32
Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli
Minn ġrajjiet il-parroċċa fl-aħħar 12-il xahar Matul l-aħħar sena, kienu bosta s-sinjali li wrew li bil-mod il-mod ninsabu ħerġin millpandemija tal-COVID-19. Dan minkejja li f’ħafna miż-żmien baqgħu jittieħdu prekawzjonijiet u kien hemm appelli għall-kawtela. Kien żmien, fejn bħal oqsma oħra fis-soċjetà, l-effetti talpandemija fuq il-Knisja f’Malta bdew jidhru aktar. MARIO MICALLEF jurina li fl-aħħar tnax-il xahar il-ħidma fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli ma qatgħetx u għexna wkoll bosta mumenti sbieħ. Awguri lis-seminarista Daniel Abela . . . miegħek bit-talb Nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru 2021, Daniel Abela, żagħżugħ mill-parroċċa tagħna beda l-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Arċisqof, f’TalVirtù, ir-Rabat. Daniel kien involut sew fil-ħajja talparroċċa, b’impenji f’ħidmiet ta’ natura differenti. Kien jifforma parti mit-tim ta’ voluntiera li jieħdu ħsieb il-Knisja Arċipretali bħala sagristana u membru tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, talKumitat Festa Esterna, tal-Kummissjoni Pastorali Diġitali u tal-Grupp tal-Qniepen. Kull vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża hi grazzja kbira, iżda ta’ Daniel hi tassew speċjali għax waslet wara 50 sena mill-aħħar ordinazzjoni saċerdotali ta’ iben ilparroċċa ta’ Ħad-Dingli. Il-parroċċa rregalatlu s-suttana li qed juża fis-servizzi liturġiċi li jkollhom is-seminaristi. Fl-aħħar xhur kien ta’ sodisfazzjon narawh jassisti f’ċelebrazzjonijiet ewlenin fil-ħajja talKnisja f’Malta fosthom il-quddiesa mmexxija mill-Papa Franġisku fuq il-Fosos tal-Floriana u ċelebrazzjonijiet oħra li tmexxew mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Bħala seminarista, apparti l-istudji fl-Università ta’ Malta, Daniel qed jieħu esperjenza tal-pastorali fil-parroċċa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ. Aħna lkoll imħeġġin nakkumpanjawh bit-talb, biex Ommna Marija żżommu taħt ilħarsien tagħha u tiggwidah f’din il-mixja. Grazzi Dun Matthew Pulis Fl-1 ta’ Mejju 2022, temm sentejn u nofs ta’ ħidma pastorali fostna Dun Matthew Pulis. Dun Matthew li għandu 38 sena u hu mill-Iklin kien ilu parti millkleru tal-parroċċa sa minn Novembru 2019, ftit tax-xhur wara li ġie ordnat saċerdot. Hu kien jgħin f’Ħad-Dingli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ kuljum, fit-tmexxija tal-Grupp tal-Abbatini u talKummissjoni Pastorali Diġitali. L-għarfien tiegħu fl-informatika sewa ħafna biex matul il-pandemija l-parroċċa kellha preżenza qawwija online u kompliet il-missjoni evanġelika tal-Knisja fuq ilpjattaformi diġitali. Dun Matthew qed ikompli