Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Cancer Ix-xahar ta’ Lulju jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki interessanti ħafna, Cancer u Leo, kif ukoll mal-bidu tal-ewwel ġimgħat tas-sajf! Fix-xahar ta’ Lulju nibdew biż-żodjaku ta’ Cancer li għandu bosta aspetti interessanti b’kombinazzjoni maż-żodjaku ta’ warajh, dak ta’ Leo. Mhux ta’ b’xejn is-seba’ xahar joffrilek kontinwazzjoni, iżda jekk sfortunatament għal xi raġuni tkun weħilt jew waqajt lura, żgur b’dawn iż-żewġ żodjaki terġa’ taqbad tkattar dak li jkun hemm meħtieġ kemm għalik kif ukoll għal dak li jkun hemm bżonn madwarek. Iż-żodjaku ta’ Cancer jibda l-fażi tiegħu t-Tnejn 21 ta’ Ġunju eżattament mal-istaġun tas-sajf! Dan jintemm il-Ħamis 22 ta’ Lulju. Dan iż-żodjaku jifforma parti mill-element tal-ilma u miegħu nsibu ż-żewġ żodjaki ta’ Pisces u dak ta’ Scorpio. Is-simbolu ta’ dan iżżodjaku huwa dak tal-granċ. Dan iż-żodjaku jgħaqqad l-ewwel kwart tal-kalendarju żodjaku, għax dan hu fil-fatt ir-raba’ żodjaku (Aries, Taurus, Gemini u Cancer). Dan hu magħruf bħala wieħed miż-żodjaki mimli pożittività, joffri tbissima unika, sensittiv, kif ukoll hu żodjaku li jħoss għal dawk ta’ madwaru, ikun ta’ spalla mal-oħrajn anke jekk ma jkunx il-mument ideali għalihom. Ħaġa kurjuża dwar is-simbolu ta’ dan iż-żodjaku. Din teħodna lura lejn l-era Eġizzjana, is-simbolu kien ta’ beetle. Wara din l-era ġiet dik ta’ Mesopotamja, is-simbolu reġa’ nbidel għal fekruna. Iżda meta bdiet tidħol il-lingwa Latina, is-simbolu ħa l-forma li nafu llum. Fatti interessanti dwar Cancer; dawn huma nies li jħobbu jbiddlu ħafna... anke l-burdati! Ma tantx tista’ tlaħħaq mal-burdata li jkollhom minn żmien għal żmien. Fatt ieħor hu li dan iż-żodjaku huwa ta’ fortuna mill-aspett finanzjarju. Fil-fatt negozjanti midħla sew fis-swieq tal-kambji jimxu ħafna ma’ dak li dan iż-żodjaku jbassar!
ħafna. Peress li dan iż-żodjaku hu marbut fl-astroloġija mal-qamar, telfa ta’ persuna intima ddum iż-żmien marbuta magħhom, anke wara li tkun ħalliet din id-dinja! Huma magħrufa wkoll għat-tisjir tajjeb tagħhom u mhux ta’ b’xejn li nsibu l-aqwa chefs taħt dan iż-żodjaku. Dawn huma persuni li jaħdmu tard mal-lejl u l-għażla ideali tagħhom hi li jkollhom dar viċin il-baħar. Il-qmura għaż-żodjaku ta’ Cancer iwasslu diversi aspetti differenti, utli u meħtieġa. Il-qamar kwinta kien il-Ħamis 24 ta’ Ġunju u wassal il-ħtieġa sabiex ma ngħaġġlux fil-pjanijiet jew deċiżjonijiet tagħna, iżda rridu nirriflettu sew waqt in-new moon li jiġi s-Sibt 10 ta’ Lulju, li ser ikun qed iwassal sabiex kull opportunità li tiġi, hi x’inhi, nagħrfu nieħdu parir sew, nifhmu dak il-parir, imbagħad nimxu bejn dak il-parir u l-fehma tal-individwu. Fost personaġġi magħrufa maż-żodjaku Cancer insibu lil Sylvester Stallone, Harrison Ford, Nelson Mandela, Meryl Strep, Prince William, Malala Yousafzai, Lionel Messi, Tom Hanks, Angela Merkel, Julius Caesar, Tom Cruise u Lady Diana. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Cancer huwa dak tat-Tnejn, waqt il-jum li int għandek tevita huwa dak tal-Erbgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ April waqt li x-xahar li int għandek tevita huwa dak ta’ Frar. Cancer huma magħrufin għall-gwida utli u għall-burdata stabbli tagħhom. Għaż-żodjaku ta’ Cancer il-kristalli ideali huma Rose Quartz u Moonstone. Id-dati ideali għal waqt dan iż-żodjaku ta’ Cancer huma s-7, 9, 14 u 19 ta’ Lulju. Kun af aktar dwar iż-żodjaku tiegħek fil-ktieb il-ġdid ta’ PaulJon bl-isem L-Oroskopju Għalik, fejn ser issib aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik! Żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com biex takkwista informazzjoni li tkun teħtieġ. Namaste.
Dawn huma magħrufin ukoll li biex jikkalmaw lilhom infushom, iduru għal xi ikla ħut jew xarba tajba ta’ tazza nbid! Dawn ikunu fis-seba’ sema meta jagħmlu lil ħaddieħor kuntent, jew iwasslu għal xi sitwazzjoni pożittiva, huma żodjaku ta’ għajnuna siewja
GWIDA Lulju 2021 77