Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2022

Page 22

20

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Grazzi Dun Mark Mallia Pawley 7 snin ta’ servizz lil Ħad-Dingli… …minn seminarista għal Arċipriet

Minn Mark is-seminarista . . . għal Mark is-saċerdot . . . għal Mark l-Arċipriet. Din hi r-rabta twila 7 snin ta’ Dun Mark Mallia Pawley mal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli li ntemmet nhar il-Ħadd, 1 ta’ Mejju 2022. Il-parroċċa tagħna hi grata lejn dak kollu li Dun Mark wettaq f’dawn issnin bħala l-40 ragħaj spiritwali u t-2 Arċipriet fl-istorja tagħha. Nawgurawlu fil-ħidma li qed iwettaq fi djoċesi fiċ-Ċili fejn qed jassisti saċerdot Malti li hu l-vigarju ta’ din id-djoċesi. Kien f’Lulju 2015 meta r-Rettur tas-Seminarju bagħat lil Dun Mark Mallia Pawley biex bħala seminarista li dieħel għall-aħħar sena tal-formazzjoni saċerdotali jagħmel esperjenza fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Fix-xhur ta’ wara baqa’ fostna bħala djaknu. Wara li ġie ordnat saċerdot, nhar id-29 ta’ Ġunju 2016, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna talbu jibqa’ Ħad-Dingli biex jgħin lill-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit f’ħidmiet pastorali varji. Sentejn wara, fl-għażla ta’ Arċipriet ġdid għal Ħad-Dingli, l-awtoritajiet tal-Knisja nnominaw lil Dun Mark għal din il-kariga. Kien fl-għodwa tal-1 ta’ Mejju 2018, festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u jum ta’ btala pubblika li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa quddiesa fil-Knisja Arċipretali fl-okkażjoni talbidu uffiċjali tal-ħidma tal-Arċipriet il-ġdid. Nofs il-parrokat ta’ Dun Mark kien ikkaratterizzat minn realta’ unika għalina lkoll: il-pandemija talCOVID-19. Fl-agħar tal-pandemija, meta l-knejjes tagħna ma baqgħux jilqgħu n-nies għall-Ewkaristija fittex li l-parroċċa tibqa’ viċin in-nies. Dan sar fost l-oħrajn bil-mod kif il-parroċċa wasslet il-messaġġi tagħha, inkluż ix-xandir tal-Kelma, bil-media soċjali. Sa mill-ewwel ġurnata li daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet, Dun Mark ra li juża l-paġna ta’ facebook tal-parroċċa għal dan l-għan. Fittex ukoll li l-parroċċa tkun qrib min jeħtieġ xi forma ta’ għajnuna fosthom b’telefonati lil anzjani jew persuni li jgħixu weħidhom u b’azzjonijiet ta’ karità li setgħu jsiru grazzi għal donazzjonijiet ta’ ikel minn ħafna Dinglin li rrispondew għas-sejħa tiegħu biex jaħsbu f’familji fil-bżonn. Għal sentejn sħaħ, ħoloq mod oriġinali kif jilħaq il-familji bit-tberik li ma setax isir bi żjarat individwali fid-djar. Qassam fliexken żgħar bl-ilma mbierek u talba li ħallihom fuq l-għetiebi ta’ kull residenza fil-parroċċa. Fil-bidu tal-parrokat ta’ Dun Mark Mallia Pawley, il-parroċċa kienet għadha kemm applikat għallewwel darba biex tieħu fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti ta’ ħarsien ta’ patrimonju li għandha. Ix-xogħol u l-ispejjeż involuti ma kinux ftit, iżda daqstant ieħor is-sodisfazzjon meta l-applikazzjoni ġiet approvata u l-parruċċani raw li x-xogħol tlesta u sar bi professjonalità kbira. Dawn kienu jinvolvu r-restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann il-Battista, il-pedestall tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, inniċċa tal-Madonna tar-Rużarju, il-kwadri tal-Via Sagra, il-kwadru titulari tal-altar tal-Madonna tarRużarju, u żewġ kwadri kbar fil-kor li juru l-għerusija tal-Madonna ma’ San Ġużepp u l-Adorazzjoni


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.