Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2021

Page 54

52

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Jitlesta l-konservazzjoni u r-restawr tat‑titular tal-artal tal-Madonna tar‑Rużarju, ta’ żewġ kwadri kbar fil‑kor u tal-kwadri tal-Via Sagra fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli Fl-aħħar sena tlesta x-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr tal-kwadru tal-Madonna tarRużarju akkumpanjata minn San Duminku, Santa Katerina ta’ Siena u San Tumas ta’ Akwinu; il-pitturi tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp; u tlettax il-kwadru tal-Via Sagra. L-ispejjeż għalihom ġew kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. RODERICK ABELA, restawratur u wieħed mid-diretturi tal-kumpanija ReCoop li għamlet dan ix-xogħol, jagħtina sfond storiku dwar dawn ix-xogħlijiet ta’ arti li jżejnu l-knisja tagħna u jispjega l-interventi li saru fil-perjodu li għamlu fil-faċilitajiet tal-kumpanija. Il-proġett kollu fdat f’idejn ReCoop kien jinvolvi l-konservazzjoni u r-restawr ta’ 16il pittura u l-gwarniċ tagħhom. Il-kwadri tal-Via Sagra, li jinsabu mqassmin 7 f’kull navata, ftit li xejn insibu tagħrif dwarhom. Huma xogħol tas-seklu 18 iżda l-artist mhux magħruf. Ir-raġuni għalxiex dan il-proġett kien jinvolvi interventi fuq 13 mill-14-il kwadru li jirrappreżentaw il-mixja ta’ Ġesù fit-triq tassalib hi li wieħed mill-kwadri kien ġie restawrat diġà fis-sena 2015. Il-pitturi tal-Adorazzjoni tas-Slaten Maġi u ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp li jinsabu faċċata ta’ xulxin fil-kor kienu magħmula fis-seklu 17. Filwaqt li l-artist tal-Adorazzjoni tal-Maġi mhux magħruf, il-kwadru li juri ż-Żwieġ tal-Madonna ma’ San Ġużepp hu xogħol l-artist Portuġiż, Manuel Pereira. Infatti wieħed jista’ jara l-firma ta’ dan l-artist fil-parti ta’ isfel tal-kwadru, in-naħa tal-lemin. Fuq dawn iż-żewġ pitturi wieħed jista’ jara l-emblema talfamilja Inguanez li tindika li din il-familja setgħet ikkummissjonat il-pitturi jew saħansitra ħallset għalihom. Minn dokumentazzjoni preżenti, dawn il-pitturi għamlu xi żmien fil-kappella ddedikata lil Marija Maddalena li tinsab fuq l-irdum ta’ Ħad Dingli u nġiebu fil-knisja mal-40 sena ilu. Minnaħa l-oħra, il-pittura tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju hi tas-seklu 18. Għandha l-armi tal-familji Inguanez u Testaferrata flimkien, f’emblema waħda. Kien jidher ċar li dawn il-kwadri kellhom bżonn ta’ intervent ta’ restawr u konservazzjoni peress li l-verniċ kien skura ħafna u b’hekk ilpitturi ma baqgħux aktar vivaċi. L-istruttura tal-kwadri ma’ kinitx għadha tajba u kienu bdew jintelqu. Dan wassal biex partijiet miż-żebgħa bdiet taqa’ wkoll! Wara spezzjoni tal-kwadri fuq il-post, u wara li ġew diskussi mas-supervisor tal-proġett, Dr Mark Sagona, ġie stabbilit li l-kwadri jistgħu jittieħdu fil-laboratorju tar-restawr. Nhar it-12 ta’ Marzu 2020


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.