APRIL 2023
Hekk kif wasalna fil-bidu ta’ xahar ieħor qiegħed nerġgħu nwasslulkom edizzjoni oħra tas-suppliment ta’ kull erba’ xhur Eduka li jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa. Din il-ħarġa tkompli tibni fuq dak li wassalnilkom fix-xhur li għaddew. Is-suppliment qabel xejn jinkludi intervista ma’ Abby Camilleri Pearson dwar it-teknoloġija assistiva u l-użu tar-robotika fl-edukazzjoni.
Naraw ukoll kif qiegħed tkompli tinxtered l-imħabba lejn l-ilsien Malti fost it-tfal permezz ukoll tar-rivista Sagħtar. Fil-paġni ddedikati liċ-ċkejknin tagħna, Rita Azzopardi tkompli twasslilna stejjer b’temi differenti u li jqajmu interess. Robert Aloisio jagħti ħarsa wkoll lejn tradizzjonijiet f’pajjiżna relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Inwasslulkom ukoll intervista mal-edukatriċi u esperta dwar mindfulness, Elaine Azzopardi dwar kif din il-prattika tista tiġi mplimentata f’ambjenti u kuntesti differenti. Intervista oħra hija ma’ Dr Erika Galea li magħha niddiskutu n-newroxjenza fledukazzjoni. Il-kollega Kimberley Hatherly tiddiskuti d-down syndrome u l-inklużjoni fl-iskejjel.
Eduka żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Grazzi lill-qarrejja tagħna tal-kummenti u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Grazzi wkoll lil Joellson Bezzina u Robert Caruana li ħadu ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari
nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com
Disinn: Joellson Bezzina - Union Print Co.Ltd - design@unionprint.com.mt
Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
Ħajr: Rachel Sladden
L-Għid it-Tajjeb lill-qarrejja kollha tagħna.
3
Dr Kenneth Vella Editur
“Sta għalina l-adulti li naħdmu sabiex l-istudenti tagħna jilħqu dan l-iżvilupp sħiħ.” Hekk stqarr ma’ dan il-ġurnal, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni l-Onorevoli Dr Clifton Grima. F’din l-intervista, se jagħti aktar dettalji dwar l-investiment massiċċ li qed isir fil-qasam tal-edukazzjoni, kif ukoll dwar żviluppi oħra relatati mal-isport, l-aktar hekk kif, pajjiżna se jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
Matul din is-sena l-Gvern qed jinvesti s-somma rekord ta’ €846 għall-Ministeru li jkopri l-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni minn dawn: €785 għas-settur edukattiv u €18.7 miljun għas-settur tal-Isport. Tlabna lill-Ministru Grima xi jfisser dan l-investiment u xi proġetti hemm imħejjija għal din is-sena f’dan il-qasam…
Qalilna, ‘L-għan huwa li meta nħarsu lejn is-sistema edukattiva tagħna permezz ta’ dan l-investiment nagħtu l-għodda neċessarja lill-edukaturi u lill-istudenti sabiex it-tfal tagħna jilħqu l-iżvilupp sħiħ tagħhom. Dan l-iżvilupp jintlaħaq billi nħarsu lejn l-edukazzjoni bħala vjaġġ… illi nifhmu li kull tifel u tifla mhumiex identiċi imma kollha għandhom il-potenzjal tagħhom’.
‘U allura dan l-investiment qed isir sabiex nassiguraw li kull tifel u tifla jħossuhom komdi fis-sistema edukattiva. Li jkun hemm ħiliet illi forsi tradizzjonalment, ma nassoċjawhomx mal-kotba. Il-matematika importanti, il-lingwi importanti, imma importanti wkoll l-aspett soċjali, fosthom kif wieħed jaħseb, jistaqsi u jirraġuna. Jekk wieħed iħares lejn l-MCAST, skejjel ġodda, laboratorji, numru enormi ta’ programmi li jiġu mħabbra b’mod regolari, huma kollha intiżi biex nassiguraw li t-tfal tagħna jilħqu l-iżvilupp tagħhom, u rridu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tat-tfal tagħna’.
F’dawn l-aħħar snin, Malta rat ukoll tnaqqis fir-rata ta’ ‘Early Leaving from Education and Training’ (ELET). Però, Dr Clifton Grima, jaħseb li hemm lok għal aktar titjib rigward dan?
‘Dejjem hemm lok għal aktar titjib. Għamilna avvanzi u progress, wasalna viċin dik li hi l-medja Ewropea, però, jien naħseb
Intervista ma’ l-Onor. Dr Clifton Grima - Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
li nistgħu nagħmlu iktar billi nkunu onesti magħna nfusna u lil hinn milli noqgħodu nikkwotaw ħafna figuri, nifhmu li wara dawn il-figuri, hemm studenti Maltin u Għawdxin li nkunu qegħdin nonqsu jekk ma narawx il-background tagħhom.’
‘L-iktar ħaġa importanti u li tiswa hija li nagħrfu li kull tifel u tifla bil-pariri t-tajba jaqbdu t-triq li għandhom jaqbdu. Ċentrali f’dan kollu għandek programmi bħal GM16+, l-Agenzija Żgħażagħ, l-MCAST, li kollha huma xprun ewlieni sabiex lit-tfal nagħtuhom l-għodda meħtieġa biex isibu saqajhom fis-soċjetà tagħna. Is-sistema edukattiva tagħna m’għandhiex tipproduċi ħaddiema, però, għandha tarma lin-nies b’dawn il-ħiliet neċessarji sabiex isibu saqajhom fid-dinja tax-xogħol. Importanti li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom il-ħiliet neċessarji sabiex ikunu kapaċi jagħmlu dak ix-xogħol partikolari, u mhux viċi-versa.’
U x’viżjoni għandu l-Ministeru għall-Edukazzjoni fil-qasam edukattiv għaż-żmien li ġej?
‘Tajjeb wieħed jgħid li bħalissa wara li għamilna l-ftehim kollettiv tal-Junior College qed niddiskutu l-ftehim settorjali li allura jolqot l-edukaturi kollha, għandna l-ambizzjoni li nnaqqsu r-rata tal-‘ Early Leaving from Education and Training’. Qed nagħmel emfasi lejn il-ħiliet u s-snajja, għaliex nermmen li l-fatt li tneħħew l-iskejjel tas-snajja kien żball. Mhux qed ngħid li fl-aħħar snin tagħhom l-iskejjel tas-snajja kienu kif għandhom ikunu, imma naħseb li meta l-pajjiż qata’ linja dritta, għamilna l-iżball li għandna bżonn ħaddiema f’setturi privati u tfajna r-riżorsi kollha tagħna hemmhekk. Illum ma ssibx ħaddiema Maltin li jaħdmu f’ċerti riżorsi’.
‘Jien irrid nara studenti jitbissmu u jitgħallmu fl-iskejjel. Tara d-differenza minn sena għal oħra… jien nieħu gost meta nitkellem mal-ġenituri li jkollhom xi problema fuq uliedhom, nerġa’ niltaqa’ magħhom wara ċerti snin u jgħiduli ‘hemmhekk mixjin ta!’ Jien inħares lejn sistema edukattiva li tkun iktar ekwa u li tevolvi matul is-snin. Ma nistgħux inħallu sistema edukattiva li tkun ta’ 30 jew 40 sena ilu. Irridu naħdmu id f’id mal-edukaturi, mal-ġenituri u anke mal-istudenti. Ċerti ħiliet iridu jiġu anke mid-dar, allura huwa
importanti li jkun hemm komunikazzjoni kontinwa mad-dar. Fejn hemm problemi fid-dar, irridu naraw kif nistgħu nsolvu dawn il-problemi.’
Indawru l-ħarsa tagħna lejn is-settur sportiv. Tlabna lil Dr Grima, jgħidilna fiex wasal ix-xogħol fuq il-Pixxina indoor ta’ Bormla…
‘Ftit tal-ġimgħat oħra ninawgurawha. Bħalissa għanda ħafna xogħol relatat mal-isport. Ħafna xogħol li bdejna snin ilu qed jibda jidher fosthom fiċ-Ċentru tal-Ġinnastika, Padiljun tal-Handball u l-binja fil-Marsa magħrufa bħala n-1903 building fost oħrajn. Il-pixxina se ninawgurawha fil-ġimgħat li ġejjin. Hawnhekk, irrid nagħmel enfasi illi l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kien kruċjali biex sar l-investiment li sar, però niżbaljaw jekk ngħidu li l-investiment kollu li sar, sar minħabba l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Għandna ħafna faċilitajiet sportivi li se jiġu inawgurati wara l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar. Nista’ ngħid li bil-faċilitajiet li għandna, anke matul is-sena li għaddiet, stajna nospitaw dawn il-Logħob. Aħna qed inħarsu lejn dawn il-logħob bħala tarġa lejn xi ħaġa akbar. Jien nemmen li għandna atleti żgħażagħ Maltin li jistgħu jġibu midalja Olimpika anke fl-Olimpijadi li ġejjin.’
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, tlabna lil Dr Grima, jgħaddi messaġġ finali lill-istakeholders kollha kemm fil-qasam edukattiv, kif ukoll f’dak sportiv…
“L-2023 għandha tkun is-sena li fiha l-atleti Maltin jiksbu riżultati prestiġjużi. Hawnhekk qed nitkellem bħala patrijott Malti… irrid nara lil ħuti ambaxxaturi Maltin fuq ilpodju… irrid nisma’ l-Innu Malti jindaqq. Importanti li nuru s-sapport tagħna lejhom, irridu niksbu l-aktar riżultati ta’ prestiġju fil-livell internazzjonali li jaslu b’aktar ħidma u dedikazzjoni. Jien l-għaxqa tiegħi li kmieni filgħodu nara l-faċilitajiet sportivi mimlija ħajja. ‘Flimkien nirbħu’ - dak huwa l-messaġġ tiegħi.”
“Mill-aspett edukattiv, ejjew naħdmu kollha kemm aħna, Gvern, edukaturi, ġenituri u studenti sabiex il-perkors edukattiv ikun wieħed dinamiku li jagħti l-ħiliet lillistudenti u jagħti żvilupp sħiħ lil kull tifel u tifla. Sta għalina l-adulti li naħdmu sabiex l-istudenti tagħna jilħqu dan l-iżvilupp sħiħ.”
“Ejjew naħdmu kollha kemm aħna, biex il-perkors edukattiv ikun wieħed dinamiku li jagħti l-ħiliet lill-istudenti u jagħti żvilupp sħiħ lil kull tifel u tifla”
INVESTIMENT B’SAĦĦTU FIS- SETTUR EDUKATTIV
◦ Żieda fil-ħlas għall-Apprentisti tal-MCAST
◦ Politika Lingwistika għas-snin tal-primarja f'Malta u Għawdex.
◦ B'investiment ta' €5 miljun tlesta l-proġett tal-iskola Sekondarja taż-Żejtun.
◦ Żieda fl-istipendji għall-istudenti.
◦ Miftuħ u jalment iċ-Ċentru għall-Istudji Marittimi fl-MCAST.
◦ Laboratorji ġodda fil-fakulta tal-inġinerija fl-Università ta' Malta b'investiment ta' madwar €9.5 milljun.
◦ Ċentru għat-Terapija ta' Integrazzjoni Sensorja fl-iskola Primarja tal-Marsa b'investiment ta' €2.4 miljun.
◦ Estensjoni fl-eliġġibiltà ta' Skema 9.
u l-ħidma ta’
Fondazzjoni Sagħtar kontinwament għaddejja bil-ħidma tagħha b’risq l-iżvilupp edukattiv tal-istudenti u biex tgħin fl-iżvilupp professjonali tal-edukaturi kollha.
Xjen-Tek fl-aqwa tiegħu
Proġett ewlieni li għaddej fl-aqwa tiegħu bħalissa huwa Xjen-Tek. Fl-edizzjonijiet tas-Sagħtar ta’ din is-sena qed inwasslu kunċetti xjentifiċi ppreżentati b’mod applikat permezz ta’ erba’ mudelli biex jinbnew mill-istudenti stess bi ftit struzzjonijiet. Filwaqt li nħarsu lejn it-teknoloġija użata biex isiru l-mudelli, nistiednu lill-qarrejja sabiex ikunu kreattivi u joħorġu b’ideat innovattivi dwar it-tiżjin u l-użu tal-mudelli.
Biex nispjegaw aħjar il-kunċett xjentifiku u kif jinbena kull mudell ħloqna filmat introduttiv dwar it-teknoloġija użata u erba’ vidjows oħra, wieħed dwar kull mudell, li qed jittellgħu fl-app tas-Sagħtar kull xahar skont il-mudell li jkun imiss. Biex wasalna s’hawn kellna l-għajnuna taċ-Ċentru tat-Tagħlim tad-Disinn u t-Teknoloġija, partikolarment is-Sur Keith Galea, Uffiċjal Edukattiv tad-Disinn u t-Teknoloġija (D&T), u s-Sa Maria Laura Vella Clark, għalliema tad-D&T, li ppreżentaw il-vidjows tal-introduzzjoni u tal-mudelli.
Qegħdin f’Marzu, u s’issa qassamna l-ewwel żewġ mudelli: “Il-Karru tal-Karnival” (f’ħarġa 375 ta’ Frar 2023) u “Il-Vulkan tal-Kuluri” (f’ħarġa 376 ta’ Marzu 2023). Iż-żewġ mudelli l-oħrajn jitqassmu mal-aħħar żewġ ħarġiet tas-sena.
Nistednukom taqraw l-artiklu kull xahar fir-rivista stampata jew mis-sit tal-Fondazzjoni u ssegwu l-vidjow fuq l-app, u fuq kollox inħeġġukom tarmaw il-mudelli u tibagħtulna vidjows jew ritratti tagħhom, biex napprezzaw il-kreattività u l-abbiltà tagħkom, inxandruhom fis-sit u l-paġna ta’ Facebook tal-Fondazzjoni, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu premju sabiħ fl-aħħar tas-sena skolastika. Infakkrukom biss li Xjen-Tek jitqassam b’xejn mar-rivista stampata. Għalhekk, jekk jinteressakom il-proġett, inħeġġukom tordnaw is-Sagħtar stampat minn www.saghtar.org.mt/hanut.
Dan il-proġett qed jinġieb lilkom permezz ta’ fondi miksuba mill-iskema Xjenza u Innovazzjoni fil-Komunità u qed isir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
L-App
Infakkrukom fl-app tas-Sagħtar, li tniżżluha b’xejn mill-Google Play jew mill-App Store. Aktar informazzjoni ssibuha fis-sit www.saghtar.org.mt. Dalwaqt se nniedu l-parti tal-logħob u nintroduċulkom l-ewwel żewġ logħbiet. Apparti dan naturalment kull xahar qed intellgħu l-edizzjoni rispettiva tas-Sagħtar, flimkien ma’ xi siltiet moqrija li jkunu ppubblikati fir-rivista, u kif semmejna, il-vidjow dwar il-mudell imqassam mar-rivista stampata ta’ dak ix-xahar.
Pubblikazzjonijiet
Infakkrukom ukoll li Fondazzjoni Sagħtar ippubblikat 3 kotba sbieħ li tistgħu
fis-sit www.saghtar.org.mt:
• Sagħtarin (ħarġa 1)
Ktieb tal-attivitajiet għat-tfal iż-żgħar (KG2-Year 3)
• Stejjer tal-Waħ … Waħ … Waħx
Ktieb bl-istejjer dwar iħirsa u esseri oħra tal-waħx bi stil komiku u divertenti mill-awtur Trevor Żahra, b’illustrazzjonijiet mill-isbaħ ta’ Nadine Debattista Briffa
• L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd
Ktieb tal-komiks bil-Malti tal-artist Dean Fenech, dwar praspar u avventuri li jgħaddu minnhom l-istudenti u anki l-għalliema f’kulleġġ tipiku f’Malta
Sagħtar 2023-2024
Fondazzjoni Sagħtar timmira dejjem li ssaħħaħ u ttejjeb ix-xogħol tagħha, inkluż ir-rivista popolari Sagħtar.
Għalhekk qed insejħu lil kull min jixtieq jiktbilna fl-indirizz korrispondenza@ saghtar.org.mt b’żewġ għanijiet
partikolari:
- biex tagħtuna l-ideat tagħkom dwar il-ħarġiet ta’ din is-sena, u tgħidulna s-suġġerimenti u x-xewqat tagħkom biex intejbu r-rivista fis-sena skolastika 2023-2024;
- jekk tixtiequ tikkontribwixxu fir-rivista matul is-sena li ġejja, biex tibagħtulna l-kitbiet tagħkom biex jikkunsidrahom il-bord editorjali. Fondazzjoni Sagħtar tixtieq lil kulħadd Għid sabiħ u l-kumplament tas-sena mill-aqwa! Niltaqgħu ma ndumux!
6
L-Importanza tar-Robotika
fil-Ħajja tat-tfal tagħna
Intervista ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fir-robotika u t-teknoloġija
Kemm huwa importanti t-tagħlim tar-robotika fil-ħajja tat-tfal tagħna?
Attivitajiet ta’ robotika jgħinu lit-tfal jiffaċjaw sitwazzjoniiet fil-ħajja b’aktar kuraġġ u determinazzjoni. Waqt attività tar-robotika int tkun il-protagonist u taf eżatt minn fejn trid titlaq u fejn se tasal. Taf x’se titgħallem u trid issib soluzzjoni. Hawn trid tuża l-ħsieb loġiku tiegħek biex issolvi l-problema li qed taffaċja. Trid tanalizza, tipprova soluzzjonijiet diffferenti u tosserva r-riżultat ta’ kull azzjoni li tieħu. Waħdek tirrealizza fejn tkun ħadt żball jew fejn trid timmodifika s-sitwazzjoni biex toħroġ b’soluzzjoni aħjar. Ir-robotika tagħtik il-kunfidenza biex tipprova modi ġodda ta’ tagħlim biex toħroġ bl-aħjar riżultat. Ir-robotika tħalli lil kull individwu juża l-aħjar mudell ta’ tagħlim li hu komdu għalih għaliex m’hemmx mod wieħed biex tasal għar-riżultat. L-importanti li jirnexxilek issolvi l-isfida li qed taffronta. Mela r-risposta lejn din il-mistoqsija
ċara. Jekk ir-robotika tkabbarlek l-indipendenza fit-tagħlim tiegħek u tgħinek taffaċja problemi fil-ħajja u f’kull suġġett ta’ tagħlim b’aktar kunfidenza allura aktar ma tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ tagħlim aktar se tirnexxi. Aktar ma tkun espost għal dan it-tip ta’ tagħlim kmieni aktar jgħinek. Aħna nibdew naħdmu fuq dan it-tip ta’ tagħlim mill-età tenera ta’ tliet snin.
Kif ikunu mqassmin sessjonijiet speċifikament tar-robotika?
Matul is-sessjonijiet ma’ robocoach l-istudenti jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ robotika u għodda relatati mat-teknoloġija biex jistimulaw il-kreattività tagħhom u wisq aktar importanti jtejbu l-ħiliet ta’ ħsieb loġiku. Huma jibnu proġetti individwali kif ukoll fi gruppi biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika u affarijiet relatati ma’ dan is-suġġett tant interessanti. Dawk li għandhom l-esperjanza nkomplu nistimulawhom u nesponuhom għal aktar biex ikabbru l-għarfien tagħhom. Dawk li qatt ma kienu esposti jibdew jibnu pass pass u jibbenefikaw mill-aħjar li jistgħu f’dan is-suġġett.
Kull individwu jħabbat wiċċu ma’ kompitu motivanti u stimulanti għalih biex jitgħallem jagħraf isib soluzzjoni. Kulħadd juża dak li jissejjaħ ‘The Design Process’ fejn jaħsbu fil-kompitu preżentat biex jaħdmu u jibnu l-proġett mistenni. Waqt dan il-proċess iridu jittestjaw kontinwament biex joħroġ riżultat effettiv u
sodisfaċenti. Ma jkunux esposti biss għall-bini ta’ robots iżda ħa jkollhom sessjonijiet ta’ coding u programming biex joħorġu b’soluzzjonijiet għall-kompiti ppreżentati. Dan dejjem fuq il-livell li jkunu jistgħu jaslu għalih skont l-età u l-abilità tagħhom.
Il-lezzjonijiet tar-robotika se jkunu qegħdin iħejju lil uliedna għall-isfidi tal-ħajja?
Dawn il-lezzjonijiet ikunu qegħdin jgħinu fl-iżvilupp tal-moħħ biex l-isfidi li naffaċjaw jiġu organizzati f’moħħna b’mod sistematiku u loġiku. Il-programm tar-robotika jipprepara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu jikkreaw soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Dan il-potenzjal huwa ferm importanti għall-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum u fil-verità din il-ħila hija importanti mhux għat-tfal biss imma anke għall-adulti. Għalhekk programm tar-robotika jista’ jiġi inkluż u integrat ma’ kull suġġett u aspett fil-ħajja.
Fejn nista’ nsib dawn it-tip ta’ korsijiet tar-robotika?
Aħna noffru programmi differenti wara l-ħin tal-iskola fl-iskejjel u ċentri madwar Malta u Għawdex. Noffru wkoll programm vast fil-ġranet tas-sajf. Sena wara sena nkomplu naġġornaw il-kontenut u noħolqu programm varjat. Nużaw riżorsi differenti relatati mar-robotika u t-teknoloġija. It-tfal ikunu kontinwament fiċ-ċentru tal-attivitajiet u jibnu proġetti ferm interessanti. Għal aktar informazzjoni fuq dawn il-programmi tar-robotika żur is-sit elettroniku www.robocoach.com.mt
8
1
Għall-Iskola
Jekk trid tibża’ għall-futur tiegħek, dejjem ħu miegħek flixkun li jista’ jerġa’ jintuża u evita fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss!
Jekk trid iżżomm l-ikel tiegħek frisk u tieħu ħsieb l-ambjent, agħżel li tieħu l-lunch ġo kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u evita li tuża boroż tal-plastik 3
2
Minn sena skolastika għall-oħra, ipprova erġa’ uża l-istess oġġetti skolastiċi bħall-basktijiet u pockets tal-iskola, fajls, covers tal-kotba u xi rigi u lapsijiet
Agħżel li tieħu miegħek frott u ħaxix lokali u staġjonali sabiex tevita l-ikel li għandu ippakkeġġjar tal-plastik żejjed. SAVING
4
OUR
Special Opening FORT DELIMARA WEEKEND Guided Tours & Roaming Option 22 & 23 April 2023 09:00 - 17:00 (last admission at 16:30) For more information visit: heritagemalta.mt/whats-on DM15 - T3 - 230x330 advert - Fort Delimara Weekend.indd 1 23/03/2023 12:22
Game
VR gaming spaces are natural t for the Metaverse, and already make up a large portion of what developers will build upon.
Socialise
Customisable avatars and dynamic group experiences will facilitate a new age of social interaction in the Metaverse.
A metaverse is a digital space where people meet and interact virtually. Some current metaverse-adjacent platforms operate as games, some as social networks, and some as places where people go to create and distribute content. source: stambol.com
Shop
Virtual shopping malls will allow Metaverse participants to interact with and purchase both digital and real-world clothing, sporting goods, and more.
Work
Now that remote work is here to stay, look for calls to engage in virtual spaces for professional reasons. Meet to collaborate, design, review, and provide customer service, all virtually.
Watch
www
/ESkillsMalta @eSkills_Malta eskills.org.mt
In the Metaverse, content consumption will give way to robust, immersive experiences and entirely new dimensions of engagement.
EDUKA GĦAT-TFAL
MINN RITA AZZOPARDI
B A L L
Jiena ballun artab ħafna. Il-kuluri tiegħi huma isfar u abjad. Noqgħod fi skola kbira u mimlija tfal u għalliema. Eżatt eżatt ilkamra tiegħi hija uffiċċju mdaqqas tal-assistenta kap tal-iskola. Noqgħod ġo kaxxa kbira tal-kartun. Miegħi hawn iktar blalen bħali imma ta’ kuluri differenti.
Tnejn minnhom huma ħodor u suwed, ieħor blu u iswed u ieħor aħmar u iswed. Hawn tnejn oħra li xi darba kienu bojod u suwed imma biż-żmien u bl-użu bilkemm għadu jidher il-kulur abjad.
Inqatta’ l-ġurnata tiegħi hawnhekk nosserva n-nies li jidħlu fl-uffiċċju u nisma’ l-istejjer tat-tfal li jidħlu hawn ġew.
Ikolli nammetti li dan il-post jogħġobni. L-assistenta kap għandha tassew gosti sbieħ kif iżżejjen l-uffiċċju tagħha. Hija żżommu nadif
Malli ddoqq il-qanpiena għall-break, jiġu xi tfal ta’ età differenti biex joħduna ħalli jilagħbu bina. Jiena nieħu gost li jilagħbu bija tfal differenti. Nammetti li xi drabi nweġġa’ ftit wara xi daqqa jew xutt tajjeb. Iżda malajr jgħaddili u nieħu gost inkompli nilgħab mat-tfal.
Waqt xi logħba football, ġieli jkun hemm xi tifel goff li jaħtafni taħt idu u jibda jgħid li hemm penalty għax xi ħadd kien għamel foul.
Mat-tisfira tal-għalliema, jerġgħu jiħduni fil-kaxxa tal-kartun li hemm fl-uffiċċju, nistenna li jasal l-għada għal-logħba ballun oħra.
J I E N 12
Vjaġġ fuq TAL-LINJA
Ilbieraħ filgħodu z-zija Ċetta kellha qadja sal-Belt u peress li konna waqt il-vaganzi tal-Milied, iddeċidejt li mmur magħha.
Domna nistennew mhux ħażin fuq l-istejġ sakemm fl-aħħar tfaċċat il-karozza tal-linja li kienet diġà mimlija sa ruħ ommha bil-passiġġieri. Jiena poġġejt fuq wara nett immiss eżatt mat-tieqa. Il-ħġieġ kien mimli trab imma għall-inqas stajt nara dak li kien għaddej barra.
Ħadt gost nara u nosserva tipi differenti ta’ vetturi għaddejjin, kulħadd fuq xogħlu. Karozzi ta’ kull għamla
Għalkemm il-vjaġġ bilwieqfa ma tantx kien komdu u kont se noħodha għal wiċċi xi tliet darbiet bl-iskossi li beda jieħu, xejn ma ddejjaqt. Viċin tiegħi nzerta kien hemm żewġ nisa li bdew jitkellmu jgħajtu u għalhekk stajt nifhem kulma bdew jgħidu. Ħadt gost nisma’ l-avventuri tagħhom li kellhom meta marru btala sa Pariġi u żaru t-Torri Eiffel. Hekk kif wasalna Blata l-Bajda, ħafna mill-passiġġieri ċemplu l-qanpiena u niżlu. Issa stajt inpoġġi bilqiegħda. Din id-darba sibt sit vojt in-naħa tat-tarf. Ħdejja kien hemm mara tampar ziti. Kellha riħa ta’ fwieħa qawwija li kważi bdiet tisturdini. Iddeċidejt li nqatta’ l-aħħar parti tal-vjaġġ
13
MINDFULNESS prattika li aktar persuni qed isiru konxji tal-bżonn tagħha
jew saħansitra f’mumenti ta’ tensjoni bħal pereżempju qabel xi eżami jew test. “L-istudenti hawnhekk jistgħu jipprattikaw eżerċizzji tan-nifs (breathing exercises), jieqfu jieħdu pawsa jew jużaw il-FOFBOC biex ikunu mindful. Il-FOFBOC li tfisser Feet On Floor Body On Chair huwa mod kif l-istudenti, waqt li qegħdin bilqiegħda fuq is-siġġu tal-iskola, jistgħu jidħlu fi prattika li jiffokaw fuq saqajhom ikunu mal-art u ġisimhom fuq is-siġġu”
Dan ċertament jgħin f’dak li bl-Ingliż insejħulu ‘grounding’ fejn huma jkunu kapaċi jmexxu l-attenzjoni ’l bogħod mill-ħsibijiet tal-passat u jiggwidawhom għas-sigurtà preżenti. Permezz t’hekk ikunu kapaċi jibqgħu kalmi u kostanti f’mumenti ta’ inkwiet u ta’ dwejjaq.
Fl-aħħar snin smajna mhux ftit dwar mindfulness u kif dan jista’ jgħinna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. F’xi pajjiżi barranin bħall-Ingilterra, sessjonijiet ta’ mindfulness qegħdin jiġu inklużi fl-attivitajiet ta’ kull ġimgħa kemm għal studenti tal-primarja u anki dawk akbar fl-età. Biex insiru nafu aktar dwar din il-prattika u kif jista’ jiġi addottat fil-ħajja ta’ kuljum tat-tfal tagħna, iltqajt u tkellimt ma’ ELAINE AZZOPARDI, edukatriċi li barra li ftit tas-snin ilu temmiet b’suċċess kors fl-Ingilterra dwar l-użu ta’ din il-prattika mat-tfal, waqqfet ukoll l-entità MINDFULNESS WITH ELAINE kkunsidrata fost l-ewlenin bħalissa f’pajjiżna u li toffri sessjonijiet ta’ mindfulness lit-tfal kemm waqt u anke wara l-ħin tal-iskola, f’ambjenti differenti.
Qabelxejn mistoqsija dwar x’inhi mindfulness, Elaine qaltli li din hija prattika li wieħed jista’ jaddotta f’ħajtu u li tħalli effett fuq is-saħħa tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru. “Mindfulness mhix teknika jew idea tajba, iżda mod ta’ kif wieħed għandu jgħix fil-ħajja ta’ kuljum, proċess li jintensifika ruħu aktar ma jiġi pprattikat. Din il-prattika tinvolvi li nkunu preżenti fil-mument, konxji tal-ħsibijiet u l-azzjonijiet tagħna filwaqt li nagħrfu li nkunu qalbna tajba u kompassjonali magħna nfusna u mal-oħrajn,” tenniet Azzopardi.
Iżda eżattament liema taħseb li huma l-benefiċċji ta’ mindfulness?
Elaine kkonfermatli li r-riċerka li saret fl-aħħar snin fix-xena internazzjonali tikkonferma li mindfulness tgħin fil-benesseri ġenerali tal-bniedem fejn wieħed jista’ jgħix ħajja aktar kuntenta u trankwilla, ’il bogħod mill-ansjetà, mill-istress u l-għeja li ġġib magħha l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha. Tgħin biex inkunu aktar iffukati f’dak li qed nagħmlu u nagħrfu x’inhu importanti u x’mhuwiex.
Dwar l-użu tal-prattika ta’ mindfulness f’livell ta’ skola u dwar liema suġġetti temmen li mindfulness jista’ jiġi assoċjat miegħu u jiġi implimentat bis-saħħa tiegħu, Azzopardi tenniet li peress li mindfulness huwa mod t’għajxien, dment li inti tieħu t-taħriġ meħtieġ u tibqa’ tipprattikah, allura jista’ jiġi addottat f’kull ħin u mument tal-ġurnata. Fuq livell akkademiku, l-istudenti jistgħu jkunu mindful il-ħin kollu, sew jekk qed jieklu, jimxu, jekk qed jipparteċipaw f’diskussjoni, jekk qed jieħdu xi deċiżjoni, waqt xi esperiment tax-xjenza billi jkunu konxji tas-sensi tagħhom
Iżda min-naħa l-oħra sessjonijiet ta’ mindfulness mat-tfal kif ivarjaw minn dawk tal-adulti? Fl-essenza tiegħu, il-prattika ta’ mindfulness hija l-istess kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar. Però ovvjament, il-programm għat-tfal huwa addattat u ssimplifikat biex jappella għall-età li jkun qed jiġi mgħallem, kemm bħala lingwaġġ, kuluri, ritratti u videos li jintużaw, kif ukoll għall-ammont ta’ ħin li jiġi ddedikat għalih f’kull sessjoni. Saħansitra ssir distinzjoni wkoll bejn tfal tal-primarja minn dawk li qegħdin fis-sekondarja. Pereżempju l-ħinijiet tal-eżerċizzji prattiċi għal tfal ta’ ċertu età jkunu itwal proprju minħabba l-attenzjoni li jkunu kapaċi jżommu tfal ta’ età ikbar.
Dwar kif tkun organizzata sessjoni ta’ mindfulness u kemm tkun twila, Elaine Azzopardi enfasizzat li lezzjoni għat-tfal bejn wieħed u ieħor tkun twila bejn 30 u 60 minuta, filwaqt li dik għall-kbar tkun naqra itwal bejn 90 u 120 minuta. Kull lezzjoni tinqasam bejn eżerċizzji prattiċi, teorija li tinkudi videos u ritratti, diskussjoni fil-klassi, diskussjoni fi gruppi żgħar, reviżjoni ta’ dak li jkun sar fis-sessjoni ta’ qabel, u prattika għad-dar fejn l-istudent jitħalla liberu jekk jagħmilhiex jew le. “Dan kollu jiddependi wkoll mill-ambjent li fih tkun qiegħda ssir din il-prattika.”
Iżda kif nistgħu nimplimentaw u nintegraw mindfulness fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Skont Elaine dan jista’ jsir permezz ta’ meditazzjoni fuq bażi regolari; billi nkunu konxji tal-ħsibijiet tagħna, tagħna nfusna u ta’ dak li qed jiġri madwarna, permezz tas-sensi tagħna speċjalment sensazzjonijiet f’ġisimna f’mumenti emozzjonali bħal pereżempju ħmura fil-wiċċ jew tgħaqqid tal-ponn f’mumenti ta’ rabja u allura nitgħallmu nieħdu pawsa f’dawn il-mumenti; billi nkunu konxji ta’ ċerti drawwiet kemm fil-ħsieb kif ukoll f’dak li nagħmlu li jaf jgħinna ninbidlu jew li nbiddlu l-mod ta’ kif nagħmlu ċertu affarijiet; billi nuru ħniena magħna nfusna u mal-oħrajn mingħajr ma niġġudikawhom.
“Essenzjalment, mindfulness nistgħu nintegrawh f’dak kollu li nkunu qed nagħmlu matul il-ġurnata, sew jekk qegħdin nieklu, insuqu jew sempliciment waqt li qed nammiraw in-natura ta’ madwarna.”
Ġenituri interessati li wliedhom jibdew din il-prattika Elaine Azzopardi x’tissuġġerixxi li għandhom jagħmlu? Hi sostniet li
14
Intervista ma’ Elaine Azzopardi Edukatriċi u esperta f’din il-prattika
llum il-ġurnata hawn aktar informazzjoni dwar Mindfulness u sirt tisma’ aktar dwaru. Hawn diversi siti li jippromwovu dan l-istil ta’ ħajja però forsi huwa naqra inqas popolari fejn jidħlu t-tfal. “Nissuġġerixxi lill-qarrejja biex jagħtu titwila l-paġna tiegħi fuq Facebook Mindfulness with Elaine li kuljum tinkludi ħsibijiet interessanti u informazzjoni dwar id-diversi attivitajiet li norganizzaw jiena u t-team tiegħi għaċ-ċkejknin tagħna minn żmien għal żmien kemm matul il-ġimgħa wara l-ħin tal-iskola u anki fi tmiem il-ġimgħa.”
Elaine u l-kollegi tagħha qegħdin jippruvaw joffru lit-tfal esperjenzi kem xejn differenti f’lokalitajiet differenti. Dan grazzi għal diversi ftehimiet ta’ kollaborazzjoni li għandhom ma’ diversi entitajiet bħal RMJ Horse Rescue, Birdlife Malta, Esplora u Teatru Manoel. Ma’ dawn irridu nżidu wkoll għad ta’ skejjel fejn fihom l-istudenti jgawdu minn numru ta’ sessjonijiet ta’ Mindfulness li din l-entità qed toffri.
“L-entità tagħna hija akkreditata mid-Direttorati tal-Edukazzjoni u għalhekk dawk l-istudenti tas-sekondarja li jattendu s-sessjonjiet tagħna ta’ wara l-ħin tal-iskola jingħataw ukoll ir-rikonoxximent neċessarju li jistgħu jagħmlu referenza għalih fiċ-ċertifikat tattmiem l-edukazzjoni obbligatorja,” ikkonkludiet miegħi Elaine Azzopardi.
SKOPRI DINJA ĠDIDA TA’ GĦARFIEN
Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, skennja dan il-Kodiċi QR.
ESPLORA | Interactive Science Centre Villa Bighi, Kalkara
1320 - Malta
iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2301 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt
Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea
KKR
www.esplora.org.mt Għal
gioiabananas 39
In-Newroxjenza Edukattiva u l-impatt fuq l-edukazzjoni
Intervista ma’ Dr. Erika Galea Konsulent Edukattiv, Edukatur Universitarju, Kittieba dwar ix-Xjenza u għandha Dottorat fin-Newroxjenza Edukattiva
Għaliex għażilt li tiffoka fuq dan il-qasam tan-Newroxjenza Edukattiva?
Naħseb li x-xjenza tal-moħħ, in-newroxjenza tat-tagħlim u tal-fehim, huma l-aktar suġġett affaxxinanti. Huwa interessanti ħafna għaliex kollox huwa kkontrollat minn moħħna: il-memorji, passjonijiet, il-ħsibijiet u t-tagħlim. Dan l-interess tiegħi għan-Newroxjenza Edukattiva beda ferm qabel il-passjoni tiegħi għar-riċerka fin-newroxjenza.
Tnejn u għoxrin sena xogħol fi skola qanqlu fija għatx biex niskopri u nfittex aktar dwar l-istrateġiji tat-tagħlim li kienu bbażati fuq xjenza u li verament ħadmu fil-klassi biex jilħqu lill-istudenti b’mod ħolistiku. L-aspett favorit tiegħi f’dan il-qasam tar-riċerka huwa l-funzjoni tal-moħħ f’relazzjoni mal-imġiba. Evidenza bħal din ikkonvinċietni li biex nifhem l-imġiba—kif u għaliex nagħmlu dak li nagħmlu—kelli bżonn nifhem il-moħħ, kif jiżviluppa u jifforma, kif jiffunzjona u ma jiffunzjonax. Huwa affaxxinanti kif xi ħaġa daqshekk żgħira għandha rwol daqshekk importanti u vitali għall-ġisem u l-imġiba tagħna. Dawn id-dettalji kurjużi tal-moħħ iqanqlu fija x-xewqa tiegħi li nitgħallem aktar dwar il-funzjonijiet tiegħu.
il-moħħ, partikolarment fil-klassi, jista’ jkun esperjenza eċċitanti, divertenti, u fl-aħħar mill-aħħar ta’ benefiċċju.
Kull xahar, nesploraw kif nistgħu napplikaw ix-xjenza tal-moħħ għad-dinja reali tal-klassi. L-intenzjoni wara l-Hub hija li jgħaqqdu l-edukaturi u l-ġenituri flimkien u jintroduċuhom mal-aktar prattiċi riċenti bbażati fuq l-evidenza u r-riċerka xjentifika biex itejbu l-pedagoġija, l-istrateġiji, u l-interventi fl-iskejjel u fid-djar. L-għan huwa li jinħoloq aktar għarfien u fehim aħjar tal-iżvilupp tal-moħħ fil-kuntest tat-tagħlim u l-fehim.
Il-blog EDUCATIONAL
NEUROSCIENCE HUB huwa ddisinjat bħala sistema diġitali għal tpartit ta’ ideat u opinjonijiet, u biex tissaħħaħ ilkollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi xjentifiċi, u l-edukaturi jew il-ġenituri, kif ukoll biex jaqsmu l-progress akkademiku u t-tkabbir, bit-tama li dawn l-istrateġiji xjentifiċi eventwalment jiġu implimentati u integrati lokalment bilgħan għal iżjed suċċessi u riżultati pożittivi għal kulħadd.
L-EDUCATIONAL NEUROSCIENCE
Int nedejt il-blog l-EDUCATIONAL NEUROSCIENCE HUB. Tista’ tgħidilna aktar dwaru?
Minħabba nuqqas ta’ għarfien lokalment, nedejt blog bl-isem ta’ EDUCATIONAL NEUROSCIENCE HUB biex inkun nista’ naqsam il-passjoni tiegħi dwar il-moħħ mal-edukaturi fi kwalunkwe livell ta’ edukazzjoni: mill-edukazzjoni primarja sa terzjarja, kif ukoll mal-ġenituri li għandhom irwol tant importanti fil-qasam tal-edukazzjoni tat-tfal tagħhom. Fil-blog nindika kif it-tagħlim dwar
HUB jolqot mhux biss lil edukaturi jew lil kwalunkwe professjonist sinifikanti ieħor li jaħdem mat-tfal, iżda wkoll lill-ġenituri li normalment huma l-ewwel sors kif ukoll is-sors kontinwu ta’ wliedhom għax magħhom jaqsmu l-istess esperjenzi tul ħajjithom. Il-familja hija l-ewwel istituzzjoni li x’aktarx tinfluwenza l-iżvilupp tal-moħħ.
L-influwenza tal-ġenituri fuq l-iżvilupp tal-moħħ tat-tfal huwa każ interessanti u ġdid għall-appoġġ tat-trobbija tal-ulied.
18
X’jista’ jsir biex nippromwovu n-Newroxjenza Edukattiva lokalment?
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, għandna għalhekk ninkoraġġixxu sessjonijiet ta’ żvilupp professjonali. Nibdew edukazzjoni għall-għalliema, programmi ta’ taħriġ, seminars, webinars, konferenzi, kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-edukaturi, ibbażati fuq diskussjonijiet, analiżi tal-kisba tal-istudenti u propju għalhekk li n-Newroxjenza Edukattiva tipprovdi lenti kritika tajba għal dan. L-għalliema, li huma ġeneralment kurjużi dwar in-Newroxjenza Edukattiva u dwar l-applikazzjonijiet tagħha, huma limitati fl-għarfien tagħhom, u din hija xi ħaġa li xxekkilhom fil-prattika ġenerali tagħhom.
Riżultat ta’ dan jibdew jinħolqu xi miti (kunċetti żbaljati) dwar in-newroloġija, li b’mod negattiv jinfluwenzaw u jkomplu jinfluwenzaw it-tagħlim tagħhom għas-snin li ġejjin. Jekk ma ninfurzawx għarfien u tagħlim preċiż dwar in-Newroxjenza Edukattiva, l-edukaturi se jibqgħu jibbażaw il-pedagoġiji tagħhom fuq dawn il-miti aktar milli fuq evidenza affidabbli. Fil-fatt, waħda mir-riċerkaturi f’dan il-qasam Brookman-Byrne tistqarr li l-istħarriġ madwar id-dinja jixhed sejbiet xokkanti dwar x’jemmnu xi għalliema (u l-pubbliku inġenerali) dwar il-moħħ. Għalhekk, wasal iż-żmien li nieħdu dak li nafu dwar dawn il-miti, u niddeterminaw l-irwol tagħhom fil-klassi, inwarrbuhom jekk meħtieġ u naħdmu mal-għalliema biex niżviluppaw u napplikaw bażi ta’ evidenza xierqa. Għandna bżonn nagħtu bosta attenzjoni lill-edukazzjoni ħolistika tat-tfal, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-interazzjoni sostanzjali bejn proċessi komportamentali, emozzjonali, konjittivi u newrokognittivi fit-tagħlim.
Fuq bażi internazzjonali, in-Newroxjenza Edukattiva saret magħrufa aktar u n-numru ta’ edukaturi dejjem qed jikber u dejjem qed jimmodifikaw il-metodi ta’ istruzzjoni, il-kurrikuli, u l-valutazzjonijiet tagħhom biex din ir-riċerka ġdida tkun analizzata b’mod strutturali. Diversi universitajiet u kulleġġi rrikonoxxew u stabbilixxew programmi ddedikati għal dan l-isforz, kollha mmirati biex jintroduċu dan is-servizz u sessjonijiet professjonali ta’ żvilupp għall-edukaturi f’dan il-qasam innovattiv dwar kif nitgħallmu.
Dan kollu se jgħin biex isir żvilupp fit-tagħlim tan-Newroxjenza Edukattiva. Lokalment, irridu nfittxu li ninkoraġġixxu lill-iskejjel biex jibnu sistema bbażata fuq evidenza xierqa għall-preparazzjoni tat-tagħlim, b’hekk l-għalliema jkunu jistgħu jagħżlu strateġiji ta’ istruzzjoni aħjar u li jaqblu mal-istudenti tal-lum. Fl-opinjoni tiegħi, l-abbiltà tal-għalliem li jifhem kif jaħdem il-moħħ u kif jistgħu jinfluwenzaw il-mod kif student jitgħallem għandu jkun il-bażi tal-edukazzjoni!
Għal aktar informazzjoni tista’ tfittex f’dan is-sit: www.educationalneurosciencehub.com
19
ROBERT ALOISIO
San Ġorġ Preca u
l-Ġimgħa Mqaddsa
San Ġorġ Preca (1880-1962) kien
iħobb jgħid li kien Ġesù nnifsu li riedna naħsbu ta’ spiss fuq il-Passjoni tiegħu meta lill-appostli tiegħu qalilhom, wara li waqqaf l-Ewkaristija, biex dak li għamel hu jkomplu jagħmluh matul iż-żminijiet b’tifikra tiegħu. Kien josserva li dan ifisser li Ġesù riedna niftakru ta’ spiss f’dak li għadda mingħalih fl-aħħar sigħat ta’ ħajtu, u kien proprju għalhekk li Hu waqqaf il-Quddiesa li, wara kollox, mhix ħlief it-tiġdid ta’ dak li darba ġara fuq il-Golgota.
Dun Ġorġ, devot kbir tal-Passjoni
Min-naħa tiegħu Dun Ġorg kien iħobb jimmedita ta’ spiss fuq il-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù. U jidher ċar li dan kien jagħmlu minn żgħożitu. Hu kien devot tal-Via Sagra, u kien jagħmilha ta’ spiss, ġeneralment fil-knisja ta’
San Gejtanu. Għalkemm, skont dawk li ġieli rawh jagħmilha, ma kienx idum wisq ħin f’kull stazzjon, huwa kien jinżel f’adorazzjoni profonda fit-12-il stazzjon li jfakkar il-mewt ta’ Ġesù. Dun Ġorġ iżid verb importanti fil-ġakulatorja li s-soltu tingħad qabel kull stazzjon: “Nadurawk Ġesù u nberkuk, u nirringrazzjawk, għax b’Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.”
Dun Ġorġ mhux biss kien devot hu tal-Via Sagra, imma kien hu li daħħal ukoll id-drawwa li kull nhar ta’ Ġimgħa fit-3.00p.m. issir fil-knisja ta’ San Gejtanu l-Via Sagra għan-nies li kienu jinġemgħu apposta għaliha.
Il-Kurċifiss ċentrali fl-ewwel snin tal-MUSEUM
Tajjeb infakkru wkoll li meta Dun Ġorġ beda jiltaqa’ maż-żgħażagħ
fl-għalqa ta’ Luċtu, quddiem il-knisja ta’ San Gejtanu, fl-ewwel snin tas-seklu l-ieħor, ħabta tal-1904, (u li
minnhom nibtet is-Soċjetà MUSEUM), l-ewwel suġġett li beda jitkellem fuqu magħhom kien proprju fuq il-Passjoni ta’ Ġesù. Hu ried ikebbsilhom qalbhom bl-imħabba għal Ġesù u li jiddedikaw ruħhom biex iwasslu lil Ġesù lill-oħrajn: u x’mezz aqwa seta’ juża milli jġagħalhom jifhmu kemm Alla ħabbna meta tana lil Ibnu b’vittma għalina fuq is-salib?
Anzi tajjeb ngħidu li, l-ewwel ħaġa li kien jagħmlilhom wara li xi ħadd minn dawn kien jagħżel li jsir membru tas-Soċjetà, kien li jippreżentalhom wieħed wieħed lil Ġesù Msallab u jgħidlu: “Dan hu l-ktieb li fuqu mxew il-qaddisin: Jiena lilu wkoll nagħtih bi triq żgura għas-saħħa ta’ dejjem.” U ż-żagħżugħ iwieġeb: “Nipproponi li lejh biss inħares il-ġranet kollha ta’ ħajti.” – Riedhom iħarsu dejjem lejn Ġesù Msallab.
Il-Ktieb il-Kbir
Dun Ġorġ kien jimmedita ta’ spiss fuq il-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù, u frott ta’ dawn il-meditazzjonijiet waslulna diversi kitbiet tiegħu li juru kemm daħal fil-fond fil-ħsieb fuq it-tbatijiet u l-mewt ta’ Ġesù. Minn ta’ quddiem nett fost dawn hu dak li hu jsejjaħlu IL-KTIEB IL-KBIR. Din il-kitba tissejjaħ hekk għax fiha ġabra ta’ 50 tagħlima kollha meħudin minn Ġesù Msallab. Għal Dun Ġorġ, Ġesù Msallab hu ktieb, miftuħ beraħ għal kull min irid jaqrah, u li minnu wieħed jista’ jsib l-aqwa għerf, anzi Ġesù Msallab hu IL-KTIEB IL-KBIR.
Dan il-ktieb, li l-ewwel edizzjoni tiegħu hi żgur tal-bidu tas-Soċjetà, ried li l-membri tal-Għaqda tiegħu jaqraw minnu paġna kuljum, fit-3.00 p.m., il-ħin li fih miet Ġesù. Fid-Daħla tal-ktieb ħalla miktub: “Serpent tal-bronż imwaqqaf bl-ordni ta’ Alla kien jeħles lil dawk li kienu biss iħarsu
lejh mill-gidma għall-mewt tas-sriep tan-nar. Dan kien figura ta’ Kristu Msallab b’interpretazzjoni awtentika. Issa jekk tant qawwa mill-figura, x’hemm immela fir-realtà? Inħarsu aħna wkoll, migdumin minħabba d-dnub, lejn is-Serpent tal-Ħajja mqiegħed għalina fuq il-kalvarju biex permezz tiegħu neħilsu ruħna mill-mewt ta’ dejjem, kif diġà kienu meħlusin ħutna l-qaddisin li ħarsu lejh, studjawh u mxew kuraġġużi fuq it-tagħlim li ħadu minnu.”
Eżerċizzju Memorjali
Biex il-ħajja ta’ Ġesù tkun dejjem fil-moħħ tan-Nisrani li jrid ikun tassew ta’ Ġesù, Dun Ġorġ ivvinta dak li hu jsejjaħlu l-Eżerċizzju Memorjali li jikkonsisti filli wieħed f’dak li jara jew jisma’, u f’kull ċirkustanza li jkun fiha, iqabbilha u jassoċjaha mal-ħajja u mat-tagħlim ta’ Ġesù. Għall-bidu dan l-Eżerċizzju Memorjali kien biss dwar l-aħħar jiem ta’ Ġesù, u b’mod speċjali l-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù; maż-żmien estendieh għall-ħajja kollha ta’ Ġesù.
Dawn li ġejjin huma ftit eżempji li jagħti Dun Ġorġ innifsu: “Iftakar fil-flaġellazzjoni ta’ Kristu meta jkollok uġigħ f’ġismek.” F’dan l-Eżerċizzju Memorjali, għandna mod eċċellenti kif il-Passjoni ta’ Ġesù tgħin lil dak li jkun biex jibda jgħix b’mod ħaj u prattiku l-ħajja Nisranija b’mod li din tkun imfassla fuq l-istess ħajja ta’ Ġesù u dejjem skont l-ispirtu tiegħu li jmur għalkollox bil-maqlub tal-ispirtu tad-dinja li qegħdin ngħixu fiha.
Programmi tal-Ġimgħa Mqaddsa
Imma x’aktarx li l-imħabba ta’ Dun Ġorġ lejn Ġesù Msallab l-aktar li tidher fil-programmi li għamel għall-membri tal-Għaqda tiegħu marbutin ma’ Ġesù Sofferenti. Hu
20
ried li kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija l-membri kollha jagħtu qima lill-Wiċċ imqaddes ta’ Ġesù li matul il-Passjoni rċieva tant żebliħ u insulti. Kull nhar ta’ Ġimgħa, imbagħad, ried li l-membri jagħtu qima solenni lill-ħames pjagi ta’ Ġesù bħala “għejun li minnhom ħarġet il-ħajja għad-dinja”.
Imma bla dubju dawn il-programmi ta’ kull ġimgħa jsibu l-quċċata tagħhom fil-Programmi Speċjali marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa. Dawk kollha li xi darba kienu jattendu l-Museum, avolja jkun għadda ħafna żmien minn fuqhom, għadhom isemmuhom bħala ħaġa li baqgħet immarkata f’moħħhom u f’qalbhom.
Wieħed minn ħafna li jiftakar b’għożża dawn il-Programmi, jirrakkonta hekk: “Tul ir-Randan is-Superjur kien jiġborna u jgħaddilna r-rakkont tal-Passjoni ta’ Ġesù ... Il-Mużew kien jieħu xejra ta’ ġabra. F’Ħadd il-Palm, wara li kienet tispiċċa l-Unjoni, is-Superjur kien jitlob biex il-preżenti jagħtu daqqa t’id biex jitneħħew l-inkwatri u jitniżżel il-Kurċifiss kbir li matul il-jiem tas-sena kien ikun imdendel mal-ħajt fil-kappella. Tista’ tgħid li f’radda ta’ salib, qabel immorru l-passiġġata, il-kappella kienet tkun għerja minn kollox, ħlief għall-Kurċifiss. Fl-intrata tal-qasam kienet tintrama d-Duluri bix-xema’ u fjuri ... l-għada t-Tnejn kien jibda s-silenzju u jibqa’ sejjer sa Sibt il-Glorja. Xejn kliem żejjed ħlief dak bżonjuż. Flok il-qanpiena li ssejjaħ il-laqgħa kienet tintuża ċ-ċuqlajta. Il-kant li kien isir kien ikollu l-akkumpanjament tad-daqq baxx tal-armonju ...”
Il-Qima ta’ Wiċċ Kristu
F’Ħamis ix-Xirka billejl, fl-oqsma tal-Mużew, jintrama inkwadru bix-xbieha ta’ Wiċċ Kristu, imżejjen bil-fjuri, fid-dawl tax-xemgħa biss, għall-adorazzjoni tas-soċji u t-tfal.
“Wara l-funzjoni
ta’ Ħamis ix-Xirka konna niltaqgħu fid-disgħa ta’ billejl biex hemm
nagħtu qima lix-xbieha
ta’ Wiċċ Kristu. Taħt
is-salib kien jintrama kwadru fuq biċċa drapp vjola u l-preżenti kienu jsemmu dawk in-nies li raw lill-Wiċċ ta’ Kristu. Imbagħad tingħata qima solenni li dan il-Wiċċ.”
Hekk kiteb Dun Ġorġ f’April 1936: “Illum ikompli s-silenzju strettissimu, użu taċ-ċuqlajta, ma ssirx il-paċi fl-assenjatur, kappella żarmata, jibqa’ biss Kurċifiss u xbieha tad-Duluri. Tul il-materji kollha tal-Programm jinxtegħlu ħames xemgħat puri quddiem il-Kurċifiss u tinħaraq pastiglia odorifera. Wiċċ Kristu tal-Veronika f’nofs il-kappella b’seba’ xemgħat u żewġ tazzi kulur aħmar
“Fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira konna niltaqgħu biex kulħadd jgħid xi tagħlima mill-Passjoni ta’ Kristu u wara tingħata qima solenni lill-Pjagi ta’ Kristu. Għalkemm dawn il-qimiet isiru mis-soċji kull nhar ta’ Ħamis u Ġimgħa, però f’dawn il-jiem isiru b’mod aktar solenni.”
Dun Ġorġ riedna bħalu naħsbu u nirriflettu fuq it-tbatijiet ta’ Ġesù. B’mod speċjali riedna niftakru ħaġa importanti ħafna. Huwa jfakkarna li minkejja li fid-dramm tal-Passjoni jidhru ħafna persunaġġi li għandhom parti importanti fid-dramm: Ġuda,
21
Id-Diplomazija f’idejn l-istudenti… Imniedi l-ktieb Diplomazija għat-Tfal
“
It-tnedija tal-ktieb Diplomazija għat-Tfal hija importanti għax dan huwa wieħed tal-ewwel xorta tiegħu li qed jagħti ħarsa lejn id-dinja diplomatika mil-lenti tat-tfal. Grazzi għall-Ambaxxatur Vella għall-ewwel darba qed naraw li t-tfal qabel jagħżlu suġġetti li se jifformaw il-bażi tal-istudji tagħhom għas-snin li ġejjin, qed nuruhom x’toffri l-karriera ta’ diplomazija.” Dan sostnieh il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt din it-tnedija uffiċjali tal-ktieb li saret it-Tlieta 4 ta’ April fl-iskola medja tar-Rabat u li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola.
Il-Ministru Borg żied jgħid ukoll li, li tkun rappreżentant ta’ pajjiżek barra minn xtutna u anke tifforma l-politika barranija ta’ pajjiżek huwa ta’ unur u “nemmen li għandna bżonn aktar żgħażagħ li jersqu lejn din il-karriera. Bl-iżviluppi demokratiċi li rajna fl-aħħar snin, per eżempju bl-introduzzjoni tal-VOT16, iż-żgħażagħ qed ikollhom aktar sehem fl-iżviluppi tal-politika u b’hekk bħala Gvern nemmnu bi sħiħ li uliedna għandu jkollhom opportunita’ jkomplu jfasslu t-triq ‘il quddiem għal pajjiżna.”
Diplomazija għat-Tfal fih laqta ta’ storja, ġeografija, u fatti interessanti dwar l-ispettru diplomatiku. Il-Ministru Borg tenna li t-tnedija ta’ dan il-ktieb intlaqgħet b’mod pożittiv ħafna mill-istudenti tal-iskola medja tar-Rabat.
“Inħares ‘il quddiem li aktar tfal u żgħażagħ jkollhom aċċess għal dan il-ktejjeb biex ikomplu jifhmu aħjar kif taħdem Ambaxxata, Strateġija Diplomatika, Konsulat u ħafna aktar. Inħeġġiġkom taqrawh!,” ikkonkluda l-intervent tiegħu l-Ministru Borg.
Min-naħa tiegħu l-awtur tal-ktieb, Dr Kenneth Vella, li hu kap ta’ skola u l-Ambaxxatur ta’ pajjiżna għall-Estonja u
l-Finlandja rringrazzja lil Ministru Borg u lis-Segretarju
Permanenti Christopher Cutajar li emmnu minnufih f’din l-inizjattiva u tawh l-opportunita’ jinseġ flimkien iż-żewġ professjonijiet li tant għandu għal qalbu, dik edukattiva u dik diplomatika. Hu qal ukoll li dan il-ktieb jikkumplimenta anki temi diskussi f’suġġetti oħra u kif sostna l-Ministru Borg iħeġġeġ ukoll lit-tfal biex ma jaqtgħux qalbhom milli jibdew karriera anki fid-diplomazija u li jkunu b’hekk ta’ servizz għal pajjiżna.
Dan għax il-ktieb jinkludi wkoll tagħrif dwar l-ittra tal-kredenzjali, kif twieldet id-diplomazija fid-dinja, l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda u informazzjoni oħra ta’ kurżita’ u interess bħal liema kienet l-ewwel ambaxxata li fetħet Malta barra minn xtutna, Napuljun Bonaparte u r-relazzjoni tiegħu ma’ Palazzo Parisio li jinsab il-belt Valletta, l-ambaxxati ta’ pajjiżi barranin li hawn fostna u r-relazzjoni bejn Malta u pajjiżi oħra fl-UE.
22
24
fuq, din il-barriera kważi ngħelbet kompletament. Għaliex qed ngħidu hekk, u mhux “ingħelbet għalkollox”? Raġuni minnhom hija li sa ftit snin ilu kien għad fadal parti minn din il-barriera, din id-darba fuq il-midja soċjali, fejn ġenituri Maltin li kienu jippruvaw ifittxu ritratti ta’ persuni Maltin bid-Down’s Syndrome, iktar u iktar ta’ tfal żgħar, ma kienu jsibu xejn. Għal darb’oħra, hawnhekk kien jinħtieġ li xi ħadd iservi ta’ xprun għal familji oħra li xtaqu jqajmu għarfien dwar din il-kundizzjoni. Illum il-ġurnata mhux talli nsibu ritratti ta’ persuni bid-Down’s, talli saħansitra minn mindu jkunu għadhom ħalib ommhom fi snienhom ġa jkunu daħlu fil-qasam tal-midja permezz tal-immudellar, kant, żfin, u ħafna affarijiet oħra. Mhux biss, iżda anki rnexxielhom jirbħu titli f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Każ ċar huwa s-sena l-oħra fejn tifla Maltija saħansitra ntgħażlet biex tirrappreżenta lil pajjiżna waqt id-Diversity Fashion Week u din is-sena hija l-ambaxxatriċi Maltija għal Wouldn’t Change A Thing (WCAT) - organizzazzjoni li tippromwovi l-inklużjoni.
It-tema ta’ din is-sena għall-Jum Dinji tad-Down’s Syndrome
kienet “With Us Not For Us”, bil-għan li l-pubbliku jagħraf illi persuni b’tip ta’ kundizzjoni bħalma hi d-Down’s Syndrome mhumiex sempliċi oġġett mixħut f’vetrina sabiex jiġbdu l-empatija tan-nies. Għall-kuntrarju, il-messaġġ ewlieni ta’ din it-tema kien biex persuni b’diżabbiltà jingħataw opportunitajiet daqs kull individwi oħra fis-soċjetà. Permezz t’hekk, l-integrazzjoni tagħhom fl-iskola u fuq il-post tax-xogħol tkun inqas diffiċli u ħajjithom dejjem tmur għall-aħjar.
Il-progress li sar fuq il-mhedda tas-snin iqawwilna qalbna għal ġejjieni b’iktar inklużjoni minflok “empatija” għaliex dawn il-persuni huma kapaċi jwettqu affarijiet bħal ħaddieħor jekk jingħataw iċ-ċans u ż-żmien.
25
29th MAY ~ 3rd JUNE PROUD PARTNER GAMES OF THE SMALL STATES OF EUROPE GSSEMALTA2023.mt GSSE MALTA 2023 Advert 23x33 sponsor Sportmalta.indd 1 28/03/2023 09:21