għas-semi-finali. It-tim ta’ Mater Dei kiseb it-3 post, Volley Lama it t-2 post waqt li Land Sharks ġew iddikjarati r-rebbieħa. Ħajr speċjali jmur għall-helpers li bil-għajnuna li jagħtu nistgħu nħarsu ’l quddiem għal aktar Volleyball Leagues li bis-saħħa tagħhom kulħadd jista’ jgawdi l-isport, jagħmel ħbieb ġodda u fl-istess waqt jgħin lid-Dar tal-Providenza. Is-CEO tal-Isptar Mater Dei, is-Sur Ivan Falzon u Ms Monica Camilleri, Assistant Principal Employee Health & Well Being ta’ Mater Dei għamlu l-preżentazzjoni ta’ €1020 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar.
Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, ilForzi Armati ta’ Malta bil-koperazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili organizzaw Bike Ride li telqet mill-Barracks tal-Forzi Armati f ’Ħal Luqa u ntemmet b’Pasta Night b’risq id-Dar tal-Providenza fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Waqt din l-attività nġabret is-somma ta’ €1,512.
Għal darb’oħra d-Dar reġgħet ippreparat djarju f ’forma ta’ ktejjeb żgħir li jista’ jinżamm fil-but għas-sena 2020. Dan id-Djarju jinkludi l-ħinijiet tal-quddies kollu li jsir fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex kemm fil-Ħdud kif ukoll fil-ġranet l-oħra. Kif ukoll lista talfesti parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għassena 2020. Dan id-djarju tqassam lil kull dar f ’Malta u Għawdex flimkien ma’ invilopp bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru 2019, bl-indirizz tad-Dar biex min irid jagħti donazzjoni lid-Dar permezz tal-posta. Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri jkollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar. Fil-ġimgħat ta’ qabel beda jitqassam dan id-Djarju għadd kbir ta’ voluntiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f ’envelopes apposta. Ir-ritratt bil-kulur tal-qoxra kien ta’ pittura tal-artist Francis Galea. Il-Middlesea Valletta Life Assurance Company Ltd u GasanMamo Insurance sponsorjaw l-istampar tad-djarju. Din is-sena l-Maltapost reġgħet qassmet dan id-Djarju b’xejn.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 53
7.21
‘Requiem et Ressurrectio’
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru s-St Paul Metropolitan Orchestra tellgħet kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza bl-isem ta’ ‘Requiem et Ressurrectio’ fil-Katridal Metropolitan tal-Imdina. Ir-repertorju sagru esegwit huwa xogħol tal-kompożitur Malti Mro. Joseph Sammut. Dan ix-xogħol kien ġie esgwit għall-ewwel darba fl-1991.
€12,710 inġabru waqt maratona ta’ 30 siegħa mużika fuq 103 organizzat minn Arthur Caruana b’risq id-Dar tal-Providenza. Ilmaratona bdiet il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru fis-6.00am u baqgħet sejra sa nofsinhar tal-għada. Fi tmiem il-maratona, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil Arthur u t-tim tiegħu li organizzaw il-maratona: Nescafè, Beacon Media Group, Newsbook, preżentaturi ta’ 103 Maltasheart, kantanti, bands, semmiegħa u dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom permezz ta’ donazzjoni. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi żaru l-istudios ta’ 103 biex jappoġġjaw lil Arthur u t-tim tiegħu kif ukoll biex iħeġġu lill-poplu jagħmel donazzjoni lid-Dar talProvidenza.
54 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Dar tal-Providenza u l-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kortesija tal-Kapitlu Metropolitan tellgħet il-kunċert annwali b’risq id-Dar taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Dr George Vella, President ta’ Malta. Il-Kunċert sar fil-Katidral tal-Imdina. Waqt il-Kunċert ingħata l-Premju Dun Mikiel Azzopardi. Is-somma miġbura waqt dan il-Kunċert kienet ta’ €1,453.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 55
Kull sena l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jorganizza attività bl-isem Pjazza Milied filpjazza tas-Siġġiewi. Din l-attività ssir b’risq id-Dar tal-Providenza.
Id-Dar tqassam diversi coin boxes f ’diversi ħwienet madwar Malta kollha. Voluntiera tad-Dar jgħinu biex jingħaddew dawn il-flus. B’kollox din is-sena ġbarna €6,090.
Is-sotto Kumitat (Ħbieb tad-Dar talProvidenza,Siġġiewi) organizza Train Ride għat-tfal mill-Pjazza fis-Siġġiewi. (Ara 8.7) Din l-attività saret is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 2019 bejn id-9.00am sas u s-6.00pm Is-somma miġbura minn din l-attività kienet ta’ €2,154.
Id-Dar tal-Providenza toffri karus mingħajr ħlas lil dawk il-parroċċi jew skejjel li jixtiequ jħeġġu lit-tfal jissaportjaw lid-Dar talProvidenza. Ma’ dan il-karus li jissejjaħ ‘karus ta’ mħabba’ inqassmu wkoll flyer bil-Malti u bl-Ingliż li fiha nispjegaw lit-tfal u lillgħalliema l-għan ta’ din l-inizjattiva kif ukoll x’jistgħu jagħmlu aktar biex fis-soċjetà tagħna l-persuni b’diżabilità jkunu meqjusa verament indaqs. Din l-inizjattiva nippreżentawha bħala parti minn katina ta’ inizjattivi li persuna tista’ tagħmel favur il-persuni b’diżabilità u d-drittijiet tagħhom. Ħafna drabi dan il-karus ta’ mħabba jintuża fi żmien ir-Randan. Din is-sena minn din l-inizjattiva nġabret issomma ta’ €5,761.
7.2
Bħal kull sena Radju 15 ta’ Awwissu fi ħdan isSoċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi reġa’ organizza Maratona ta’ 63 siegħa ta’ xandir mill-istess każin b’risq id-Dar. Għal dan il-għan il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru organizzat ukoll attività tal-Milied fil-pjazza tal-Qrendi b’risq id-Dar.
Bħal kull sena numru sabiħ ta’ kumpaniji u l-entitajiet governattivi u tal-Knisja komplew jappoġġjaw lid-Dar tal-Providenza permezz tal-iskema tal-għoti ta’ 25ċ mill-ħaddiema kull xahar li b’kollox inġabru €73,523. 56 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Dar toffri bookmark biex jintużaw minn dawk il-koppji li jagħżlu li minflok souvenirs tat-tieġ jagħtu donazzjoni lid-Dar. Din is-sena l-offerti laħħqu s-somma ta’ €6,100.
Din is-sena, kien hemm ukoll numru ta’ persuni li fl-okkażjoni ta’ għeluq sninhom jew f ’anniversarju tat-tieġ tagħhom, organizzaw festin fejn stiednu l-familjari u l-ħbieb biex minflok rigali jagħtu donazzjoni lid-Dar talProvidenza.
Kull sena d-Dar tal-Providenza, tistampa 5,000 kalendarju ta’ mal-ħajt u 1,000 kalendarju għall-fuq l-iskrivanija (tent calendar) biex jitqassmu lill-benefatturi li jiġu d-Dar waqt il-ġranet tal-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. Din is-sena l-istampi ta’ fuq ilkalendarju kienu pitturi tal-artist Għawdxi John Grima.
Ikun hemm min li meta xi membru tal-familja jiġi nieqes, jagħżlu li minflok fjuri jintbagħtu donazzjonijiet lid-Dar tal-Providenza. Din is-sena daħħalna €158,877 minn dawn iddonazzjonijiet.
Id-Dar għandha bażar li jinfetaħ għallpubbliku kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ħamis filgħodu. F’dan il-bażar jinbiegħu oġġetti li l-pubbliku jagħti lid-Dar biex jinbiegħu. Il-bażar jiftaħ ukoll waqt diversi attivitatjiet li d-Dar torganizza u li jkunu miftuħa għall-pubbliku. Iċ-Ċentru Agrikolu jbiegħ ukoll il-prodotti fid-Dar stess u waqt wirjiet li jsiru matul issena kif ukoll fl-uffiċċju tal-Belt.
Id-Dar għandha uffiċċju fi Triq San Pawl, il-Belt, li jiftaħ kuljum filgħodu mit-Tnejn sasSibt. Matul l-2019 minn dan l-Uffiċċju daħlu €33,652 f ’donazzjonijiet.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 57
08
Caritas Epilepsy Association Sr Geswina Mangion u membri tal-istaff midDar tal-Providenza attendew għall-konferenza annwali organizzata mill-Caritas Epilepsy Association.
Id-Direttur u l-Amministratur tad-Dar attendew għal-laqgħa organizzata mill-Kurja tal-Arċisqof dwar Cyber Crime.
Id-Direttur attenda seminar dwar is-Saħħa Mentali fil-Palazz Verdala, il-Buskett.
60 • Rapport Annwali 2019
Bejn it-3 u l-4 ta’ Ottubru, l-Amministratur tad-Dar Nadine Camilleri Cassano attendiet konferenza f ’Helsinki bl-isem ‘Staff Matters’ li għaliha attendew rappreżentanti ta’ entitajiet governattivi u mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità fl-Ewropa.
Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru, il-Management tad-Dar attenda laqgħa b’tema spiritwali organizzata mill-Vigarju għad-Djakonija għall-entitajiet kollha tal-Knisja li jaħdmu filqasam tad-Djakonija. Din il-laqgħa saret fiddar tal-Irtiri fil-Lunzjata, ir-Rabat u tmexxiet minn Sr Natalie Abela.
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Direttur u l-Amministratur tad-Dar attendew Konferenza organizzata millAwtorità għall-iStandards Soċjali li nżammet fil-Lukanda Intercontinental, San Ġiljan. Fr Martin Micallef kien wieħed mill-kelliema talpanel fejn irrappreżenta d-djar residenzjali.
Id-Dar tal-Providenzà
Rappreżentanza tal-Management tad-Dar attendew għall-Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali talPersuni b’Diżabilità fit-3 ta’ Diċembru 2019 li nżammet fil-Lukanda Corinthia San Ġorg, San Ġiljan. Is-suġġett diskuss kien ‘Id-Dritt tal-Għażla’. Rapport Annwali 2019 • 61
09
Forum Service Providers Id-Dar kompliet tagħti sehemha fil-ħidma tal-Forum talOrganizzazzjonijiet li jipprovdu Servizzi Residenzjali lill-Persuni b’Diżabilità. L-entitajiet rappreżentati f ’dan il-forum huma Dar il-Kaptan, Fondazzjoni Wens, Fondazzjoni Arka u d-Dar talProvidenza. Din is-sena l-Forum iddiskuta fost oħrajn numru ta’ issues relatati mal-iStandards Nazzjonali tad-Djar għall-Persuni b’Diżabilità fejn saret ukoll laqgħa mas-CEO tal-Awtorità għalliStandards Soċjali fis-26 ta’ Lulju fl-10am fid-Dar tal-Providenza.
64 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
10 tal-Providenza
10.1
Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità nhar l-1 tas-sena kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca, l-Onor. Dott. Chris Cardona, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar li rrappreżenta lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, is-Segretarju Parlamentari għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. Attendew ukoll għadd ta’ ministri u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tadDeputati u rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti li qattgħu ħin iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Sur Carmelo Abela ippreżenta relikwa tal-Papa Ġwanni Pawlu I, magħruf bħala Papa Luciani, lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar talProvidenza. Waħda mit-tliet vilel tad-Dar hija msemmija għall-Papa Luciani, il-Papa tat-tbissima. Din ir-relikwa hija biċċa drapp żgħira li kienet tagħmel parti mill-qalziet tiegħu u l-għotja saret possibbli bl-intervent tas-Sur Frank Zammit, l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede. Il-Ministru Abela faħħar ilħidma kontinwa li l-ħaddiema u l-voluntiera jagħmlu ta’ kuljum fid-Dar tal-Providenza għax b’dan ix-xogħol tagħhom qed jagħtu tifsira vera u proprja ta’ x’inhi l-imħabba lejn il-proxxmu. Il-Ministru Abela kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’ ma’ xi residenti tadDar.
Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, bħalma jagħmel kull sena, l-E.T. Dr Eddie Fenech Adami, nhar il-Ħadd, 3 ta’ Frar attenda għall-quddiesa fid-Dar tal-Providenza akkumpanjat millfamiljari tiegħu. 66 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Is-Sur Salvatore Lovieno, Gvernatur tadDistrett 2100 tar-Rotary f ’Calabria u Campania fl-Italja żar id-Dar tal-Providenza bħala parti mill-Mixja Simbolika għall-Paċi li ssir bil-għan li tgħaqqad il-popli. Il-Mixja hija organizzata mir-Rotary tad-distrett tiegħu. Huwa kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, uffiċjali tad-Distrett 2100 Rodolfo Inderset u Lucia Cristofero kif ukoll mill-uffiċjali tarRotary Club La Vallette Malta, Brian Gibbs, Bryan Sullivan u Patricia Salamone. Il-Gvernatur Lovieno kellu l-opportunità jara l-Music Room speċjalizzata li kienet iffinanzjata mir-Rotary International u nawgurata s-sena l-oħra ma’ faċilitajiet oħra. Fi tmiem iż-żjara tiegħu huwa għamel ukoll donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.
L-E.T. l-Kummissarju Għoli Malti għallAwstralja u New Zealand, is-Sur Charles Muscat flimkien ma’ martu s-Sinjura Muscat għamlu żjara ta’ kortesija lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, fisSiġġiewi. Fr Martin spjega lill-Kummissarju Muscat il-ħidma li ssir mal-persuni b’diżabiltà li jgħixu fir-residenzi tad-Dar u l-bżonn kontinwu tal-appoġġ finanzjarju tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Kummissjarju Muscat faħħar il-ħidma tal-Grupp Friends of Providence House ta’ New South Wales li kull sena jiġbor somma sabiħa minn fost il-Maltin tal-Awstralja biex tgħin fis-sostenn ta’ din id-Dar.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 67
Bħal kull sena nhar Ħamis ix-Xirka f ’Nofsinhar l-Isfijiet Maltin jattendu għall-ikla ma’ rapreżentanza ta’ residenti u l-Mangement fid-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi.
Il-President ta’ Malta, Dr George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza u f ’diskors lir-residenti u ħaddiema qal li fid-Dar tal-Providenza jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum. Huwa żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet tigi mwarrba jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tassoċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità. Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett kollu ta’ kulħadd. Dr
68 • Rapport Annwali 2019
Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f ’isem is-soċjetà. F’diskors ta’ merħba, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, feraħ lil Dr Vella għall-ħatra tiegħu fl-għola kariga tal-pajjiż u qallu li l-preżenza tiegħu u tas-Sinjura tiegħu fid-Dar mhux biss hija ta’ unur għall-Amministrazzjoni, residenti u ħaddiema imma hija wkoll turija li bħall-predeċessuri tiegħu għandu għal qalbu l-ħidma li ssir fid-Dar. Fr Martin żied jgħid li d-Dar tal-Providenza hi u tibqa’ impenjata li toffri s-servizzi tagħha lill-persuni b’diżabilità filwaqt li tkun ta’ ispirazzjoni għas-soċjetà Maltija tal-valuri li jiddistingwuna bħala poplu, dak tassolidarjetà u r-rispett lejn kull persuna mill-konċepiment sal-mewt. Il-President u s-Sinjura Vella żaru l-kappella u l-mużew iddedikat lil Mons. Mikiel Azzopardi u wara raw il-ħidma li ssir fil-Pixxina Terapewtika, fiċ-Ċentru Agrikolu, fil-kmamar Multisensorjali u l-Music Room. Ħadu wkoll l-opportunità li jiltaqgħu ma’ għadd ta’ ħaddiema. Waqt ikla li saret f ’ġieħ il-President, Fr Martin ippreżenta lil Dr Vella bi plattin li fuqu hemm messaġġ iffirmat minn Mons. Mikiel Azzopardi.
Id-Dar tal-Providenzà
Galea Curmi kif ukoll numru ta’ Ministri, Segretarji Parlamentari, MEP’s u membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tadDeputati. Nhar il-Ħamis, 6 ta’ Ġunju, fl-okkażjoni tat-tnedija taI-Maratona tal-BOV Volleyball 2019, attendiet is-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru bħala Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold – BOV in the Community, l-isponsors ewlenin ta’ din l-attività annwali. Barra s-sinjura Muscat, indirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, is-Sinjura Elvia George, Chief Finance Officer talBank of Valletta u s-Sur Emanuel Zammit, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv talMaratona tal-Volleyball.
Matul il-maratona tal-Volleyball li saret bejn il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju u l-Ħadd, 7 ta’ Lulju kien hemm żjarat mill-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella u s-Sinjura Vella, ilPrim Ministru, Dr Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat; il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, l-Arċisqof l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joseph Id-Dar tal-Providenzà
Nhar id-19 ta’ Awwissu saret żjara ta’ kortesija mis-Sinjura Riccarda Darmanin li nħatret Professjonisti, Servizzi u Finanzi fi ħdan ilGenaral Workers Union. Is-Sinjura Darmanin kienet akkumpanjata mis-Sur Paul Micallef, Assistent Segretarju tat-Taqsima.
Fit-23 ta’ Ottubru d-Dar laqgħet delegazzjoni ta’ persuni mill-Belġju li jaħdmu fi djar residenzjali f ’pajjiżhom. Huma ingħataw informazzjoni dwar l-operat tad-Dar u sar ukoll skambju ta’ idejat.
Nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru għamel żjara ta’ kortesija Dott. Angelo Murbita minn Casa di Cura Riabilitativa fi Sqallija fejn ingħata informazzjoni dwar l-operat tad-Dar. Rapport Annwali 2019 • 69
Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru, il-Bank Ċentrali ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Malta Philharmonic Orchestra, tella’ kunċert talMilied għar-residenti tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Fost dawk preżenti kien hemm Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali u s-Sinjura Victoria Vella, Mro. Sigmund Mifsud, Chairman Eżekuttiv tal-Malta Philharmonic Orchestra u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. F’diskors qasir tal-okkażjoni, Fr Martin, f ’isem irresidenti, irringrazzja lill-Gvernatur għannom tal-Bank Ċentrali li għoġbu jagħżel li jtella’ dan il-kunċert fid-Dar tal-Providenza bħala parti mir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank. Il-Bank Ċentrali kien wieħed mill-Corporate Sponsors tal-Orkestra mill-2017 u l-kunċert kien wieħed millattivitajiet li jagħmel fil-komunità. Huwa fakkar li l-Bank Ċentrali sa mit-twaqqif tiegħu dejjem kien ta’ appoġġ lid-Dar tal-Providenza b’diversi inizjattivi li għalihom id-Dar hi ferm grata. Fi tmiem id-diskors tiegħu Fr Martin ippreżenta tifkira lill-Gvernatur.
70 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
11
Biex tkun tista’ twettaq ħidmietha sewwa d-Dar sal-31 ta’ Diċembru 2019 kellha 289 impjegat/a li minnhom 216 jaħdmu fuq bażi full-time u 73 fuq bażi part-time. Minn dawn 210 huma nisa filwaqt li 76 huma rgiel.
Full-time Direttur *
1
Direttur Spiritwali *
1
Amministratur
1
Koordinatur tas-servizzi *
1
Senior Support Workers
12
Support Workers
94
Supervisur mal-lejl
2
Haddiem Socjali
1
Promotur tal-hiliet
15
Part-time
56
3
Ners
1
Skrivani
8
Kok u ħaddiema fil-kċina
6
Community Workers Scheme *
4
Haddiema fil-londri
6
2
31
3
Xogħol ta’ tindif
1
Xogħol ta’ manteniment
6
IT officer
1
Fiżsioterapisti
5
2
Physiotherapy Aid
2
1
Hajjata
2
1
11
4
Xufiera u sigurtà Storekeeper *
1
Haddiema fl-istores
3
Health & Safety Officer*
1
Total
216
73
* Dawn il-ħaddiema huma sekondati minn entitajiet Governattivi jew mill-iskema ta’ Ħaddiema fil-Komunità. Id-Direttur u d-Direttur Spiritwali huma mħallsa mill-Kurja tal-Arċisqof. Din is-sena kien hemm 40 impjegat ġdid waqt li 37 oħra temmew l-impjieg tagħhom u ħamsa rtiraw.
72 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
Id-Dar tal-Providenza temmen u tagħti d-dritt li l-ħaddiema jkunu membri ta’ Union unjon li tiddefendi l-interessi tagħhom fuq il-post tax-xogħol. Il-General Workers Union hija unjon li tirrapreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza u għaldaqstant idDar tagħraf lil din il-unjon bħala l-unika rappreżentant bi dritt li tiftiehem dwar u f ’isem il-ħaddiema kollha. Id-Dar talProvidenza żammet relazzjonijiet eċċellenti mal-unjon matul din is-sena wkoll.
Id-Dar tal-Providenzà
Lejn l-aħħar ta’ din is-sena saru diskussjonjiet mal-Unjon dwar Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema li jkopri s-snin 2020 sa 2023. Il-ftehim kien konkluż sa tmiem is-sena u kien mistenni l-approvazzjoni tal-ħaddiema fil-bidu ta’ Jannar biex wara jkun iffirmat u jidħol fis-seħħ.
Rapport Annwali 2019 • 73
12 Formazzjoni
Din is-sena saru dawn il-korsijiet għallħaddiema tad-Dar: • Induction Courses għall-impegati ġodda • Eżerċizzi tar-Randan u l-Avvent kemm bil-Malti kif ukoll bl-Inġliż • Food Handling Courses • Taħriġ għax-xufiera mill-Malta Public Transport biex jakkwistaw il-Licence A • Superviżjoni għas-Support Workers u Ability Promoters • Eżerċizzi Spiritwali
76 • Rapport Annwali 2019
Waqt ir-riċeviment annwali għall-ħaddiema li nżamm fl-Eden Lodge, iż-Żurrieq nhar itTlieta, 10 ta’ Diċembru 2019, tliet impjegati, Anna Mifsud, Margaret Micallef Gauci u Emmanuel Buhagiar ingħataw mementu bħala rikonoxximent għall-20 sena ta’ servizz fid-Dar tal-Providenza. Għaxar impjegati li rtiraw mix-xogħol din is-sena wkoll ingħataw mementu bħala apprezzament. Dawn kienu:
Id-Dar tal-Providenzà
Margaret Scicluna, Rita Aquilina, Rita Pintly, Raymond Bartolo, Josefina Gabriel, Ernest Caruana, Carmen Attard, Peter Zammit, Adelina Farrugia u Francesca Fonk. It-Taqsima tal-Ħajjatin tad-Dar talProvidenza ngħatat il-Premju ‘Inizjattiva’ bħala Tim fuq il-post tax-xogħol għal din is-sena waqt li David Muscat u Rita Pintly ingħataw il-Premju għall-Inizjattiva Personali. 12.2
Placements
Din is-sena, kellna 11-il student Malti fosthom żewġ seminaristi mid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll 18-il student barrani li għamlu l-placement tagħhom fid-Dar talProvidenza. L-istudenti barranin kienu millOlanda, mir-Republika Ċeka u mill-Amerika. Ma’ dawn kien hemm ukoll numru ta’ studenti tal-Kors fil-Community Care mill-MCAST.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 77
13
Finanzi tad-Dar Waħda mill-akbar ħidma amministrattiva tad-Dar hi l-amministrazzjoni tal-eluf ta’ donazzjonijiet li jingħataw lid-Dar kemm personalment kif ukoll bil-posta, fil-kontijiet bankarji u permezz ta’ faċilitajiet elettroniċi. Biex jiġu irreġistrati d-donazzjonijiet id-Dar għandha programm elettroniku li barra li jħaffef il-ħidma amministrattiva, jagħti rendikont faċli tad-donazzjonijiet kollha li jidħlu, filwaqt li jassigura li jkun hemm is-salvagwardji kollħa meħtieġa biex tonqos il-possibilità ta’ frodi. Il-Finanzi tad-Dar ikunu awditjati kull sena mill-Kumpanija talAwdituri PriceWaterhouseCoopers. L-intraprenditur Paul Gauci ġentilment offra lid-Dar tal-Providenza €750,000 f ’ishma lidDar tal-Providenza mill-75 fil-mija tal-ishma tiegħu minn PG plc. Dan ifisser li d-Dar talProvidenza mhux biss se tirċievi l-valur talkapital f ’ishma, imma wkoll żewġ dividenti kull sena, skont il-prestazzjoni tal-kumpanija. Id-deċiżjoni tas-Sur Gauci li jagħtina l-ishma flok donazzjoni ta’ flus, kienet motivata mirrispett li għandu lejn id-Dar tal-Providenza. Dan hu mod ġdid ta’ Corporate Social Responsability li qed tibbenefika minnu d-Dar tal-Providenza li toffri servizzi residenzjali lillPersuni b’Diżabilità u familji tagħhom.
78 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
14
Is-Sit Elettroniku
Id-Dar tal-Providenza għandha sit elettroniku mibni mis-Sur Stephen Barbara. Dan is-sit għandu diversi taqsimiet u kull waħda minnhom tiffoka fuq l-aspetti varji tad-Dar inklużi l-istorja tagħha, isservizzi li tipprovdi, l-attivitajiet, il-modi kif wieħed jista’ jkun ta’ appoġġ lid-Djar u kontenut ieħor ta’ multimedja. L-informazzjoni kollha hija bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. It-taqsima tal-avvenimenti tipprovdi kalendarju ta’ attivitajiet tad-Dar waqt li t-taqsima tal-multimedja fiha ritratti panoramiċi ta’ diversi taqsimiet fid-Dar tal-Providenza fisSiġġiewi.
Facebook Il-paġna tad-Dar fuq Facebook sal-lum għandha aktar minn 15,067 membru. Din tagħti informazzjoni dwar aħbarijiet u attivitajiet tad-Dar b’mod regolari. Id-Dar permezz tal-Bord fasslet pjan ta’ strateġija biex ikollha coverage tajjeb fuq ilmidja lokali. L-aktar promozzjoni li ingħatat id-dar din is-sena kien permezz tal-Festa ta’ Ġenerożità, Xarabank b’risq id-Dar talProvidenza u l-Maratona tal-Volleyball.
Wieħed jista’ jidħol fil-sit elettroniku billi jikklikkja fuq www.dartalprovidenza.org. Min irid ikun jista’ jikkummenta billi jidħol jew fit-taqsima ‘Contacts’ jew fil-faċċata tal-Facebook tad-Dar.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 79
15
tal-Midja
80 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-ProvidenzĂ
Maria Muscat mill-PBS ħadmet filmat għallProgramm ‘Umani’ fuq id-Dar tal-Providenza b’intervisti ma’ residenti, ħaddiema u Sr Geswina. Il-programm intwera fuq TVM.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 81
16
Id-Dar tal-Providenza tieħu bis-serjetà r-responsabiltajiet li jissalvagwardjaw il-persuni u hi kommessa li ma tħallix li jsir abbuż fuq ir-residenti li jużaw is-servizzi tagħha. Biex tagħmel dan, id-Dar issegwi l-Politika elenkata fid-Dokument tal-Knisja Maltija Policy and Procedures in Cases of Sexual Abuse of the Maltese Ecclesiastical Province. (2014) u l-liġijiet Maltin. Abbażi ta’ dawn id-Dar għandha s-Safegaurding Policy tagħha.
i Matul din is-sena l-impjegati l-ġodda ingħatalhom għarfien ta’ din il-politika u l-proċeduri tagħha.
84 • Rapport Annwali 2019
Kif titlob il-Liġi qabel ma tingaġġa ħaddiema jew voluntiera d-DTP timplimenta proċedura serja ta’ reklutaġġ billi fost oħrajn isir rikors il-Qorti biex ikun assigurat li dawn il-persuni mhumiex fuq ir-Reġistru ta’ persuni li kkomettew reati gravi kontra minuri u l-Qorti wieġbet li ma kienx hemm problemi.
Id-Dar tal-Providenzà
Din is-sena l-Bord tad-Dar ħatar lil Remona Cuschieri bħala Designated Safeguarding Officer għad-Dar tal-Providenza.
Id-Direttur u s-Services Coordinator attendew laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar abbożż ta’ dokument ġdid ta’ Politika tas-Salvagwardja tad-Arċidjoċesi ta’ Malta li kienet organizzata mis-Safegaurding Commission talArċisdjoċesi.
Id-Dar tal-Providenzà
Rapport Annwali 2019 • 85
17
Biex tiċċelebra l-50 Anniversarju tagħha, il-kumpanija DHL ħawlet ħamsin siġra tażżebbuġ fil-ġnien tad-Dar tal-Providenza fisSiġġiewi. L-inizjattiva, li saret flimkien malorganizzazzjoni non-governattiva flimkien għall-Ambjent Aħjar (FAA), hija twettieqa tal-impenn tal-kumpanija internazzjonali biex tħawwel aktar siġar. Fl-attività ħadu sehem il-ħaddiema ta’ DHL Malta u voluntiera tal-FAA u tad-Dar tal-Providenza li kollha
88 • Rapport Annwali 2019
taw daqqa t’id siewja fit-tħawwil tas-siġar. Is-siġar kollha taż-żebbuġ li tħawlu huma minn stokk lokali u ġew miksuba minn riżervi naturali immexxija mill-NGOs lokali Gaia Foundation u Birdlife Malta. L-inizjattiva ta’ DHL għandha wkoll dimensjoni soċjali billi ż-żebbuġ tas-siġar li tħawlu jinġabar mirresidenti taċ-Ċentru Agrikolu Sant’Isidor fidDar tal-Providenza waqt il-qtugħ ta’ kull sena. Iż-żebbuġ imbagħad jingħasar f ’żejt u jiġi ppreparat għall-ibbottiljar biex jinbiegħ miċĊentru fis-Siġġiewi u mill-uffiċċju li d-Dar għandha fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta.
Id-Dar tal-Providenzà
Nhar il-21 ta’ Marzu fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Persuni b’Down Syndrome, id-Down Syndrome Association organizzat quddiesa għall-membri u l-familjari tagħhom filkappella tad-Dar tal-Providenza. Il-quddiesa tmexxiet minn Fr Martin Micallef. Preżenti kien hemm ukoll l-Onor. Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
Id-Dar tal-Providenzà
Nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu l-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi mexxa quddiesa filkappella tad-Dar tal-Providenza għall-membri u ħbieb tal-GRUFAN (Gruppi Familji Nsara). Wara din il-quddiesa l-Isqof Galea Curmi attenda għall-ikla organizzata mill-istess grupp fi Pjazza San Giovanni XXIII fid-Dar stess.
Rapport Annwali 2019 • 89
18 tal-Fundatur
Is-Sibt 11 ta’ Mejju 2019, kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni Ewkaristika biex jitfakkar it-tnejn u tletin anniversarju tal-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Għal din il-Quddiesa attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987. Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma’ Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika). Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, sar diskors qasir mis-Sur Josef DeBono, President tal-AKM.
Din is-sena, il-Premju Dun Mikiel Azzopardi ingħata Iis-Sur Oliver Scicluna, Ċerpersin tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u lill-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, rappreżentata mis-Sur Charles Cuschieri, ko-fundatur tal-kumpanija. Dan il-Premju ingħata mill-E.T. Dott. George Vella, President
ta’ Malta waqt il-Kunċert Annwali organizzat mill-Banda tal-Forzi li nżamm fil-Katidral talImdina l-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2019. Il-Premju Dun Mikiel li tnieda għall-ewwel darba fl-1955, jingħata kull sena biex jirrikonoxxi l-kontribut ta’ persuni fil-qasam tal-persuni b’diżabilità f ’Malta u f ’Għawdex kif ukoll persuni u entitajiet li jgħinu lid-Dar tal-Providenza fil-ħidma tagħha. Oliver Scicluna kien ġie appuntat bħala Ċerpersin tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità f ’Marzu 2014. Bħalissa huwa qed iservi wkoll fuq diversi kunsilli u bordijiet fuq livell nazzjonali. Huwa wkoll Viċi-Ċerpersin tal-Fondazzjoni għallAċċessibilità fit-Teknoloġija Informatika. Kien serva bħala Ċerpersin tal-Kumitat Azzjoni Soċjetà Ġusta, li kien kumitat li jagħti pariri
92 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà
għat-tħejjija tal-Politika Nazzjonali dwar idDiżabilità. Oliver ġie maħtur bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità f ’Ġunju 2016. Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, kumpanija li tagħti servizz ta’ konsulenza fil-qasam tal-inġinerija, kienet twaqqfet fl-1979 mill-Inġinier Albert G. Camilleri, illum mejjet, u l-Inġinier Charles Cuschieri u din is-sena fakkret l-erbgħin sena mittwaqqif tagħha. L-Assoċjazzjoni ta’ Camilleri & Cuschieri mad-Dar tal-Providenza bdiet meta Mons. Lawrence Gatt sar direttur tadDar fl-1987. Minn dak iż-żmien sal-lum,
Fr Martin Micallef Direttur Id-Dar tal-Providenzà
il-kumpanija għażlet li tissapportja lid-Dar b’għajnuna professjonali bħala parti millCorporate Social Responsibility tagħha. Fl-2012, l-Inġinier Cuschieri kien ukoll ippremjat bil-premju ta’ “Eċċellenza filLeadership” mill-Kamra tal-Inġiniera ta’ Malta. Huwa wkoll Fellow tal-Institution of Engineering and Technology tal-Ingilterra. Il-kelliem tal-okkażjoni marbut mal-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità kien is-Sur Michael Debattista, persuna nieqsa mid-dawl minn mindu għalqet l-għoxrin sena.
Ms Elvia George Segretarja tal-Bord tad-Dar tal-providenza Rapport Annwali 2019 • 93
VO: 1066
VO: 1066