Editorjal
IL-ĦIDMA TA’ KOUSHALYA
Min hi din il-mara u x’għamlet speċjali? Koushalya għandha tnejn u tletin sena u riċentament tgħallmet taqra u tikteb. Hija kienet magħżula u eventwalment kienet eletta sabiex tkun membru fil-grupp li jirrappreżenta lill-komunità tagħha fir-raħal ta’ Kiapadar fl-Indja. Koushalya hija kkunsidrata bħala aġent importanti li permezz tal-ħidma tagħha wasslet sabiex iseħħu ċertu bidliet għall-aħjar flIndja. Bħala membru elett fil-grupp tal-komunità tagħha, Koushalya tirrappreżenta lin-nies tar-raħal fuq livell ta’ gvern lokali. Fl-Indja l-ikel jitqassam permezz tas-sistema tar-raxin. Din is-sistema tagħmilha possibbli sabiex in-nies imorru jiġbru s-sehem tar-ross tagħhom mill-uffiċċju tar-raxin barra r-raħal tagħhom. Koushalya għarfet li bosta nies ma jistgħux jirċievu r-raxin tar-ross imqassam permezz tas-sistema ta' distribuzzjoni pubblika ta' kull xahar, u dan minħabba d-distanzi twal ħafna li jagħmluha kważi impossibbli għal ħafna nies sabiex jaslu sal-uffiċċju tarraxin. In-nies li jgħixu f’ċertu rħula jridu jimxu kważi erba’ mili minn ġol-ġungla qabel ma jaslu fit-triq prinċipali, imbagħad iridu jivvjaġġaw minn tnejn sa tliet mili oħra sabiex jaslu fil-post minn fejn jiġbru s-sehem tagħhom tal-ikel. Minħabba li f’dik it-triq ma jgħaddux mezzi ta' trasport, sabiex jaslu fid-destinazzjoni, in-nies iridu bilfors jimxu d-distanza kollha. Biex tiggrava s-sitwazzjoni, it-triq tar-raħal li twassal sal-uffiċċju tar-raxin, fix-xhur xitwin, ta’ sikwit timtela b’ħafna tajn u għalhekk ma tkunx tista’ tintuża matul ix-xhur tax-xita. Barra minn hekk, wieħed ma jridx jinsa l-fatt li hemm riskji kbar u perikli enormi minħabba l-annimali selvaġġi, speċjalment it-tigri li jkunu qed iħufu f’dawk l-inħawi fil-ħinijiet ta’ filgħaxija. Meta Koushalya ddiskutiet mal-membri l-oħra eletti fil-grupp il-kwistjoni u l-problemi li kienu qed jiltaqgħu magħhom in-nies tar-raħal tagħha, hija skopriet li nies fi rħula u komunitajiet oħra kienu qed jaffaċċjaw l-istess sfidi. Għalhekk, fil-laqgħa mal-gvern lokali, Koushalya talbet li r-ross jibda jitqassam direttament mir-raħal tagħha. Minkejja li l-idea ta’ Koushalya ntlaqgħet tajjeb ħafna, hija ġiet infurmata li kien impossibbli li ta’ kull xahar isir it-trasport tar-ross lejn ir-raħal tagħha għad-distribuzzjoni. Kien għalhekk li Koushalya ħarġet b’soluzzjoni oħra. Hija
Addattament Claudia Cini
offriet kamra fid-dar żgħira tagħha sabiex tibda tintuża bħala maħżen għar-ross. Permezz ta’ din is-soluzzjoni, illum il-ġurnata n-nies tar-raħal għandhom distanza ferm iqsar sabiex jiġbru s-sehem tagħhom tar-raxin. Bis-saħħa tal-idea u l-ġenerożità ta’ Koushalya, issa mijiet ta’ nies mirraħal ta’ Kiapadar, darbtejn fix-xahar jinġabru quddiem iddar ta’ Koushalya sabiex jiġbru s-sehem tagħhom tar-ross. L-uffiċjal eżekuttiv ta’ Panchayat imur biex jiżen u jqassam ir-ross lill-persuni taħt is-superviżjoni ta’ Koushalya. Aktar minn elf u mitejn persuna membri f’erba’ komunitajiet differenti qed jibbenefikaw minn dan l-arranġament. Koushalya, bħala membru elett fil-grupp li jirrappreżenta lin-nies tar-raħal fuq livell ta’ gvern lokali, ma taħdimx biss fil-qasam tal-ikel. Suċċess ieħor ta’ Koushalya hija l-kostruzzjoni tat-triq li tgħaqqad ir-raħal fejn tgħix hi mat-triq prinċipali li twassal saċ-ċentru. Minbarra dan is-suċċess, hija kellha wkoll sehem importanti sabiex ġew żviluppati u implimentati skemi ta' pensjonijiet għar-romol u għaċ-ċittadini anzjani. Barra minn hekk, permezz talħidma ta’ Koushalya, ġew ipprovduti akkomodazzjonijiet lin-nies bla dar u kienet strumentali wkoll sabiex tejbet u ssimplifikat programm fejn l-istudenti li jattendu fl-iskola tar-raħal tagħha jingħataw l-ikla ta' nofsinhar. Koushalya tisħaq li t-taħriġ li ħadet permezz ta’ The Hunger Project, għenha sabiex kisbet il-kunfidenza bżonjuża u l-moral meħtieġ sabiex tkun tista’ tirrappreżenta lin-nies bl-aħjar mod possibbli. Grazzi għal donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, persuni f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-uffiċċju missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn Facebook jew fuq 2123 6962.
GWIDA Lulju 2021 61