GWIDA September 2021

Page 1

fuq kollox u fuq kulħadd

GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ

GWIDA. mt

€1.95

€1,000!

ANGIE LAUS

Twaqqaf Ħadd Għalik wara 13-il sena iżda ser tibda avventura ġdida! Uejja...

SETTEMBRU 2021









DIRECTOR OF SALES & OPERATIONS Lindsey Napier DISINJATUR Nicholas Cutajar QARREJJA TAL-PROVI Nicole Sammut BRAND SALES MANAGER Jessica Spiteri Catania BRAND SALES EXECUTIVE Wanaha Camilleri OPERATIONS & CLIENT RELATIONSHIP MANAGER Elena Debattista RITRATT TAL-FAĊĊATA Clint Gerald Photography EMAIL info@gwida.mt SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 TEL 2132 0713 PUBBLIKATUR

12. Intervista ma’ Angie Laus fuq Ħadd Għalik u Uejja

Ritratti: Clint Gerald Photography

EDITUR Anthony M Baldacchino

GWIDA SETTEMBRU 2021

KONTENUT Storja Prinċipali

12. Intervista ma’ Angie Laus fuq Ħadd Għalik u Uejja

Editorjal

50. L-imbierka skola! – Preparazzjoni għal sena skolastika 58. Lura lejn l-iskola – Artiklu minn FSWS 60. It-tfittxija għall-kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’ tas-sena d-dieħla bdiet! 70. Ta’ Erbatax-il sena fetaħ skola għat-tfal foqra – Artiklu mill-Missio

Kompetizzjoni

28. It-9 kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti 62. Tisliba bi premju 63. Il-logħba tal-Editur 78. Kompetizzjoni oroskopju minn PaulJon

Skeda

30 – 38. Skeda ta’ programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin

Intervisti oħra

22. Intervista ma’ Neil – L-għawwiem li qed jikser ir-rekords! 40. Intervista ma’ Mireille Bonello – Il-ħanut, it-televiżjoni u l-irwol ġdid ta’ omm 44. Intervista ma’ Bjorn Formosa – L-ALS u l-maratona tas-26 ta’ Settembru 72. Intervista ma’ Eleanor Spiteri – Il-kantanta u mudella

Skript © Content House 2021 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevoli ttieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.

GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

65. Strada Stretta: Episodju 7/ L-ewwel Staġun: It-tielet Parti

Riċetti

74. Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Għaġin ismar bl-asparaġi 75. Riċetta t’Anton B. Dougall – Insalata bit-tiġieġ

Oroskopju

77. Tagħrif dwar iż-żodjaku Virgo minn PaulJon 78. Iż-żodjaku ta’ dan ix-xahar

GWIDA Settembru 2021

9


Intervista

L-ITTRA TAL-EDITUR Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA Iftaħ ir-rivista minn wara! Wasalna f’Settembru, ix-xahar li forsi jaf jagħtina ftit arja kiesħa u nibdew nieħdu r-ruħ. Din l-edizzjoni ser tkun l-aħħar waħda li tara l-iskeda ta’ TVM2 tiġi ppubblikata. Dan għaliex fl-aħħar ta’ Lulju ġie mħabbar li l-istazzjon TVM2 ser jinbidel għal TVMnews+. Stazzjon iddedikat għall-ġrajjiet kurrenti, sports u tagħlim. Fuq TVM ser inkomplu naraw programmi ta’ varjetà u drama. Settembru għal ħafna nies ifisser bidla fir-rutina hekk kif ħafna studenti jerġgħu jirritornaw lura għal sena skolastika oħra. Iżda qabel tibda l-iskola hemm avveniment importanti li ser ikun qed jagħlaq kapitlu interessanti fl-istorja ta’ Malta. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru, proprju ġurnata qabel l-iskeda l-ġdida u r-ritorn ta’ ħafna studenti għall-iskola hemm ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha. Erġajna ser niġbru? Forsi ħafna hekk jaħsbu imma jekk tkunu tafu kemm din il-maratona ser tgħin nies, taħsbuha mod ieħor. Fis-26 ta’ Settembru, ser ngħinu lil Bjorn Formosa jiftaħ it-tieni dar. Dar Bjorn il-ġdida li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ bħalissa waslet fil-proċess tal-bini, proprjament fit-tielet sular. B’kollox il-proġett ġie jiswa €5.5 miljuni li minnhom baqa’ biss €926,000 x’jinġabru. Liema flus ser jagħmlu tajjeb biex tiġi installata l-għamara u t-tagħmir kollu meħtieġ għas-saħħa tar-residenti u l-pazjenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS u mard newroloġiku ieħor. Minkejja li saħħet Bjorn dejjem qed tonqos, il-grinta u l-passjoni biex jaħdem qed tkompli tiżdied. Persuna mogħnija b’don kbir li jwettaq il-ħolm tiegħu akkost ta’ kollox. Għal Bjorn ma kienx sajf faċli hekk kif tilef żewġ residenti f’Dar Bjorn Ħal Qormi fi żmien 7 ijiem. Kienet għafsa ta’ qalb kemm għal Bjorn u anke għarresidenti u l-ħaddiema ta’ din id-dar. Iżda dawn il-postijiet ġew mimlijin mill-ewwel minn żewġ pazjenti bl-ALS f’temp qasir. Dan għaliex il-lista li hemm ta’ nies jistennew din id-dar hija twila mhux ħażin. Dawn il-persuni, pandemija u mhux, sajf u xitwa, filgħodu 10 GWIDA Settembru 2021

u filgħaxija... ikollhom joqogħdu d-dar! Tista’ timmaġinak fuq siġġu, mingħajr ebda saħħa biex terfa’ jdejk sabiex iċċaqlaq imqar dubbiena li għandek fuq mnieħrek? Tista’ timmaġina kif tista’ torqod billejl mingħajr ma ċċaqlaq kif trid l-imħadda jew iddur fil-pożizzjoni tajba tiegħek? Dik li tagħmillek l-ALS, iġġibek skjav ta’ ġismek, priġunier ġod-dar tiegħek. Iżda bis-saħħa ta’ Bjorn u l-ħolma tiegħu li jiftaħ din id-dar aktar pazjenti ser tingħatalhom lura d-dinjità tagħhom. Id-dar ser tkun mgħammra b’apparat teknoloġiku li ser ikun qed jgħin lil dawn il-pazjenti jgħixu ħajja naqra iktar indipendenti. Ngħiduha kif inhi kulħadd ħa pjaċir, xħin l-awtoritajiet qalulna li nistgħu noħorġu mill-ġdid, stajna nifhmu għal ftit xi tfisser tkun imsakkar id-dar. Dawn il-pazjenti hekk huma; imsakkrin għal għomorhom minħabba l-kundizzjoni tal-ALS. Bjorn qed jagħmel minn kollox biex mhux talli jgħin lir-residenti li ser ikunu qed jgħixu kemm f’Ħal Qormi kif ukoll f’Ħaż-Żebbuġ, iżda jgħin ukoll madwar 300 pazjent imqassmin fid-djar tagħhom ma’ Malta u Għawdex. Bjorn lil dawn in-nies jipprovdilhom apparat mediku, tagħmir elettroniku bħal laptops speċjali biex jikkomunikaw u servizz ta’ fiżjoterapija u mediku. Dan kollu Bjorn jagħmlu b’xejn mal-pazjenti kollha li jitolbuh għajnuna u li jbatu minn mard newroloġiku bħal ALS, MS, Huntington disease... Dan kollu Bjorn jista’ jagħmlu bis-saħħa tad-donazzjoni tiegħek li mhijiex ser tagħmillek differenza kbira. Għalhekk iftaħ il-GWIDA bil-kontra biex tara n-numri u metodi ta’ donazzjonijiet biex inti wkoll tkun qed tagħti s-saħħa lil Bjorn ikompli jgħin lil aktar pazjenti bl-istess kundizzjoni tiegħu, jgħixu mill-ġdid. Għinu lil Bjorn illum u tinsewx issegwu l-maratona tas-26 ta’ Settembru! Grazzi.



Storja Prinċipali

ANGIE LAUS

Ħarsa lejn l-isbaħ mumenti ta’ Ħadd Għalik u x’ser tagħmel minn Ottubru li ġej?

12 GWIDA Settembru 2021


Storja Prinċipali

“Fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu jilagħbu l-logħob ta’ Ħadd Għalik u konna pprovdejnielhom l-props aħna.”

Ritratti: Clint Gerald Photography

Erbatax-il sena ilu, Angie kienet tipproduċi Kulħadd fil-Pjazza. Dan il-programm kien jixxandar fix-xitwa minn pjazez differenti li kienet vera diffiċli għax il-produzzjoni kienet tkun esposta għall-elementi ta’ barra; xemx, xita, riħ u kull ħaġa li tinqala’. Barra minn hekk Angie u t-tim kollu kien iqum fil-ħamsa ta’ filgħodu u din ma kienet togħġobha xejn. Wara din l-esperjenza kienu ssuġġerewlha tagħmel xi ħaġa differenti; u ħarġet bl-idea ta’ game show. Minn hemm beda Ħadd Għalik! Angie tgħidilna li l-idea tal-opposti jikkompetu kontra xulxin kienet ispirazzjoni mill-programm Taljan, Ciao Darwin. Ħaġa interessanti hi li l-isem intgħażel minn membru parlamentari! Angie tgħidilna, “Mhux jien kont għażiltu għax jien ma tantx ninqala’ għall-ismijiet. Dak Jean Claude, li llum hu membru parlamentari, kien ħareġ bih.” Kif evolva l-programm Ħadd Għalik? Fl-ewwel skeda, kunsilli lokali differenti kienu jilagħbu kontra xulxin u r-rebbieħ kien jirbaħ għaxart elef euro. Infatti kienu programmi vera kompetittivi u tant kienu daħlu fihom li kienet isserjat il-biċċa u aħna ma xtaqniex hekk; ridna xi ħaġa iktar leġġera. B’hekk il-programm beda jevolvi u daħħalna iktar logħob li jista’ jsir ukoll fid-djar jew waqt xi BBQ jew xi festini tat-tfal. Mhux biss it-tfal kienu jħobbu jilagħbu l-logħob ta’ Ħadd Għalik imma anke l-adulti. Kienu jilagħbuhom fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin – u konna pprovdejnielhom il-props aħna – kif ukoll f’events tal-kumpaniji. Kien hemm stejjer oħra. Darba, meta kelli xagħri vjola, kienu stednuni fl-iskola ta’ Ħad-Dingli biex nara

play, u nsib lil din it-tifla qasira, ħelwa, liebsa parrokka vjola timitani. Għamilt perjodu meta kont parti mill-proġett, Ambaxxaturi tal-Qari, kont immur naqralhom il-kotba mbagħad kont nagħmlilhom logħob bil-kotba, Aqra u ilgħab bil-ktieb! Ħadd Għalik kienu jarawh ukoll ħafna Awstraljani imma qatt ma sar l-Awstralja. Għaliex? Din hija waħda mill-affarijiet li tweġġagħni ftit, għaliex konna kważi wasalna biex nagħmlu programm minn hemm; kellna l-kuntatti u kollox, però sfortunatament inqala’ l-Covid u sfaxxa kollox. L-Awstraljani vera kienu jsegwuna u jibagħtulna, ġieli kienu jinżlu għall-btala Malta u jċemplulna biex jiġu jaraw il-programm. Mhux mill-Awstralja biss kienu jsegwuna imma anke mill-Kanada, mill-Iżvezja, minn kull fejn hemm Maltin jgħixu madwar id-dinja. L-aħħar skeda kellek ukoll lil Marku l-Awstraljan li għamel hit! Marku vera faqgħa, dak kont rajtu fuq Facebook u għidt kemm hu tad-daħk; dan karattru perfett għal Ħadd Għalik u bgħatnielu u aċċetta mill-ewwel. La ma stajniex immorru l-Awstralja, Marku kien irrappreżentant mill-Awstralja. Kellek ukoll ħafna opposti u timijiet. Liema kien dak l-oppost li tgħid, WOW dawn vera qablu flimkien? Niftakar programm partikolari fejn għamilna l-Punks kontra tal-Country, totalment opposti bil-karattru b’kollox, imma vera baqgħu

GWIDA Settembru 2021

13


Storja Prinċipali

ħbieb. Kellna l-għannejja u d-DJs. Dawn anke l-etajiet tagħhom kienu differenti. Dawn ma tinsihomx, speċjalment l-għannejja xħin jaqbdu jgħannu; konna vera ħadna pjaċir. Imma kellna ħafna opposti; diffiċli biex tagħżel. Kellna wkoll min irranġa fuq Ħadd Għalik u baqgħu flimkien! Mhux koppja waħda jew tnejn li ġew jilagħbu fuq Ħadd Għalik u spiċċaw koppja! Anke ġieli kienu jkunu opposti u jispiċċaw joħorġu flimkien. Kien hemm naqra match-making. Inti kont iżżomm ma’ xi ħadd jew le? Waqt il-programm le, għax jien ftit li xejn kien jimpurtani min jirbaħ. Jien l-interess tiegħi hu li waqt ilprogramm, in-nies jieħdu pjaċir, kemm min qed jilgħab u kemm min qed jarana mid-dar. Ġieli kienu jibagħtuli li qed inżomm ma’ xi ħadd però vera mhux il-każ. Qatt ma kont inżomm ma’ ħadd, ħlief meta jilagħbu l-patrijiet u s-sorijiet; dejjem inżomm mas-sorijiet u vera nipprova minn kollox biex jirbħu s-sorijiet. Imma għid il-verità, il-programm mat-tfal kien ikun pjanat? Tat-tfal u l-ġenituri? Dejjem, dak pjanat mill-bidu, dak jagħmlu x’jagħmlu t-tfal kont inkun naf li se jirbħu u l-ġenituri kienu jinħarqu ħafna, speċjalment waqt il-music machine għaliex konna nagħżlu mużika moderna li t-tfal ikunu jafuha. Wieħed mill-programmi li baqa’ jissemma kien ta’ Deċeduti. X’tgħidilna fuqu? Kif nista’ ninsieh dak il-programm?! Nibqa’ niftakru żgur. Ħa nibdew minn hawn. Jien, Abigail u Carlos ta’ Take 2 konna naħdmu flimkien, allura nafu lil xulxin sew; għandna rispett kbir lejn xulxin u bqajna ħbieb ħafna. Infatti jien dejjem nara l-programmi li tagħmel Abigail għax ngħidilha x’jogħġobni u x’ma jogħġobnix, u hi tagħmel l-istess miegħi. L-ewwel darba li rajt Deċeduti jien mitt bid-daħk. Jien vera għoġobni dan Deċeduti u mill-ewwel ġietni l-idea li nagħmlu programm bid-deċeduti u l-ħajjin. Dan kien l-ewwel programm li konna għamilna bil-karattri. Meta ħareġ il-programm jien kont imsiefra u nsejt x’kellu joħroġ, u l-mobile nfaqa’ bil-messaġġi sa anke Abigail ċemplitli impressjonata bil-programm daqskemm ħareġ tajjeb.

“Kien wasal iż-żmien biex jieqaf Ħadd Għalik.”

14 GWIDA Settembru 2021


Storja Prinċipali

Tista’ tgħidilna liema kienu l-aqwa tlieta? Deċeduti wieħed minnhom żgur, patrijiet u sorijiet, u meta lagħbu ġenituri kontra tfal, imma l-programm għamilnieh miċ-ċirklu u kien hemm madwar elf u ħames mitt tifel u tifla, u l-atmosfera kienet inkredibbli. Xħin tidħol u tara dawn it-tfal kollha jifirħu u jieħdu pjaċir iżommu mat-tim tat-tfal... L-aħħar survey tal-Broadcasting Authority, Ħadd Għalik reġa’ ġie l-ewwel fil-faxxa tiegħu. Kif tħossok? Lanqas nista’ nemmen. Jien lanqas rajtu mill-ewwel is-survey. L-għada dħalt, biex tara kemm ma kontx qed nistennieha. Kont naf li jarawh in-nies għax inti tieħu l-feel, imma mhux daqshekk. Ħassejtni kburija li waqqafna l-programm meta kien għadu fl-aqwa tiegħu u jien hekk xtaqt, li jieqaf mhux għax m’għadhomx jarawh in-nies. Din ta’ sodisfazzjon ħafna mhux biss għalija imma anke għat-tim. Kif iddeċidejt li twaqqfu mela? It was time... jien kien ilni naħsibha fil-verità, imma minħabba ċ-ċirkostanzi kienu jgħiduli “u ejja, erġa' għamlu sena oħra”, u inti tagħti l-istess impenn li tagħti flewwel sena, imma l-eċċitament ma jibqax bħal tal-ewwel sena għax inti, bħal kull ħaġa, tidra. Kull programm kont nieħu pjaċir nagħmlu imma kelli bżonn xi ħaġa differenti. Tinsiex kien hemm żmien li kont nagħmel Tough Luck fis-sajf, li kienet xi ħaġa differenti, imbagħad bejn ilCovid, bejn ħaġa u bejn oħra, waqafna wkoll. Meta WE Media flimkien ma’ PBS staqsewni, il-ħin huwa tiegħek trid tagħmel xi ħaġa oħra. Niftakar dakinhar f’mument spontanju (kulma ħaditli sekonda) aċċettajt li nagħmlu xi ħaġa oħra imma ma kontx naf xiex. Mort id-dar u nxħetna jien u tifel tiegħi Mick, li naħdmu ħafna flimkien u għamilna naqra brainstorming. Aħna dejjem għamilna programm li n-nies jistgħu jilagħbu logħob mid-dar bħalu; UEJJA huwa programm li n-nies jistgħu jilagħbu magħna mid-dar. Ħaġa li żammejna hi l-Music Machine għax tant kienet tintgħoġob u tant kienu jilagħbuha nies mid-dar li bilfors kellna nżommuha.

Kif jistgħu n-nies jilagħbu mid-dar? Inti tilgħab mid-dar bħalma tilgħab il-logħob ta’ Ħadd Għalik. Hemm logħob li inti tista' tikkomunika magħna fuq Facebook u tista' tirbaħ ukoll. Aħna bdejna ninnutaw f’Ħadd Għalik li logħob bħall-A to Z u l-Music Machine n-nies vera jħobbuhom. Ir-raġuni li jħobbuhom hi li dak il-ħin stess waqt il-logħba n-nies fid-dar ikunu qed jippruvaw jaqtgħuhom ukoll. Allura żammejna dan ilkunċett, u l-logħba Aqta’ l-Frazi u kwiżż b’naqra differenza. Għandna logħba fejn staqsejna 50 persuna differenti per eżempju liema hi t-togħma tal-ġelat favorit tagħhom u l-parteċipanti jridu jaqtgħu l-ewwel tmien pożizzjonijiet x’qalu dawn in-nies, imbagħad hemm ftit sorpriżi u filmati. Il-fatt li ħa jkunu tliet koppji tagħmlu differenti wkoll; koppji mhux fis-sens ta’ miżżewġin imma jistgħu jkunu ħbieb jew jaħdmu flimkien, koppji li jafu ħafna lil xulxin. Imbagħad hemm element ta’ luck ukoll kemm ħa jirbħu flus. Nispera li jirbħu ħafna. Jistgħu jirbħu sa elfejn ewro

“Filli kollox frivolu għallprogramm UEJJA, filli f’daqqa waħda naqilbu fuq suġġetti vera serji.”

GWIDA Settembru 2021

15


Storja Prinċipali

kull programm. Hemm qisu 6 logħbiet differenti matul il-programm u fl-aħħar hemm l-element tal-luck jekk jirbħux jew le. Għaliex jismu UEJJA? Meta konna qed naħsbu, konna qegħdin it-tim kollu flimkien u kulħadd beda joħroġ bl-ideat tal-isem talprogramm u kienet Mandy li ħarġet bl-isem UEJJA, u fil-fatt hi frażi li tintuża ħafna. Ovvjament ilkom taħdmu fuqu dan il-programm. X’inhuma l-preparamenti bħalissa? Mhux ħafna; ilna naħdmu fuqu xi xahrejn issa. Ikollna ħafna xogħol, aħna qegħdin tim ta’ produzzjoni ta’ sitta min-nies, kif ukoll erba’ edituri u l-kru tekniku. Allura bħalissa nkunu qed ngħaqqdu l-logħob, insibu l-mużika għall-music machine, niċċekkjaw li r-risposti tal-mistoqsijiet huma tajbin, nippreparaw il-filmati, iffilmjajna dik il-logħba tal-ħamsin persuna... Mandy qed tieħu ħsieb li tagħmel xi sorpriżi għan-nies, Jurgen qed jintervista lin-nies għax se nintroduċuhom b’filmat. Apparti hekk, minbarra UEJJA, it-tim tal-produzzjoni jieħu ħsieb programm ieħor, Topik, li ħa jippreżentah Quinton Scerri. Filli kollox frivolu għall-programm UEJJA, filli f’daqqa waħda naqilbu fuq suġġetti vera serji għall-programm Topik. X’ħa jkun Topik? Topik se jkun qed jidher fuq TVM News+ kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.30pm u kull nhar ta’ nhar ta’ Ġimgħa fit-8.30pm. L-idea hi li l-Erbgħa nibdew b’diskussjoni u l-Ġimgħa tkompli d-diskussjoni b’mod differenti. It-topiks huma vagi ħafna. Fl-ewwel programmi, pereżempju, ħa nitkellmu fuq il-prostituzzjoni. Filmument qed nagħmlu esperimenti u investigazzjonijiet. Pereżempju għandna intervista ma’ mara li missierha daħħalha fil-prostituzzjoni meta kellha 12-il sena. Għandna programm fejn ħa nitkellmu fuq l-obeżità u l-anoressija, u għandna proprju nies li għaddew minn hemm u qed nagħmlu esperimenti fuq x’naħsbu li t-tfal jieklu, lil min jippreferu n-nies, is-saħħa x’tagħmel. Huma programmi interessanti ħafna għax mhux qed inħallu diskussjoni biss imma wkoll se jkun hemm ħafna filmati abbinati mat-topik. Qed naħdmu wkoll programm fuq ilmewt, għandekx tkun taf jew le li se tmut, jew jekk tkun taf, x’tagħmel, jew kif għandek tgħid lil xi ħadd li jkun se jmut, niddiskutu x’jiġri wara l-mewt u waqt li tkun qed tmut. It-topiks huma varji u qed naħdmu fuq affarijiet esklussivi fuq skala nazzjonali.

16 GWIDA Settembru 2021

Taħseb li UEJJA jsegwi s-suċċess ta’ Ħadd Għalik? Nibża'. Fil-verità ansjetà kbira, mhux faċli, inti meta titlaq xi ħaġa li tkun sejra tajjeb mhux faċli xejn għaliex terġa’ tibda kollox mill-bidu u naħseb li kieku m’għandix tim tajjeb lanqas biss tgħaddili minn moħħi. Fl-istess ħin għandek l-eċitament ta’ xi ħaġa ġdida totalment. Naħseb li fil-bidu ħa jkun hemm nies li ħa jogħġobhom ħafna iktar u ħa jkun hemm nies li se jgħidu aħjar żammejtu Ħadd Għalik. Però dik xi ħaġa normali għax jekk xi ħaġa kienu drawha, diffiċli biex tinqata’, anke għalina.



Storja Prinċipali

Il-Meme kienet waħda mill-udjenza li l-aktar kienet tiġi fis-sala ta’ Ħadd Għalik. Fl-aħħar edizzjoni, minħabba l-Covid-19, kienet hi biss fis-sala. X’qaltlek il-Meme meta saret taf li Ħadd Għalik daqshekk? Ommi ma, għadni lanqas kellimtha lil Meme imma naħseb li qalet “u ejja”! Darba Ħadd Għalik twaqqaf milli jixxandar u hemm ukoll invażawlek il-mobile bil-kummenti. X’kien ġara? Dan m’ilux ħafna, mhux Diċembru li għadda imma ta’ qabel. It-tim tagħna jieħu ħsieb ukoll produzzjonijiet u events oħra, u dak iż-żmien konna qed nieħdu

18 GWIDA Settembru 2021

ħsieb L-Istrina u nibqa' niftakarha. Kien il-Ħadd u kellna l-ewwel rehearsal tal-entertainment kollu ta’ L-Istrina, u fl-istudjo kellna madwar 80 ruħ fi kmamar differenti, ma’ korjografi differenti qegħdin jitgħallmu ż-żfin ta’ L-Istrina. Tista' timmaġina jien kif inkun għax inkun qed nieħu ħsieb kollox, ħafna hassle. F'nofs dan il-ġenn kollu jċempluli biex jgħiduli li ħa jitwaqqaf Ħadd Għalik, kwarta qabel ma kien ħa joħroġ. Ġurnata qabel kont naf li kien hemm xi tip ta’ problema jekk joħroġx jew le, kont naf li min-naħa ta’ partit minnhom ma xtaqux li joħroġ, imma aħna ħriġna stqarrija li napprezzaw li ħassewhom hekk, imma l-programm huwa tajjeb biex joħroġ. Kien wasal żmien il-Milied, il-programm kien tad-daħk ħafna, kien


Storja Prinċipali

tajjeb u kien hemm għaqda bejn żewġ partiti, li hija xi ħaġa li togħġobni u kien mingħalija li kollox ok. Dak il-ħin xħin ma ħariġx, il-panik li tani kien kbir, għax partit partikolari jċempillek u jgħidlek għalfejn ma ħriġtux u l-partit l-ieħor qed jgħidlek aħna ma ridniex li joħroġ. Jien m’iniex persuna li nħobb nidħol ħafna fil-politika, imma l-PBS ħadu dik id-deċiżjoni u jiena ma stajtx nagħmel mod ieħor għalkemm ma qbiltx magħha. Imma għadda ż-żmien u ħriġna ħafna minnu fil-best of Ħadd Għalik għax minħabba l-Covid ma stajniex nibqgħu niffilmjaw Ħadd Għalik. Dak kien perjodu diffiċli ħafna għalina u kien fadlilna 9 programmi x’nirrekordjaw, u ddeċidejna li nagħmlu ġennata kbira li nagħmlu best of Ħadd Għalik ta’ 12-il sena. Dan ifisser li kellna naraw il-programmi kollha ta’ dawn l-aħħar 12-il sena, nagħżlu l-aqwa biċċiet minnhom u nagħmlu 9 programmi. Kienu niżlu tajjeb man-nies, imma x-xogħol li kien fihom kien immens u fosthom kien hemm ħafna klips minn dan il-programm fejn imbagħad iż-żewġ partiti kienu tawna l-permess li nużaw partijiet minn dan il-programm. Xi ħaġa li se jimmissjaw in-nies huma l-isfidi bejn Mario u PJ. Kif bdew dawn? Bdew vera b’ċikka. L-ewwel sfida kienet li jinżlu u jitilgħu t-taraġ tar-Riviera u kienu ħa jmutu għax dawn ma tantx huma fit, it-tnejn li huma. In-nies bdew jibagħtulna kemm intgħoġbot u bdew jivvintaw l-isfidi huma u spiċċajna nagħmluhom ta’ spiss. Imma dawn vera kienu jisfidaw lil xulxin, din ma kinetx ċajta għalihom, Mario u PJ huma ħbieb imma mhux waqt sfida. PJ ħa jkun miegħi fuq UEJJA, imma Mario le. Imma jien u Mario ħbieb kbar qisu għandna kuntratt għal dejjem, nagħmlu jew ma nagħmlux programmi flimkien, hemm ħbiberija enormi. Lil Mario nirrispettah daqslikieku kien ħija u anke hu jirrispettani ħafna.

“Jien waħda minn dawk, ma tistax timmaġina kemm nirrilassa fuq tal-linja.”

Inti tagħmel dan kollu mingħajr ma ssuq. Kif jirnexxilek? Imnalla ma nsuqx! Għax jien tant inkun għaddejja gas down, mobile u minn ħaġa għall-oħra li kieku nkun perikoluża fittriq. Irridu nifhmu li fil-ħajja mhux kullħadd tajjeb għal kollox; hemm nies li mhumiex tajbin biex isuqu, mhux billi għandhom il-liċenzja, imma għandhom jieqfu jsuqu. Jien waħda minnhom, m’iniex tajba biex insuq. Illum hawn ħafna mezzi biex tasal ’l hemm u ’l hawn, u issa biex tgħaxxaq, it-tifel qed jaħdem miegħi, allura ħafna mid-drabi jkolli mmur ix-xogħol miegħu – hemm taxis, jew id-driver tax-xogħol u jien ma niddejjaqx naqbad tal-linja. Jien waħda minn dawk. Ma tistax timmaġina kemm nirrilassa fuq tal-linja. Nieħu pjaċir noqgħod waħdi, nilbes il-headphones u noqgħod nisma’ d-diski u nibqa' nirrispondi l-emails fil-kwiet, vera nirrilassa. Min jaf kemm iwaqqfuk in-nies fuq tal-linja! Issa bil-maskra, bin-nuċċali u xagħri m’għadux ikun bilkuluri, allura n-nies ma tantx jagħrfuni. Imma jekk iwaqqfuni, inkellimhom bil-qalb kollha.

GWIDA Settembru 2021 19


Storja Prinċipali

F’Settembru WE Media għandha l-maratona ta’ Bjorn. Kif qed tippreparaw? Kollox f’daqqa; il-maratona ta’ Bjorn fis-26 ta’ Settembru u litteralment ġimgħa wara tibda l-iskeda. Bħal kull maratona, it-tensjoni tkun kbira ħafna. Programm jista' jmur ħażin, u jiddispjaċik, u forsi tagħmel xi lejl tibki, imma ma tkunx waqgħet id-dinja u ma tkun weġġajt lil ħadd, u ma tkunx għamilt xi differenza kbira fil-ħajja ta’ ħadd. Maratona mhux hekk. Maratona qed tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies, allura t-tensjoni u l-pressjoni tkun enormi, u għalkemm nippruvaw ma nuruhiex hemm tkun. Jien ilni żmien twil naħdem ma’ WE Media, u kont għamilt ħafna snin naħdem fuq Xarabank, u meta sirna nafu li Joe Debono, li kien parti mill-familja tagħna ta’ Xarabank, għandu l-ALS, aħna ħadnieha bi kbira ħafna. Tgħidli hemm ħafna iktar nies, imma xi kultant when it hits home b’xi mod tifhimha iktar is-sitwazzjoni, anke meta tibda tagħmel il-clips u tiltaqa’ magħhom, tifhem aktar it-tbatija li jgħaddu minnha. Anatole pereżempju, konna ħbieb żgħar, kien footballer, daqsi fl-età, tarah qed ibati, bilfors trid tgħin, din mhix maratona ta’ “u iva issa naraw x’jiġri”, m'hemmx ċans.

20 GWIDA Settembru 2021

Dawn in-nies u oħrajn qed jiddependu fuq dik il-ġurnata li tista' tibdlilhom ħajjithom jew tagħmlilhom ħajjithom ftit aktar faċli. Għalhekk il-maratoni huma stress kbira għalija, imma s-sodisfazzjon li nieħu wara, meta jkunu marru tajjeb, indiskrivibbli, tant li wara maratona ma norqodx bl-adrenalina li jkolli. Jiena naf li jekk Bjorn ma jiġborx biżżejjed flus, Bjorn ħa jkollu jħalli lin-nies barra, daqshekk serja għalija. Kif nista’ jien lil Joe Debono jekk ikollu bżonn Dar Bjorn jew lil Anatole, li nafhom personali u lill-oħrajn li ltqajt magħhom matul il-preparamenti tal-maratona, kif nista’ jien ngħidilhom ma nistax ngħinek – x’se jagħmlu dawn? Il-pressure għalhekk hi kbira. Issa aħna nħossuha waqt il-preparamenti tal-maratona xi tliet xhur qabel, immaġina Bjorn kemm ikollu iktar pressure għax jaħdmu kuljum fiha, l-istress li jkollok għax in-nies jiddependu fuqek, kemm hi diffiċli. Għalhekk napprezza l-ġenerożità tal-poplu Malti. Nispera li fis-26 ta’ Settembru kulħadd jerġa’ jingħaqad mhux għax Bjorn għandu bżonn l-għajnuna, imma għax Bjorn għandu bżonn l-għajnuna biex jgħin lil ħaddieħor. It-tim ta’ GWIDA jixtieq jawgura lit-tim kollu tal-WE MEDIA għall-programmi tagħhom.



Intervista

NEIL AGIUS

Għam għal 52 siegħa minn Lunisa sa Malta

Tintervista Sephora Cutajar Minn esperjenza kerha fejn inqabad ġo borża talplastik waqt li kien qed jgħum, l-atleta Olimpiku jikser rekord dinji sabiex ikompli jqajjem kuxjenza dwar l-ambjent. Sa ftit tal-ġimgħat ilu, Neil Agius żamm lil kulħadd fuq ix-xwiek, isegwi l-għawma tiegħu fejn anke bosta nies taw sehemhom billi jiġbru 6 biċċiet tal-plastik li jsibu mormija fil-bajjiet b’mod irresponsabbli permezz talisfida li nieda, Wave of Change. Ġimgħat wara li Neil Agius għam għal 52 siegħa minn Lunisa sa Malta tkellimna miegħu dwar il22 GWIDA Settembru 2021

preparazzjonijiet meħtieġa għal din l-għawma, dwar is-sagrifiċċji u dwar il-futur ta’ Wave of Change. Kif bdiet il-karriera tiegħek fl-atletika u l-għawm? Neil: L-għawm dejjem kien parti minn ħajti, niftakar ukoll meta konna mmorru għand in-nanna. Darba meta kelli tliet snin kelli inċident fil-pool waqt li l-kumplament tal-familja kienu qed jippreparaw l-ikel. Dak il-ħin ħadd ma nduna u mbagħad sabuni blu u kellhom jippumpjawli l-istonku biex joħroġ l-ilma. Niftakar il-ġenituri jgħiduli li wara l-inċident, bkejt ftit, imbagħad erġajt inżilt ngħum. Dejjem ħassejt


Intervista

ġibda għall-ilma u għall-għawm. Eventwalment bdejt immur il-lezzjonijiet talgħawm u bdejt ngħum man-Neptunes. Kuntent ħafna li grazzi għas-sagrifiċċji li għamilt, l-għawm ħadni f’diversi pajjiżi u saħansitra rrapreżentajt lil Malta fl-Olimpjadi tal-2004, u ħadt sehem f’diversi kampjonati dinjija oħra fosthom f’Barċellona, Melbourne u Quebec. Liema kienet l-ewwel sfida simili tiegħek? Neil: Wara li waqaft ftit mill-għawm għal madwar 7 snin, f’Jannar tal-2018 iddeċidejt li ridt ngħum madwar Malta u kont ftaħt bieb ta’ opportunità fejn ħajti tajtha tifsira; li nagħmel dawn l-isfidi, li nisfida lili nnifsi fiżikament u mentalment, u li nservi ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor. L-għan kien li nkun ta’ ispirazzjoni għan-nies sabiex jagħmlu aktar għażliet għaqlija fejn jidħol il-konsum tal-plastik fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ingħatajt responsabbilità li ma kontx naf li ser ikolli imma lest li nuża l-għodda kollha neċessarja b’mod għaqli matul dan il-vjaġġ. L-ewwel għawma tiegħi billejl kienet speċjali ħafna u nħossni xxurtjat li stajt nesperjenza l-kwiet u l-kalmizza li jġib miegħu l-lejl. Wara xi sigħat ngħum, inqbadt ġo borża tal-plastik li għattietli wiċċi kollu u dak il-ħin ħadt qatgħa kbira. Minn hemmhekk nibtet l-idea u l-kunċett ta’ Wave of Change bħallikieku l-ispirtu tal-oċean poġġa dik il-borża apposta sabiex ninqabad fiha u nkun il-vuċi tiegħu. Għawma bħal din kif tipprepara għaliha mil-lat fiżiku u anke dak mentali? Neil: L-ewwel ma nagħmel niddiskuti mat-tfajla u n-nies kollha viċin tiegħi inkluż il-familja u l-ġenituri, għaliex din hija xi ħaġa li ser tinvolvi lilhom ukoll u ser jgħaddu minn sagrifiċċji daqsi. Minħabba t-taħriġ li jkolli nagħmel, ilpreżenza tiegħi tkun limitata għaliex nersaq lejn id-dar biex nistrieħ biss għax inkun għajjien ħafna. Nitħarreġ għaliha qisni għandi xogħol full-time. Infatti matul il-ġimgħa nitħarreġ bejn 2 u 3 sigħat kuljum fil-pools filwaqt li l-Ġimgħa darba fil-pool u darba fil-baħar. Imbagħad is-Sibt nitħarreġ fil-baħar u dejjem inżid fis-sigħat. Nibda minn 3 sigħat sa 12-il siegħa.

“Meta kont żgħir kelli inċident fl-ilma.”

GWIDA Settembru 2021 23


Intervista

L-ikbar taħriġ huwa dak mentali u l-iktar li jinvolvi xogħol għaliex qed tpoġġi lilek innifsek waħdek fil-baħar għal ħafna sigħat u moħħok ser jiġri ħafna bik. Huwa kruċjali li tkun preparat sabiex tħossok kunfidenti f’li qed tagħmel. Jekk ma tħossokx kunfidenti definittivament, ser ikollok ħafna dubji. Dan filwaqt li għandu jkollok stampa tal-għawma kollha li ser tagħmel b’dak kollu li ġġib magħha inkluż uġigħ, skumdità u bram. Imbagħad inti tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex tibda timmarka l-ħsibijiet kollha li jkollok u taffaċċjahom waħda waħda. B’kuntrast għall-isfida tas-sena l-oħra, din kien fiha aktar kilometri. X’esperjenzajt li kien diffiċli aktar u/jew simili bejniethom? Neil: L-għawma ta’ madwar Malta kienet l-iktar waħda diffiċli għaliex ma kellix esperjenza f’dan l-isport tal-open water u long distance. Infatti minkejja li kont preparat sew fiżikament, mentalment ma kontx. Għaldaqstant kelli naffaċċja diversi sfidi u ċertu sitwazzjonijiet. Illum il-ġurnata nħares lejha aktar bħala sfida miegħi nnifsi u x’kapaċi nagħmlu aħna bħala umani. Xtaqt nuri li huwa possibbli li taffaċċja u tegħleb dawn is-sitwazzjonijiet jekk inti tipprepara ruħek mentalment ukoll.

24 GWIDA Settembru 2021

Matul din l-għawma esperjenzajt sfidi diffiċli ħafna. Kien hemm mumenti fejn qtajt qalbek? Neil: Kien hemm ħafna mumenti diffiċli u wħud minnhom kienu b’saħħithom ħafna, fosthom uġigħ f’saqajja, kif ukoll il-mewġ kontrija matul l-ewwel 24 siegħa li kont fil-baħar. Niftakarhom bdew jgħidu li lanqas fuq dgħajsa ma toħroġ f’baħar hekk, aħseb u ara tgħum billejl bejn pajjiż u ieħor. L-enerġija li bdejt inħoss fil-baħar kienet negattiva ħafna u ma ħassejtnix sigur. Bdejt inħoss li ħa jiġri xi ħaġa. Infatti bdejt nibża’ u waqt li kont qed ngħum bdejt ngħid bejni u bejn ruħi li aħjar nieqaf għax ma jistax ikun, qed tuġagħni sieqi u għadna lanqas bdejna. Bdejt inħoss li mhux qed tagħmel sens li nagħmlu din l-għawma dik in-nhar. Niftakar vera kont bkejt u bkejt għal għaxar minuti. Imbagħad ġew it-tobba u tawni xi ħaġa għall-uġigħ ta’ saqajja u bdejt inħossni ħafna aħjar. Qbadt rutina fejn bdejt naqdef għal nofs siegħa u mbagħad nieqaf biex nixrob u niekol, u nerġa’ ngħum nofs siegħa oħra u nirrepeti. Kien hemm ukoll l-alluċinazzjonijiet li kienu qawwijin ħafna li bdew ġejjin fit-tieni jum talgħawma tiegħi. Dawn kienu jinkludu mandalas, madalas blu deħlin ġo xulxin li sa ċertu punt kienu divertenti ħafna, tant li bdejt nara l-Atlantis taħti,


Intervista

iħarsu lejja u jxejruli. Bdejt nara nies maġenb bar, nies fuq id-deckchairs u nies għaddejjin mixjin. Hawnhekk qed nitkellmu fuq eluf ta’ metri fond li fil-verità huwa impossibbli li jiena kont ser nara l-qiegħ tal-baħar. Minkejja dawn id-diffikultajiet kont konvint li ser tagħmilha sal-aħħar? Neil: Iva, kont konvint li ser nagħmilha sal-aħħar! Ovvjament ikollok dawk id-dubji fl-aħħar ġimgħat għax bdejt ngħid li huwa possibbli li qed nara kbir li jiena qed nipprova nagħmel xi ħaġa li ħadd ma għadu għamel fiddinja. Jgħaddu ħafna affarijiet minn moħħok imma dak il-ħin li kont fuq is-sellum kont ċert, għax inti tkun għamilt dawk is-sagrifiċċji kollha biex issa tkun kapaċi tinżel dan issellum, bilwieqfa, tħares ’il barra biex tagħmel dak li inti trid tagħmel fl-aħħar mill-aħħar. Ħadd ma jġegħelni nagħmilha, qiegħed nagħmilha minn jeddi.

Ritratti: Marc Casolani

Meta lestejtha, kif ħassejtek u x’ħassejt meta rajt dawk in-nies kollha jilqgħuk? Neil: Meta dħalt fil-bajja tax-Xlendi kien relief kbir għax l-alluċinazzjonijiet li kelli qabel kienu full on tant li billejl lanqas stajt nara d-dgħajsa ħdejja u bdejt nara ħajt tassejjieħ quddiemi li qed nipprova nitla’ u naqbżu, u bdejt

nara l-baħar kollu aħmar. Iżda kif bdejt nersaq viċin il-bajja kollox ikkalma u l-viżjonijiet kollha telqu, u bdejt nisma’ lin-nies u anke nara x’kien hemm quddiemi, u l-affarijiet li kont qed nara kienu reali u mhux nimmaġinahom. Kelli dik is-sensazzjoni ta’ “We did it!”. Kont qed nistenna li jkun hemm nies jilqgħuni, imma ma kontx qed nistenna xi ħaġa hekk; kienet esperjenza verament speċjali, li ċertament m’iniex ħa ninsa daqshekk malajr. Imma mhux biss in-nies imma anke l-emozzjoni fl-għajjat tagħhom u l-mod kif laqgħuni kienet tinħass differenti mis-snin preċedenti. Din is-sena kienet tinħass iktar qawwija u ta’ ispirazzjoni. F’terminu ta’ loġistika, meta tiddeċiedi li tagħmel għawma bħal din, x’tirrikjedi? Ridna permessi mill-pajjiżi rispettivi u l-fatt li ninsabu waqt pandemija kellha l-limitazzjonijiet tagħha sabiex in-nies jikkoperaw magħna, tipo x’intom tagħmlu qed tippruvaw taqsmu l-baħar u tiġu bid-dgħajjes b’għoxrin ruħ meta hemm dawk in-nies kollha li qegħdin l-isptar? Fuq id-dgħajsa tan-navigazzjoni jkun hemm xufier, motivator sabiex jassigura li għadni alert u kif ukoll il-feeder li tieħu ħsieb titmagħni. Dawn kollha jkunu qed jaħdmu f’xifts ta’ sagħtejn u jbiddlu bejniethom. Dan ifisser li kull sagħtejn, l-ekwipaġġ jinbidel biex huma jibqgħu friski u alert, jekk ħa jkunu għajjenin, ħa jibdew joħduli l-enerġija flok ituni l-enerġija li għandi bżonn. Ikun hemm ukoll tliet tobba sabiex jekk jinqala’ xi ħaġa, ikunu jistgħu jagħmlu l-intervent neċessarju. Dawn kollha jkunu qegħdin hemm fuq id-dgħajsa stess.

Ritratti: Marc Casolani

“Bdejt nara n-nies iħarsu lejja u jxejruli taħti waqt li qed ngħum.”

GWIDA Settembru 2021 25


Intervista

Kulħadd jiġi bi ħġaru u “at their best self” u jikkommettu mija fil-mija li jagħmlu dak kollu li hu possibbli u dak kollu li hemm bżonn isir biex naslu minn point A sa point B. Huma jinkwetaw għal kollox u jiena kulma għandi bżonn nagħmel huwa li ngħum.

“Kienu jnewluli lasta ta’ xkupa biex ituni l-ikel.” X’kont tiekol? Neil: Kull tmienja u għoxrin minuta u nofs kont nieqaf għal minuta u nofs. Dak il-ħin ma nistax immiss mad-dgħajsa, ma jistgħux ituni lilo jew xi ħaġa biex nistrieħ fuqu; kemm inżomm mal-ilma u jwaddbuli flixkun imqabbad bi spaga biex nixrob u kemm inħallih hemm. Jew inkella lasta ta’ xkupa bit-tupperware mwaħħla magħha biex ituni l-ikel fiha. Matul dak il-ħin jiena nieħu smoothie li jkun preparat speċjali għalija. L-ikla ta’ wara kienet tikkonsisti f’gels magħmula apposta, li jkunu slow releasing gels, mingħajr zokkor, sabiex ituni l-enerġija u nibqa’ nirrepeti din ir-rutina. Wara li niekol irrid naħsel ħalqi bil-mouthwash biex itini naqra protezzjoni fuq ilsieni u ħalqi, eċċ. Mhix faċli, però inti m’intix qed tiekol biex tieħu gost imma biex tkun kilt ħalli ġġib l-enerġija neċessarja biex tkompli. Ma nistgħux ma nsaqsukx fuq il-proposta taż-żwieġ. Fixklitek li staqsietek eżatt qabel jew tatek iktar enerġija biex tagħmilha? Neil: Ma stennejthiex u fil-bidu ħsibt li din tista’ tfixkilni. Imma mbagħad waqt li kont qed ngħum, iktar bdiet ittini saħħa u bdejt nara li qed nagħmilha għalina u mhux għalija biss. Kien mument sabiħ ħafna u għalkemm ma stennejthiex ma noħodhiex bi kbira mingħandha, għaliex hija attivista kbira favur id-drittijiet tan-nisa. Fejn tixtiequ taslu permezz ta’ Wave of Change u hemm pjanati inizjattivi simili fil-futur qrib? Neil: Tlaqna mill-punt li ridna nqajmu kuxjenza rigward it-tniġġiż fl-ibħra tagħna għall-punt fejn għandna mira li niġbru miljun biċċa tal-plastik matul il-jiem tas-sajf. Irridu li nuru xi prodotti oħra hawn fis-suq, immorru fl-iskejjel u niltaqgħu mat-tfal u nitkellmu magħhom, għalkemm ovvjament bħalissa s-sitwazzjoni hija ftit limitata minħabba l-COVID-19. L-aħħar ħaġa li nixtiequ nagħmlu hija li nagħmlu lobbying sabiex inkunu katalisti f’bidliet ta’ wħud mil-liġijiet għaliex nemmnu li minn hemmhekk verament tista’ sseħħ il-bidla vera u verament jonqos l-użu tal-plastik.

26 GWIDA Settembru 2021

Qed nippjanaw li nagħmlu xi ħaġa żgħira iktar tard f’Settembru mbagħad xi ħaġa oħra f’Diċembru, imma rigward x’ħa jsir eżatt għadna ma ddeċidejniex iżda l-pjan qiegħed hemm. Din id-darba mhux ser inkunu fuq skala daqshekk kbira u serja bħalma nagħmel is-soltu imma xi ħaġa li ninsabu ħerqana ħafna għaliha. Possibbilment minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 nittamaw li aktar nies jingħaqdu magħna u nkunu nistgħu noħolqu attivitajiet għall-familja u l-ħbieb. Riċentament Jake Vella ġie ispirat minnek sabiex jagħmel l-isfida tiegħu. Kif tħossok meta sservi ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor? Neil: Hija xi ħaġa sabiħa ħafna li nista’ nservi ta’ role model għal dawn it-tfal. Ovvjament meta jibdew jagħmlu dawn l-isfidi iktar neċita ruħi u iktar nipprova ninvolvi ruħi magħhom ukoll biex ngħinhom fejn nista’ u ntihom parir fejn nista’. Din hija r-raġuni għalfejn qed nagħmlu dan; biex inqajmu l-pajjiż u nuruhom li huma jistgħu jagħmlu li jridu. Inti tista’ tagħmel li trid, tista’ tipprattika d-dixxiplina tiegħek u l-ħiliet tiegħek, u kollox huwa possibbli. L-affarijiet mhux ħa jsiru b’xejn, mhux ma tagħmel xejn, ħa toqgħod fuq is-sufan u tistenna li l-affarijiet isiru u jirnexxilek, bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja wara kollox. Skont kemm tinvesti ħin f’dak li tagħmel ser tieħu lura! Awguri Neil u jalla tkompli sservi ta’ ispirazzjoni għalina lkoll sabiex l-ambjent ta’ madwarna nagħtuh ir-rispett li jixraqlu!.

“Il-proposta taż-żwieġ ħsibtha ħa tfixkilni imma tatni aktar saħħa.”


27


IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA

9/ 12

Kulma trid tagħmel hu li ġġemma’ t-12-il kupun li ser joħorġu meta tiġi ppubblikata din ir-rivista tul din is-sena. Dan hu d-disa’ kupun. Jonqos li joħorġu 3 oħra. L-ewwel kupun ħareġ fl-ewwel edizzjoni ta’ Jannar. Ibgħat il-kupuni kollha f’daqqa sal-31 ta’ Diċembru, u tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti!

KUPUN 9 – Settembru 2021

Angie Laus X’jismu l-programm il-ġdid li ser tippreżenta Angie Laus?

(Tista’ ssib it-tweġiba mill-intervista li għamilna m’Angie li qiegħda fil-bidu ta’ din ir-rivista)

Q Uejja Q Ħadd Għalik il-ġdid Q Seratangie Ibgħat dan il-kupun flimkien ma’ 11 oħra fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

Contact us on T: 7909 2654 E: clintgerald@hotmail.com



Skeda

NHAR TA’ ĦADD 16:45 Il-Barokk 17:00 Teleshopping 17:30 Gadgets 18:15 Invenzjonijiet 18:30 Quddiesa 19:30 Sensilhena 20:00 English News 20:05 Malti Pur Shorts 20:15 The Way We Weren't 22:00 Simpatici 23:00 Sports News

TVM 06:30 Euronews 08:30 Tvam News 09:00 X'kien Gara Tassew 10:00 Kif Isir 10:30 Malta U Lil Hinn Minnha 12:00 News 12:15 Oops 13:00 Ninvestigaw X'qed Nieklu 14:00 Kieku Kien 14:30 Storjateatru 14:45 Teleshopping 15:00 News 15:05 Tertuqa 35 15:30 Gazebo 17:00 Ghajn 17:15 Venere 17:45 Mill-Palazz 18:00 News For The Hearing Impaired 18:15 Ghawdex Illum 18:45 Fil-Gnien Ma' Melo 19:15 Nota F'nota 19:45 Invenzjonijiet 20:00 News Bulletin 21:00 Malta Short Film Festival 22:00 Headline News 22:05 Serataron ® 23:00 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 @Magic 08:30 Ghajn 08:45 Muxrafija 09:15 Ahbar Tajba 09:30 Quddiesa 10:30 Rome Reports 11:00 Fredu L-Fra 14:00 Wirt 15:30 Gadgets Short 15:45 Bijografiji

30 GWIDA Settembru 2021

ONE 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:40 Tentufiet 09:00 Paperscan 10:30 Attivita' Politika 11:55 Reboot 12:30 One News 12:35 Teftif 12:45 Klassi Ghalina 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:30 One News 15:35 Ondroad 16:05 Arani Issa 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:10 Niftakru 20:35 Attivita' Politika 21:30 Liquorish 23:30 One News NET 07:00 Net News 07:30 Jekk Jogħġobkom 08:20 Najn – Vjaġġ Għall-Ħajja 08:30 Telebejgħ 09:00 Il-Quddiesa 09:45 Analiżi 11:00 Baker’s Kitchen 12:00 Net News 12:05 Telebejgħ 14:00 Net News 14:05 Telebejgħ 15:10 Rotta 15:20 Sport Extra 16:00 Net News 16:05 L-Istandard 16:30 Meander Arti U Kultura 17:00 Be Our Guest 18:00 Net News 18:10 Flusek 18:45 50 Sena In-Nazzjon 19:30 Net News 20:30 D Bbq Show 21:30 Net News 21:35 Profili 22:30 Fi Żmieni 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl

RAI 1 06:00 Rainews24 06:15 A Sua Immagine 07:00 Tg1 07:05 Overland 21 - Groenlandia: Inuit, Clima 08:00 Tg1 08:20 Uno Weekend 09:00 Tg1 09:04 Uno Weekend 09:35 Tg1 L.I.S. 09:40 Paesi Che Vai... Luoghi, Detti, Comuni 10:30 A Sua Immagine 12:00 Recita Angelus 12:10 A Sua Immagine 12:20 Linea Verde Estate Marchepomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Il Meglio Di Domenica In 16:00 Tutto Può Succedere 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:35 Techetechetèsera (Cambia Fascia Oraria) 21:25 Vivi E Lascia Vivere - Il Ritorno - L'in 23:30 Tg1 Sera 23:35 Speciale Tg1notte Italia 1 07:14 Grown-Ish - Primatv 07:34 L' Orso Yogi 07:41 Tom & Jerry Kids 07:56 Scooby-Doo Where Are You? 08:46 The Flintsones - Gli Antenati 09:16 The New Fred And Barney Show 09:45 Riverdale - Primatv 12:25 Studio Aperto 13:47 E-Planet 14:15 Lucifer 16:08 Whiskey Cavalier


Skeda

16:59 17:54 18:20 19:26 20:29 21:22

Whiskey Cavalier Will & Grace Studio Aperto Live C.S.I. - Scena Del Crimine C.S.I. - Scena Del Crimine Colorado

La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:55 Traffico 07:58 Meteo.It 07:59 Tg5 08:44 Meteo.It 08:45 Anam: Il Senzanome

10:00 Santa Messa 10:50 Melaverde - Le Storie 13:00 Tg5 13:39 Meteo.It 13:40 L'arca Di Noe' 14:00 Beautiful - Primatv 14:20 Una Vita - Primatv 16:00 L'isola Di Pietro 18:45 Conto Alla Rovescia 19:57 Tg5 20:00 Prima Pagina 20:00 Tg5 20:38 Meteo.It 20:39 Paperissima Sprint 21:20 Film

NHAR TA’ TNEJN 17:45 Invenzjonijiet 18:00 News 18:15 The Kitchen Musical 18:55 Gaulitan Concert 19:15 Mill-Imhazen Tal-Festa 19:45 Il-Bolla 20:00 News 21:00 Gadgets Summer 21:45 Nettuno 22:00 Realta' 23:00 News

TVM 06:30 Euronews 07:30 Tvam News 08:30 Rahal Twelidi 09:00 Ninvestigaw X'qed Nieklu 09:45 Pudinu U Sahbu 10:15 Wonderama 10:35 Teenybreak 10:45 Tahbil Il-Mohh 10:50 Wondergrove 10:55 Naqraw Flimkien 11:05 Zizi 11:10 Ilsienna Shorts 11:15 Hajjitna Ktieb 12:00 News 12:30 Sorelle 14:45 Malti Pur Shorts 15:00 News 15:05 Fredu L-Fra 16:00 @Magic 16:30 Teleshopping 16:45 Inkwilini 17:15 Ilsienna

TVM2 06:00 Euronews 08:00 X'hemm Mohbi 08:30 Ilsienna 09:00 Tezi 09:30 Quddiesa 10:30 Hygieia 11:00 Tertuqa 35 11:30 Wirt U Eredi 12:00 Pudinu U Shabu 12:30 Wonderama 12:50 Teenybreak 13:00 Tahbil Il-Mohh 13:05 Wondergrove 13:10 Naqraw Flimkien 13:20 Zizi 13:25 Ilsienna Short 13:30 Kuluri Tal-Awtizmu 14:00 Euronews 14:45 Gourmet Challenge 15:15 Fil Gnien Ma' Melo 15:45 Mill-Palazz 16:00 Dine Of Dishes 17:30 Quddiesa 18:30 Pudinu U Shabu 19:00 Wonderama 19:20 Teenybreak 19:30 Tahbil Il-Mohh 19:35 Wondergrove 19:40 Naqraw Flimkien 19:45 Zizi 19:50 Nettuno

20:00 News In English 20:05 Ilsienna Short 20:15 Tigrijiet Biss 20:45 Swim Up 21:15 Muxrafija 21:45 Il-Mara 22:00 7 Below 23:00 Sports News ONE 07:15 One News 07:30 Duurella 07:45 Liquorish Update 07:55 Primetime Preview 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Music Legends 10:30 Better Living 11:30 Tul Il-Kosta Maltija 12:00 Primetime Preview 12:10 Ulied Maltin 12:20 Liquorish Update 12:30 One News 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Fredu L-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:20 Primetime Preview 15:30 One News 15:35 Espresso 17:30 Flimkien Ma' Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet Shorts 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:00 Primetime Preview 20:15 Dak Kien Zmien! 20:45 Liquorish 23:30 One News 23:45 Liquorish Update 23:55 Trażmissjoni Matul Il-Lejl GWIDA Settembru 2021

31


Skeda

NET 07:00 Net News 07:45 Rotta 08:00 Kunsill Ġenerali Partit Nazzjonalista 09:00 D Bbq Show 10:00 Life & Style 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Simpatiċi 14:00 Net News 14:05 Simpatiċi 16:00 Net News 16:10 Telebejgħ 17:00 Bejnietna 18:00 Net News 18:10 Net Live 19:30 Net News 20:10 Imkejjen Storiċi 20:30 Newsroom 21:30 Net News 21:35 Man Up + 22:30 Intietef 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl

13:30 Telegiornale 14:00 Il Pranzo È Servito 14:50 Il Paradiso Delle Signore 4 Daily Stag 15:40 Estate In Diretta 1^ Parte 16:45 Tg1 16:55 Tg1 Economia 17:00 Che Tempo Fa 17:05 Estate In Diretta 2^ Parte 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:30 Techetechetèsera(Cambia Fascia Oraria) 21:25 La Vita Promessa 23:35 Tg1 Sera 23:40 Settestorie Italia 1 07:19 Piccolo Lord 07:46 Il Tulipano Nero E La Stella Della Senna 08:14 Rossana

RAI 1 06:00 Rainews24 06:30 Punto Europa 06:57 Previsioni Sulla Viabilità Cciss Viaggia 07:00 Tg1 07:10 Unomattina Estate 07:30 Tg1 L.I.S. 07:33 Che Tempo Fa 07:35 Unomattina Estate 09:50 Tg1 09:55 Dedicato 11:20 Tg1 11:25 Don Matteo 7 - Perfetta Tangopomeriggio(Cambia Fascia Oraria)

08:41 Georgie 09:07 Dr. House - Medical Division 10:09 Bones 11:10 Bones 12:08 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 12:59 Meteo.It 13:44 I Simpson 14:37 I Griffin 15:03 American Dad! 15:28 Big Bang Theory 15:57 The Goldbergs 16:55 Superstore - Primatv 17:23 Will & Grace 18:20 Studio Aperto Live 19:27 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:20 Freedom Oltre Il Confine La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:54 Meteo.It 07:59 Tg5 08:42 Cuore Di Leonessa 09:52 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 10:57 Forum 12:58 Tg5 13:33 Meteo.It 13:34 Beautiful - Primatv 14:11 Una Vita - Primatv 14:46 Brave And Beautiful - Primatv 15:41 Love Is In The Air - Primatv 16:54 Le Mie Nozze Country 18:45 Conto Alla Rovescia 19:40 Tg5 - Anticipazione 19:54 Tg5 20:00 Prima Pagina 20:01 Tg5 20:33 Meteo.It 20:38 Paperissima Sprint 21:39 Temptation Island

NHAR TA’ TLIETA TVM 06:30 Euronews 07:30 Tvam News 08:30 Mea 09:00 Luxdesign 09:45 Pudinu U Sahbu 10:00 Wonderama 10:30 Teenybreak 10:40 Tahbil Il-Mohh 10:50 Wondergrove 10:55 Naqraw Flimkien 11:05 Zizi 11:10 Ilsienna Shorts 11:15 X'sar Minnhom 12:00 News

32 GWIDA Settembru 2021

12:30 Sorelle 14:45 Gadgets Shorts 15:00 News 15:05 Simpatici 16:00 Ghawdex Illum 16:30 Teleshopping 16:45 Inkwilini 17:15 Ilsienna 17:45 Ghanja Tal-Poplu 2021 18:00 News 18:15 The Kitchen Musical 18:55 Gaulitan Concert 19:15 Muxrafija 19:45 Tal-Ewwel 20:00 News

21:00 The Malta Bbq League 22:00 Queens 23:00 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 Ninvestigaw X'qed Nieklu 09:00 Mill-Imhazen Tal-Festa 09:30 Quddiesa 10:30 X'sar Minnhom 11:00 Realta' 12:00 Pudinu U Shabu 12:30 Wonderama 12:50 Teenybreak 13:00 Tahbil Il-Mohh


Skeda

13:05 Wondergrove 13:10 Naqraw Flimkien 13:20 Zizi 13:25 Ilsienna Short 13:30 Xjenzarti 14:00 Euronews 14:45 Trasport 15:15 @Magic 15:45 Mill-Palazz 16:00 Dine Of Dishes 17:00 Il-Barokk 17:15 Teleshopping 17:30 Quddiesa 18:30 Pudinu U Shabu 19:00 Wonderama 19:20 Teenybreak 19:30 Tahbil Il-Mohh 19:35 Wondergrove 19:40 Naqraw Flimkien 19:45 Zizi 20:00 News In English 20:05 Ilsienna Short 20:15 3 Pointer 20:45 Sports Ghawdex 21:15 Malti Pur Short 21:30 Sommelier 22:00 Gadgets Short 22:05 L-Ispettur 23:00 Sports News ONE 06:15 One News 06:45 Tul Il-Kosta Maltija 07:15 One News 07:30 Duurella 07:45 Liquorish Update 07:55 Primetime Preview 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-Kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa T'ghajn 11:30 Tentufiet 12:00 Primetime Preview 12:10 Ulied Maltin 12:20 Liquorish Update 12:30 One News 12:40 Teftif 12:45 Tezori 13:00 Fredu L-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:20 Primetime Preview

15:30 One News 15:35 Espresso 17:30 Telebejgħ 17:45 Telebejgħ 18:10 Ieqaf 20 Minuta 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet Shorts 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:05 Primetime Preview 20:15 Fish On 21:00 Follow Up 22:30 Division 7 23:30 One News 23:45 Division 7 NET 07:00 Net News 07:30 Bejnietna 08:30 Net Live 10:00 Life & Style 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Simpatiċi 14:00 Net News 14:05 Simpatiċi 16:00 Net News 16:10 Telebejgħ 17:00 Bejnietna 18:00 Net News 18:10 Net Live 19:30 Net News 20:10 Imkejjen Storiċi 20:30 Magħkom 21:30 Net News 21:35 Grammi 22:30 Flusek 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl RAI 1 06:00 Rainews24 07:00 Tg1 07:10 Unomattina Estate 07:30 Tg1 L.I.S. 07:33 Che Tempo Fa 09:09 Unomattina Estate 09:30 Tg1 - Flash 09:35 Tg Parlamento 09:38 Unomattina Estate

09:50 Tg1 09:55 Dedicato 11:20 Tg1 11:25 Don Matteo 7 - Perché Non Lo Diciamo A Ppomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Il Pranzo È Servito 14:50i L Paradiso Delle Signore 4 Daily Stag 15:40 Estate In Diretta 1^ Parte 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:30 Techetechetèsera(Cambia Fascia Oraria) 21:25 Film Italia 1 06:52 Grown-Ish - Primatv 07:21 Piccolo Lord 07:48 Il Tulipano Nero E La Stella Della Senna 08:16 Rossana 08:42 Georgie 09:07 Dr. House - Medical Division 10:09 Bones 12:08 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 13:44 I Simpson 14:36 I Griffin 15:02 American Dad! 15:27 Big Bang Theory 15:57 The Goldbergs 16:24 The Goldbergs 16:56 Superstore - Primatv 17:23 Will & Grace 18:21 Studio Aperto Live 19:28 C.S.I. - Scena Del Crimine 20:30 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:15 Cornetto Battiti Live La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:59 Tg5 08:43 America: Un Anno Nella Natura Selvaggia 09:54 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 11:04 Forum 13:03 Tg5 13:34 Meteo.It 13:43 Beautiful - Primatv 14:08 Una Vita - Primatv 14:45 Brave And Beautiful - Primatv 15:36 Love Is In The Air - Primatv 16:46 Inga Lindstrom - L'altra Figlia 18:47 Conto Alla Rovescia 19:38 Tg5 - Anticipazione 19:57 Tg5 20:04 Tg5 20:34 Meteo.It 20:39 Paperissima Sprint 21:31 Riassunto - Mr Wrong - Lezioni D'amore 21:33 Film

GWIDA Settembru 2021 33


Skeda

NHAR TA’ ERBGĦA

TVM 06:30 Euronews 07:30 Tvam News 08:30 Rahal Twelidi 09:00 Ecodjar 09:45 Pudinu U Sahbu 10:00 Wonderama 10:30 Teenybreak 10:40 Tahbil Il-Mohh 10:50 Wondergrove 10:55 Naqraw Flimkien 11:05 Zizi 11:10 Ilsienna Shorts 11:15 Hajjitna Ktieb 12:00 News 12:30 Sorelle 14:45 Maltipur Shorts 15:00 News 15:05 Fredu L-Fra 16:00 Fil-Gnien Ma' Melo 16:30 Teleshopping 16:45 Inkwilini 17:15 Ilsienna 17:45 Ghanja Tal-Poplu 2021 18:00 News 18:15 Wirt U Eredi 18:45 Il-Kollezjonist 19:15 Maltin Responsabbli 19:45 Super 5 Lottery 20:00 News 21:00 L-Ispettur 22:00 Serataron 23:30 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 Nota F'nota 08:30 Ilsienna 09:00 Kieku Kien 09:30 Quddiesa 10:30 Hygieia 11:00 It-Tezi 11:30 Ghawdex Illum 12:00 Pudinu U Shabu 12:30 Wonderama 12:50 Teenybreak

34 GWIDA Settembru 2021

13:00 Tahbil Il-Mohh 13:05 Wondergrove 13:10 Naqraw Flimkien 13:20 Zizi 13:25 Ilsienna Short 13:30 Dimensja 14:00 Euronews 14:45 Gourmet Challenge 15:15 Mill-Imhazen Tal-Festi 15:45 Mill-Palazz 16:00 Dine Of Dishes 17:00 Ghajn 17:15 Teleshopping 17:30 Quddiesa 18:30 Pudinu U Shabu 19:00 Wonderama 19:20 Teenybreak 19:30 Tahbil Il-Mohh 19:35 Wondergrove 19:40 Naqraw Flimkien 19:50 Il-Barokk 20:00 English News 20:05 Ilsienna Short 20:15 Tigrijiet Biss 20:45 Ghawdex Illum Subtitled 21:15 Malti Pur Short 21:30 Gramma 22:00 Il-Bolla 22:05 Illahwa 00:00 Sports News ONE 06:15 One News 06:45 Il-Kostruzzjoni 07:15 One News 07:30 Duurella 07:45 Liquorish Update 07:55 Primetime Preview 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Dak Kien Zmien! 10:30 100 Idea 11:30 Moda L-Istorja 12:00 Primetime Preview 12:10 Ulied Maltin 12:20 Liquorish Update 12:30 One News 12:40 Teftif 12:45 Tezori 13:00 Fredu L-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:20 Primetime Preview 15:30 One News 15:35 Espresso 17:30 Telebejgħ 17:45 Telebejgħ 18:00 Habrikt 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet Shorts 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:00 Primetime Preview 20:10 Pajjizi 20:30 Melodija Taljana

21:00 Espressjoni 22:30 Division 7 23:30 One News 23:45 Liquorish Update NET 07:00 Net News 07:30 Bejnietna 08:30 Net Live 10:00 Life & Style 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Simpatiċi 14:00 Net News 14:05 Simpatiċi 16:00 Net News 16:10 Telebejgħ 17:00 Bejnietna 18:00 Net News 18:10 Net Live 19:30 Net News 20:10 Imkejjen Storiċi 20:30 Dritt Għall-Punt 21:30 Net News 21:35 Grammi 22:30 Meander Arti U Kultura 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl RAI 1 06:00 Rainews24 07:00 Tg1 07:10 Unomattina Estate 07:30 Tg1 L.I.S. 07:33 Che Tempo Fa 09:09 Unomattina Estate 09:30 Tg1 - Flash 09:35 Tg Parlamento 09:40 Unomattina Estate 09:40 Linea Verde Meteo Verde 09:50 Tg1 09:55 Dedicato 11:20 Tg1 11:25 Don Matteo 7 - Una Margherita Per Natalipomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Il Pranzo È Servito 14:50 Il Paradiso Delle Signore 4 Daily Stag 15:40 Estate In Diretta 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:30 Techetechetèsera(Cambia Fascia Oraria) 21:25 Superquark 23:50 Tg1 Sera 23:55 Superquark Natura Italia 1 07:23 Piccolo Lord 07:49 Il Tulipano Nero E La Stella Della Senna 08:17 Rossana


Skeda

08:42 Georgie 09:08 Dr. House - Medical Division 10:11 Bones 12:09 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 13:44 I Simpson 14:36 I Griffin 15:03 American Dad! 15:28 Big Bang Theory 15:57 The Goldbergs 16:56 Superstore - Primatv 17:24 Will & Grace 18:21 Studio Aperto Live 19:28 C.S.I. - Scena Del Crimine

20:34 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:26 Chicago Fire - Primatv 22:16 Chicago Med – Primatv La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:54 Meteo.It 07:59 Tg5 08:43 America: Un Anno Nella Natura Selvaggia 09:53 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 10:22 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 10:59 Forum

12:58 Tg5 13:33 Meteo.It 13:42 Beautiful - Primatv 14:07 Una Vita - Primatv 14:45 Brave And Beautiful Primatv 15:37 Love Is In The Air - Primatv 16:46 Zoo - Un Amico Da Salvare 18:49 Conto Alla Rovescia 19:41 Tg5 - Anticipazione 19:58 Tg5 20:00 Prima Pagina 20:05 Tg5 20:35 Meteo.It 20:40 Paperissima Sprint 21:36 Benvenuti Al Sud

NHAR TA’ ĦAMIS TVM 06:30 Euronews 07:30 Tvam News 08:30 Mea 09:00 Luxdesign 09:45 Pudinu U Sahbu 10:00 Wonderama 10:30 Teenybreak 10:40 Tahbil Il-Mohh 10:50 Wondergrove 10:55 Naqraw Flimkien 11:05 Zizi 11:10 Ilsienna Shorts 11:15 X'sar Minnhom 12:00 News 12:30 Sorelle 14:45 Gadgets Shorts 15:00 News 15:05 Simpatici 16:00 Mill-Imhazen Tal-Festa 16:30 Teleshopping 16:45 Illahwa 17:45 Ghanja Tal-Poplu 2021 18:00 News 18:15 Kif Isir 18:45 Il-Kollezjonist 19:15 Tertuqa 35 19:45 Dot Eu 20:00 News 21:00 Xtra Sajf 22:00 Sommelier 22:30 Harbour Life 23:00 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 Ninvestigaw X'qed Nieklu 09:00 Buckle Up 09:30 Quddiesa 10:30 X'sar Minnhom 11:00 Umani 11:30 Fil Gnien Ma' Melo 12:00 Pudinu U Shabu 12:30 Wonderama

12:50 Teenybreak 13:00 Tahbil Il-Mohh 13:05 Wondergrove 13:10 Naqraw Flimkien 13:20 Zizi 13:25 Ilsienna Short 13:30 Xjenzarti 14:00 Euronews 14:45 Nota F'nota 15:15 Ghawdex Illum 15:45 Il-Barokk 16:00 The Kitchen Musical 16:45 Muxrafija 17:15 Teleshopping 17:30 Quddiesa 18:30 Pudinu U Shabu 19:00 Wonderama 19:20 Teenybreak 19:30 Tahbil Il-Mohh 19:35 Wondergrove 19:40 Naqraw Flimkien 19:45 Il-Mara 20:00 News In English 20:05 Ilsienna Short 20:15 Storjateatru 20:30 Malta U Lil Hinn Minnha 22:00 Gadgets Shorts 22:05 Nostalgija 23:00 Sports News ONE 06:15 One News 06:45 Melodija Taljana 07:15 One News 07:30 Duurella 07:45 Liquorish Update 07:55 Primetime Preview 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 The Local Traveller 10:30 Pink Panther 11:30 Habrikt 12:00 Primetime Preview

12:10 Ulied Maltin 12:20 Liquorish Update 12:30 One News 12:40 Teftif 12:45 Tezori 13:00 Fredu L-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:20 Primetime Preview 15:30 One News 15:35 Espresso 17:30 Telebejgħ 17:45 Telebejgħ 18:00 Moda L-Istorja 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet Shorts 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:00 Primetime Preview 20:10 Pajjizi 20:30 Piroteknici

GWIDA Settembru 2021 35


Skeda

22:00 Tentufiet 22:30 Division 7 23:30 One News 23:45 Liquorish Update NET 07:00 Net News 07:30 Bejnietna 08:30 Net Live 10:00 Life & Style 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Simpatiċi 14:00 Net News 14:05 Simpatiċi 16:00 Net News 16:10 Telebejgħ 17:00 Bejnietna 18:00 Net News 18:10 Net Live 19:30 Net News 20:10 Imkejjen Storiċi 20:30 Il-Festa 21:30 Net News 21:35 Wiċċ Imb Wiċċ 22:30 50 Sena In-Nazzjon 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl RAI 1 06:00 Rainews24 07:00 Tg1 07:10 Unomattina Estate 07:30 Tg1 L.I.S. 07:33 Che Tempo Fa 09:30 Tg1 - Flash

09:35 Tg Parlamento 09:38 Unomattina Estate 09:50 Tg1 09:55 Dedicato 11:20 Tg1 11:25 Don Matteo 7 - Balla Con Me - Corsa Contpomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Il Pranzo È Servito 14:50 Il Paradiso Delle Signore 4 Daily Stag 15:40 Estate In Diretta 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:30 Sogno Azzurro, La Strada Per Wembleysera(Cambia Fascia Oraria) 21:40 Film Italia 1 07:23 Piccolo Lord 07:49 Il Tulipano Nero E La Stella Della Senna 08:17 Rossana 08:43 Georgie 09:11 Dr. House - Medical Division 10:14 Bones 11:12 Bones 12:10 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 13:44 I Simpson 14:34 I Griffin 15:00 American Dad!

15:26 Big Bang Theory 15:56 The Goldbergs 16:23 The Goldbergs 16:55 Superstore - Primatv 17:22 Will & Grace 17:5 Will & Grace 18:20 Studio Aperto Live 19:28 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:26 Film 23:42 Getaway - Via Di Fuga La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:54 Meteo.It 07:59 Tg5 08:42 Colombia: Coste Da Sogno 09:51 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 11:04 Forum 13:02 Tg5 13:38 Meteo.It 13:47 Beautiful - Primatv 14:14 Una Vita - Primatv 14:49 Brave And Beautiful - Primatv 15:40 Love Is In The Air - Primatv 16:53 Rosamunde Pilcher: Leggende E Magia - Primatv 18:55 Conto Alla Rovescia 19:46 Tg5 - Anticipazione 20:04 Tg5 20:44 Meteo.It 20:49 Paperissima Sprint 21:43 Paolo Borsellino

NHAR TA’ ĠIMGĦA TVM 06:30 Euronews 07:30 Tvam News 08:30 Rahal Twelidi 09:00 Ninvestigaw X'qed Nieklu 09:45 Pudinu U Sahbu 10:00 Wonderama 10:30 Teenybreak 10:40 Tahbil Il-Mohh 10:50 Wondergrove 10:55 Naqraw Flimkien 11:05 Zizi 11:10 Ilsienna Shorts 11:15 Hajjitna Ktieb 12:00 News 12:30 Sorelle 14:45 Malti Pur Shorts 15:00 News 15:05 Wirt 16:30 Teleshopping 16:45 Nostalgija 17:45 Ghanja Tal-Poplu 2021

36 GWIDA Settembru 2021

18:00 News 18:15 Gazebo 19:45 Superstar Lottery 20:00 News 21:00 Listen To Your Heart 22:30 Maltin Responsabbli 23:00 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 X'hemm Mohbi 08:30 Ilsienna 09:00 @Magic 09:30 Quddiesa 10:30 Hygieia 11:00 Xtra Sajf 12:00 Pudinu U Shabu 12:30 Wonderama 12:50 Teenybreak 13:00 Tahbil Il-Mohh 13:05 Wondergrove 13:10 Naqraw Flimkien

13:20 Zizi 13:25 Ilsienna Short 13:30 Personaggi 14:00 Euronews 14:45 Gourmet Challenge 15:15 Tertuqa 35 15:45 Storjateatru 16:00 The Kitchen Musical 16:45 Harbour Life 17:15 Teleshopping 17:30 Quddiesa 18:30 Pudinu U Shabu 19:00 Wonderama 19:20 Teenybreak 19:30 Tahbil Il-Mohh 19:35 Wondergrove 19:40 Naqraw Flimkien 19:45 Zizi 19:50 Mill-Palazz 20:00 News In English 20:05 Ilsienna Short 20:15 Ruggers


Skeda

20:45 Tvm Sports Sajf 21:45 Nettuno 22:00 The Malta Bbq League 23:00 Sports News ONE 06:45 Tentufiet 07:15 One News 07:30 Duurella 07:45 Liquorish Update 07:55 Primetime Preview 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Melodija Taljana 10:30 Indhouse 11:30 Taste & Travel 12:00 Primetime Preview 12:10 Ulied Maltin 12:20 Liquorish Update 12:30 One News 12:40 Teftif 12:45 Tezori 13:00 Fredu L-Fra 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:20 Primetime Preview 15:30 One News 15:35 Espresso 17:30 Telebejgħ 17:45 Telebejgħ 18:00 Il-Kostruzzjoni 18:30 Pjazza 19:15 Tentufiet Shorts 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:00 Primetime Preview 20:10 Pajjizi 20:30 Country Jamboree 21:00 Mad-Daqqa T'ghajn 22:00 Habrikt

22:30 Division 7 23:30 One News 23:45 Liquorish Update NET 07:00 Net News 07:30 Bejnietna 08:30 Net Live 10:00 Life & Style 10:30 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Simpatiċi 14:00 Net News 14:05 Simpatiċi 16:00 Net News 16:10 Telebejgħ 17:00 Bejnietna 18:00 Net News 18:10 Net Live 19:30 Net News 20:15 Flusek 20:45 Politika 21:30 Net News 21:35 Magħkom 22:30 Rotta 22:40 Dawra Mas-Salv 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl RAI 1 06:00 Rainews24 07:00 Tg1 07:10 Unomattina Estate 07:30 Tg1 L.I.S. 07:33 Che Tempo Fa 07:35 Unomattina Estate 09:30 Tg1 - Flash 09:35 Tg Parlamento 09:38 Unomattina Estate 09:50 Tg1 09:55 Dedicato

11:20 Tg1 11:25 Don Matteo 7 - La Cattiva Strada Un'ampomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Il Pranzo È Servito 14:50 Il Paradiso Delle Signore 4 Daily Stag 15:40 Estate In Diretta 1 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:30 Techetechetèsera(Cambia Fascia Oraria) 21:25 Top Dieci 23:55 Tg1 Sera Italia 1 07:23 Piccolo Lord 07:49 Il Tulipano Nero E La Stella Della Senna 08:15 Rossana 08:43 Georgie 09:09 Dr. House - Medical Division 10:12 Bones 12:08 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 12:59 Meteo.It 13:44 I Simpson 14:35 I Griffin 15:01 Big Bang Theory 15:56 The Goldbergs 16:57 Superstore - Primatv 17:23 Will & Grace 18:21 Studio Aperto Live 19:28 C.S.I. - Scena Del Crimine 20:33 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:27 Chicago P.D. - Primatv 22:18 Chicago P.D. – Primatv La 5 07:45 Prima Pagina Tg5 07:54 Meteo.It 07:59 Tg5 08:38 Colombia: Coste Da Sogno 09:54 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 10:23 Viaggiatori - Uno Sguardo Sul Mondo 11:02 Forum 12:58 Tg5 13:33 Meteo.It 13:42 Beautiful - Primatv 14:09 Una Vita - Primatv 14:45 Brave And Beautiful - Primatv 15:35 Love Is In The Air - Primatv 16:39 Marie Is On Fire - Solo La Verita' 18:45 Conto Alla Rovescia 19:35 Tg5 - Anticipazione 19:54 Tg5 20:00 Prima Pagina 20:01 Tg5 20:33 Meteo.It 20:40 Paperissima Sprint 21:32 Masantonio - Sezione Scomparsi - Primatv

GWIDA Settembru 2021 37


Skeda

NHAR TA’ SIBT 19:30 Sensilhena 20:00 News In English 20:05 Malti Pur Short 20:15 Eco Djar 21:00 Malta Short Film Festival 22:00 Simpatici 23:00 Sports News

TVM 06:30 Euronews 09:00 Umani 09:30 It-Tezi 10:00 Personaggi 10:30 Kuluri Tal-Awtizmu 11:00 Lenti 11:30 Mill-Imhazen Tal-Festi 12:00 News 12:30 F'gieh L-Imhabba 15:00 News 15:05 Kif Isir 15:30 Cappas 16:30 Buckle Up 17:00 Tghid X'inhu 17:15 Ghawdex Subtitled 17:45 Mill-Palazz 18:00 News 18:15 Gadgets Summer 19:00 Invenzjonijiet 19:15 @Magic 19:45 Lotto Draw 20:00 News 21:00 Liza Liza, Skies Are Grey 22:30 Gramma 23:00 News TVM2 06:00 Euronews 08:00 Malta U Lil Hinn Minnha 09:30 Holy Mass 10:30 Harbour Life 11:00 Oops 11:45 Ghajn 12:00 Maltin Responsabbli 13:00 Bijografiji - San Gwanni Pawlu Ii 14:00 Euronews 14:45 Gadgets Shorts 15:00 Futbol Mill-Arkivji 17:30 Teleshopping 17:45 Rome Reports 18:15 Ahbar Tajba 18:30 Quddiesa Mis-Santwarju Ta' Pinu

38 GWIDA Settembru 2021

ONE 06:15 One News 06:45 Ieqaf 20 Minuta 07:15 One News 07:55 Teftif 08:00 Quddiesa Tal-Jum 08:30 Better Living 09:30 Habrikt 10:00 Telebejgħ 10:30 Flimkien Ma' Nancy 11:30 Mad-Daqqa T'ghajn 12:30 One News 12:35 Teftif 12:45 Klassi Ghalina 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:30 One News 15:35 Espressjoni 16:45 Fish On 17:45 Piroteknici 19:20 One Sport 19:25 Rapport Tat-Temp 19:30 One News 20:15 Music Legends 20:45 Ilsien In-Nisa 22:30 Stejjer Wara T-Tmienja 23:30 One News 23:45 Trażmissjoni Matul Il-Lejl NET 07:00 Net News 07:30 Bejnietna 08:30 Net Live 09:45 Telebejgħ 12:00 Net News 12:05 Il-Quddiesa 12:30 Telebejgħ 13:30 Meander Arti U Kultura 14:00 Net News 14:05 Saħħtek 15:00 Ara Min Mar! 16:00 Net News 16:05 Jienint 17:00 Politika 18:00 Net News 18:10 Be Our Guest 19:30 Net News 20:10 Dawra Mas-Salv 20:30 Kuġini 21:30 Net News 21:35 Profili 22:30 L-Istandard 23:00 Net News 23:30 Xandiriet Għal Matul Il-Lejl RAI 1 06:00 Overland 21 Groenlandia: Tra Giganti Di 07:00 Tg1

07:05 Settegiorni 08:00 Tg1 08:18 Tg1 Dialogo 08:30 Uno Weekend 10:30 Il Meglio Di Buongiorno Benessere Estate 11:12 Che Tempo Fa 11:15 Passaggio A Nord-Ovest 12:00 Linea Verde Tour 12:30 Linea Verde Radicipomeriggio(Cambia Fascia Oraria) 13:30 Telegiornale 14:00 Lineablu - Asinara 15:00 Film 18:00 Amore In Quarantena 2 18:45 Reazione A Catena 20:00 Telegiornale 20:35 Techetechetèsera(Cambia Fascia Oraria) 21:25 The Voice Senior Italia 1 07:03 Grown-Ish - Primatv 07:24 Grown-Ish - Primatv 07:45 Mila E Shiro Due Cuori Nella Pallavolo 08:05 Mila E Shiro Due Cuori Nella Pallavolo 08:31 Occhi Di Gatto 09:25 Riverdale - Primatv 12:08 Cotto E Mangiato - Il Menu Del Giorno 12:25 Studio Aperto 13:46 Drive Up 14:24 Dc's Legends Of Tomorrow Primatv 15:15 Supergirl - Primatv 17:06 Supergirl - Primatv 17:55 Will & Grace 18:21 Studio Aperto Live 19:28 C.S.I. - Scena Del Crimine 21:25 Film 23:59 Gold - La Grande Truffa La 5 07:43 Prima Pagina Tg5 07:53 Meteo.It 07:58 Tg5 08:43 Meteo.It 08:49 Super Partes 11:00 Forum-21 12:58 Tg5 13:33 Meteo.It 13:41 Beautiful - Primatv 14:07 Una Vita - Primatv 14:45 Elisa Di Rivombrosa - Parte Seconda 16:41 Spirito Libero 17:38 Spirito Libero 18:45 Conto Alla Rovescia 19:37 Tg5 - Anticipazione 19:54 Tg5 20:00 Prima Pagina 20:01 Tg5 20:34 Meteo.It 20:39 Paperissima Sprint 21:24 All Together Now - Editing Estate



Intervista

MIREILLE BONELLO “Il-ħanut l-ewwel tarbija tiegħi, imma issa daqt ser ikolli t-tieni” 40 GWIDA Settembru 2021


Intervista

Iltqajna ma’ Mireille Bonello; wiċċ simpatiku u personalità versatili... preżentatriċi, xandara, mudella u imprenditriċi. Lil Mireille rajnieha tippreżenta diversi programmi fuq NET Television u fl-iskeda t’Ottubru tas-sena l-oħra rajnieha tippreżenta Kikkra Te. F’Settembru bdiet Net FM fejn kellha l-programm Rush Hour. Fl-intervista li għamilna magħha, Mireille tgħidilna li s-sena l-oħra kienet waħda speċjali hekk kif rat il-bidu tal-karriera tagħha fuq ir-radju. “Ir-radju kien ta’ sfida kbira għalija, mhux għax kont qed nagħmel il-programm ta’ filgħodu biss, iżda qatt ma immaġinajt ruħi naħdem fih. Kont inqum fil-ħamsa ta’ filgħodu kuljum biex nagħmel il-breakfast show ta’ Net FM. Qabel kont ngħid li xogħol fuq ir-radju ma jgħoddx għalija ghax kont ċerta li ser idejjaqni; ghalhekk kelli d-dubji, imma mbagħad ħeġġewni u aċċettajt. Kieku ma konniex fiż-żmien il-Covid, li kien żmien iebes, ma naħsibx li kont nidħol fid-dinja tar-radju. Fil-passat kelli offerti biex nidħol fir-radju, imma qatt ma aċċettajt. Spiċċajt biex ħadt pjaċir ħafna nagħmlu,” tistqarr Mireille.

Iżda għal xahrejn sħaħ, Mireille tgħib minn fuq ilprogramm u r-radju. Fuq il-mezzi soċjali avżat li kienet ser tieqaf għal ftit xhur. B’aħbar tajba Mireille tgħidilna li qed tistenna l-ewwel tarbija u li kien hemm bżonn li tieħu ftit ġimgħat brejk dak iż-żmien. Għalhekk minn qalbna nawguraw lil Mireille u lill-maħbub tagħha l-isbaħ xewqat hekk kif f’Ottubru, proprju mal-iskeda l-ġdida, ser isiru ġenituri ta’ tifla. Lejn l-aħħar ta’ Ġunju, Mireille rritornat għall-programm u kompliet bir-rutina tagħha. L-imħabba għall-ħanut tagħha tispikka u minn kliemha stajna nifhmu kemm dan il-proġett hu għal qalbha. Mireille tqisu bħala t-tarbija tagħha, “Dan ma kienx xi ħaġa li writt mingħand il-familja tiegħi, iżda kien proġett li ħdimt għalih, poġġejt saħħti kollha u llum kburija ngħid li għalaqna għaxar snin. Il-ħanut inqisu l-ewwel tarbija tiegħi...” tgħidilna bi tbissima. Bħal kull negozju ieħor, il-ħanut ta’ Mireille ġie affettwat ukoll bil-pandemija. “Bħal ħaddieħor, għamilt

Flimkien mar-radju, Mireille tippreżenta wkoll fuq in-Net Television u din is-sena rajnieha fi programm ta’ kuljum bl-isem ta’ Kikkra Te flimkien ma’ Valerie Vella u Marco Calleja. “Bħala tim vera qbilna u morna tajjeb ħafna. Meta tagħmel programm ta’ siegħa u nofs kuljum mhux faċli. Tal-inqas il-produzzjoni kienet kollha f’idejn Marco, iżda xi kultant jien u Valerie konna nagħtu daqqa t’id u nistiednu xi mistiedna wkoll. Bil-ħanut kien ikolli ftit limitazzjonijiet, però ħdimna tajjeb ħafna. Kienet l-ewwel darba li ħdimt ma’ Valerie. Aħna t-tnejn opposti, però meta niġu biex naħdmu flimkien jirnexxilna noħorġu sinerġija ħelwa bejnietna.”

GWIDA Settembru 2021 41


Intervista

xhur magħluqa li ma kinitx xi ħaġa faċli għalija. Talinqas kelli t-televiżjoni u r-radju għaddejjin, imma x-xogħol full-time tiegħi kien wieqaf. Minkejja li ftaħna, xorta waħda għadna ma qbadniex ir-ritmu daqs qabel. Peress li l-ħanut jispeċjalizza f’ilbiesi tat-tieġ u t-tiġijiet mhux qed isiru bħal qabel, ħadna daqqa kbira,” tgħidilna. “S’issa t-tiġijiet jistgħu jsiru imma b’mod limitat u kulħadd irid jibqa’ bilqiegħda. Din ovvjament kienet xi ħaġa li bidlet id-dinamika tat-tiġijiet f’pajjiżna, fejn qabel konna mdorrijin mmorru għal tieġ bilwieqfa u kulħadd jiżfen.” “Meta għandek mara, ma tistax toqgħod bilwieqfa u turi l-libsa tagħha, lin-negozju tagħna m’għinniex. Għalhekk għalija u negozji bħali ma nistgħux ngħidu li qegħdin bħal qabel. Iżda minn lenti personali, fil-

pandemija sibt ħafna ħin għalija nnifsi u kelli ċ-ċans li nesperimenta f’affarijiet li qatt ma kont ħlomt qabel,” tistqarr Mireille. Apparti l-moda u l-midja, Mireille tħobb ħafna l-matematika u l-finanzi. Għamlet xi żmien tistudja biex tilħaq accountant, iżda l-ħanut tagħha dak iżżmien kien prijorità. “Nixtieq ħafna nkompli l-istudji tiegħi, min jaf forsi jkolli ċ-ċans li nlestih il-kors! Kieku kelli nieqaf mill-ħanut naħseb dik it-triq li naqbad żgur! Is-suġġett jogħġobni ħafna, studju b’mod intensiv, u għamilt 13-il sena naħdem fl-accounts. Min-naħa l-oħra, il-moda kienet xi ħaġa li dħalt fiha minħabba l-familja tiegħi. Kemm il-moda, kif ukoll il-finanzi huma żewġ oqsma li jinteressawni immens,” tgħidilna fl-intervista. U tafu kif bdiet Mireille fil-midja? Peress li l-familja ta’ Mireille kellha ħanut tal-ħwejjeġ tat-tfal, kienet timmudella hemmhekk. Ta’ sittax-il sena, Mireille kienet ġiet avviċinata minn Sue Rossi u bdiet timmudella b’mod professjonali. Ftit wara, Ivan Gaffiero kien għamel kuntatt magħha sabiex tibda tippreżenta miegħu. “Ma’ Ivan Gaffiero preżentajt l-ewwel programm, ’Il bogħod mill-vizzju. Minn hemm kompliet tkabbar il-portafoll tagħha. Wieħed mill-programmi l-iktar popolari ta’ Mireille kien, Pop In, li kien jixxandar fuq TVM fl-2003. “Kien programm li kont nippreżentah ma’ Jonathan Abel. Dak il-programm kien jixxandar minn Axis. Programm interessanti immens, li minnu konna nagħżlu l-kantanti li kienu ser jitilgħu bħala backing vocalists mal-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Song For Europe. Ira kienet għadha kemm tikklassifika fit-tieni post u dak iż-żmien żdied l-eċitament. Ir-rebbieħa kienu marru jkantaw ma’ Lynn Chircop. Kienet sena fejn kont ukoll ippreżentajt il-festival flimkien ma’ Gianni u kont waħda mill-iżgħar preżentatriċi li qatt preżentaw il-festival,” tiżvela Mireille. Minn dak iż-żmien għaddew 18-il sena. “Issa għalaqt l-40 sena, il-ħajja tinbidel xi ftit. Filħajja għaddejt minn esperjenzi li tgħallimt minnhom, kbirt u immaturajt,” tgħidilna b’daħka. Tlabnieha tgħidilna liema kienet l-aktar ħaġa ta’ sodisfazzjon li wettqet

42 GWIDA Settembru 2021


Intervista

f’ħajjitha u bla tlaqliq Mireille tirrispondi, “il-ħanut hi l-aktar ħaġa għal qalbi”. Fatt kurjuż dwar l-isem tal-ħanut hu minn fejn oriġina parti mill-isem Mimi, “Ħija għaxar snin iżgħar minni, ismi ma kienx idurlu u kien jgħajjatli Mimi. Dan l-isem baqa’ sinonimu miegħi, allura ddeċidejt li nżidu wkoll.” Mistoqsija li qbadna lil Mireille fuq sieq waħda kienet, “Tgħidilna liema preżentaturi jafu jilbsu?”. Bħala persuna midħla ħafna tal-moda, ma stajniex ma nagħmlux din il-mistoqsija kemxejn nebbiexa. Wara ftit ħsieb, Mireille tagħżel lil Stephanie Spiteri u lil Moira Delia. “Dawn ittnejn l-ewwel li ġewni f’moħħni għall-istil tagħhom. Ħafna preżentaturi oħrajn huma konservattivi ħafna u joqogħdu attenti li ma jdejqux lit-telespettaturi. Meta xi ħadd ikun fuq it-televiżjoni, il-mod ta’ kif jidher huwa essenzjali. Nemmen li hija parti mix-xow li qed tagħti.”

Bejn ix-xogħol u l-midja, kif tirrilassa Mireille? “Jien inħobb nara ħafna programmi Taljani u l-hena tiegħi nara Netflix. Il-ħanut jeħodli ħafna mill-ħin tiegħi u l-ftit ħin ieħor li jkolli liberu nqattgħu barra flimkien mal-aktar għeżież tiegħi. Jien nippreferi nitlaq ’il barra u sakemm ikun is-sajf, nippreferi noħroġ u niltaqa’ ma’ koppji ħbieb tagħna.” Ser inkomplu narawha? Bħalissa Mireille qed tiffoka fuq it-twelid tat-tarbija tagħha u tinsab ferm eċitata għal dan il-pass. Min-naħa l-oħra fuq it-televiżjoni, Mireille tgħidilna li m’hemm xejn konkret, “Meta nara li t-tarbija hija fi ħdani, nara li kollox ikun mar sew, nadatta għall-ħajja f’dan l-irwol ġdid issa, imbagħad inkun nista’ niddeċiedi fuq il-proġetti futuri tiegħi.” Awguri Mireille. Ċertament li bħalma bbrillajt f’kull qasam li kont preżenti fih, ser tibbrilla bħala omm ukoll. GWIDA Settembru 2021 43


Intervista

BJORN FORMOSA

Fil-maratona tal-Ħadd 26 ta’ Settembru Bjorn jistiednek tgħinu jiftaħ it-tieni dar Fl-2015, Bjorn kien qiegħed fuq fomm kulħadd hekk kif xterdet l-aħbar li kellu l-kundizzjoni tal-ALS. Dak iżżmien kien hemm għaddejja l-ALS ice bucket challenge li kompliet iżżid l-għarfien fuq din il-kundizzjoni. Bjorn jistqarr li l-ewwel ma beda jħoss kienu tingiż u tnemnim. Imbagħad beda jesperjenza waqgħat spissi. Saħħet Bjorn baqgħet sejra lura, iżda l-imħabba u l-passjoni lejn ALS Malta baqgħet tikber. Minkejja n-nuqqas ta’ muskoli f’ġismu, Bjorn irnexxielu jiftaħ l-ewwel dar għall-pazjenti fl-2017. Din id-dar qed tieħu ħsieb 13-il pazjent. Biss id-domanda hija kbira! ALS Malta bħalissa qed tgħin

44 GWIDA Settembru 2021

aktar minn 300 pazjent madwar Malta u Għawdex. Kien għalhekk li nħass il-bżonn li tinfetaħ it-tieni dar. Din tista’ biss tkun possibbli ġaladarba jinġabru l-fondi kollha. Għalhekk fis-26 ta’ Settembru ser issir l-aħħar maratona biex jinġabru l-fondi meħtieġa. Tkellimna ma’ Bjorn Formosa f’DAR Bjorn, Ħal Qormi. Kif tinsab bħalissa Bjorn? Bħalissa ninsab mhux ħażin. Dan l-aħħar kelli daqsxejn iktar downs mill-aspett mediku, però dan, bħal dejjem, niġġieldu s-sitwazzjoni u nippruvaw nimxu ’l quddiem.


Intervista

“Immaġinak tkun ċatt fuq sodda, xi ħadd jorbtok u ma tista’ ċċaqlaq imkien ħlief għajnejk. Dik l-ALS.”

Minħabba li l-muskoli jibdew jittieklu blALS, tispiċċa titlef l-abbiltà li tiċċaqlaq. Taffettwak din? Ovvjament li taffettwak, li ma tistax tagħmel l-affarijiet li normalment tagħmel ta’ kuljum. Però issa drajt f’din is-sitwazzjoni u bħal dejjem naddattaw għan-nuqqasijiet li dejjem jiżviluppaw iktar ma’ jgħaddi l-ħin. Din is-sena tlift iktar abiltajiet f’idejja, fejn qabel kien jirnexxili nsuq il-wheelchair, issa qed issir iktar problema biex immexxih. Però din il-marda nafu kif tiżviluppa u dejjem irridu naddattaw għan-nuqqasijiet li jiżviluppaw.

Ħassejt xi differenza f’ġismek f’dawn l-aħħar ġranet jew ġimgħat? Il-marda ma tieqaf tipprogressa qatt, tibqa’ għaddejja kultant b’ritmu iktar bil-mod. Dawn l-aħħar ġimgħat qed ikolli ħafna problemi biex niekol għax qed nixraq kull meta nibla’. Qed ikolli ħafna choking episodes li kultant ikunu talbiża’ għax litteralment tibda tifga, kif ukoll il-ftit movimenti li kelli f’idejja u saqajja telqu wkoll. Dejjem nistennew x’inhi d-diżabilità l-ġdida li ħa titfaċċa iktar ma jgħaddi ż-żmien. Iżda dan mhux jien biss nesperjenzah imma kull min għandu l-ALS jgħaddi minn dan il-martirju kollu.

Kif tħossok li kontinwament trid l-għajnuna ta’ ħaddieħor? Jien persuna li ma tantx għandi kwiet f’ġismi, jiġifieri għall-ewwel tħossha, però mbagħad trid titrenja lil moħħok biex taċċetta s-sitwazzjoni. Trid tipprova tagħmel kollox b’mod ieħor u taċċetta lil xi ħadd li jgħinek il-ħin kollu. Jien għandi nurse miegħi l-ħin kollu peress li qiegħed imqabbad malmagna tan-nifs u għal kull ħaġa niddependi minn persuna oħra. Kultant nammetti li hija frustranti imma m’hemmx x’tagħmel, il-marda hi li hi. L-ALS hi ferm diffiċli imma b’xi mod jew ieħor naddattaw għaliha.

Tħoss uġigħ? L-uġigħ mhux direttament relatat mal-ALS però minn side effects oħra tista’ tgħid. Għax jekk tagħmel ġurnata sħiħa bilqiegħda fuq il-wheelchair ovvjament li ħa tħoss il-pressure fuq wara u jistgħu joħorġu feriti u wġigħ.

Minkejja li hawn ħafna awareness fuq ilmarda, hawn nies li għadhom ma jafux x’inhi. Kif tista' tispjega l-kundizzjoni tiegħek lil dawn in-nies? Jekk ma tgħix ma’ persuna b’din l-marda l-ħin kollu, tara biss il-qoxra tas-sitwazzjoni. Fil-verità hija vera sitwazzjoni diffiċli. Trid timmaġina lilek innifsek bħallikieku, tintefa’ ċatt fuq sodda, xi ħadd jorbtok b’ħabel u tipprova tiċċaqlaq u ma tista’ tagħmel assolutament xejn, ħlief movimenti b’għajnejk. Dik hi l-ALS.

Dan is-sajf kien impenjattiv ħafna u għamilt ħafna affarijiet. Hemm xi ħaġa li ħadt pjaċir tagħmel? Naħdem hux. Din is-sena qed naħdmu 24 siegħa kuljum biex nilħqu t-target u mhu qed inħalli l-ebda ħaġa ttellifni. Affarijiet ta’ żvog, kultant nieħdu gost immorru nieklu biex naqtgħu ftit mirrutina. Però t-target tant kemm huwa kbir li biex naslu s’hemmhekk irridu niddedikaw 24 siegħa minn ħajjitna għal dan l-objettiv. Bjorn 6 snin ilu, qabel kellek d-dijanjosi talALS, kont diġà taf li għandek x’għandek. Anzi ppreparajt attività biex tqajjem kuxjenza. X’ġara eżatt? Qabel ma kelli d-dijanjosi bdejt nirriċerka x’jista’ jkolli u sfortunatament iktar ma bdejt naqta’ l-options, iktar bdejt nersaq lejn l-ALS. Ftit ġimgħat

GWIDA Settembru 2021 45


Intervista

“Jekk tagħmel ġurnata sħiħa bilqiegħda mingħajr ma tiċċaqlaq ovvja li tħoss l-uġigħ.”

qabel ma rċivejt id-dijanjosi, biex żgur ma nitlef l-ebda mument, kont diġà bdejt nippjana l-ewwel attività li ħa nagħmel għal meta jkolli l-marda. Dan sabiex inkun billest u nisfrutta kull sekonda li nista’ ngħix.

għażla oħra; jew nagħmel l-operazzjoni jew immut. Però nistgħu ngħidu din hi t-tielet sena tiegħi minn mindu għamilt l-operazzjoni u kif jgħidu għadni nferfer, jiġifieri naħseb li ħadmet tajjeb bħala operazzjoni.

Ftit ilu bdejt tibża’ li se titlef l-leħen u rrekordjajt leħnek? Iva hawn software apposta li jirrekordjalek il-vuċi u l-kordi vokali biex meta titlef il-possibilità li titkellem, tkun tista' tħares lejn il-kompjuter u toħroġ il-vuċi bil-vuċi tiegħek, minkejja li ma tkunx tista' titkellem. Issoftware jipprogramma l-ispeech li toħroġ l-vuċi li tkun irrekordjajt fil-passat biex tkun tista’ tibqa’ tikkomunika bil-vuċi tiegħek. Imma llum il-ġurnata nemmen li hi xi ħaġa tajba imma mhux daqshekk fundamentali, l-importanti li jirnexxilek tikkomunika b’xi mod jew ieħor.

Temmen fil-mirakli? Illum il-ġurnata bl-affarijiet kollha li ġraw, biċċirkostanzi li naffaċċja, kultant ngħid iva l-mirakli vera jeżistu għaliex suppost ilni li tlaqt. Ġraw affarijiet vera inkredibbli biex bqajt miexi bil-proġett u rċevejt għajnuna straordinarja mingħand ċertu nies li ma tkunx qed tistennieha u ssib għajnuna biex timxi ’l quddiem. Iva l-mirakli jeżistu.

Sentejn ilu kellek tieħu deċiżjoni. Ma stajtx tibqa’ tieħu nifs permezz tal-maskra u ridt li tagħmel operazzjoni tat-trachea. Iżda din kienet riskjuża tant li t-tobba qalulek li ma jridux jagħmluhielek. Iva proprjament ikollhom ir-riservi tagħhom minħabba li hija operazzjoni maġġuri u tkun taħt il-loppju. Hemm bosta affarijiet li jistgħu jmorru ħażin u ma jkunux iridu jirriskjawlek ħajtek. Iżda min-naħa l-oħra, ma kellix

46 GWIDA Settembru 2021

Għaliex ħassejt il-ħtieġa li tibni t-tieni dar? Din hija neċessità eżistenti li għandna fis-soċjetà Maltija u hemm bosta nies li għandhom bżonn għajnuna ferm iktar iddedikata, u permezz ta’ dan il-proġett ta’ Dar Bjorn se jirnexxilna nindirizzaw din il-problema. Sibt ostakli biex tibni din id-dar? Din l-ikbar ċajta naħseb! Minn kollox inqala’ kemm ilna li bdejna b’dan il-proġett. Kellna żieda fil-prezzijiet għaliex hawn Malta kif ħafna jafu, hawn problema tar-rimi tal-iskart, allura kellna nħallsu d-doppju biex narmu l-iskart li ħareġ mid-demolizzjoni ta’ Dar


Intervista

Bjorn. Imbagħad kellna problema fil-blat għax meta bdejna nippruvaw inħaffru ċeda l-blat, allura ma stajniex inkomplu nħaffru. Għaddejjin bix-xogħol normali u nqalgħu spejjeż biex tinforza l-istruttura. Imbagħad inqalgħet il-Covid. Ovvjament kellha tiġi eżatt waqt li konna għaddejjin bil-proġett. Kellna wkoll problema ta’ parkeġġ. Imma kull problema li kellna, minkejja li kienu ħafna, kollha b’xi mod jew ieħor solvejniehom u sibna soluzzjoni għalihom. Dan bħal kull ħaġa fil-ħajja; għal kull problema li tinqala’ dejjem hemm soluzzjoni għaliha. Mela ma naqtgħu qalbna qatt għaliex dejjem hemm soluzzjoni għall-problemi li nsibu ma’ wiċċna. Kif kien il-mument meta dħalt l-ewwel darba f’DAR Bjorn il-ġdida? Kien ovvjament eċitanti għaliex qatt ma kont dħalt, apparti li rajtha mill-kameras. Dak il-ħin rajtha ftit żgħira u għidtilhom biex nagħmlu dar ikbar, però dik naħseb li kienet ċajta! ...Probabbli, issa naraw!

Fuq il-maratona li ġejja fis-26 ta’ Settembru... għaliex tippreparaw għaliha minn ħafna qabel? Kull ħaġa, fil-ħajja, trid preparazzjoni biex eventwalment tkun suċċess. Aħna dak li nagħmlu għall-kampanja. Hija ġurnata fundamentali li fiha nibbażaw il-maġġoranza tad-dħul li jkollna bħala fondazzjoni u allura nkunu irridu naraw li jkollna kollox kif suppost biex dakinhar nippruvaw niġbru l-ammont ta’ fondi li jkun hemm bżonn biex jitlesta xi proġett jew ieħor. Tkun eċitat dakinhar? Dakinhar, iktar milli nkun eċitat inkun qiegħed ngħix f’dimensjoni oħra fejn ma nkellem lil ħadd u ma niekol xejn u ma nixrob xejn; ma nkunx naf x’qed jiġri. Sempliċi nkun qiegħed hemm fl-istudjo nagħmel ħilti kollha u nittama li t-target li jkollna quddiemna jkun jista' jintlaħaq.

Jiġifieri wara dawn l-affarijiet titħajjar tagħmel dar oħra? Għalissa wara din il-battikata li ħadt ngħid le, però meta tiġi l-ġurnata li niftħu d-dar, imbagħad l-għada rridu naraw x’ħa nagħmlu. Issa naraw x’nivvintaw! ALS Malta ma tgħinx lir-residenti biss li jgħixu f’Dar Bjorn imma tgħin ħafna aktar pazjenti. Fiex tikkonsisti din l-għajnuna? Aħna fil-verità l-persentaġġ tan-nies li ngħinu ġewwa Dar Bjorn huwa ftit mill-mijiet ta’ pazjenti li għandhom bżonn għajnuna newroloġika f’Malta. Aħna noffrulhom servizz ta’ fiżjoterapija, OT, counselling, apparat mediku... Nippruvaw naqdu lil kullħadd.

“Irridu niddedikaw 24 siegħa minn ħajjitna għal dan l-objettiv.”

GWIDA Settembru 2021 47


Intervista

Hija ġurnata fundamentali li fiha nibbażaw il-maġġoranza tad-dħul li jkollna bħala fondazzjoni.”

X’kienet dik il-ħaġa li l-aktar missitlek qalbek? Ċertu ġesti ta’ nies li ġew u tawni litteralment kulma għandhom huma affarijiet straordinarji. Inkredibbli, għaliex dawn minkejja li ma jkollhomx konnessjoni diretta mal-marda, jiġu u jtuk ħafna, kemm minn aspett finanzjarju u kemm minn aspett ta’ sapport. Dawn issitwazzjonijiet iġagħluni nibqa' għaddej dritt u nemmen f’dak li nkun qed nagħmel u dejjem nagħmel iktar. X’inhuma t-3 affarijiet fuq il-bucket list? L-ewwel objettiv hu li titlesta Dar Bjorn u li nara l-pazjenti residenti kollha li daħlu, nara dar mimlija u li kollox qed jiffunzjona sew u hekk ikolli serħan tal-moħħ li l-proġett huwa komplut u lest mingħajr problemi. It-tieni waħda li nerġa’ nsiefer, probabbli New York, għax hija belt li dejjem affaxxinatni, minkejja li inkwetat għaliex fuq l-ajruplan meta titla’ ċertu altitudni,

l-ossiġnu jonqos, però xorta b’xi mod irrid nagħmilha. Ittielet objettiv (mhux għax hi t-tielet xewqa) li forsi jkun hemm xi Bjorn Junior. GWIDA tixtieq tawgura kull suċċess lil Bjorn u t-tim tiegħu fil-maratona li ġejja. Nixtiequ li bħala GWIDA niġbru somma sabiħa biex Bjorn ikun jista’ jiftaħ din iddar. B’hekk qed nistidnuk li tibgħat ittra b’donazzjoni lil Bjorn. Bjorn jieħu pjaċir jaqra l-ittri għax jagħtuh kuraġġ ikompli jaħdem. Ċekkijiet irridu jinkitbu f’isem ALS Malta. F’każ li tippreferi tibgħat sms jew iċċempel, tista’ tuża dawn in-numri: Ċempel: 5170 2016 – €15 jew 5180 2018 – €25 Ibgħat SMS: 5061 8936 – €6.99 jew 5061 9271 – €11.65

L-indirizz ta’ Bjorn hu dan: Bjorn Formosa, DAR Bjorn, 308, Triq il-Kbira, Ħal Qormi.

Għażiż Bjorn, Jiena (

) qarrejja tal-GWIDA. Nixtieq ngħinek f’dan il-proġett għax

Grazzi ħafna 48 GWIDA Settembru 2021



Editorjal

L-IMBIERKA SKOLA!

Il-preparazzjoni għal sena skolastika ġdida

50 GWIDA Settembru 2021


Editorjal

Dalwaqt jerġgħu jinfetħu l-bibien tal-iskejjel beraħ u l-istudenti ta’ kull età, bi ħġarhom jerġgħu lura lejn l-iskola bil-lapsijiet ixxarpnati, b’xi basket ġdid jew b’xi gadget modern li kważi kważi jitkellem u jikteb in-noti waħdu... kieku tajjeb! Dan iż-żmien huwa żmien partikolari ħafna. Min isejjaħlu żmien ta’ ġabra u min ikun għadu m’aċċettax li l-istaġun tas-sajf kważi wasal fi tmiemu u bdejna bilmod resqin lejn il-ħarifa, u għalhekk lejn sena skolastika ġdida. Il-ġenituri moħħhom mistrieħ għax it-tfal qegħdin l-iskola, filwaqt li l-istudenti, għalkemm forsi jdumu jitnikkru xi ftit filgħodu, imbagħad ilkoll tarahom sejrin bi ħġarhom lejn l-iskola, min biex jilħaq jagħti daqqtejn ballun u min biex jilħaq jgħid xi kelma jew tnejn fuq is-Sur Borg tal-Matematika u x-xogħol kollu li jkun għaddielhom il-ġurnata ta’ qabel. Huwa żmien eċitanti għall kull student u għal kull ġenitur. It-tfal ċkejknin nett jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn l-iskola, filwaqt li oħrajn ikunu waslu għall-aħħar sena tal-vjaġġ tagħhom u għalhekk ikunu ħerqana sabiex ikollhom f’idejhom dak iċ-ċertifikat li tant ikunu stinkaw għalih. Dan kollu bla dubju jgħodd għallġenituri kollha. Ġenituri ġodda ħerqana jwasslu liċċkejken jew liċ-ċkejkna tagħhom lejn l-iskola. Ġenituri ta’studenti akbar dlonk tarahom jiġru warajhom biex jistudjaw u biex jagħmlu moħħhom hemm kif kienet tgħid ommi lili, u dan għaliex jekk le, malajr jistgħu jinsewhom il-flus għall-weekend. Ġenituri ta’ studenti li waslu fl-aħħar snin tal-edukazzjoni f’livell terzjarju ma jifilħux jistennew iżjed bil-ħerqa biex jaraw lit-tifel jew lit-tifla libsin it-toga. M’għandniex wisq xi ngħidu, mur żommhom milli jieħdu xi ritratt mill-aqwa, ipoġġuh fi frame mill-isbaħ u jdendluh f’post fid-dar fejn jidher u fejn ta’ spiss jieqfu jitpaxxew iħarsu lejh. Insomma, żmien tassew partikolari għal kull ġenitur u student!

GWIDA Settembru 2021

51


Editorjal

Kif ser nippreparaw lilna nfusna għal din is-sena skolastika li jmiss? Huwa importanti li kemm il-ġenituri u kif ukoll it-tfal ikunu preparati għal sena skolastika ġdida fuq livelli differenti, kemm psikoloġiċi, emozzjonali u fiżiċi. Mingħajr ma rridu, naħsbu wkoll fil-pandemija li laqtet lill-pajjiżi kollha madwar id-dinja bħal sajjetta fil-bnazzi, u kif din ukoll ħalliet l-impatt tagħha fuq is-sistema edukattiva. Ilkoll kellna naddattaw għall-modi ġodda ta’ tagħlim. It-tfal baqgħu d-dar għal xi żmien u familji sħaħ għamlu sagrifiċċji kbar sabiex kemm ir-rota tibqa’ ddur, u kif ukoll sabiex uliedhom jibqgħu għaddejjin bit-tagħlim tagħhom mingħajr ma jiġu affettwati wisq. Fuq livell psikoloġiku u emozzjonali u anka fiżiku, huwa essenzjali illi l-ġenituri jew dawk il-persuni responsabbli millkura tat-tfal, u tfal ta’ kull età, jindirizzaw emozzjonijiet ta’ biża’ jew ansjetà fost oħrajn. Nibdew billi nisħqu kemm huwa ta’ ġid li nagħtu spazju lil uliedna sabiex

52 GWIDA Settembru 2021

jitkellmu dwar l-emozzjonijiet li jkunu qegħdin iħossu u jesperjenzaw. Hawn min jaħseb li dawn huma affarijiet li jgħaddu minnhom l-adulti biss, però dan mhuwiex minnu. Fil-fatt huwa ta’għajnuna kbira li nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu t-tfal u mhux inwaqqfuhom milli jitkellmu fuq emozzjonijiet ta’ ansjetà, biża’ jew nuqqas ta’ kuraġġ. Dan proprju jgħodd għallistudenti ta’ kull età u għalhekk kull ġenitur jeħtieġ li jikkomunika ma’ wliedu b’mod san. Allura x’għandna nagħmlu ? Għandna nagħtu valur għal dak li jkunu qegħdin jaqsmu magħna wliedna qabel jibdew jew jerġgħu jmorru lura lejn l-iskola, filwaqt li nużaw ton pożittiv u li jgħin lil uliedna jħarsu ‘l quddiem. Dan billi, pereżempju, naqsmu ma’ wliedna kemm aħna eċitati sabiex inkunu nafu kif kienet il-ġurnata l-iskola meta din tasal fi tmiemha, jew inkella billi nsaqsuhom għaliex huma ħerqana sabiex imorru l-iskola f’dik ilġurnata partikolari. Għandna nikkomunikaw


Editorjal

magħhom li anka aħna ser inħossu n-nuqqas tagħhom, madanakollu ngħidulhom kemm aħna ħerqanin sabiex narawhom jitgħallmu affarijiet ġodda. Hija xi ħaġa pożittiva wkoll illi nippreparaw xi mod ħelu ta’ kif insellmu lil uliedna qabel dawn imorru lejn l-iskola, bħal pereżempju tgħanniqa jew tnejn. Ma’ din ukoll nistgħu nżidu xi frażi ħelwa li sew il-ġenitur u sew it-tfal jgħiduha lil xulxin hekk kif dawn jerħula lejn triqithom. Meta nwasslu lit-tfal l-iskola jew għat-trasport ma naqsmux magħhom inkwiet jew problemi, anzi nagħmlu mezz li t-tislima tkun mimlija mħabba. Permezz ta’ dawn l-affarijiet żgħar inkunu qegħdin ngħinu lil uliedna jmorru l-iskola kuntenti u kunfidenti. Ta’ min iżid ukoll illi permezz ta’ din il-komunikazzjoni verbali u

anka b’ġesti bħalma hi tgħanniqa, inkunu qegħdin ngħaddu messaġġ ta’ sigurtà lil uliedna. B’ hekk ukoll uliedna jagħrfu li aħna nemmnu li huma ser jagħmlu kuraġġ u ser iħarsu ’l quddiem għallġurnata tal-iskola b’kunfidenza. Xi ftit ideat oħrajn sabiex kemm il-ġenituri u kif ukoll it-tfal, speċjalment dawk ta’ età żgħira jippreparaw sabiex jirritornaw lura lejn l-iskola huma dawn. 1. Inħallu lit-tfal jilagħbu u jesperimentaw waqt illogħob kultant b’rutina u xi drabi anka mingħajrha. 2. Nibdew nuru lit-tfal eżempji ta’ responsabilità u anka indipendenza. Eżempju ta’ kif nagħmlu dan huwa billi ngħallmu lit-tfal jiftħu l-kontenitur talikel waħedhom jew ngħallmu lit-tfal kif għandhom jilbsu u jinżgħu ġakketta waħedhom.

GWIDA Settembru 2021 53


Editorjal

3. Nuru lit-tfal kif tipprepara kolazzjon sempliċi, naqrawlhom storja qabel jorqdu u noħorġu passiġġata qasira magħhom; permezz ta’ dawn l-affarijiet inkunu qegħdin nassistu lit-tfal sabiex jibdew jagħrfu vokabularju ġdid u nintroduċu l-kunċett tal-Matematika. 4. Nibdew nipprattikaw għar-rutina tal-iskola mqar tlett ijiem qabel ma tibda l-iskola. Ngħidu aħna nqumu f’ħin tajjeb biżżejjed sabiex naraw li nlaħħqu nagħmlu l-affarijiet li jkun hemm bżonn qabel it-tfal jerħula lejn l-iskola u l-ġenituri għall-impenji tagħhom għal dik il-ġurnata. L-istess jgħodd għar-rutina talirqad, hekk kif nuqqas ta’ konsistenza f’din kapaċi tħalli l-impatt tagħha fuq l-emozzjonijiet tagħna, u anka fuq il-mod ta’ kif inġibu ruħna, sew aħna l-adulti u sew uliedna. Ir-rutina tista’ tinħadem mat-tfal stess. Tajjeb li nżommu f’moħħna li l-ippjanar minn qabel huwa essenzjali sabiex nevitaw affarijiet tal-aħħar minuta proprju f’dik l-ewwel ġurnata tal-iskola! Punt qasir ieħor tal-aħħar f’dan ir-rigward huwa li interessanti kif permezz ta’ mistoqsijiet bħal “ Issa x’taħseb li ser jiġri?” jew “X’qed tinnota?” inkunu qegħdin ngħinu lil uliedna sabiex jaħsbu u anka jipprattikaw il-lingwa minn età żgħira qabel jibdew imorru l-iskola jew inkella qabel jerġgħu jirritornaw lejn ilvjaġġ edukattiv tagħhom. Għamilt lista ta’ x’għandek bżonn? Ta’ kull sena jkun hemm bżonn tara x’jonqsok biex tkun preparat għal sena skolastika ġdida. Preparajnielek lista sħiħa ta’ dawk l-affarijiet li wieħed normalment jixtri qabel tibda l-iskola; • Uniformi jew f’każ li ma tużax uniformi allura tara li għandek ħwejjeġ addattati. • Basket tal-iskola u aħsiblu għall-cooler biex iżżomm l-ikel. • Affarijiet ta’ stationery bhal pinna, riga, gomma, temprina, lapsijiet, kuluri, highlighters, markers, folders, name tags, calculator, kumpass... • Djarju jew tracker biex iżomm rendikont ta’ x’għandek tagħmel. • Sticky notes biex tiftakar f’dawk l-affarijiet importanti. • Gadgets bhal headphones, laptop, tablet, mikrofonu u kamera, taf int tkun preparat ħalli f’każ l-iskola tkun online ikollok l-aħjar apparat meħtieġ. • Karti biex tikteb jew pitazzi. 54 GWIDA Settembru 2021

• Flixkun għal ilma li tista’ tirriċiklah u ma tixrobx minn dawk tal-plastik. Dan tajjeb li jinħasel ta’ spiss u jista’ jservik ħafna. Xi ngħidu rigward attivitajiet extrakurrikulari? Filwaqt illi huwa neċessarju li nippreparaw dak kollu li jkollna bżonn għall-iskola, bħal ngħidu aħna l-kotba, l-uniformijiet, lapsijiet, gomom u pinen, tajjeb li nżommu f’moħħna wkoll l-affarijiet li niġu bżonn għall-attivitajiet extrakurrikulari. Dawn l-attivitajiet jinkludu klassijiet tal-arti, tal-kant, ta’ xi dixxiplina ta’ żfin partikolari, klassijiet għal tagħlim ta’ xi strument bħall-pjanu jew il-kitarra jew il-vjolin. L-isports huwa attività importanti ferm ukoll u hawn diversi klassijiet ta’ sport li wliedna jistgħu jipparteċipaw fihom. Dawn jinkludu klassijiet tal-ġiri, tal-karate, futbol, tennis, fost diversi forom oħrajn ta’ sport. Ta’ min wieħed jistqarr li dawn l-attivitajiet fost ħafna oħrajn għandhom impatt kbir immens fuq is-saħħa fiżika u dik mentali wkoll. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet it-tfal mhux biss ikunu qegħdin jitgħallmu xi dixxiplina jew oħra imma jkunu qegħdin jiġu mħarrġa f’ħiliet soċjali hekk kif iridu jikkomunikaw ma’ sħabhom tat-tim, jidraw personalitajiet differenti, jaħdmu bħala tim sabiex flimkien jilħqu l-għan tagħhom u wkoll jagħtu s-sapport mistħoqq lil xulxin. Bissaħħa ta’ dawn l-attivitajiet diversi, it-tfal isiru jafu wkoll iżjed lilhom infushom, ikomplu jibnu l-karattru u s-self esteem tagħhom, isiru jafu ħafna aktar dwar il-ħiliet tagħhom u jinnotaw kwalitajiet ġodda fihom infushom li qatt ma kienu skoprew qabel. Dan kollu għandu l-kapaċità li jagħti l-għarfien sabiex tifel jew tifla jaraw fejn jixtiequ jaslu aktar ’il quddiem fil-ħajja tagħhom ukoll. Fir-rigward ta’ attivitajiet extrakurrikulari li jinvolvu attività fiżika tajjeb ninnotaw illi diversi studji wrew kif dawn jistgħu jegħlbu diffikultajiet fis-saħħa mentali kif ukoll dawk fiżiċi bħalma hi l-obeżità. Għandna nikkomunikaw ma’ wliedna dwar l-attivitajiet extrakurrikulari li jixtiequ jinvolvu ruħhom fihom. Inutli li nagħżlu aħna għalihom, għaliex jekk l-attività ma jkunux qegħdin jagħmluha minn qalbhom, dan jista’ jwassal għall-istress fit-tfal.


Editorjal

Korsijiet part-time Min jaf kemm hawn minn dejjem xtaq jagħmel xi kors partikolari però qatt ma rnexxielu minħabba diversi raġunijiet. Min għax irid jieħu ħsieb it-tfal u min għax iħoss li issa kiber wisq biex imur lura fuq il-bank taliskola, fost mijiet ta’ raġunijiet oħra. Ħafna drabi jgħidu li jekk ma taqbadx u tagħmel ilpass, dan il-pass ma tagħmlu qatt. Kulma trid tagħmel huwa li tara eżattament x’inhi l-linja li inti interessat fiha, issib id-dettalji tal-iskola jew tal-istituzzjoni li

tipprovdi dak ix-xorta ta’ tagħlim, u tapplika jew inkella ċċempel sabiex titlob laqgħa għal iktar informazzjoni. Lokalment insibu diversi istituzzjonijiet li jipprovdu korsijiet part-time, anka f’ħinijiet differenti tal-ġurnata u mhux neċessarjament filgħaxijiet, rigward suġġetti kwalunkwe. Lista li jekk tibda ssemmi ma tispiċċa qatt: korsijiet għal infermiera, għal counsellor, għal stilista tax-xagħar, għal mekkanik, korsijiet tal-lingwa, korsijiet għal gwida mat-turisti, korsijiet sabiex wieħed jitgħallem dwar in-nutrizzjoni jew inkella sabiex wieħed

GWIDA Settembru 2021 55


Editorjal

jiggradwa bħala kok jew koka, korsijiet tal-kompjuter, korsijiet rigward l-istorja ta’ pajjiżna, korsijiet rigward il-biedja, fost listi twal ta’ korsijiet provduti minn skejjel lokali u diversi. Kulma trid tagħmel huwa li taħseb ftit fuq dik il-ħolma li kellek, li tagħmel dak il-kors. Ħolma sabiħa u li s’issa għadek ma wettaqtx. Tibżax, qatt mhu tard. L-unika ħaġa li verament trid tagħmel huwa li temmen fik innifsek imbagħad jaqa’ kollox f’postu f’ħakka t’għajn. L-aħħar nota ... nipprevenu l-influwenza ! Filwaqt li ndawru ftit is-suġġett, is-suġġett li jmiss huwa wkoll relatat mal-iskola. Tajjeb li nkunu nafu x’inhuma dawk l-affarijiet u l-prodotti li wieħed għandu jagħmel użu minnhom sabiex jevita l-influwenza, hekk kif dalwaqt jibda l-istaġun tagħha. Nibdew billi nsemmu x’inhuma

dawk il-vitamini li permezz tagħhom wieħed ikun qiegħed jilqa’ milli jimrad bl-influwenza, jew inkella jgħin lil ġismu sabiex jiġġieled l-influwenza fi żmien iqsar. Il-vitamina Ċ li nsibuha fil-larinġ, fil-bżar tal-kulur, filfrawli u fil-brokkoli fost oħrajn, tgħin sabiex tnaqqas isseverità tas-sintomi tal-influwenza, u kif ukoll il-perjodu tal-influwenza. Il-vitamina D hija bl-istess mod essenzjali sabiex kemm tnaqqas is-severità tas-sintomi u t-tul tażżmien li wieħed jagħmel bl-influwenza. Din tinsab f’ikel bħalma huwa s-salamun u l-isfar tal-bajd. Din il-vitamina noħduha wkoll meta nkunu esposti għax-xemx u tgħin lill-ġisem uman ukoll sabiex jassorbi l-minerali li huma tant essenzjali għal saħħitna. Vitamina oħra hija dik imsejħa B6. Din insibuha fittonn, fit-tiġieġ, fil-patata u anka fiċ-ċiċri. Din il-vitamina għandha rwol tassew importanti fl-iżvilupp tal-moħħ u fis-sistema nervuża. Nuqqas ta’ din il-vitamina jwassal għal sistema immunitarja ħafna inqas b’saħħitha, u dan iwassal sabiex wieħed ikun aktar espost għall-influwenza u infezzjonijiet respiratorji oħrajn. Il-manjesju, vitamina li nsibuha fl-ispinaċi, fiż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, u fiċ-ċikkulata skura, hija vitamina li tgħin sabiex wieħed jevita li jimrad bl-influwenza. Hija vitamina essenzjali għaliex tgħin biex tirregola s-sistema immunitarja ta’ ġisimna. Iż-żingu, li jinsab fil-laħam aħmar, fil-frott talbaħar, fil-legumi u anka fiż-żrieżagħ, jgħin sabiex iċ-ċelloli fis-sistema immunitarja jkunu kapaċi jikkomunikaw bejniethom aħjar. Permezz ta’ dan kollu, iċ-ċelloli jiġġieldu kontra ċelloli oħrajn infettati b’xi virus. Bħaż-żingu, li huwa vitamina li jinsab kemm fl-ikel u kemm bħala suppliment li wieħed jista’ jixtri mingħand spiżeriji lokali, anka mingħajr ir-riċetta tat-tabib, wieħed isib supplimenti oħrajn li jista’ jieħu sabiex jipprevenu l-influwenza. Wieħed mis-supplimenti huwa s-suppliment veġetali tal-pjanta Echinacea. Supplimenti oħrajn huma l-kannella u l-ġinseng. Ikel ieħor li huwa san u li jgħin lis-sistema immunitarja wkoll jinkludi frott bħalma huma t-tuffieħ, it-tadam u l-blueberries. It-tewm, iż-żejt taż-żebbuġ, ħobż magħmul mill-qamħ sħiħ, te talġinġer u anka l-ilma huma kollha ikel u xorb li jgħinu lil ġisimna jiġġieled l-influwenza. Nawguraw lill-istudenti, lill-ġenituri u lil dawk kollha li b’xi mod jagħtu sehemhom fis-sistema edukattiva, sena skolastika mimlija tagħlim u avventuri ġodda.

56 GWIDA Settembru 2021



Editorjal

LURA LEJN L-ISKOLA! Ġenituri preparati se jiffaċilitaw aħjar il-vjaġġ ta’ wliedhom lura lejn l-iskola. Ann Marie Ciantar - Service Manager, Child Protection Service, FSWS

58 GWIDA Settembru 2021


Editorjal

Waslu tmiem il-vaganzi tas-sajf u bidu ta’ sena skolastika ġdida. Kemm il-ġenituri, kif ukoll it-tfal jibdew jippreparaw ruħhom għall-iskola: xiri ta’ uniformijiet, kotba, basktijiet, stationery, trasport u attivitajiet extrakurrikulari. L-iskola ġġib magħha rutina fil-ġurnata differenti mill-ġranet liberi tas-sajf. Għalhekk il-ġenituri kif ukoll it-tfal ikollhom bżonn li jipprepraw lilhom infushom mentalment u emozzjonalment għal din il-bidla. Hija biċċa wġigħ ta’ ras għall-ġenituri sabiex jerġgħu jdaħħlu lil uliedhom f’rutina ġdida u dan jiddependi wkoll skont l-età tat-tfal. Tfal li huma kemxejn imfarfrin jibdew jifhmu l-kunċett li jridu jidħlu jorqdu kmieni sabiex filgħodu ma jqumux għajjenin. Bosta ġenituri jaffaċċjaw sfida sabiex it-televixin, il-logħob teknoloġiku u l-użu tal-internet ma jibqax sejjer sa tard billejl iżda jieqaf sa ċertu ħin. Min-naħa l-oħra ġenituri ta’ tfal li għadhom se jidħlu fis-sistema edukattiva u r-rutina tal-iskola għall-ewwel darba, se jkunu qed jaffaċċjaw sfidi emozzjonali u psikoloġiċi wkoll. Dawk it-tfal li qatt m’attendew child care centres, l-esperjenza tas-separazzjoni mill-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsiebhom se tkun sfida ġdida għalihom u jiddependi kemm fuq il-karattru tat-tfal u l-esperjenzi li jista’ jkun diġà ltaqgħu magħhom fis-snin bikrija ta’ ħajjithom. Qabel jibdew jippreparaw lil uliedhom għalliskola, il-ġenituri għandhom bżonn jippreparaw lilhom infushom huma stess. Kull ġenitur iħoss

għafsa ta’ qalb meta jiġi biex jissepara l-ewwel darba u jafda lil uliedu fil-kura ta’ persuni oħra. Kull ġenitur jagħżel li jibgħat lil uliedu l-iskola għax l-edukazzjoni hija dritt fundamentali tat-tfal fejn it-tfal jibdew jimirħu fis-soċjetà, jissoċjalizzaw u jilagħbu ma’ tfal tamparahom. L-iskola tagħti spazju kreattiv lit-tfal sabiex jibdew jibnu l-identità u l-għarfien tagħhom. Il-ġenituri għandhom jibdew ikellmu lil uliedhom żgħar minn kmieni u forsi anke jinvolvuhom fixxiri tal-uniformi, tal-basket tal-iskola u jirreferu għal tfal oħra li diġà jattendu l-iskola bħala eżempju.Il-ġenituri għandhom jispjegaw bi kliem sempliċi li kif l-iskola tispiċċa huma se jerġgħu jirritornaw għalihom u joħduhom lura d-dar. Dan is-sens ta’ sigurtà, tfal żgħar ikollhom bżonnu biex innaqqsu l-ansjetà tas-separazzjoni. Inżommu f’moħħna wkoll li mhux tfal żgħar biss iħossu din l-ansjetà tas-separazzjoni iżda anke tfal ikbar fl-età jistgħu jesperjenzaw ansjetà meta tkun qed tinbidel ir-rutina mill-vaganzi tas-sajf għar-ritorn lejn l-iskola. Iż-żmien tal-pandemija li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar sena u nofs ma jgħinx lanqas speċjalment fost dawk it-tfal li ma setgħux jattendu minħabba l-kundizzjonijiet vulnerabbli ta’ saħħithom. Ġenituri preparati se jiffaċilitaw aħjar il-vjaġġ ta’ wliedhom lura lejn l-iskola. F’każ li qed taffaċċja xi tip ta’ diffikultà relatata ma’ dan is-suġġett, tista’ tikkuntattjana fuq 22959000 għall-gwida professjonali.

GWIDA Settembru 2021 59


Ritratti: Kurt Mizzi

Editorjal

L-ISPETTAKLU LI ŻAMM LILL-MALTIN U GĦAWDXIN IMWAĦĦLIN MAL-ISKRIN ĦA JIRRITORNA – DIN ID-DARBA IKBAR MINN QATT QABEL!

Ritratti: DOI - Clodagh O'Neil

It-tfittxija għall-kanzunetta tas-sena d-dieħla bdiet!

60 GWIDA Settembru 2021

Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija għamel ir-ritorn grandjuż tiegħu f’Marzu li għadda. Ritorn li ra 20 semifinalist jippromovu lilhom infushom u l-kanzunetti tagħhom fuq il-mezzi taxxandir, fuq il-midja soċjali, fuq ir-radju u anke fuq diversi siti lokali. L-ewwel edizzjoni kellha suċċess enormi, tant hu hekk li fl-ewwel sena tagħha, il-kompetizzjoni rat 149 sottomissjoni. Numru sabiħ għallkompetizzjoni ta’ din ix-xorta. Iżda l-iktar ħaġa impressjonanti kien il-fatt li 320K telespettatur ra dan l-ispettaklu fuq medda ta’ tlett ijiem. Rekord mill-isbaħ. Dan fisser li kull min ħa sehem, esebixxa l-kanzunetti oriġinali tiegħu fuq skala nazzjonali. Il-kanzunetti kellhom rispons pożittiv mill-udjenza u anke mis-settur tad-divertiment, tant hu hekk li wħud minnhom daħlu fi klassifiċi varji, filwaqt li wħud mill-artisti ddeċidew li saħansitra jniedu l-filmat mużikali tal-kanzunetta li ppreżentaw f’Mużika Mużika. Il-kanzunetti ġew maħruġa wkoll


Editorjal

fuq il-pjattaformi diġitali bħal spotify, Youtube, eċċ, sabiex dawn jibqgħu jitgawdew minn udjenzi f’pajjiżna u anke barra minn xtutna. Din kienet pjattaforma, li l-kantanti, kompożituri, awturi u kull min tassew iħobb ilmużika Maltija kien ilu jitlob. Is-suċċess ta’ Mużika Mużika wera li n-nies kienu tassew imxennqa għal xi ħaġa bħal din. Qatt f’pajjiżna ma rajna l-mużika Maltija ċċelebrata bil-mod kif ġiet iċċelebrata waqt Mużika Mużika u dan żgur ta’ ħajr lil Festivals Malta u t-tim kbir ta’ nies li ħadmu għal dan il-festival. Il-festival attira stili differenti ta’ mużika, artisti ġodda u saħansitra bands lokali. Dan ifisser li kulħadd jista’ japplika għalih, u ħadd m’għandu jiddejjaq jippreżenta xi ħaġa differenti. Id-diversità tiġi tassew iċċelebrata f’dan il-festival. Bogħod mir-rebħ, il-festival hu pjattaforma inkredibbli li tgħin artist javvanza fil-karriera mużikali tiegħu, fejn wieħed ikollu l-opportunità li jilħaq udjenzi li aktarx qatt ma kellu ċ-ċans li jilħaq qabel. Il-premijiet ta’ din is-sena huma fantastiċi. Bħas-sena li għaddiet, kull semifinalist ħa jkun qed jingħata €500 sabiex iservu ta’ għajnuna fl-ispejjeż tal-festival – iva, sewwa qrajtu. Is-semifinalisti kollha ser jingħataw premju monetarju. Il-kanzunetta li tispiċċa fl-ewwel post ħa tirċievi s-somma mill-isbaħ ta’ €20,000dik tat-tieni post tieħu s-somma ta’ €10,000, filwaqt li l-kanzunetta li tispiċċa fit-tielet post tieħu €5,000. Apparti dawn ilpremijiet jingħata wkoll t-trofew lill-kanzunetta bl-aħjar interpretazzjoni u trofew għall-aħjar kompożizzjoni. Dak mhux kollox! Il-kanzunetta rebbieħa jkollha wkoll vidjo mużikali miġbud professjonalment. Wieħed jista’ jara l-filmat mill-aqwa li nġibed għall-kanzunetta rebbieħa tal-edizzjoni li għaddiet, filmat meħud oneshot li żgur ħalla impatt mill-aqwa u serva biex ilkanzunetta rebbieħa tibqa’ tingħata promozzjoni lil hinn mill-festival. L-ispettaklu tal-aħħar edizzjoni kien wieħed mill-aqwa, iżda l-ispettaklu tas-sena li ġejja għandu jissupera dak li rajna din is-sena. Tant hu hekk, li l-preparamenti loġistiċi diġa bdew u t-tim ta’ Festivals Malta għaddej b’ħidma kontinwa sabiex jagħtu esperjenza isbaħ. Id-dinamika

tal-palk għandha tkun waħda spettakolari u aħjar minn qabel. Min jaf x’għandna nistennew? Li hu żgur, hu li kull artist żgur ħa jkun jixtieq li jirfes fuqu. Xi ħaġa ġdida u innovattiva għal din is-sena hi li t-telespettaturi ħa jkunu jistgħu jsegwi l-vjaġġ talparteċipanti ta’ Mużika Mużika permezz ta’ programm televiżiv li jibda fl-iskeda ta’ Ottubru. L-ewwel parti ta’ dan il-programm ħa tkun qed issegwi l-avventura ta’ sitt kantanti ġodda li ħa jkollhom iċ-ċans jaħdmu mill-viċin ma’ numru ta’ professjonisti, fejn jiġu mħarrġa fuq kant, preżenza, dehra u korjografija, fost oħrajn. Insomma dak kollu li artist ikollu bżonn biex fuq il-palk ikun, komdu, kunfidenti u jagħti l-aħjar prestazzjoni possibbli. Kantant minn dawn is-sitta ħa jkun qed jingħaqad massemifinalisti ta’ Mużika Mużika. Fit-tieni sensiela ta’ dan il-programm, it-telespettaturi ħa jkollhom iċ-ċans li jsiru jafu lill-parteċipanti mill-qrib u anke xi jkun għaddej minn wara l-kwinti tal-festival, ilpreparazzjonijiet u x’jirrikjedi biex itella’ produzzjoni ta’ dan il-livell. Il-ħidma, id-dettall u d-dedikazzjoni li wieħed jidħol fiha hija waħda inkredibbli iżda l-prodott finali żgur li jħalli r-riżultati mixtieqa. L-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika huma miftuħa u jagħlqu fil-15 ta’ Ottubru. Applika fuq www. muzikamuzika.mt. Għal dawk li jixtiequ jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom bl-idejn jistgħu jagħmlu dan fl-uffiċini ta’ Festivals Malta bejn it-13 u l-15 ta’ Ottubru bejn it-8:00 u l-16:00. Għal aktar dettalji wieħed jista’ wkoll iżur il-paġna ta’ Facebook ta’ Festivals Malta facebook.com/festivals.mt u l-paġna ta’ Mużika Mużika facebook.com/muzikamuzika. mt

GWIDA Settembru 2021 61


TISLIBA BIL-PREMJU SETTEMBRU

Rigal Ġdid! Issa tista' tirbaħ fwieħa kull xahar grazzi għal Ta' Xbiex Perfumery L-Ewwel Premju Maria Galea, Tarxien €20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju Rita Muscat, Zurrieq Fwieħa minn Ta' Xbiex Perfumery It-Tielet Premju Elena Brincat, Swieqi Ktieb minn Horizons Ir-Raba' Premju Marlene Lautier, Birkirkara Ktieb minn Merlin Publishers Soluzzjoni GWIDA Lulju

Mimdudin 1 Kustat; 3 Żarmat; 8 Friskatur; 10 Kukki; 11 Poeti; 13 Żrinġ, 15 Ħassar; 19 Mit; 20 Wita; 21 Nieqa; 23 Leali; 25 Roti; 26 Daqqaqa; 27 Ħtija; 29 Ninni; 30 Kċina; 31 Lożor; 32 Aorta; 33 Fatta Weqfin 1 Karba; 2 Suffara; 4 Markiża; 5 Tokk; 6 Larinġ; 7 Skop; 9 Idris; 12 Emmen; 14 Ilma; 16 Swali; 17 Asfalt; 18 Kwaranta; 22 Qaqoċċa; 24 Parata; 26 Dawra; 27 Ħila; 28 Iżża

1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26. 27. 29.

Mimdudin

Pejxu? (6) Teħodhom fi triq imħarbta (6) Mara tingannak, turi wiċċ u tkun ieħor (9) Fidil, ġenwin (5) u 19 Mimduda Wettqu frodi (5) Korla (5) Frotta ħamra fl-insalata (6) Ara 11 Mimduda (3) Ulied l-istess missier u omm (4) Għatu ta’ pinna? (5) Flixkun fil-lingwa tat-trabi (5) Arkati, ħnejjiet (4) Żgiċċa, ħeles, salva rasu (7) Inkwiet, taqlib (5) Belagħha sa griżmejh (5)

Tisliba Bil-Premju Settembru Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/Tisliba Settembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard mis-16 ta' Settembru. 62 GWIDA Settembru 2021

30. Għaffeġ, għadda minn fuqu (5) 31. Kannella, mhux bjond, jaf ikun lewn izzokkor, dqiq jew ross (5) 32. SABBA (Anag.) Abu, il-fundatur talOrganizazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (5) 33. Kimika taħraq, bħal meta jkollok minnu fl-istonku (5) 1. 2. 4. 5.

Weqfin

Sandlija (5) Planċier, armar għal xi ċerimonja pubblika (7) Żerriegħa, għalf għall-għasafar (7) Ċena (4)

Isem Mob/Tel

6. 7. 9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24 26. 27. 28.

Ġerħa (6) Beni, proprjetà, flejjes, ġid (4) Mxija, epidemija, tista’ tkun tal-għasafar ukoll (5) Strument tan-nifs imsejjaħ ukoll flejguta (5) Taha bidu (4) Aktar minn darba (5) Il-ġdid jaqla’ l-qadim? (6) Ġiżirana, kullana (8) Tagħmlu meta jkollok fuq ir-riħ (7) Xerrdu, taw milli kellhom (6) Xitla kbira li tagħti l-frott (5) Tindif bl-ixkupa (4) Sors naturali li mingħajru m’hemmx ħajja (4)


IL-LOGHBA TAL-EDITUR Barnuża Ħamra - It-Tliet Qżieqeż Fis-suq tal-kotba Maltin għaż-żgħar kien hawn nuqqas - ma kinux jeżistu kotba popup bil-Malti. Issa din il-ħolma saret realtà grazzi għall-Merlin Publishers li ppubblikaw dawn iż-żewġ ħrejjef klassiċi f’din il-verżjoni fejn l-istampi litteralment ifaqqsu minn ġol-paġna u jieħdu l-ħajja quddiem għajnejk. Kulħadd jafha l-istorja ta’ Barnuża Ħamra u kif fi triqitha għal għand in-nanna ltaqgħet ma’ lupu makakk u kattiv. Jew l-istorja It-Tliet Qżieqeż li ġiethom l-idea li jibnu dar kull wieħed sa ma l-lupu l-kattiv iddeċieda li ma jħallihomx fil-kwiet. L-addattament għall-Malti sar mill-awtriċi Clare Azzopardi. Barnuża Ħamra u It-tliet Qżieqeż jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Issa li qrajt fuq dan il-ktieb kemm ser jirnexxilek issib kliem minn din il-kaxxa? L-għaxar kelmiet li trid issib huma dawn: barnuża, qżieqeż, merlin, lupu, nanna, ħrejjef, stampi, malti, storja, ħamra.

Ħu sehem f'din il-kompetizzjoni, biex tirbaħ ktieb tat-tfal! Ibgħat is-soluzzjoni fuq GWIDA/ Logħba Editur, Settembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru.

Isem Mob/Tel GWIDA Settembru 2021 63



EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN

XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Omm Victor mill-ewwel ikkoreġietu għal kemm-il darba huma ftiehmu li dan jista’ jmur il-maħżen u pront ikkoreġietu li jista’ jmur tliet darbiet. Victor pront jaċċetta u jerġa’ joħroġ bl-iskuża, “ma jmurx nispiċċa nitħarbat mat-tfal tat-triq”. Missier Victor ħares lejn Carmen biex jistaqsi fuq xiex qed jitkellem Victor u din kellha tirrakkuntalu kif din l-għodwa sabet il-pulizija wara l-bieb. Missier Victor xejn ma ħa gost bl-aġir tattifel tiegħu u widdbu biex irabbi l-għaqal. Kien hawn li Victor wiegħdu li l-maħżen ser jgħinu biex iqatta’ ftit ħin miegħu u jinġabar f’post sigur. Carmen kienet iktar isserraħ rasha jekk Victor ikompli jmur ma’ missieru, imma mur għidilha fejn verament kien imur. Jeffrey ma tantx kien konvint minn din id-deċiżjoni li jerġa’ jibda jiġi miegħu u pront oġġezzjona. Ma xtaqx ikompli jigdeb lil martu iżda pronta din wieġbet... Carmen: Aħna ħa naraw kif jibda jmur l-iskola. Jekk imur ħażin jispiċċa kollox. Aħjar milli jagħmilha mat-tfal hawn barra Jeffrey, mhux aħjar! Victor jiġri jgħannaq lil missieru biex ma jagħtih ebda ċans jerġa’ jgħid xi ħaġa kontra. Jeffrey xorta ma jgħid xejn, kien imħasseb. Victor: Qed tara papà! Ħa nerġa’ nibda niġi miegħek nagħmlu l-karrijiet. (filwaqt li jagħtih tegħmiża bis-serqa ta’ ommu) F’dik il-lejla, eċitat daqs Victor kien hemm Mario li kien qed iħuf fit-toroq tal-Belt ifittex l-imħabba ta’ ħajtu. Daħal f’kull bar li ra u kien imiss dak ta’ Polly. L-ewwel impressjoni tiegħu kienet ta’ diżgustaġni. Ma tantx ħa pjaċir bl-għajjat u l-aġir tal-baħħara. Waħda min-nisa li laqtet lil Mario kienet Stella. Dak il-ħin il-bar kien mimli ħajja, mużika, nies jidħqu u jixorbu. Stella segwiet lil Mario u fl-aħħar dan innota l-aġir tagħha u waqaf biex tkellmu. Stella toffrilu grokk, iżda Mario jgħidilha li ma marx hemm biex jixrob iżda biex ifittex lil Lilly. Stella: Xi tridha lil Lilly?

Mario: Ġejt tajjeb mela! Għax qaluli li taħdem hawn u tgħix xi mkien viċin ukoll.

Stella: Lilly hawn taħdem. Imma għadha ma ġietx illum. Tridni ngħinek jien?

Mario: Lilha għandi bżonn inkellem, għax naħseb li taf lil xi ħadd li qed infittex. Stella tibda tinteressa ruħha imma peress li kienet għadha ma fehmet xejn, kompliet titkixxef.

Stella: Lil min qed tfittex? ...Hawn naraw ħafna nies kuljum. L-ismijiet mhux kollha nkun nafhom, imma wiċċ ma ninsieh qatt. Eżatt xħin Mario kien ser joħroġ ir-ritratt ta’ Lydia, Reno jsejjaħ lil Stella. Reno: Stell! Stell għinni naqra sabiħa!

Stella: M’intix qed tara li qed nitkellem.

Reno: Mhux aħjar toħroġ tgħinni bil-kaxxa ...għax dejjem jitqalu iktar ma mmorru,sabiħa! Jekk jogħġbok. (Stella tinduna li Reno ried ikellimha urġenti fuq biċċa xogħol personali. Polly tisma’ din il-konversazzjoni minn wara l-bar u taqbadha l-kurżità fuq ir-relazzjoni ta’ dawn it-tnejn)

Stella: Mela niġi hux! Skużani waħda ...daqt inkompli miegħek. Stella u Reno joħorġu barra mill-bar. Mario baqa’ hemm jistenna lil Lilly waqt li Polly issegwi lil dawn it-tnejn u tipprova tgħarrex biex tisma’ fuq xiex qed jitkellmu, mingħajr ma tħalli lil ħadd minnhom jaraha. Reno: Ħu paċenzja ara x’ser tivvinta biex tmur int illejla....

Stella: Reno taf li ma nistax.

Reno: Mhux ma tistax, ma tridx.

Stella: Taf li niddejjaq jekk jarani, ma rridx inkwiet.

Reno: Dawn kollha flieles ta’ moħħok ...l-inkwiet tivvintah int! Xewqat il-Qalb - 108

GWIDA Settembru 2021 65


EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Stella: Reno:

Stella: Reno:

Imma diġà tajtek kollox Ren u għidli li ħa tmur is-soltu. Inqalagħli xi ħaġa ...jista’ jinqalagħli xi ħaġa jien? Int aqbiżha llum ...jew ibda itlobhom iħalluk ittihom kollox fl-aħħar tax-xahar. Ma nistax, ma jafdawnix..... Insomma ħa dawn ħudhom lura u ara kif tista’ tirranġa għal-lum ...għax issa anke Polly qed tarani ikrah ta’ kuljum. Reno reġa’ ta l-flus lil Stella. Polly rat kollox mill-bogħod u ma setgħetx tifhem x’kien qed jiġri. Konfuża dwar il-flus li kienu qed jagħtu lil xulxin. Stella dak il-ħin ħadet il-flus, filwaqt li dawn it-tnejn komplew jitkellmu. Waslet fl-aħħar Lilly li dakinhar kienet tard, tinduna li Polly kienet qiegħda tissemma’ lil xi ħadd u fil-pront taħsadha.

Lilly: Polly: Lilly: Polly: Lilly:

Haw’ Pol! Xi nqala’? Xejn, xejn....kmieni wasalt illum! (tgħidilha b’mod sarkastiku). Fejnha l-oħra? Iva rrid inkellmek fuqha! Xi nqalgħalha? Ara kieku għall-kapriċċ ma niddejjaqx ngħidlek imma hekk. Lilly filli qed tkellem lil Polly u filli tilmaħ lil Mario. Taf li dan ma kienx klijent tas-soltu, taf ukoll li wiċċu ma kienx ġdid imma ma setgħetx tiftakar fejn setgħet ratu. Fl-aħħar tinduna li dan Mario kien l-istess wieħed tar-ritratti ta’ Lydia.

Lilly:

Polly: Lilly: Mario: Lilly: Mario: Lilly: Mario: Lilly:

Stenna waħda Poll! (titlaq ħdejn Mario) Hawn kulħadd qed jiġġennen jaqaw! Nista’ ngħinek? Iva ...qed infittex lil Lilian, jgħidulha Lilly. Qaluli taħdem hawn. Iva imma mhux hawn illum. Xi tridha? ( joħroġ ritratt mill-but) Qaluli li rawha ma’ din ...int forsi ġieli rajtha ’l hawn? (b’ton ta’ waħda rrabjata) U x’ġejt tfittixha tagħmel issa? Tafha? Jekk tafha għidli għax ilni nfittixha. Le ma nafhiex! Aħjar tmur issa għax diġà wasalt tard u għandi x’nagħmel. Mario ma kienx konvint bil-mod kif Lilly bdiet titkellem, baqa’ jippersisti biex tgħidlu jekk hijiex hi Lilly, iżda hi b’determinazzjoni tgħidlu li ma kinitx hawn illum.

Mario: Lilly:

Meta se tkun hawn? Taf fejn toqgħod? Le ma nafx. Mela għidilha li se nerġa’ ninżel hawn...naf fejn taħdem issa u naf li taf fejn hi Lydia u mhux ser naqta’ qalbi malajr ...hekk għidilha ...tagħmilli dan il-pjaċir? Lilly kienet konfuża. Mario ma bediex jemminha, kien konvint li hi kienet il-Lilly li kien qed ifittex. Lilly qaltlu li kien mar hemm għalxejn, iżda dan qalilha biex tgħaddilu messaġġ lil din Lilly ħalli jkellimha. Mario jaqta’ qalbu u jitlaq bl-herra. Stella tarah ħiereġ b’rabja kbira fuqu u tmur fuq Lilly biex tara x’kien ġara u fuq kollox min seta’ kien. Lilly tistaqsiha jekk kinitx hi li kixfitha iżda din Stella tweġibha li ma kienet qaltlu xejn, anzi tipprova tistaqsiha f’ liema bawxata kienet daħlet. Lilly tgħidilha biex tħalliha kwieta u fil-pront tidħol Polly li tibgħat lil Stella tkompli b’xogħolha.

Polly:

Ma nafx x’qed iħawdu dawk it-tnejn?!

66 GWIDA Settembru 2021

Xewqat il-Qalb - 109


EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN

XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lilly: Polly:

Min? Stella u Reno ...qed jikkonfoffaw fuq xi ħaġa. Ilni ninnutahom. Ħa nara nitfagħhomx ’il barra t-tnejn li huma ...issa l-iskuża ta’ Lydia...

Lilly:

Eh iva. Ma nafx x’ħadet, imma qiegħda ħażin, wiċċha aħdar. Tiġi hawn kienet tbellagħhulna kollha, biex ngħidlek anke jien li noqgħod magħha qed nevitaha.

Polly:

Le aħjar baqgħet id-dar mela ...dik jonqosna. Jidher li Lilly kienet tinqala’ wisq biex tigdeb! F’dik il-lejla, Oscar għadda minn quddiem il-burdell fejn taħdem Angela. Fl-entrata ta’ dan il-burdell kont issib nisa bil-liquere li jħajruk tidħol. Dan ma tax kas. Qagħad taħt it-tieqa tagħha, jaħseb ma’ min seta’ kienet qed torqod dak il-lejl. Ma felaħx iktar u beda jgħajjat isimha. Angela ħarġet biex tara min kien qed jgħajjat u ra baħri li kien qed ineħħi ż-żarbun waqt li jpoġġi fuq is-sodda. Dan il-baħri jistaqsi lil Angela dwar l-istorbju li kien qed joħloq Oscar. Angela tara lil Oscar iħares lejha b’għajnejn miksurin. Angela tinduna li dan xtaq li jerġgħu jirranġaw. Sadanittant il-baħri jaqbad lil Angela minn wara u jibda jbusha filwaqt li jiftaħ il-purtieri beraħ. Fil-pront qalilha li kien iħobb il-purtieri miftuħin. B’hekk Oscar seta’ jara li Angela ma kinitx qiegħda waħidha dakinhar. Kienet tidher li tinsab imbarazzata b’Oscar hemm. Dan qalbu riedet toħroġ bid-dwejjaq li qabduh u wara ftit telaq ’l hemm. Dak il-ħin fil-bar, Stella marret fuq Polly u staqsietha biex tallarga ftit. Sintendi Polly imlietha bil-mistoqsijiet dwar fejn kienet sejra u Stella tgħidilha li kellha qadja. Kontra qalbha Polly tibgħatha bil-patt u l-kundizzjoni li ma ddumx aktar minn nofs siegħa. Stella titlaq tiġri. Polly iddur biex tfittex lil Reno u tinduna li dan lanqas ma kien qiegħed f’postu fil-bar. Kurjuża għall-aħħar biex tara fejn seta’ mar, bdiet tfittxu barra u ssibu ma’ mara. Din id-darba Reno kien qed ikellem lil Violet. Polly kienet imħassba dwar min setgħet kienet din il-mara ġdida.

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet:

Reno:

Violet: Reno:

Violet: Reno:

Polly:

Kif int? ...Ilni naqra sew ma narak. Iva ilna naqra ma niltaqgħu. Kif inti allura? Għidli! M’iniex tajba wisq. Ħażin. X’għandek? ...Din minħabba l-biċċa xogħol li ma setax ikollkom tfal. Mhux ezatt ...ma nafx kultant anqas inkun naf x’ħa naqbad nagħmel. Mortu għand tabib? Tkellimtu ma’ xi ħadd? Ma ġejtx hawn għall-pariri ...agħmilli pjaċir ...m’għandix bżonn il-pariri tiegħek. Jien biex ngħinek. Ma staqsejtx jien biex narak. Għandek raġun, għamilt żball, imissni qatt ma ġejt infittxek. Għandek bżonn xi flus? Xi flus, flus ...X’taħsibni? Ma nafx kif nista’ ngħinek? Imma min qallek li għandi bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd? Tajjeb. ( jibda jgħolli leħnu) Mela għidli xi trid mela biex ġejt hawn. Insieha. Żball tiegħi (kienet ser titlaq ’l hemm) Violet! Iva ejja jiddispjeċini ma ridtx ngħajjat miegħek. Violet! (Reno jidħol ġewwa u jara lil Polly tistennieh) Reno mhu qed jogħġobni xejn dan l-atteġġjament tiegħek. Daqqa hawn daqqa hemm. Inpespsu f’widnejn dik, imbagħad f’ tal-oħra. X’inti tħawwad? Xewqat il-Qalb - 110

GWIDA Settembru 2021 67


EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (It-tielet parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

Polly: Reno:

U inti x’jinteressak! Qatt ma tajtni wiċċ qabel, issa qed tiddejjaq. Sejjaħlu li trid u aħseb li jogħġbok imma jiena mhux qed intik wiċċ ...kif trid tifhem int, fhimtni. ...Jien jinteressani li tkun fuq xogħlok,li tagħmel li hemm bżonn fil-ħanut. Eh iva għalhekk! Int qed tgħir Pol? Ara ma ngħidlekx ...X’inti tinsinwa Reno.? Taf x’qed ninsinwa Pol. Din id-darba int ħa tiġri warajja, għax jien għajjejt. Jien ma rridekx fhimt. Neħħiha minn moħħok. Tajjeb. Mela għaliex qed tinkwieta? Min kienet dik il-mara? Affari tiegħi! (imur wara l-bar u jkompli jixxotta t-tazzi) Mhux meta qiegħed fuq ix-xogħol fil-ħanut tiegħi ...Jien ma jinteressanix jekk qed toħroġ tinnamra ma’ dik u l-oħra basta mhux fil-ħin tax-xogħol. Imma x’jgħaddi minn rasek ...pu għalik u l-ispekulazzjonijiet ta’ moħħok. Ovvja ...qatt ma rajtha ’l hawn lil dik is-sinjura u min kif kellmitek dehret li tafek sew. Violet it-tifla tiegħi ...u hi bagħtet għalija biex nitkellmu. Din żgur ma kinitx tafha Polly! Reno ma kienx miżżewweġ u kellu tifla! Mur obsor għalih. Imma Stella x’kienet qed taħbi? F’dik in-nofs siegħa ċans, Stella ħarbet tiġri lejn dar, kienet beżgħana. Ħabbtet il-bieb u fetħet Sister Phyllis.

Sister Phyllis:

Stella:

Sister Phyllis:

Stella:

Sister Phyllis:

Stella:

Sister Phyllis:

Stella:

M’aħna nżommu lil ħadd bħalissa. Is-soltu jiġi Reno jħalli l-flus ...illum ma jistax ...dawn tagħkom. Inti ...niftakrek lilek ...inti Stella. (imbarazzata, tipprova tgħatti wiċċha) Naħseb qed tħawwadni ma’ ħaddieħor. Wiċċ ma tantx ninsieh. Qatt ma ġejt inti hawn qabel. Le niddejjaq li jarani, ma nkunx irrid inħawdu. Hu x’inhu ibnek ...żgur ma tridx norganizzawlek ġurnata biex tiltaqgħu. Le aħjar le ...ma rridux ikun jaf, jitħawwad iktar hekk. M’iniex eżatt mara eżemplari u ma rridux ibati għaddeċiżjonijiet ħżiena li għamilt jien ...Ħa dawn tagħkom, għalih. Is-soru tieħu l-flus u Stella titlaq lura għall-bar. Ma’ wiċċha ssib lil Nenu li kien qiegħed jiġri. Nenu jieqaf quddiem Stella u jtenni kemm kienet sabiħa. Stella dakinhar kellha wisq fuq moħħha u tkeċċi lil Nenu minn quddiemha filwaqt li tkompli sejra.

Nenu:

Xxxxxxx tgħidilhom xejn,tgħidilhom xejn ...xxxxxxxxx tgħidilhom xejn ...xejn! Il-lejl beda dieħel ġmielu, Lilly marret lura d-dar u tmur fuq Lydia tgħidilha bl-aħbar.

Lilly: Lydia: Lilly:

Lydia! Lydia! (filwaqt li kienet għadha rieqda) Hmmmmmm! Ġie Mario. Ġie Mario l-ħanut ifittxek. Lydia tajret in-ngħas u fetħet għajnejha beraħ. Dak il-lejl l-affarijiet strambi baqgħu jiġru hekk kif l-għada ġie rrappurtat li mara li kienet taħdem ta’ prostituta nstabet mejta fit-triq. X’ġara? Min ra din ix-xena?

68 GWIDA Settembru 2021

Xewqat il-Qalb - 111



Editorjal

TA’ ERBATAX-IL SENA FETAĦ SKOLA GĦAT-TFAL FOQRA Addattament Claudia Cini

Asfaw Yemiru twieled bejn is-snin 1941 u 1942 f’Bulga fl-Etjopja. Huwa minn dejjem emmen li l-edukazzjoni hija l-uniku mod ta’ kif wieħed jista’ jgħin lit-tfal foqra sabiex itejbu ħajjithom. Missier Asfaw kien qassis Ortodoss. Asfaw qatta’ ħafna mit-tfulija tiegħu jieħu ħsieb in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ missieru. Meta kellu tmien snin, il-familja kollha tiegħu ddeċidew li jerħulha lejn il-kapitali tal-Etjopja, Addis Ababa. Hemmhekk, Asfaw ġie ordnat Djaknu flimkien mal-ħdax-il aħwa tiegħu. Wara ċ-ċerimonja, Asfaw irrifjuta li jmur lura u għalhekk spiċċa jgħix fit-toroq b’ħamsin ċenteżmu fil-but. Asfaw kellu jaħdem ħafna sabiex jaqla’ xi ħaġa x’jiekol. Huwa qatta’ erbatax-il xahar jorqod barra fil-bitħa tal-Katidral ta’ San Ġorġ, sakemm jum fost l-oħrajn waqaf jgħin mara Torka li kien għadu kif inqalbilha l-karettun. Asfaw mar jiġri sabiex jgħinha tiġbor it-tagħbija tal-ġobon li kienet imxerrda kollha fl-art. Din il-mara offriet lil Asfaw xogħol domestiku fid-dar tagħha u saqaf fuq rasu matul il-lejl. Il-mara offriet ukoll lil Asfaw l-opportunità li jattendi l-iskola. Fl-iskola Asfaw mar tajjeb ħafna, tant li rebaħ borża ta’ studju b’xejn fl-iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ immexxija mill-‘British Council’. Kien proprju fl-ewwel sena tiegħu f’din l-iskola li Asfaw ħass il-ħtieġa li jagħmel xi ħaġa sabiex jgħin lit-tfal foqra li bħalu kienu jgħixu fit-toroq. Fl-1957, fl-età ta’ erbatax-il sena huwa fetaħ

70 GWIDA Settembru 2021

l-ewwel skola tiegħu għat-tfal li jgħixu fit-toroq. Huwa beda billi ħa l-inizjattiva li jiġbor l-ikel żejjed li kien jifdal wara li l-istudenti jkunu kielu. Asfaw kien iqassam dan il-fdal tal-ikel lit-tfal tat-triq li kienu jinġabru barra l-gradi tal-iskola. Iktar tard huwa beda jlaqqa’ lit-tfal taħt siġra tal-ballut fil-bitħa tal-knisja biex jgħallimhom. Asfaw kien kuntent ħafna b’din l-iskola żgħira li kien ħoloq, tant li meta temm l-istudji tiegħu stess, huwa m’aċċettax il-post offrut lilu fl-università, iżda minflok iddeċieda li jiddedika ħajtu kollha sabiex jaħdem bħala għalliem. Huwa kien jirnexxilu jiġbor mijiet ta’ tfal taħt is-siġar fil-bitħa talknisja. L-awtoritajiet tal-knisja kienu mħassba u nkwetati dwar dak li kien qed jiġri. Kien wasal iż-żmien li Asfaw ikollu bini u art minn fejn imexxi l-programm ta’ tagħlim li kien ħoloq. Jum fost l-oħrajn l-Imperatur Haile Selassie żar l-iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ fejn kien jgħallem Asfaw. Asfaw kien pront u ħa ċ-ċans sabiex ikellem lillimperatur. Dan għamlu billi fil-veru sens tal-kelma qabeż quddiem il-limousine tal-imperatur innifsu. Sas-sena 1960, il-klassijiet ta’ Yemiru kien jlaħħqu t-300 student u studenta. Huwa għamel petizzjoni għall-għajnuna, u s-sena ta’ wara, permezz ta’ digriet imperjali, Asfaw ingħata tliet mitt metru kwadru fuq wara tal-bitħa tal-katidral sabiex jibni l-iskola tiegħu. Meta l-bini kien lest, dan kellu faċilitajiet bażiċi u kien jikkonsisti f’għaxar


Editorjal

klassijiet. Sabiex jiġbor il-fondi għall-Iskola Asra Hawariat, Yemiru mexa bejn Addis Ababa u Harar; b’kollox 1,000 kilometru. L-iskola rċeviet diversi fondi fosthom mirrebbħiet tal-lotteriji mhux miġbura, mill-Kulleġġ ta’ Winchester u minn Haile Selassie. It-tieni blokka tal-iskola bdiet tinbena fl-1972. Sas-sena 2020, għexieren ta’ eluf ta’ tfal foqra rċivew l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel ta’ Asfaw, li issa kienu jikkonsistu f’64 klassi, librerija u diversi dormitorji. Filwaqt li ħafna familji rċivew appoġġ finanzjarju, ikel u xorb. L-edukazzjoni fl-iskejjel ta’ Asfaw hija b’xejn u għalhekk l-ebda tifel, tifla jew ġenitur ma jintalab iħallas għall-kotba u l-uniformi tal-iskola. F’dawn l-iskejjel it-tfal jitgħallmu wkoll dwar il-biedja u ħiliet prattiċi oħra. Li wieħed jiġi kkastigat għal xi żball li jkun wettaq waqt li jkun qiegħed l-iskola, qatt ma kien permess fl-iskejjel ta’ Asfaw minkejja li din il-prassi kienet popolari ħafna f’dawk iż-żminijiet. Asfaw minn dejjem saħaq dwar id-dritt li kull tifel u tifla, inkluż dawk foqra, ikollhom edukazzjoni xierqa. Huwa jisħaq li permezz tal-edukazzjoni, it-tfal foqra jingħataw iċ-ċans ta’ ħajja aħjar. Minħabba t-twemmin u l-ħidma tiegħu favur it-tfal foqra, Asfaw, li kien miżżewweġ lil Senayet u kellu tlett

itfal, spiċċa l-ħabs diversi drabi. Asfaw rċieva il-premju ‘The Children’s Prize’ fl-2001. Dan il-premju ġie mogħti lilu minħabba li sa l-2001 huwa kien qatta’ aktar minn 50 sena jiġġieled favur id-drittijiet tat-tfal. Huwa ddedika l-enerġija kollha tiegħu sabiex jeduka lit-tfal l-aktar filbżonn. Grazzi għal donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu neċessarju biex jgħixu ħajja diċenti. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio. org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.

GWIDA Settembru 2021

71


Intervista

"QATT MHU SER TIKKUNTENTA LIL KULĦADD. L-IMPORTANTI LI DAK LI TAGĦMEL, TAGĦMLU GĦAX GĦANDEK PASSJONI GĦALIH U TEMMEN FIH" ELEANOR SPITERI Il-kantanta u mudella li tkun ispirazzjoni għal ħaddieħor

72 GWIDA Settembru 2021

Gwida.mt tkellmet mal-kantanta u mudella Eleanor Spiteri rigward l-arti u l-immudellar. Apparti l-karriera mużikali tagħha, Eleanor qed taħdem fuq talent u passjoni oħra li għandha, u li biha qiegħda tispira lil ħaddieħor. F'din l-intervista qasira ma' Eleanor tkellimna dwar l-importanza li bniedem, mhxu fl-immudellar biss, jemmen fih innifsu u f'dak li jħoss li jrid jagħmel. X’tissuġġerixxi lil dik it-tfajla jew dak il-ġuvni li għandhom ambizzjoni li jibdew jimmudellaw? Jekk għandek ix-xewqa li tagħmel xi ħaġa, xejn m'għandu jżommok milli tipprova tagħmilha. Nemmen li wieħed m'għandux għalfejn ikun xi supermodel b'dehra perfetta biex ikun kreattiv. L-ikbar pass huwa dejjem l-ewwel wieħed.


Intervista

L-età m’għandhiex taffettwa meta persuna tixtieq tibda din il-passjoni. X’tgħidilhom dawk li għandhom età forsi matura u jixtiequ jibdew din il-linja? L-arti tal-fotografija ilha żmien togħġobni u għalkemm meta kont iżgħar għamilt xi xogħol zgħir ta' mmudellar, dejjem kelli affarijiet oħra li ħadu prijorità. Illum għandi 34 u ħassejt li stajt niddedika ftit ħin biex nesplora din l-arti. L-età żgur m'għandhiex tkun ta' ostaklu. Kif taħseb li kultant ilsien in-nies kapaċi jaffettwa u jaqta’ qalb dak li jkun li jixtieq jimmudella? Messaġġ għall-pubbliku forsi biex ikun aktar rispettabbli fi kliemu. Meta tesponi ruħek għal pubbliku, ħa jkun hemm min jieħu pjaċir b'dak li toffri, u min le. Jien nemmen li qatt mhu ser tikkuntenta lil kulħadd. L-importanti li dak li tagħmel, tagħmlu għax għandek passjoni għalih u temmen fih. Madankollu, wieħed għandu dejjem jikkritika b'mod rispettabbli, mingħajr ma jkun distruttiv fil-kummenti tiegħu.

Xi pjanijiet għandek għalik personali f’dan issettur, Eleanor? F'Malta qed jiżdiedu n-numru ta' fotografi, kemm Maltin kif ukoll barranin, li qed iġibu magħhom sens ta' kreattività ġdida u ideat innovattivi. L-aħħar fotografu li ħdimt magħha hija waħda minnhom u veru ħadt pjaċir nagħmel xi ħaġa li nħoss hija veru artistika. Dejjem nipprova naħdem ma' nies li jġibu ideat ġodda u li permezz tagħhom jgħinuni nevolvi iktar kreattivament. Din il-passjoni timxi id f'id mal-passjoni kbira li għandi fil-mużika, fejn hemm ukoll pjanijiet interessanti għallfutur qarib. F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Eleanor aktar suċċessi fil-karriera tagħha!

Mudell/a li ħadu sehem f’kompetizzjoni u ma ġabux ir-riżultat li xtaqu - xi tgħidilhom? Għalkemm riżultat sabiħ huwa xi ħaġa li kulħadd ikun jixtieq minn kompetizzjoni, wieħed m'għandux jieqaf s'hemm. Kull kompetizzjoni ġġib magħha esperjenzi li kapaċi jibnuk u jgħinuk timxi 'il quddiem, irrelevanti mirriżultat. Mhux kemm-il darba taqa' li jgħodd, iżda kemmil darba terġa' tqum biex tkompli fil-ħidma tiegħek.

GWIDA Settembru 2021 73


RiĊetti

GĦAĠIN ISMAR BLASPARAĠI, TADAM IMQADDED U ĠEWŻ RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

P 200g għaġin ismar P nofs basla mqattgħa P 2 sinniet tewm imqattgħa P mgħarfa żejt P 2 mgħaref krema P 2 mgħaref tadam imqadded imqatta’ P 5 zkuk tal-asparagu mqattgħa P 2 mgħaref ġewż imfarrak P kuċċarina qoxra tal-lumija maħkuka P 2 biċċiet perżut biex tiddekora

74 GWIDA Settembru 2021

Metodu

Ibda billi saħħan borma bl-ilma mielaħ u sajjar l-għaġin imqar al dente. Tista' wkoll taqbad il-perżut u ssajru fil-forn sakemm isir iqarmeċ. Sadanittant, saħħan iż-żejt u qalli l-basla u t-tewm għal 4 minuti sakemm jirtabu. Żid l-asparagu u t-tadam imqadded u sajjar għal 2 minuti biss. Fl-aħħar nett, ħawwad il-crème fraiche, il-qoxra tal-lumi u saħħan sew. Żid l-għaġin imsajjar u l-ġewż, ħawwad sewwa u poġġi f’2 platti tal-għaġin. Poġġi porzjon talperżut iqarmeċ fil-wiċċ u servi.


RiĊetti

INSALATA BIT-TIĠIEĠ RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Ingredjenti

P sider ta’ tiġieġa P ftit aruka P fażola twila msajra P tadam P qargħa ħamra P bżar u melħ P dressing li tiggosta jew P żejt taż-żebbuġa jekk jista’ jkun extra virgin

Metodu

1. Qatta’ t-tiġieġa f’biċċiet żgħar u ixwi. Poġġihom ġo bieqja. 2. Ixwi wkoll il-qargħa ħamra biex tieħu ftit kulur aktar skur. 3. Żidha mat-tiġieġa. Żid ukoll il-bqija tal-ħaxix. Ħawwad tajjeb. 4. Roxx ftit bżar u melħ u dressing jew żejt. Ħawwad u servi.

GWIDA Settembru 2021 75



Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Virgo Il-kalendarju żodjaku jdaħħalna fis-sitt żodjaku; dak ta’ Virgo. Dan iż-żodjaku jkompli joffrilna aktar twemmin fina nfusna. Dan sabiex nagħrfu nwettqu dak li nixtiequ. F’dan iż-żodjaku jispikka t-tkattir, fejn hu l-aktar bżonnjuż. Finalment iwassalna iżjed lejn stabiltà fl-abiltà ta’ kull wieħed u waħda minna. Ovvjament dan jgħodd għal dawk li huma parti minn dan issitt żodjaku! Is-simbolu li jippreżenta liż-żodjaku ta’ Virgo huwa dak ta’ persuna femminili kompluta; magħrufa wkoll bħala r-reġina tas-smewwiet. Fil-mitoloġija Griega hija mpoġġija bħala The Great Goddes, li t-tifsira astroloġika tagħha hi l-verġinità, ilpuritizza, il-fertilità u l-aspirazzjoni. Iż-żodjaku ta’ Virgo jibda mit-Tnejn 23 ta’ Awwissu sal-Erbgħa 22 ta’ Settembru. Dan ifisser li dan ser iwassalna lejn it-tmiem tal-istaġun sajfi għall-bidu tal-ħarifa! Virgo huwa ffurmat millelement tad-dinja li fih jiġbor iż-żodjaki ta’ Taurus u Capricorn. Interessanti huwa l-fatt li ssib ħafna li ma tantx jikkombinaw maż-żodjaku ta’ Capricorn però f’dan it-trijangolu, Capricorn joffri parti ferm importanti liż-żewġ żodjaki l-oħra. Dan iż-żodjaku ta’ Virgo f’dan il-kalendarju żodjaku 2021-22 joffrilna fatt kurjuż ħafna dwar il-qmura. Fil-fatt dan iż-żodjaku ser ikun qed jesperjenza tliet fażijiet ta’ qmura. Mhux xi ħaġa komuni li tiġri! Dan kif? Il-Ħadd 22 t’Awwissu eżatt mat-tmiem taż-żodjaku ta’ Leo beda l-qamar kwinta li wassal għall-bidu taż-żodjaku Virgo. Dan ifisser li għal dawn iż-żewġ żodjaki ser jesperjenzaw tibdil. Tibdil għax jew jixtiquh huma jew inkella l-univers ser joħloq dan it-tibdil fil-ħajja ma’ ta’ madwarhom. Imbagħad itTlieta 7 ta’ Settembru jibda n-new moon. Għaż-żodjaku ta’ Virgo dan ser ikun qed iwassal aktar għarfien ċar ta’ liema direzzjoni tixtieq tkompli fil-ħajja. Ser iwassal ukoll għal aktar organizzazzjoni fejn huwa meħtieġ. Ser jagħmlek tħossok aktar tolleranti minn dak li kont, kif ukoll ser jgħinek tagħraf li kull sitwazzjoni ma tistax titwettaq b’pass mgħaġġel. Kollox għandu jsir b’kawtela u b’pass għaqli u profond. Imbagħad jasal il-qamar kwinta, nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru. Dan

jaħbat kważi mat-tmiem taż-żodjaku. Dan il-qamar ser jgħinek tagħraf li jekk ser tirribella kontra xi sitwazzjoni ser tkun qed tagħmel pass ħażin. Ser iservi sabiex iżżomm bilanċ madwarek biex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet. Taf tesperjenza forma ta’ responsabilità li int ilek tistenna u fl-aħħar ser twettaqha. Hekk rajna din l-esperjenza unika tat-tlett iqmura li Virgo jista’ jibbenifika ħafna minnha. Titlifix din l-opportunità unika li l-univers qed jibgħatlek! Għal aktar informazzjoni dwar il-benefiċċju komplut ta’ din l-esperjenza, iktibli fl-indirizz postali, ‘PO Box 27 Paola’ sabiex inkun nista’ nigwidak aktar! Fatti interessanti dwar persuni li jaqgħu taħt Virgo huma li huma meqjusa bħala persuni bieżla, leali ħafna lejn il-parti l-oħra fil-ħajja tagħhom u ġenerużi ħafna. Dawn iħobbu n-natura, l-annimali u jħobbu jaqraw. Idejjaqhom ħafna l-egoiżmu, min ma jkunx organizzat, min ma jkunx imħejji tajjeb u mġiba ħażina jew dawk li ma jkunux puntwali mal-ħin jew skeda. Personaġġi magħrufa fiż-żodjaku ta’ Virgo nsibu lil: Sophia Loren, Sean Connery, Cameron Diaz, Andrea Bocelli, Mother Teresa, Gene Kelly, Michael Jackson, Colin Firth, Amy Winehouse, Keanu Reeves, Agatha Christie, Richard Gere u Prince Harry. Għaż-żodjaku ta’ Virgo, il-jum ideali huwa dak tal-Erbgħa waqt li għandek tevita s-Sibt. Ix-xahar ideali huwa dak ta’ Jannar waqt li għandek tevita dak ta’ Marzu. Il-kristalli ideali għalik huma Jet u Mookaite. Id-dati ideali għalik huma s-7, it-12, is-16 u d-19 ta’ Settembru. Dawn id-dati jistgħu jkunu ferm importanti kemm għalik personali kif ukoll għall-madwar tiegħek! Għal aktar informazzjoni kemm dwar iż-żodjaku tiegħek kif ukoll aktar, għandek taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, PaulJon bl-Oroskopju Għalik. Hawn tista’ ssib ħafna aktar informazzjoni interessanti u ta’ benefiċċju għalik ! Tista’ żżur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.

GWIDA Settembru 2021 77


Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU TA’ VIRGO MWASSAL MINN PAULJON MIT-23 TA’ AWWISSU SAT-22 TA’ SETTEMBRU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awissu

Ser tasal f’punt fejn ser tagħraf aktar il-ġid li riesaq lejk. Ser tressaq lejk dak kollu li hu ta’ ħtieġa għalik. Bħalissa huwa l-aktar żmien ideali biex tkompli ssaħħaħ kull angolu tal-ħajja tiegħek. Agħraf sew dan. Namaste.

Ser tasal f’punt għal aktar tħejjija profonda. Dan sabiex minn issa int tibda tagħraf eżattament dak li hu meħtieġ u bżonnjuż għal dak li riesaq lejk. Dan il-mument ser jgħinek tibni aktar lilek innifsek u b’hekk tissaħħaħ. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Virgo mit-23 ta’ Awissu sat-22 ta’ Settembru

Ser tkun aktar iffukat biex tagħraf aktar min minn dawk ta’ madwarek huma verament persuni ġenwini. Ovvjament l-aktar dawk li tawk l-appoġġ meħtieġ meta int kont qed tesperjenza mumenti diffiċli. Għalhekk għandek tiftakar dejjem sabiex tikber ma’ persuni għeżież. Namaste.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dawn il-ġimgħat ser tirrifletti eżattament fuq dak li għaddejt minnu fil-ftit xhur li għaddew. Din l-esperjenza ser tkun tista’ tgħinek għażżmien li ġej biex b’hekk tibni pedament aktar sod. Pedament t’aktar tkabbir fil-futur tiegħek. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ser ikun iż-żmien ideali għalik biex tagħraf aktar dawk issitwazzjonijiet l-aktar meħtieġa u importanti qabel ma tkompli għaddej b’ċertu deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Għalhekk int trid tkun mimli b’għaqal biżżejjed sabiex tkun lest għat-tisħiħ li hemm riesaq lejk. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Ser tasal għal aktar għarfien dwar dak kollu li int esperjenzajt u akkwistajt matul dawn l-aħħar xhur. Issa int ser tħares lura u tara dak kollu li int irnexxielek twettaq. Ovvjament ser tħoss dak is-sodisfazzjon u dan ser ikun biżżejjed sabiex int tkompli titkattar fil-proġetti li hemm resqin lejk. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Wara li smajt biżżejjed, issa jeħtieġ li tieqaf tirrifletti fuq dak kollu li qalulek u tiddeċiedi. Wasal il-mument biex timraħ lejn il-futur tiegħek. Dan hu żmien ideali biex tibda tgħaqqad dak kollu li int irnexxielek tiġbor. Namaste.

Ser ikun iż-żmien ideali biex int tiffoka aktar fuq it-tkabbir kollu li sa issa esperjenzajt fil-karriera tiegħek. Ovvjament kompli ffoka fuq il-proġetti li għandek ippreparati għax-xhur li ġejjin. Dan biex int tkompli tkattar u tissaħħah lejn ġejjieni b’aktar stabbiltà u pożittività. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Wasal iż-żmien li tistabilixxi kif ser tqassam ħajtek. Jeħtieġ li tagħraf sew x’inhu mistenni minnek fil-qasam tal-karriera tiegħek. Il-bilanċ huwa ferm importanti f’dan il-mument għall-iżvilupp tal-istabbiltà tiegħek. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser tinfetaħlek possibilità li int tibda minn issa tkattar aktar il-ħajja ta’ madwarek. Dan tista’ tibda twettqu kemm sabiex tkun tista tkompli tikber fil-karriera tiegħek, kif ukoll fil-ħajja personali. Ser tesperjenza toroq ġodda li forsi s’issa kienu magħluqa. Din żgur ser iġġiegħlek tħares ’il quddiem. Namaste.

Ser ikun żmien ta’ pjanar aktar fil-profond għal dak li int tant ilek taħseb għalih. Għalhekk f’dan il-perjodu għalik ta’ konċentrazzjoni int trid tippjana sew. Taqtax qalbek għal xi ntoppi iżda biss kompli għaddej lejn il-futur li hemm jistenniek. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ser ikun mument ta’ kalmizza madwarek. Din il-kalmizza ġewwa fik sejra sservi biex dawk l-ostakli differenti li għandek bħalissa tegħlibhom. Int trid tagħraf biss li xi kultant irridu naqdfu kontra l-kurrenti. Emmen iżjed fik innifsek. Namaste.

KOMPETIZZJONI MA’ PAULJON

Mistoqsija sempliċi għal dan ix-xahar: Kemm- il qamar ser nesperjenzaw maż-żodjaku ta’ Virgo?

Q Qamar Wieħed? Q Tlett iqmura? Q Żewġt iqmura? Isem u Kunjom: _________________________________________Mobile Number: _________________ Indirizz: ________________________________________________________________________________ L-ewwel premju – Discount Voucher fuq il-pubblikazzjonijiet kollha ta’ PaulJon. It-tieni premju – Discount Voucher fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon, Marsascala. Flimkien ma’ tifkira tal-kalendarju żodjaku 2020. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-mistoqsija li kienet: Iż-żodjaku ta’ Leo ma’ liema element hu assoċjat? Ir-risposta hija nar. Ir-rebbieħa huma dawn: L-ewwel premju għax-xahar ta’ Awwissu ntrebaħ minn: Sarah Abdilla mill-Mosta It-tieni premju għax-xahar ta’ Awwissu ntrebaħ minn: Mary Rose Mifsud minn B'kara Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: PaulJon,Kompetizzjoni GWIDA Po Box 27 Paola. Mhux aktar tard mis-16 ta’ Settembru. Namaste.

78 GWIDA Settembru 2021




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.