24
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Mons. Louis Camilleri
50 sena saċerdot servizz lill-Knisja f’Malta u ’l-parroċċa ta’ Ħad-Dingli
Kif itir iż-żmien? Għaddew 50 sena minn meta seminarista żagħżugħ minn Ħad-Dingli, ġie ordnat saċerdot għal dejjem – sacerdos in aeternum. SAVIO D. BORG jikteb dwar ħajjet u ħidmet Mons. Louis Camilleri, li fl-aħħar talartiklu jgħaddi wkoll messaġġ lill-poplu ta’ ĦadDingli. Mons. Louis Camilleri twieled nhar is-27 ta’ Lulju, 1944, f’Ħad-Dingli, iben Ġużeppi u Michelina nee` Abela, it-tielet wild fost għaxra. Tliet ijiem wara ġie mgħammed mill-Kappillan Dun Carmelo Azzopardi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Kemm issagrament tal-Ewwel Tqarbina kif ukoll s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof ġew amministrati lilu matul ilparrokat tal-Kappillan Azzopardi.
Studja fl-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli u fil-Liċeo u aktar tard fl-Università ta’ Malta fejn gradwa b’Baċellerat fl-Arti fl-1966, Baċellerat fid-Divinità (teoloġija) fl-1968, u l-Liċenzjat fid-Divinità fl-1970. Ħass is-sejħa tal-Mulej u fl-1964 daħal is-Seminarju Maġġuri biex jipprepara ruħu għal saċerdot. Wara tmien snin ta’ studju u preparazzjoni, il-jum mistenni minn kull seminarista wasal ukoll. Nhar il-15 ta’ Marzu, 1970, flimkien ma’ 10 djakni oħra (6 djoċesani u 5 patrijiet) bit-tqegħid tal-idejn ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, hu ġie kkonsagrat lil Alla għas-servizz tal-Knisja. Il-prima messa għamilha nhar il-Ħadd 16 ta’ Awissu 1970, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Il-ħidma prinċipali ta’ Mons. Louis Camilleri matul din il-mixja saċerdotali ta’ 50 sena kienet marbuta mal-pastorali tal-familja Maltija b’ħidma kontinwa filMoviment ta’ Kana. Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1956, il-moviment kien ta’ sostenn ewlieni b’riżq il-familji Maltin billi joffri diversi servizzi fosthom korsijiet bi tħejjija għaż-żwieġ, counselling għallkoppji li għaddejjin minn problemi matrimonjali, tagħlim dwar l-ippjanar naturali tal-familja, organizzazzjoni tal-Gruppi Familji Nsara, korsijiet fuq parental skills, publikazzjoni ta’ kotba u