Id-Dar kompliet ukoll bl-impenn tagħha biex tiftaħ aktar djar fil-komunità. Din issena sar xogħol kbir biex titlesta d-dar fil-Balluta li nittamaw li se tkun qed tinfetaħ din is-sena. Beda x-xogħol ukoll biex ‘Żerniq’, waħda mid-djar fil-komunità, tkun rinovata mill-ġdid. Din is-sena lqajna għadd ġmielu ta’ viżitaturi fosthom l-E.T. Dr George Vella ftit ġimgħat wara l-ħatra tiegħu bħala President ta’ Malta. Ilqajna wkoll diversi studenti Maltin u barranin li għamlu esperjenza ta’ xogħol jew volontarjat magħna. Fl-1 ta’ Jannar 2020 l-Arċisqof ħabbar uffiċjalment li s-Sorijiet tal-Karità ħassew li minħabba l-età tas-sorijiet wasal iż-żmien li jtemmu l-ħidma tagħhom fid-Dar talProvidenza. Din filwaqt li se tkun telfa kbira għad-Dar se toffri sfida lid-Dar biex issib min se jissostitwixxi x-xogħol tagħhom b’mod speċjali f ’dak li għandu x’jaqsam maxxogħol tagħhom bħala infermiera. Il-ħidma tad-Dar tal-Providenza ma tistax tkompli jekk mhux bil-għajnuna talprovidenza ta’ Alla li qatt ma tonqosna. Għal grazzja ta’ Alla din is-sena l-benefatturi tad-Dar ma naqsux. Kellna kontribuzzjonijiet inkoraġġanti mill-poplu Malti u Għawdxi fil-Maratoni li organizzajna kif ukoll f ’attivitajiet iżgħar ta’ ġbir ta’ fondi. Id-donazzjonijiet ta’ kuljum ma naqsux lanqas, grazzi għal tant individwi, parroċċi u entitajiet li dejjem jaħsbu fina kif ukoll benefatturi li mietu u ma nsewniex fil-wirt tagħhom. Il-ġenerożità tal-Maltin turi fiduċja sħiħa fil-ħidma tagħna. Id-Dar tibqa’ impenjata li tkompli tirrealizza l-ħolma li beda Dun Mikiel Azzopardi aktar minn ħamsin sena ilu. Dan ir-rapport juri biċ-ċar dan l-impenn. Fr Martin Micallef Direttur 4 • Rapport Annwali 2019
Id-Dar tal-Providenzà