GWIDA August 2020

Page 34

Interess

Nhar ta’ Tlieta

Ħidmietna - Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis fil-11:15 fuq TVM Ħidmietna ser ikun programm imtella’ b’kollaborazzjoni mal-MCAST, mal-Università ta’ Malta, mal-Junior College kif ukoll mal-ITS. F’dan il-programm, li ser ikun maqsum fi tliet fażijiet, ser inwasslu lit-telespettaturi tagħrif dwar diversi xogħlijiet kurrenti, x’jinvolvi kull xogħol, kif ukoll x’ċertifikati għandek bżonn biex tidħol fil-korsijiet illi jwassluk għal dak ix-xogħol. Għawdex Illum - fid-9:20 fuq TVM

Għawdex Illum jippreżenta t-32 edizzjoni tiegħu, u se jkompli jippreżenta l-ambjent trankwill Għawdxi. Ilprogramm se jkopri aspetti Għawdxin minn lenti storika, arkitettonika, artistika, kulturali, u ambjentali, filwaqt li jikxef l-użanzi u l-istili tal-ħajja Għawdxija. CVC Media huwa l-produttur, flimkien m’Alvin Scicluna, li huwa wkoll iddirettur.

Mill-Imħażen tal-Festi - fis-18:45 fuq TVM

Fid-dawl tal-pandemija jagħti ħarsa kif id-dilettanti tal-festi qed ikampaw f’din is-sitwazzjoni fejn jidħol armar tal-festa.

dekomposta? Dan u ħafna tagħrif interessanti fuq Vale, il-programm immexxi minn Valerie Vella.

Lenti - fil-17:20 fuq TVM Hija ġeneralizzazzjoni perikoluża meta wieħed jgħid li m’hemmx differenza bejn il-Maltin u l-Għawdxin. “Aħna żgħar wisq bħala poplu,” hemm min jgħid. “Kemm jistgħu jkunu differenti minn xulxin, il-Maltin u l-Għawdxin? Dalbeżqa baħar li jifred lil Malta minn Għawdex!” LENTI se jqatta’ tlettax -il ġimgħa jiltaqa’ m’Għawdxin li aċċettaw ipoġġu quddiem il-lenti u jitkellmu apertament ma’ ALBERT MARSHALL dwar aspetti differenti ta’ ħajjithom: x’jemmnu, x’jagħżilhom minn ħaddieħor, kif iħossuhom differenti mill-proxxmu tagħhom li jgħix in-naħa l-oħra talFliegu, xi jferraħhom, xi jdejjaqhom, xi jħobbu jieklu, minn xiex jiskruplaw, minn xiex jibżgħu: il-mewt tbeżżagħhom? L-infern u l-ġenna ħrejjef tan-nanniet? Jidgħu? Jitkellmu ħażin? Iħossu li qed jagħmlu ħażin? U mitt tentufa oħra li ġeneralment ma jingħadux fuq it-televiżjoni. Qattgħu nofs siegħa nemmsu u ddeċiedu waħedkom jekk l-Għawdxin humiex differenti mill-Maltin. Tiskantaw b’xejn… Aqta’ kemm - fil-17:30 fuq ONE Repetizzjoni ta’ game show ħelwa minn Andreana u Melanie Kelly. Hawn il-kontestanti ser jippruvaw jaqtgħu l-prezzijiet tal-prodotti li jaraw quddiemhom u jirbħu premjijiet! Ras Imb Ras - fis-19:15 fuq TVM

Nhar ta’ Erbgħa

Vale - fl-16:00 fuq NET Kif jista’ jkollna anqas impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna? X’tista’ tagħmel mill-affarijiet li tkun ser tarmi? Kont taf li qoxra ta’ batterija tar-remote ddum 100 sena biex tiġi

34 GWIDA Awwissu 2020

B’mistoqsijiet diretti u inċiżivi, il-ġurnalist ta’ TVM Mario Xuereb jittanta jiskopri aktar dwar is-suġġett u l-personaġġ li jkollu quddiemu.

Fish On – fis-18:45 fuq ONE Mad-Daqqa t’Għajn - fit-20:15 fuq ONE


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.