Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU TA’ LIBRA MIT-23 TA’ SETTEMBRU SAT-22 TA’ OTTUBRU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk! L-aktar affettwati ser ikunu l-ħsibijiet li jduru miegħek u dan għaliex moħħok ser jgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet, kemm pożittivi u kemm negattivi. Iżda huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ftit itwal mis-soltu. Agħraf sew dan. Namaste.
Iż-żodjaku ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk, però ser tiġi affettwat l-aktar fil-ħin. Iva, issa tagħraf kif il-ħin trid tibda tqassmu aħjar għalik sabiex int issib spazju tiegħek. Għandek bżonn issib ħin sabiex int tirrilassa bħal qisu tinqata’ minn madwarek u dan jaf ikun ta’ bosta problemi ’l quddiem għal saħħtek. Irrifletti sew. Namaste.
Iż-żodjaku ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk, speċjalment fejn tidħol karriera. Din il-fażi int trid tkun aktar iffukat għal dak li riesaq lejk. Jekk int tagħraf, dejjem tilqa’ u tuża l-kapaċità kollha tiegħek, dan ikun żmien ta’ opportunità kbira għalik. Iżda jekk int ma tagħrafx dan jaf ikun telf għall-futur tiegħek. Għalhekk irrifletti. Namaste.
Iż-żodjaku ser ikun mument sabiex int tagħraf aktar min vera int. Inutli toqgħod tinħeba wara dak jew wara dik. Wasal iż-żmien li int tagħmel iżjed kuraġġ ġewwa fik! Dan sejjer joffrilek ideat ta’ soluzzjoni aktar pożittivi, sabiex int tkompli tkabbar il-madwar kollu tiegħek għal dak li hemm riesaq lejk. Namaste.
Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun mument ta’ riflessjoni profonda dwar x’deċiżjoni għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tgħarbel bejn dik u bejn l-oħra. Issa trid tasal għal dik id-deċiżjoni idealment tajba sabiex b’hekk tasal fejn tant tixtieq. Agħraf li int tkun determinat sabiex b’hekk tibda twettaq. Namaste.
Iż-żodjaku ser ikollu effett fuqek emozzjonalment u għalhekk trid tagħraf ħafna żżomm bilanċ għas-sentimentaliżmu li sejjer jiżdied ġewwa fik għax jekk int ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieg dan ’il quddiem jista’ jkun ta’ inkwiet. Għalhekk minn issa agħraf li int tkompli għaddej, iżda dejjem żomm il-bilanċ. Namaste.
Iż-żodjaku ser ikollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi ftit aktar il-ħajja ta’ madwarek. Sfortunatament minħabba li int bħalissa hemm pressjoni minn ta’ madwarek, dan mhux qed jagħtik iċ-ċans ta’ spazju biżżejjed għalik. Imma issa dan li ġej sejjer joffrilek dak l-ispazju li tant għandek bżonn. Ieqaf u ħu pawsa. Namaste.
Iż-żodjaku ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk fejn tidħol karriera u anka r-relazzjoni. Issa int trid tagħraf aktar kif timxi ferm iżjed b’mod bilanċjat sabiex tqassam aħjar il-ħin tiegħek. Trid tagħraf li kemm-il karriera u kemm ir-relazzjoni jridu jkunu fuq linja pożittiva sabiex b’hekk tagħraf timxi għal dak kollu li riesaq lejk. Agħraf sew dan. Namaste. Iż-żodjaku għalik Libra ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar ċaqliq li int trid tiffoka fuqu huwa dwar il-karriera tiegħek. Hemm bħal eżami lest għalik u dan jaf ikun fuq diversi temi, ser ikun eżami li int se tagħraf kemm int għandek abbiltà. B’hekk kun preparat għat-tkabbir li riesaq lejk. Namaste.
Iż-żodjaku għalik Scorpio ser iġib miegħu bosta ċaqliq, speċjalment f’dak li int tixtieq ġewwa fik u kemm għall-madwar tiegħek. Huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin għalik, dawn jafu jkunu front wieħed u b’hekk int trid tagħraf ilpotenzjal komplut tiegħek. Namaste.
Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser iġib miegħu bosta ċaqliq, u dan l-aktar li ser ikun effettiv huwa għall-mod ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Però hawnhekk trid toqgħod aktar attent għax f’dan l-istadju ċertu sitwazzonijiet madwarek jafu jkunu mhux dawk li tixtieq int. Għalhekk agħraf agħti valur lil kollox. Namaste. Iż-żodjaku ser iġib għalik bidla ta’ kif tippjana aħjar u b’mod dettaljat l-affarijiet ta’ madwarek. Għalkemm int ma kontx ħazin kif tippjana, iżda min issa int se tagħraf il-perfezzjoni profonda fl-ippjanar tiegħek. Din id-differenza se tinħass fil-ġimgħat li ġejjin, għalhekk agħraf sew dan. Namaste.
KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON Iż-żodjaku ta’ LIBRA ma’ min huwa kombinat l-aktar? O Ma’ Gemini, o Ma’ Sagittarius, o jew ma’ Cancer? Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________ Mobile Number: ______________________ Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA sal-21 ta’ Ottubru 2020. l-ewwel tweġiba li nirċievu korretta tirbaħ il-kalendarju żodjaku u tiġi mħabbra fl-artiklu li jmiss. Namaste Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tax-xahar ta’ Settembru hi CARMEN BORG mill-Ħamrun.
78 GWIDA Ottubru 2020