GWIDA JUNE 2021

Page 12

Storja Prinċipali

Ritratti: Matthew Cutajar – iCam Photography

JOMIKE U LYDON

Il-missier u l-iben li ġennew lil Malta bil-makkjetti! Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent kienu Jomike u Lydon. Ħafna kienu l-Maltin li esprimew is-sodisfazzjon xħin raw lil dawn it-tnejn ikantaw flimkien. Kien għalhekk li għall-edizzjoni ta’ Jum il-Missier għażilna lil dan id-duo fenomenali li tant qed jagħmlu ġieħ lill-Malti, lill-għana u lill-makkjetti! Biss hemm imnejn li ma’ Jomike u Lydon jingħaqad membru ieħor fil-makkjetti, għax Jomike u l-maħbuba tiegħu qed jistennew tarbija!

Kif qed tħossok Lydon li ser ikollok ma’ min tilgħab? Lydon: Eċitat ħafna! Irrid li kieku jasal illum!

Nawguraw lilek u lill-maħbuba tiegħek għat-twelid tat-tieni wild. Kif għedtulu lil Lydon li ser ikollu ħuh jew oħtu? Jomike: Lydon kien ilu sena jgħidilna li jrid ħuh jew oħtu. Dejjem waħdu; ma jkollux ma’ min iqatta’ l-ħin. Kont nitħassru jilgħab waħdu. Xħin għednielu, feraħ ħafna. Li kieku jista’, id-due date f’Awwissu, jagħmilha għada. Fil-finali ta’ Malta’s Got Talent eżatt, kelli ferħa doppja għax dakinhar sirt naf li ser nerġa’ nsir missier.

Danica (omm Lydon): Meta twieled, Lydon ma bekiex u għamilna ġimgħa hekk. Konna inkwetati fuq hekk, aktar u aktar meta smajna l-professur jgħidilna li din kienet problema. Talbuna noqogħdu ndejquh sa ma jibki u għalxejn! Wara ġimgħa wriena kif jibki mbagħad!

Għandkom xi ħsibijiet ta’ ismijiet? Jomike: S’issa għadna ma nafux x’ser ikollna u nixtiequ li tibqa’ sorpriża! Niftakarni li fit-tqala ta’ Lydon, it-tabib kien qabad u żvela, imma din id-darba avżajnieh mill-ewwel. Bħala ismijiet jekk tkun tifla għażilna l-isem ta’ Trista, u jekk ikun tifel Jaiden, ħalli jaqbel ma’ Lydon!

12 GWIDA Ġunju 2021

Tirrakkontalna ftit fuq it-twelid ta’ Lydon? Jomike: Peress li ma kellniex esperjenza ta’ tfal, mal-inqas uġigħ konna mmorru lejn l-isptar. Fil-fatt f’Lydon dħalna l-isptar fid-9 ta’ filgħodu u twieled fis-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu tal-ġurnata ta’ wara.

Imbagħad wara li twieled Lydon, inti ddeċidejt li tieħu l-għana bis-serjetà? Jomike: Iva, mat-twelid ta’ Lydon bdejt ngħanni fil-ħwienet. Meta Lydon għalaq sena, bdejt narah li diġà qed jinteressa ruħu. Għandi filmati tiegħu jżomm widnejh u lil Danica bdejt ngħidilha li kien ser ikollna għannej. Hi ma tantx bdiet temminni, imma kelli raġun! Kif bdiet in-namra tal-għana fik? Jomike: Minn tfuliti ta! Żmien ilu kont naħdem b’tal-linja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.