GWIDA August 2020

Page 12

Storja Prinċipali

BEN CAMILLE U R-RELAZZJONI TIEGĦU M’ELLE L-intervista ma’ Ben Camille kienet waħda li ma ninsa qatt. It-tifla tiegħu Elle ffissata fuqu u l-ħin kollu tkun trid toqgħod miegħu. Wiċċha jixgħel xħin joqgħod jilgħab magħha. Trid taraha xħin kelli niġbed lil Ben ħalli nagħmlulu l-intervista waħdu x’għamlet! Imnalla kienu l-fotografu Bernard Polidano u l-mara tiegħu li aljenawha ftit u komplew jiġbdulha r-ritratti! Dawn it-tlieta – Ben, Kristina (li qed tistenna t-tieni tarbija) u Elle – għandhom relazzjoni verament ħelwa. Ben umli u ċajtier ħafna, forsi differenti milli jidher fuq itteleviżjoni. Ammirajna l-passjoni li għandu fl-irwol ta’ missier u l-imħabba għat-televiżjoni. X’kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin rajt lil Elle titwieled? Dak il-ħin ħassejt emozzjonijiet kbar. L-ewwel ħsieb tiegħi mar fuq Kristina, kont moħħi fiha l-ħin kollu. Ilproċess kollu tat-tqala kien xi ħaġa kbira għalina. Meta rajt li t-tarbija kienet b’saħħitha u kollox mar kif suppost, irrealizzajt li jien sirt missier. Avolja jkollok dawk id-disa’ xhur biex inti tipprepara mentalment, ikun dak il-mument meta tara t-tarbija għall-ewwel darba u tħossha f’dirgħajk li temmen li sirt papà. Din kienet l-isbaħ emozzjoni li qatt għext f’ħajti.

12 GWIDA Awwissu 2020

Kristina nafu li damet ftit xhur sakemm ġiet f’tagħha. Għall-bidu qaltlek ukoll li ma xtaqitx tfal iżjed. Kif ħassejtek? Dan hu punt vera importanti li nitkellem dwaru. Ħafna nies isejħulha ‘baby blues’ u hemm ħafna kliem differenti li jiddeskrivu l-fatt li f’dak il-ħin il-hormones tiegħek ikunu litteralment kullimkien. Hija xi ħaġa normali ħafna u m’għandekx tistħi minnha. Din il-fażi jgħaddu minnha ħafna ommijiet u anke missirijiet. Kien ikun hemm mumenti fejn konna nkunu qegħdin nitkellmu u tinfaqa’ tibki għalxejn. Riċenti erġajna tkellimna fuqha għax rajna filmat flimkien


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.