GWIDA September 2021

Page 70

Editorjal

TA’ ERBATAX-IL SENA FETAĦ SKOLA GĦAT-TFAL FOQRA Addattament Claudia Cini

Asfaw Yemiru twieled bejn is-snin 1941 u 1942 f’Bulga fl-Etjopja. Huwa minn dejjem emmen li l-edukazzjoni hija l-uniku mod ta’ kif wieħed jista’ jgħin lit-tfal foqra sabiex itejbu ħajjithom. Missier Asfaw kien qassis Ortodoss. Asfaw qatta’ ħafna mit-tfulija tiegħu jieħu ħsieb in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ missieru. Meta kellu tmien snin, il-familja kollha tiegħu ddeċidew li jerħulha lejn il-kapitali tal-Etjopja, Addis Ababa. Hemmhekk, Asfaw ġie ordnat Djaknu flimkien mal-ħdax-il aħwa tiegħu. Wara ċ-ċerimonja, Asfaw irrifjuta li jmur lura u għalhekk spiċċa jgħix fit-toroq b’ħamsin ċenteżmu fil-but. Asfaw kellu jaħdem ħafna sabiex jaqla’ xi ħaġa x’jiekol. Huwa qatta’ erbatax-il xahar jorqod barra fil-bitħa tal-Katidral ta’ San Ġorġ, sakemm jum fost l-oħrajn waqaf jgħin mara Torka li kien għadu kif inqalbilha l-karettun. Asfaw mar jiġri sabiex jgħinha tiġbor it-tagħbija tal-ġobon li kienet imxerrda kollha fl-art. Din il-mara offriet lil Asfaw xogħol domestiku fid-dar tagħha u saqaf fuq rasu matul il-lejl. Il-mara offriet ukoll lil Asfaw l-opportunità li jattendi l-iskola. Fl-iskola Asfaw mar tajjeb ħafna, tant li rebaħ borża ta’ studju b’xejn fl-iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ immexxija mill-‘British Council’. Kien proprju fl-ewwel sena tiegħu f’din l-iskola li Asfaw ħass il-ħtieġa li jagħmel xi ħaġa sabiex jgħin lit-tfal foqra li bħalu kienu jgħixu fit-toroq. Fl-1957, fl-età ta’ erbatax-il sena huwa fetaħ

70 GWIDA Settembru 2021

l-ewwel skola tiegħu għat-tfal li jgħixu fit-toroq. Huwa beda billi ħa l-inizjattiva li jiġbor l-ikel żejjed li kien jifdal wara li l-istudenti jkunu kielu. Asfaw kien iqassam dan il-fdal tal-ikel lit-tfal tat-triq li kienu jinġabru barra l-gradi tal-iskola. Iktar tard huwa beda jlaqqa’ lit-tfal taħt siġra tal-ballut fil-bitħa tal-knisja biex jgħallimhom. Asfaw kien kuntent ħafna b’din l-iskola żgħira li kien ħoloq, tant li meta temm l-istudji tiegħu stess, huwa m’aċċettax il-post offrut lilu fl-università, iżda minflok iddeċieda li jiddedika ħajtu kollha sabiex jaħdem bħala għalliem. Huwa kien jirnexxilu jiġbor mijiet ta’ tfal taħt is-siġar fil-bitħa talknisja. L-awtoritajiet tal-knisja kienu mħassba u nkwetati dwar dak li kien qed jiġri. Kien wasal iż-żmien li Asfaw ikollu bini u art minn fejn imexxi l-programm ta’ tagħlim li kien ħoloq. Jum fost l-oħrajn l-Imperatur Haile Selassie żar l-iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ fejn kien jgħallem Asfaw. Asfaw kien pront u ħa ċ-ċans sabiex ikellem lillimperatur. Dan għamlu billi fil-veru sens tal-kelma qabeż quddiem il-limousine tal-imperatur innifsu. Sas-sena 1960, il-klassijiet ta’ Yemiru kien jlaħħqu t-300 student u studenta. Huwa għamel petizzjoni għall-għajnuna, u s-sena ta’ wara, permezz ta’ digriet imperjali, Asfaw ingħata tliet mitt metru kwadru fuq wara tal-bitħa tal-katidral sabiex jibni l-iskola tiegħu. Meta l-bini kien lest, dan kellu faċilitajiet bażiċi u kien jikkonsisti f’għaxar


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.