3 minute read

Introduzzjoni mid-Direttur

Next Article
Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra

Dan ir-rapport jelenka sena ta’ ħidma mwettqa mid-Dar tal-Providenza fl-impenn tagħha li tkompli toffri servizzi residenzjali tal-għola livell lill-persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn dan is-servizz. Din il-ħidma ma twettqitx minn persuna waħda u għalhekk irrodd ħajr lill-Bord tad-Dar, lill-Management, lis-sorijiet tal-Karità, lir-residenti nfushom, lill-impjegati u lill-voluntiera kollha. Ħajr ukoll tmur lillAmministrazzjoni tal-Kurja u lill-Gvern Malti għall-appoġġ kontinwu tagħhom.

Kull sena, s-sodisfazzjon tagħna hu li naraw ir-residenti jgħixu f ’ambjent dinjituż fejn id-drittijiet tagħhom huma rispettati u l-ħolm tagħhom jista’ jkun irrealizzat. Din is-sena wkoll qsamna flimkien ħafna mumenti sbieħ bħal meta r-residenti jagħlqu sninhom u jsir festin żgħir, jattendu xi attività li jħobbu bħal festa, tieġ, kunċert fost oħrajn, xi safra jew mawra sa Għawdex. Mument mill-isbaħ għal kulħadd kien meta diversi residenti flimkien ma’ atturi rinomati Maltin tellgħu d-dramm fl-Istitut Kattoliku “Il-Milied tan-Nannu,” dramm oriġinali miktub u dirett minn wieħed millimpjegati tad-Dar stess. Dakinhar kompliet tispikka l-ħila ta’ bosta minnhom għaddrama. Bħalma jiġri f ’kull familja din is-sena kellna wkoll il-mumenti iebsin bħal meta tlifna sitt residenti, xi voluntiera u ex-impjegat. Żgur li nibqgħu ngħożżu l-memorji sbieħ u l-kontribut siewi tagħhom.

Sodisfazzjon ieħor għad-Dar tal-Providenza kien l-akkwist għall-ewwel darba talliċenzji meħtieġa għall-operat ta’ kull dar li għandna kif kien mitlub minna millAwtorità għall-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) li twaqqfet b’Att Legali s-sena l-oħra. Permezz ta’ din il-liċenzja d-Dar tal-Providenza qed turi fil-konkret li hi impenjata li tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u l-ħarsien soċjali tar-residenti u kull min ikollu bżonn is-servizzi tagħha.

Id-Dar kompliet ukoll bl-impenn tagħha biex tiftaħ aktar djar fil-komunità. Din issena sar xogħol kbir biex titlesta d-dar fil-Balluta li nittamaw li se tkun qed tinfetaħ din is-sena. Beda x-xogħol ukoll biex ‘Żerniq’, waħda mid-djar fil-komunità, tkun rinovata mill-ġdid.

Din is-sena lqajna għadd ġmielu ta’ viżitaturi fosthom l-E.T. Dr George Vella ftit ġimgħat wara l-ħatra tiegħu bħala President ta’ Malta. Ilqajna wkoll diversi studenti Maltin u barranin li għamlu esperjenza ta’ xogħol jew volontarjat magħna.

Fl-1 ta’ Jannar 2020 l-Arċisqof ħabbar uffiċjalment li s-Sorijiet tal-Karità ħassew li minħabba l-età tas-sorijiet wasal iż-żmien li jtemmu l-ħidma tagħhom fid-Dar talProvidenza. Din filwaqt li se tkun telfa kbira għad-Dar se toffri sfida lid-Dar biex issib min se jissostitwixxi x-xogħol tagħhom b’mod speċjali f ’dak li għandu x’jaqsam maxxogħol tagħhom bħala infermiera.

Il-ħidma tad-Dar tal-Providenza ma tistax tkompli jekk mhux bil-għajnuna talprovidenza ta’ Alla li qatt ma tonqosna. Għal grazzja ta’ Alla din is-sena l-benefatturi tad-Dar ma naqsux. Kellna kontribuzzjonijiet inkoraġġanti mill-poplu Malti u Għawdxi fil-Maratoni li organizzajna kif ukoll f ’attivitajiet iżgħar ta’ ġbir ta’ fondi. Id-donazzjonijiet ta’ kuljum ma naqsux lanqas, grazzi għal tant individwi, parroċċi u entitajiet li dejjem jaħsbu fina kif ukoll benefatturi li mietu u ma nsewniex fil-wirt tagħhom. Il-ġenerożità tal-Maltin turi fiduċja sħiħa fil-ħidma tagħna.

Id-Dar tibqa’ impenjata li tkompli tirrealizza l-ħolma li beda Dun Mikiel Azzopardi aktar minn ħamsin sena ilu. Dan ir-rapport juri biċ-ċar dan l-impenn.

Fr Martin Micallef

Direttur

KONTENUT

Introduzzjoni mid-Direttur..............................................................3

1. Min aħna u l-viżjoni tagħna......................................................... 7 2. Il-Perjodu ta’ dan ir-Rapport ................................................... 15 3. Ir-Residenti......................................................................................17

4. It-Tmexxija tad-Dar .................................................................... 30 5. Proġetti ġodda ............................................................................ 33 6. Il-Voluntiera....................................................................................37

7. Attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi...................................................... 41 8. Konferenzi u Laqgħat ............................................................... 59 9. Forum – Service Providers...................................................... 63

10. Żjarat lid-Dar tal-Providenza................................................ 65 11. Ħaddiema....................................................................................... 71

12. Taħriġ u Formazzjoni għall-ħaddiema................................75 13. Finanzi tad-Dar .......................................................................... 78

14. Is-Sit Elettroniku u paġna tal-Facebook .......................... 79 15. Rappurtaġġ tal-Midja ..............................................................80 16. Safeguarding (Salvagwardja) ............................................... 83 17. Attivitajiet oħra .......................................................................... 87 18. Memorja ħajja tal-Fundatur.................................................... 91

Annual Report abridged version in english .......................... 95

This article is from: