GWIDA July 2021

Page 53

Editorjal

X’SER TAGĦMEL BIL-VAWĊERS?

Ideat ta’ kif u fejn tista’ tuża l-vawċers mogħtija lilek mill-Gvern dan is-sajf

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Gvern ta’ Malta u proprju l-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija ta’ Malta qassam lil dawk l-individwi kollha li għandhom ’il fuq minn sittax il-sena tmien vawċers li jammontaw għal €100 għal kull persuna. L-għan ta’ dan kollu hu li l-ekonomija tal-gżejjer Maltin u Għawdxin tikber u tkompli tiġi ġġenerata, hekk kif pajjiżna, bħall-kumplament tal-pajjiżi l-oħrajn kollha madwarna, għadda minn żminijiet partikolarment diffiċli minħabba l-imxija tal-Covid-19 u l-isfidi li din ġabet magħha. Huwa mifhum li madwar 25,000 stabiliment kellu jagħlaq il-bibien tiegħu b’mod temporanju minħabba l-Covid-19.

Minn meta sa meta wieħed jista’ jagħmel użu millvawċers? Il-vawċers jistgħu jintużaw bejn is-7 ta’ Ġunju 2021 u l-15 ta’ Settembru 2021. Bejn l-20 ta’ Mejju 2021 u l-4 ta’ Ġunju wieħed seta’ jakkwista dawn il-vawċers b’mod teknoloġiku. Dawk li preferew jirċievu l-vawċers bil-posta, bdew jirċievu l-vawċers fil-kaxxa tal-ittri tagħhom mill-4 ta’ Ġunju 2021 ’il quddiem. Tajjeb tkun taf li jekk jgħaddi ż-żmien u ma tirċivix il-vawċers inti mitlub tagħmel kuntatt ma’ MIMCOL fuq innumru 8007 4904.

GWIDA Lulju 2021 53


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.