Intervista
IVAN GAFFIERO
Il-preżentatur u missier maħbub u li jgħin lil ħafna! Ivan Gaffiero huwa missier ta’ żewġ ulied, missier ta’ ħafna studenti tal-modelling, ħabib ta’ ħafna semmiegħa li jisimgħu l-programm tiegħu tard filgħaxija u negozjant. Iżda tajjeb li tkunu tafu li Ivan kellu jibda mix-xejn, saħansitra għamel perjodu li ma kellux saqaf fuq rasu! Illum hu ta’ spalla għal ħafna nies u fil-fatt għamilna din l-intervista ġoluffiċċju/ħanut li fetaħ apposta biex ikun jista’ jilqa’ n-nies u jgħinhom fid-diffikultajiet tagħhom. Ħa niħdok lura għal meta sirt taf li ser tkun missier għall-ewwel darba. Tirrakkontalna ftit x’ġara? Mela jien sirt missier ta’ età żgħira, kelli tnejn u għoxrin sena; nista’ ngħid li kien l-isbaħ mument ta’ ħajti. F’dawk id-disa' xhur jiena u l-mara tgħidx kemm konna ħerqanin nistennew l-ewwel tarbija tagħna, Tiziana, li llum għandha ħamsa u għoxrin sena. Tiziana ġabet ħafna ferħ għalkemm f’dak il-perjodu, jien u l-mara konna għaddejjin minn żmien vera diffiċli għax konna spiċċajna bla dar fejn noqogħdu u l-vjaġġ tiegħi bħala missier beda bi tbatija. Iżda kif kellna lil Tiziana f’idejna nsejna kollox. Jiġifieri meta twieldet Tiziana intom kontu bla dar? Sfortunatament aħna għaddejna minn problema vera kerha – fil-bidu taż-żwieġ tagħna konna ppreparati li ser nkunu qed ngħixu ma’ membru tal-familja, però l-affarijiet ma ġrawx hekk u spiċċajna mkeċċija minn din id-dar. Il-
mara kienet diġà tqila meta spiċċajna barra fit-triq, imma mbagħad il-Bambin ipprovdilna post żgħir, żewġt ikmamar kollox. Infatti llum il-ġurnata nifhem sew minn xiex jgħaddu dawk in-nies li ma jkollhomx saqaf fuq rashom. Wara tmien snin ħadt ferħa oħra! Għidilna ftit fuq it-twelid ta’ Martina... Wara tmien snin kellna liż-żgħira, Martina, li llum għandha sbatax-il sena. It-twelid ta’ Martina bħal donnu reġa’ tani spinta fil-ħajja tiegħi, għaliex f’dawk it-tmien snin ukoll kellna mumenti ta’ tbatija u anka nuqqas ta’ finanzi. Martina wkoll ġabet ħafna ferħ. Ftit snin wara t-twelid ta’ Martina, jien u l-mara sseparajna, imma xorta waħda bqajna ħbieb anka minħabba t-tfal. Wara li sseparajt jien ħriġt l-istorja tiegħi, li kont isseparajt u qlibt is-sesswalità tiegħi bħala gay. Però f’ħajti ma nħossx li għamilt żball għax kieku ma kienx għal dak iż-żwieġ, kieku jien m’iniex missier u m’iniex kuntent bit-tfal. Ma jiddispjaċini xejn li jien missier. Minkejja dak li jien illum, xorta waħda għandi relazzjoni sabiħa ferm mat-tfal u nħobbu ħafna lil xulxin, pjuttost qishom il-ħbieb tiegħi. Kif ħaduha t-tfal li ser tisseparaw? Meta saru jafu li se ninfirdu, Tiziana kellha tnax-il sena u Martina kellha biss erba’ snin, infatti lil Martina ma tantx
GWIDA Ġunju 2021 55