Editorjal
L-IMBERKIN NISA! F’dan l-imbierek jum, magħruf bħala Jum il-Mara, spiss jiġru avvenimenti li jfixxklu ċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-festa għannisa Maltin. Is-sena l-oħra ma tantx stajna niċċelebrawh kif nistgħu għax proprju dakinhar Malta kienet inkwetata blewwel każ ta’ Covid-19 li kien instab. Fl-2017, proprju f’Jum il-Mara, kienet waqgħet it-tieqa t’Għawdex u wkoll kienet poġġiet Jum il-Mara fil-ġenb! Issa naraw din is-sena x’ser toffri, imma aħna ta’ GWIDA ddeċidejna li ngħidu lin-nisa kollha qarrejja tagħna: Awguri f’dan il-jum! Intom taħdmu ħafna u mhux minn dejjem kontu tiġu ppremjati u onorati għal dak li tagħmlu. Biss iż-żminijiet issa qed jinbidlu u l-mara fis-soċjetà qed tiġi aktar stmata. Jekk hemm xi rġiel li qed jaqraw dan l-editorjal, mela nħeġġiġkom biex tal-inqas jew: 1. Tixtru warda lin-nisa; din ma tħaxxinx u ma jistgħux jgħidu li huma bid-dieta. Warda sabiħa tirrapreżenta l-ġmiel u l-isbuħija femminili, filwaqt li dak ix-xewk li jikber maz-zokk tal-warda jirrapreżenta s-saħħa tagħhom u l-fatt li mhumiex daqshekk vulnerabbli. 2. Hemm ukoll ġiżirajjen b’pendent sabiħ li jfakkar dan il-jum! 3. Jew inkella jekk mhux għaddejjin b’xi dieta, tista’ tixtri kaxxa ċikkulatini! Kont taf li hemm ukoll ktieb li jfakkar nisa leġġendi f’Malta? Jismu Amazing Maltese Women ta’ Kristina Chetcuti b’ 48 GWIDA Marzu 2021
illustrazzjonijiet ta’ Marisa Attard. L-istorja Maltija għandha tendenza li tiffoka fuq l-irġiel li kienu relevanti ħafna għallistorja, biss kien hemm diversi nisa ta’ qalb tajba li ħallew il-marka tagħhom fuq pajjiżna. Dan il-ktieb jiċċelebra n-nisa Maltin u jsegwi l-istorja tagħhom mill-qrib bis-saħħa tal-illustrazzjonijiet u stil ta’ comic. Dan il-ktieb speċjali jiddokumenta l-ħajjiet ta’ dawn in-nisa kuraġġużi li għexu ħajjithom għall-missjoni. Uħud huma ismijiet li nafuhom, imma ħafna huma nisa li kieku mhux għal dal-ktieb abbli jintesew. Pereżempju Clara La Spatara, ħaddieda li kienet rikjesta immens fi żmien il-Kavallieri, jew Mary Ellul li kellha saħħa ta’ supereroj u salvat qatigħ nies waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, jew Maria de Dominici waħda mill-ewwel nisa qatt irreġistrati fl-istorja bħala artista madwar id-dinja. Xtaqna wkoll nagħtu ġieħ lin-nisa fis-soċjetà Maltija li ħadmu għal xi ħaġa partikolari u li taw kontribut qawwi. Irene Condachi – Twieldet fis-7 ta' Ġunju tal-1899 u ħallietna fl-1970. Kienet waħda miż- żewġ tobba nisa li kienu f'Malta waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet waħda mill-pijunieri biex infetħet l-iskola tas-servizz mediku. Kienet ukoll responsabbli li teradika l-iscabies mill-iskejjel tal-Gvern. Meqjusa bħala pijuniera fil-qasam mediku f'Malta. Mary Meilak – Twieldet fid-9 t'Awwissu tal-1905 u ħallietna fl-1975. Mary kienet poeta Maltija u meqjusa bħala l-ewwel poeta femminili qatt irreġistrati f'Malta. Kienet ukoll l-ewwel mara li ppubblikat ktieb ta’ poeżiji. Mary kienet