Editorjal
ILLAĦWA X’DAR GĦANDEK! It-temp dalwaqt jibda jiksaħ u x-xita daqt ma tħallilek ebda pjan ħlief li tibqa’ d-dar! Ngħiduha kif inhi, bilpandemija ma’ saqajna ma tantx jifdlilna ħafna fejn immorru. Għalhekk, issa ċ-ċans li tinvesti aktar f’darek, ħalli jkollok dik id-dar li dejjem xtaqt u immaġinajt. Kulma trid, ftit ideat biex tkompli ssebbaħ darek u jkollok dar li kull min jidħol fiha jibqa’ mistagħġeb bil-ġmiel. Iddeċidejt li tibdel xi affarijiet mill-kċina u l-kamra talbanju? Forsi għandek bżonn aktar spazju jew l-affarijiet m’għadhomx jogħġbuk? Mela iftaħ għajnejk sew għal dawn is-suġġerimenti. Hi x’inhi r-raġuni li ser tibdel xi ħaġa, issa hu l-ħin opportun sabiex tagħmel il-qalb u tirranġa. Fost l-aktar żewġt ikmamar importanti fid-dar insibu l-kċina u l-kamra tal-banju. Huma dawn iż-żewġt ikmamar li ddaħħal il-mistednin fihom, u huma dawn ilkmamar ukoll li tieħu qatgħa meta jiġri xi ħaġa fihom. Huma ħafna n-nies li jaqbdu ma’ dawn iż-żewġt ikmamar u jibdlu xi ħaġa fihom kull tant żmien, u meta tibdel xi ħaġa tqum il-flus. Meta tinvesti tkun tixtieq li tagħmel dan għal tul ta’ żmien u jkollok xi ħaġa li tibqagħlek. B’hekk għandek dejjem tkun aġġornat fuq l-aħħar trends li huma popolari fis-suq bħalissa. Ħadd ma jkun irid li xi kamra titqies bħala antika wara ftit snin. M’hemmx għalfejn li dejjem timxi mal-moda iżda l-aktar parir siewi
li xi ħadd jista’ jagħtik hu; kun af l-istili kollha ħalli wara ma jiddispjaċikx. Wara kollox għandek tibdel xi ħaġa mhux għan-nies imma għalik stess. Disinjatur tad-dar ser jgħinek tieħu dawk id-deċiżjonijiet importanti fid-dar tiegħek li jagħmlu il-kmamar klassiċi u mingħajr klessida ta’ ħin. Il-Kċina – Stili, kuluri, materjal u teknoloġija! Illum il-ġurnata l-kċejjen huma postijiet fejn isiru ħafna attivitajiet bħal ikliet u rilassament, jew fejn it-tfal jagħmlu l-homework jew sempliċi post fejn tara xi logħba futbol. Peress li l-kċina spiss hija open plan, saret titqies bħala kamra ċentrali, kbira u fuq quddiem nett tad-dar. Ħafna jemmnu li l-istil tal-kċina għandu jkun imħallat bejn elementi tradizzjonali u oħrajn moderni. Fuq il-kuluri ħafna huma dawk li qed jagħżlu kuluri vivaċi milli sempliċi abjad għall-kċina. Peress li ħafna ħin qed inqattgħuh f’dan il-post, hu importanti li nintroduċu kuluri ċari li joffru rilassament u trankwilità. L-aktar kuluri popolari huma l-griż ċar u l-blu ċar, filwaqt li kulur bħal mushroom qed jintuża minflok l-abjad. Għall-wiċċ tal-ispazju fejn issajjar jew ta’ ħdejn is-sink qed jintgħażel il-porċellana li jidher bħall-irħam iżda ma jtebbagħlekx daqsu. Ħafna esperti jsostnu li l-porċellana qed taqbeż fil-popolarità l-quartz minħabba t-tariffi
GWIDA Ottubru 2020 49