Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2020

Page 54

52

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Mid-djarju tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Il-ħajja u l-ħidma fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli fl-aħħar tnax-il xahar tista’ tinqasam min-nofs, u ssegwi dak li ġara fil-kumplament tal-parroċċi. Fl-ewwel sitt xhur l-andament kien pjuttost normali. Imbagħad, minn Marzu, il-coronavirus biddel kollox. MARIO MICALLEF jagħti ħarsa lura lejn xi mumenti li jibqgħu mmarkati fid-djarju tal-parroċċa minn Awwissu 2019 ’il quddiem. Il-kwadru pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu fostna Mill-Ġimgħa 2 sat-Tnejn 5 ta’ Awwissu 2019 kellna l-grazzja nilqgħu fostna l-kwadru pellegrin tal-Madonna Ta’ Pinu. Dan sar fis-sena li fiha tfakkar l-400 anniversarju ta’ din ix-xbieha tal-Assunta miżmuma b’tant għożża fis-Santwarju Ta’ Pinu, fil-limiti talGħarb, f’Għawdex. Il-poplu ta’ ĦadDingli laqa’ bi ħġaru din l-inizjattiva u pparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet organizzati. Dawn saru fl-ewwel jiem tal-kwindiċina tal-festa ta’ Santa Marija. Kien tassew mument sabiħ dak tal-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu filgħaxija, meta r-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, Dun Gerard Buhagiar, mexxa quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli. Din ġiet iċċelebrata ħdejn l-istatwa talMadonna, fi Triq Claudette Agius. Fi tmiem il-quddiesa sar pellegrinaġġ aux flambeaux bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu sal-Knisja Arċipretali fejn saret il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is-Sibt 3 ta’ Awwissu filgħodu ġiet iċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha ġie amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk li għandhom aktar minn sittin sena u ’l-morda. Filquddiesa tas-Sibt filgħaxija saret il-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu matul din l-aħħar sena lillMadonna Ta’ Pinu. F’kull quddiesa ċċelebrata l-Ħadd 4 ta’ Awwissu ntqalet it-talba ta’ affidament tal-familja lillMadonna Ta’ Pinu. Bejn quddiesa u oħra, diversi familji qattgħu ħin ta’ talb privat quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu armata fil-knisja. L-aħħar jum fostna tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu għaqqad flimkien lill-għaqdiet u l-poplu ta’ ĦadDingli. It-Tnejn 5 ta’ Awwissu filgħaxija, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mexxa quddiesa bissehem tal-Kunsill Lokali, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummissjonijiet parrokkjali, id-dirġenti u membri ta’ għaqdiet, gruppi u każini u l-poplu. Fi tmiem il-quddiesa, saret velja ta’ talb f’riġlejn ix-xbieha devota tal-Madonna Ta’ Pinu li ġiet fi tmiemha bil-Barka Sagramentali. Ejjew aħna lkoll nagħmlu tagħna dan il-kliem li l-Isqof Mario Grech qal fil-wasla lura tal-kwadru fisSantwarju nhar is-27 ta’ Jannar 2019 wara li dar il-parroċċi kollha f’Għawdex:


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.