Intervista
Joanna Camilleri, preżentatriċi u produttriċi tal-programm Sports Panorama, tidher kull ġimgħa fuq TVM2 u tirrapporta varjetà ta’ sports. Joanna tirrapporta wkoll il-futbol tal-Premier League matul il-weekend millistadium nazzjonali u l-programm talwaterpolo Swimup fis-sajf. Joanna taħdem bis-sħiħ għall-promozzjoni ta' sports differenti u sabiex aktar nisa iħallu l-marka tagħhom fl-isport. Joanna saret waħda mill-aktar preżentatriċi tal-isport rispettati f’pajjiżna.
Kitba ta' Cristian Muscat
JOANNA CAMILLERI
Minn suċċess fil-judo għal ieħor bħala ġurnalista tal-isport
38 GWIDA Lulju 2021
L-ewwel nett irrakkonta l-esperjenza tiegħek fil-judo u l-unuri li rbaħt. Kelli karriera twila fil-judo mat-tim nazzjonali u rrappreżentajt lil Malta f’kompetizzjonijiet differenti, prinċipalment GSSE, World Cups, World Championships u Commonwealth Judo Championships. Irbaħt ukoll sitt midalji f'ħames edizzjonijiet differenti tal-Logħob talIstati Żgħar tal-Ewropa. Kienet deċiżjoni iebsa li ħadt fl-2015 wara l-GSSE fl-Iżlanda. Kelli nwaqqaf il-karriera tiegħi fil-judo. Ħassejt id-dinja taqa’ fuqi, kelli nħalli lill-ħbieb tiegħi kollha tal-judo u lillpersuna li kienet qisha oħti, Marcon Bezzina. Il-judo kien qisu t-tieni familja tiegħi. Qattajt 20 sena minn ħajti nissagrifika kollox sabiex inkun l-aħjar verżjoni ta’ atleta u judoka. Ivvjaġġajt, ikkompetejt, tħarrigt, irbaħt, tlift, sofrejt meta kelli injuries, sofrejt meta kont waħdi fi training camps però kienet xi ħaġa li għażilt u xi ħaġa li ridtha b'passjoni. Ma kontx nagħmilha mod ieħor.