12
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Festa b’tifsila differenti frott ċirkustanzi straordinarji
Ta’ din is-sena se tkun festa limitata ħafna, iżda rriduha li tkun ċelebrazzjoni sabiħa u millqalb kif nafu nagħmlu aħna d-Dinglin lil Santa Marija. Bħala l-organizzatur tal-festa ta’ barra f’Ħad-Dingli, il-Kumitat Festa Esterna hu impenjat jgħin biex nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu niċċelebraw bl-aħjar mod fiċ-ċirkustanzi jum il-festa titulari ta’ Santa Marija, skont id-direttivi tal-awtoritajiet tal-Knisja u tas-saħħa. F’dan l-artiklu, il-KUMITAT FESTA ESTERNA jitratta l-effetti tal-coronavirus fuq il-festa, deċiżjonijiet li ttieħdu meta faqqgħet il-pandemija, kif se niċċelebraw il-festa din is-sena u t-twettieq tar-restawr ta’ patrimonju artistiku fl-armar talfesta f’Ħad-Dingli. L-effetti tal-coronavirus Sa meta faqqgħet il-pandemija, ittħejjijiet għall-festa ta’ din is-sena kienu għaddejjin ġmielhom. Is-servizzi talbaned, il-programm tal-logħob tan-nar u l-kuntratt tal-armar tad-dawl kienu konfermati. F’laqgħa msejħa apposta fl-20 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat Festa Esterna evalwa s-sitwazzjoni kif kienet qed tiżviluppa u x’deher li seta’ jkun l-impatt tal-coronavirus fuq il-festa li ġejja. X’kien se jiġri sa Awwissu ħadd ma seta’ jbassar u għalhekk id-destin tal-festa dakinhar ma kienx magħruf. Konna konxji iżda li se jkollna tnaqqis sostanzjali fid-dħul finanzjarju u ridna li nagħtu dejjem l-ogħla prijorità lissaħħa ta’ kulħadd. Waqt li deċiżjoni fuq servizzi bħall-baned setgħet tittieħed ’il quddiem meta jkun hemm direzzjoni ċara mill-awtoritajiet tas-saħħa u talKnisja, dehrilna li fiċ-ċirkustanzi kellha tittieħed deċiżjoni fuq il-logħob tan-nar billi l-manifattura kienet se tibda tirranka f’dak il-perjodu. Ilkumitat iddeċieda li ma jinħadimx xogħol pirotekniku għall-festa ta’ Awwissu 2020. Din kellha tkun it-tielet darba fejn il-Kumitat Festa Esterna jinkariga lill-Għaqda Mużikali Santa Marija biex permezz ta’ pirotekniċi fi ħdanha timmanifattura l-logħob kollu tan-nar tal-ajru għall-festa ta’ Santa Marija, blispiża tinqasam min-nofs bejn iż-żewġ entitajiet. Id-deċiżjoni ġiet komunikata lill-Għaqda Mużikali Santa Marija li qablet li x-xogħol mill-voluntiera tagħha jieqaf. Il-kumitat apprezza dan għax minkejja li ma kinitx deċiżjoni faċli dehrilna li l-għaqal hekk jitlob, b’rispett ukoll lejn s-saħħa tal-voluntiera li jaħdmu n-nar. Ilkoll konna konxji li ż-żmien li ġej se jitlob deċiżjonijiet responsabbli biex noħorġu mid-diffikultajiet li kulħadd se jiffaċċja. Naturalment, minnufih ukoll ġiet kanċellata l-ordni tallogħob tan-nar tal-art li l-Kumitat Festa Esterna jixtri mingħand il-kamra tan-nar Sant’Andrija, fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Unjoni ta’ Ħal Luqa. Jiem biss wara li l-kumitat ħa dawn id-deċiżjonijiet, l-awtoritajiet tal-Knisja ħarġu direttivi fejn ingħad li: