Intervista
PIERRE CORDINA
Il-preżentatur ta’ BAY Radio ser isir missier dan ix-xahar Fix-xahar iddedikat lill-missirijiet, ser inlaqqgħukom malpreżentatur tar-radju, Pierre Cordina. Pierre jippreżenta programm ta’ waranofsinhar (drivetime) ma’ Taryn Mamo Cefai fuq BAY Radio. Proprju f’Jum il-Mara, Pierre ħabbar li kien qed jistenna tarbija mal-maħbuba tiegħu Rebecca. Tkellimna ftit ma’ Pierre u skoprejna aktar dwar din ilkoppja u t-tarbija tagħhom! Kif iltqajt ma’ Rebecca? Iltqajna fil-bidu tal-pandemija! Dak iż-żmien ħajti nbidlet, filli kien ikolli avveniment kuljum fejn indoqq u filli xejn. Spiċċajt biex inqtajt min-nies, u peress li ma kontx qed noħroġ ma kontx niltaqa’ ma’ tfajliet lanqas. Dak iż-żmien ma kontx qed infittex relazzjoni għalkemm ikolli nistqarr li qatt ma xtaqt li nibqa’ waħdi. Darba minnhom xi ħbieb komuni laqqgħuna flimkien u sirna nafu lil xulxin. Niftakar ċar, kien il-Ħadd u kienet 22 GWIDA Ġunju 2021
qaltli li sejra tagħmel xirja. Pront jien stedintha biex tiġi tiekol għandi għax kelli l-ikel lest. Kont sajjart tiġieġa u jien imdorri naħseb għal ħafna. Rebecca ġiet u għoġobha ħafna l-ikel tiegħi! Minn hemm bdejna niltaqgħu. F’Ottubru tas-sena l-oħra qaltli li konna qed nistennew tarbija! Għall-ewwel kienet xokk għalija, imbagħad għaraft li dan don kbir minn Alla. Jien qed nikber issa u minn dejjem xtaqt li nsir missier. It-tnejn ħadna gost b’din l-aħbar u bħalissa qed nippreparaw ruħna biex inkunu l-aqwa ġenituri possibbli. X’għedt meta sirt taf li ser issir missier? Xokk qawwi! Dak it-tip għedt, din possibbli? Xtaqnieha t-tnejn li aħna għax mill-ewwel tkellimna fuq it-tfal. Ta’ 43 sena trid tiddeċiedi; jew issa jew qatt! Kif għedtlek kien xokk qawwi imma wara ftit sigħat rajna li kien don kbir u bdejna nagħmlu l-kuraġġ biex ingawdu l-mument.