Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2021

Page 62

60

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Patri Pawl Muscat OSA

50 sena servizz lill-Knisja f’Malta u barra Din is-sena hu mument speċjali għal iben ir-raħal tagħna: Patri Pawl Muscat OSA. Hu qiegħed ifakkar il-ġublew tad-deheb mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. SAVIO D. BORG jikteb dwar il-mumenti ewlenin ta’ ħajjet dan il-patri Agostinjan li minkejja ’l ħafna impenji dejjem għożż lil Ħad-Dingli, speċjalment il-jiem tal-festa titulari ta’ Santa Marija. Patri Pawl, iben Salvu u Giuseppa neè Zahra, twieled nhar l-14 ta’ Diċembru, 1946, f’dar numru 10, Triq il-Buskett, Ħad-Dingli. Tgħammed l-għada, fil-15 ta’ Diċembru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Studja fl-iskola primarja tal-istess lokal, f’dik tar-Rabat u wara għadda għall-Kulleġġ tal-Agostinjani, f’Ħal Tarxien. Ta’ 17-il sena beda l-mixja tiegħu fl-Ordni Agostinjan u flimkien ma’ erbgħa minn sħabu huwa beda s-sena tan-novizzjat ġewwa l-kunvent tal-Agostinjani, fir-Rabat, Għawdex. Kif jistqarr huwa stess, il-ħajra li jissieħeb ma’ ulied Santu Wistin, taf il-bidu tagħha meta fit-tfulija tiegħu kien iservi bħala abbati fil-kappella tal-Buskett u kien iqaddes ċertu Patri Rafel Azzopardi OSA. Fil-familja kellu wkoll liz-ziju ta’ missieru, Patri Luiġi Muscat, Agostinjan. Wara n-novizzjat, kompla bl-istudji tal-filosofija u tat-teoloġija fil-kunvent tal-Agostinjani, ir-Rabat, Malta. Wara l-professjoni solenni tiegħu fl-ordni Agostinjan, nhar l-14 ta’ Marzu 1971, flimkien ma’ sitt reliġjuzi oħra, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat, Malta. Matul din il-medda twila ta’ ħamsin sena, Patri Pawl ħadem ħafna fost diversi komunitajiet, kemm f’Malta kif ukoll barra, dejjem b’sens kbir ta’ dover, disponibilità u ubbidjenza lejn is-superjuri tiegħu. Hekk insibuh fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu l-Belt, propju fil-Parroċċa ta’ Santu Wistin li kienet fil-bidu tagħha. Wara ħames snin, intbagħat jagħti servizz pastorali fit-Tuneżija, f’La Goulette, port ċkejken ftit ’il bogħod mill-belt kapitali fejn dam erba’ snin. Ix-xogħol tiegħu primarjament kien li jieħu ħsieb il-komunitajiet Taljani u tal-lingwa Ingliża mxerrda mat-Tuneżija. Mit-Tuneżija rritorna Malta fejn għal bosta snin kien fil-kunvent tal-Belt. Fl-1994 insibuh fil-Kunvent tar-Rabat, Malta, fejn kien jieħu ħsieb il-kappella tal-Buskett u n-nies tal-inħawi. Wara erba’ snin intalab imur Sqallija, fil-belt ta’ Katanja, fejn l-Agostinjani Maltin kellhom knisja u kunvent fil-qalba tal-belt. F’din il-knisja kien hemm devozzjoni kbira lejn Santa Rita, soru Agostinjana meqjuma bħala l-qaddisa tal-impossibbli. Biżżejjed insemmu li fil-festa tagħha, kienu jattendu eluf kbar ta’ devoti; kienu jidħlu mill-bieb prinċipali tal-knisja u joħorġu mill-kunvent! Fis-snin li dam Katanja kien jieħu ħsieb spiritwalment iż-żgħażagħ li kienu l-ħabs. Billi f’Katanja hemm komunità sabiħa ta’ Maltin, kien jieħu ħsieb li regolarment jiltaqgħu flimkien biex tinżamm ċerta għaqda u fraternità, kemm fuq livell spiritwali kif ukoll fuq livell soċjali. Mal-kunvent kien hemm ukoll hostel imfittxija ħafna mill-Maltin speċjalment fil-festa ta’ Sant’Agata, il-qaddisa patruna ta’ Katanja. Lura Malta, insibuh


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.