Interess
X’TISTA’ TARA FUQ IT-TV?
Programmi ta’ varjetà Sketches mad-Dulli
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-7:50 u fil-11:35 fuq ONE Doża żgħira ta’ kuljum mill-komiku Dulli. Id-Dulli magħruf ħafna għaċ-ċajt tiegħu, fost iċ-ċajt li ġab dan il-programm, fakkarna meta d-Dulli kien ħiereġ mal-attur Gwido Fenech fuq il-baħar. Gwido ġibidlu l-attenzjoni li l-baħar imqalleb u li familtu sħiħa mietet fuq il-baħar. Kien hawn li d-Dulli qallu, “Missierek fuq xiex miet?”. Gwido malajr wieġbu fuq is-sodda. B’hekk id-Dulli tah risposta billi qallu, “Allura ma tibżax tmur fuq is-sodda int?”.
Teftif
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-12:50 fuq ONE Doża żgħira ta’ kif tista’ ssajjar kuljum! Waħda mir-riċetti sempliċi kienet tikkonsisti; 2 imgħaref yogurt, 2 kikkri ħalib u cereal bars. Ir-riċetta tgħidlek biex tħawwad il-yogurt mal-ħalib, tferra’ f’kikkri żgħar u tfarrak is-cereal bars f’dawn il-kikkri. Fl-aħħar iffriżahom u tkun qed tieħu ġelat bnin! Riċetta sempliċi għas-sajf.
Espresso
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq ONE Wayne Aquilina għal sajf ieħor iżomm l-appuntament tiegħu mal-espressini! Agnes Pandolfino issa għandha dehra ġdida u ġiet aktar bjonda! Espresso hu l-kumpanija tiegħek ta’ kuljum. Dan il-progamm beda fl-2015 u minn dakinhar saru ’l fuq minn 1200 programm. Ħafna huma dawk it-telespettaturi li rringrazzjaw lil Wayne talli qed iżommilhom kumpanija matul is-sajf.
Noli
It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa fis-19:15 fuq TVM F’dan il-programm qed niltaqgħu ma’ għadd ta’ personalitajiet mid-djar tagħhom. Flimkien ma’ Angie Laus jitkellmu fuq il-ħajja tagħhom u jilagħbu logħba. Paul Giordimaina u Fleur kienu waħda mill-koppji intervistati fuq dan il-programm. Skoprejna li fi żmien il-Covid minħabba li Fleur taħdem ġo dar tal-anzjani kellha tinfired minn ma’ Paul “għal bosta ġimgħat”. Għamlu b’kollox sitt ġimgħat ’il bogħod minn xulxin u skont Fleur ma kinux ġimgħat faċli. Paul u Fleur iltaqgħu bis-saħħa tal-preżentatur Joe Tanti, 25 sena ilu. Fleur kienet qed tikteb il-poeżiji u qalet lil Joe li tixtieq taqlibhom f’kanzunetti. Joe kien issuġġerielha lil Paul Giordimaina u ltaqgħu ftit wara. Għamlu żmien jaħdmu flimkien, “U minn ħbieb inħolqot xi ħaġa oħra” tgħid Fleur. Segwi dan il-programm għal aktar stejjer ħelwin.
32 GWIDA Awwissu 2020
Primetime Preview
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-12:45, fl-16:00 u fis-19:15 fuq ONE Owen Bonnici b’verżjoni sajfija ta’ Primetime. F’dan il-programm Owen waqt li għaddej mit-toroq ta’ Malta ser ikun qed jilgħab mal-telespettaturi l-logħba popolari ‘kontra 30 sekonda bil-maqlub’. Fil-programm qed ikun akkumpanjat mill-attriċi Antonella Axisa. F’uħud millprogrammi jkollu wkoll personalitajiet magħrufa.
Bejnietna
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:10 fuq NET Dulcima, Stef u Marco Calleja jilqgħu lit-telespettaturi kuljum bi programm frisk Bejnietna. Fil-programm ikun hemm mistienda personalitajiet distinti fejn isiru nafu affarijiet ħelwin fuqhom. Skoprejna li f’għeluq l-anniversarju Peppi ta ġiżirana lil Mandy iżda hu ried funtana! L-idea ta’ din il-funtana għall-ewwel ma tantx għoġbitha lil Mandy imma kellha taċċetta. Fid-dar tagħhom issa għandhom funtana ġol-bitħa! Iżda mill-ewwel bdew l-intoppi hekk kif il-plakka waħlet u ma riditx tinqala’! Imnalla kien Xandru t-tifel tagħhom li sabilhom soluzzjoni!
Vitalità
It-Tnejn u l-Ġimgħa fis-18:15 fuq TVM Programm prodott mill-Kunsill Malti tal-Volontarjat dwar temi ta’ saħħa, l-anzjani, arti, ambjent, kura tal-annimali u żgħażagħ.