Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2022

Page 18

16

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Merħba lill-Arċipriet il-ġdid

Il-Kanonku David Farrugia Nhar is-Sibt 9 ta’ April 2022 tħabbar uffiċjalment li l-Arċisqof, Mons. Charles J. Scicluna, ħatar lill-Kan. David Farrugia bħala l-Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Hu l-41 ragħaj spiritwali ta’ Ħad-Dingli sa mit-twaqqif mill-ġdid tal-parroċċa nhar il-31 ta’ Diċembru, 1678. Huwa wkoll it-3 Arċipriet ta’ din il-parroċċa, li ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Arċipretali nhar it-22 ta’ Awwissu 2015. Iżda min hu l-Arċipriet il-ġdid ta’ Ħad-Dingli? Dun David Farrugia għandu 43 sena u ilu 18-il sena saċerdot. Imwieled fl-Isptar Santa Katerina (Ħ’Attard) nhar l-24 ta’ April 1979, minn Vincent Farrugia u Jane - aktar magħrufa bħala Vanna - neè Cefai, Dun David hu t-tieni iben minn tlieta. Missieru li ġie nieqes madwar 9 snin ilu kien mill-Belt Valletta. Ommu hi minn Ħal Qormi, illokalità fejn il-familja Farrugia tgħix. Ħuh ilkbir, Tonio, li hu ħames snin akbar minnu kien iggradwa bħala accountant u llum huwa Manager talLibrerija Preca. Ħuh iżżgħir, Carmel, li hu għaxar snin iżgħar minn Dun David, hu iggradwat bħala fiżjoterapista u jaħdem firResidenza San Vinċenz De Paul. Iż-żewġ t’aħwa huma membri attivi fisIl-familja Farrugia f’jum il-prima messa (Lulju 2004) Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-M.U.S.E.U.M. Tonio għamel madwar 16-il sena ġewwa Lurin fil-Perù, fosthom bħala Superjur hemmhekk, u din is-sena nħatar bħala Superjur tal-qasam tan-Naxxar. Carmel ilu madwar sentejn Superjur tal-qasam tal-Mosta. Dun David tgħammed fil-kripta tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, mill-Kappillan ta’ dak iż-żmien - illum Monsinjur - Dun Vinċenz Deguara. Hu rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ), l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal-Ħandaq, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Tul dan iż-żmien Dun David irċieva wkoll il-formazzjoni nisranija tiegħu fil-M.U.S.E.U.M., għal xi żmien fil-Leġjun ta’ Marija, u għal numru ta’ snin sewwa bħala abbati. Nhar it-8 ta’ Settembru 1997 Dun David ġie aċċettat fis-Seminarju Maġġuri ta’ Malta, f’Tal-Virtù, ir-Rabat. Hemm beda jirċievi l-formazzjoni għas-saċerdozju waqt li jwettaq l-istudji tiegħu filFakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta, fejn ġab Baċellerat u Liċenzjat fit-Teoloġija.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.