Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2019

Page 12

10

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

jara ta’ k adr tal- adonna a’ in f’Ħad-Dingli ill- i għa 2 sat- nejn ta’ A

iss 2 1

Din is-sena l-festa ta’ Santa Marija qed tibda bil-preżenza fostna ta’ kwadru tax-xbieha talAssunta miżmuma b’għożża fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. L-inizjattiva, bilkoperazzjoni tal-amministrazzjoni tas-Santwarju, qed issir fis-sena li qed jiġi ċċelebrat l-400 anniversarju tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu bi stedina biex it-tifkira ta’ dan l-avveniment jgħinna nġeddu l-qima lejn Ommna Marija Mtellgħa s-Sema u nintelqu f’idejha ħalli twassalna għand Ġesù. L-editur tar-rivista ‘Il-Ħajja f’Għawdex’, FRANCESCO PIO ATTARD, jikteb dwar din id-devozzjoni Marjana, l-istorja tal-kwadru, il-ġrajja meta minn dan il-kwadru l-Madonna tkellmet u s-Sena Marjana li għaddejja f’Għawdex. Preżenza ta’ kappella sa mis-seklu ħmistax Fuq il-post fejn illum hemm isSantwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, ilha wieqfa xi forma ta’ kappella sa mill-bidu tas-seklu ħmistax. L-art, filkontrada tal-għolja Ta’ Għammar (bejn l-Għasri u l-Għarb), minn dakinhar sal-lum għaddiet minn id għal oħra, u l-kappella mhux darba u tnejn kienet fi stat ħażin ħafna, tant li laħaq sar il-ħsieb ukoll li titwaqqa’, ħaġa li l-Madonna providenzjalment ma ppermettietx. Din il-kappella fil-kampanja, magħrufa għal żmien twil bħala ‘Ta’ Ġentili’ għal isem il-familja proprjetarjà tagħha, fl-1578 għaddiet f’idejn ċertu Filippu (fil-qosor Pinu) Gauci, li daħal responsabbli għaż-żamma tal-kappella. Meta fl-1615, waqt Viżta Pastorali tal-Isqof Baldassare Cagliares, millġdid instabet f’qagħda ħażina, Pinu offra minn jeddu li joħroġ il-flus għar-restawr tagħha. Kien hu li kkummissjona kwadru titulari ġdid tal-Assunta lil Bartolomeo Amadeo Perugino, li tqiegħed fʼpostu fl-1619. Hu minħabba f’dan kollu li l-kwadru, u mbagħad il-kappella, is-Santwarju u l-inħawi kollha, baqgħu sal-lum magħrufa bħala “Ta’ Pinu”. Il-ġrajja tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima Fit-22 ta’ Ġunju 1883, Karmni Grima, xebba bidwija mill-Għarb, kienet ġejja lura lejn darha, mill-għalqa tagħhom in-naħa talĠurdan, filwaqt li kienet qed tgħid xi talbiet privati tagħha. Kienu xi l-10.10 a.m., u xħin kienet għaddejja minn ħdejn il-kappella Ta’ Pinu, semgħet għal darbtejn jew tlieta leħen isejħilha: “Ejja, ejja”. Ħarset lura, u billi ma rat lil ħadd, baqgħet miexja. Imma l-leħen ta’ qabel tenna: “Ejja llum, għaliex qabel sena oħra ma tkunx tista’ tiġi”. Għalhekk, hija reġġgħet xi passi lura biex taqbad il-passaġġ u bdiet miexja bil-mod u beżgħana lejn il-kappella. Xħin waslet, talbet għal ħin wieħed u ġarrbet hena mhux tas-soltu; u xħin spiċċat it-talb


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.