GWIDA MARCH 2020

Page 44

Editorjal

ITTRA MINN OMM LI GĦADDIET MINN ĦAFNA!

Għeżież qarrejja,

Jiena Gertrude, mara li nipprova nlaħħaq ma’ kollox. Studjajt it-Teoloġija, gradwajt darbtejn biex stajt ngħallem, iżda għaddejt minn żmien diffiċli. Dak iż-żmien kont għaddejja minn separazzjoni u skont ir-reliġjon Kattolika ma stajtx ngħallem is-suġġett li tant ħabbejt. Minn għalliema spiċċajt koordinatur fiċ-ċentru tannisa ġo Ħal Far. Il-problemi li rajt kienu kbar, però b´determinazzjoni kbira xi wħud konna negħlbuhom u oħrajn jibqgħu hemm u nitgħallmu ngħixu madwarhom. Dak iż-żmien kont sibt is-sapport mingħand ommi li kienet tgħin lili u ħafna nisa residenti wkoll. Ħafna drabi kienet tmur tiġborli t-tfal mill-iskola u ġġibhomli lura. Dak iżżmien ċentri tat-tfal ma kinux jeżistu. Sfortunatament ommi ħallietna fl-età ta’ 55 sena u kull min kien jafha kulħadd bl-istess frażi, jgħid kemm kienet mara eżemplari li għexet għall-familja. Il-kanċer ħadhieli, kien agressiv ħafna u f´temp ta’ tliet xhur mietet. Il-mamà kienet tgħożż lil uliedi u dejjem tiġri bihom. Mietet fit-12 ta’ Diċembru tal-2010. Minn dakinhar ħajti nbidlet. Ridt nara 44 GWIDA Marzu 2021

kif ser inlaħħaq mat-tfal u max-xogħol. Hemm apprezzajt dak li ommi kienet tagħmel miegħi. Il-mamà kienet it-tielet id tiegħi. Kont immur ix-xogħol u l-Università b’ moħħi mistrieħ li t-tfal tiegħi, Victoria u Petra, kienu miżmumin u mitmugħin sew. Kont niġi nsib id-dar nadifa u platt sħun. Fl-2011 iltqajt mal-partner tiegħi mill-Ġermanja u tlajt miegħu flimkien ma’ wliedi ġewwa Köln. Dak iż-żmien il-partner kien jaħdem darba fil-ġimgħa mad-Deutsche Welle, bħala ġurnalist. Il-paga kienet bilkemm isservi biex inħallsu l-kera. Biex tgħaxxaq ħriġt tqila bit-tielet tarbija, li llum għalqet 8 snin. Dak iż-żmien kont qed nagħmel Masters fl-Università ta’ Bonn fl-Ekumeniżmu. Għedtilkom fil-bidu li jien nipprova nlaħħaq ma’ kollox! Żgur ma temmnunix jekk ngħidilkom li wara l-aħħar eżami tal-ewwel semestru bqajt sejra l-isptar għax ma bdejtx inħossni tajba. Hemm ibbukkjawli ċesarja għasSibt filgħodu u twieldet Yasmin fl-10 ta’ Marzu tal-2012. Għamilt tliet ġimgħat id-dar nieħu ħsieb it-tarbija u grazzi għall-Kap tal-fakultà tal-Istorja, aċċettani bit-tarbija waqt il-lezzjonijiet. Trid tarani nredda’ u nibdel il-ħrieqi. Dakinhar sibt iż-żewġt ibniet tiegħi ta’ spalla kbira; dak iżżmien kellhom madwar 12-il sena.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.