Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2022

Page 56

54

Parroċċa Santa Marija Ħad-Dingli

Wara ħajja ta’ taħbit, Dun Ġorġ miet f’Santa Venera, fejn qatta’ l-aħħar xhur ta’ ħajtu. Ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu nhar il-Ħamis, 26 ta’ Lulju 1962, festa ta’ Sant’Anna. Il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża, (biswit id-Dar Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M.) il-Blata l-Bajda. Matul ħajtu, Dun Ġorġ, kellu l-fama ta’ bniedem qaddis. Il-kawża tal-kanonizzazzjoni bdiet fl-1975 u wara proċess rigoruż, nhar it-28 ta’ Ġunju 1999, ġie ddikjarat Venerabbli. Fid-9 ta’ Mejju 2001, Dun Ġorġ kien iddikjarat Beatu f’pajjiżna stess mill-Papa San Ġwanni Pawlu II u finalment Dun Ġorġ ġie meqjum għall-glorja tal-artali nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, 2007, mill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru, fil-Vatikan. Dakinhar il-Papa kien qal lill-Maltin li Dun Ġorġ “huwa t-tieni missier tagħkom fil-fidi wara l-Appostlu San Pawl. Huwa jitlob għalikom biex tkunu tassew ħbieb tal-Evanġelju.’

Dun Ġorġ u l-ewwel snin tal-M.U.S.E.U.M. f’Ħad-Dingli “Missieri u Dun Ġorġ kienu ħbieb sew. L-aħħar darba li ġie ĦadDingli, kien id-dar tagħna” – James Ebejer Il-konoxxenza tiegħi ma’ Dun Ġorġ, bdiet permezz ta’ missieri, John Baptist li kien ‘impressed’ mal-Gvern assenjat mad-Direttur talEdukazzjoni, il-mibki s-Sur Joseph P. Vassallo. Nixtieq insemmi tliet okkazjonijiet li niftakar fihom u li esperjenzajt direttament. L-ewwel każ kien meta Dun Ġorġ kien ġie jagħmel laqgħa Ħad-Dingli. Aċċidentalment jew bil-għajnuna t’Alla, kien iltaqa’ maz-zija tiegħi li kellha tifel ta’ sentejn u nofs fuq dirgħajha għax ma kienx jimxi sewwa. Kienet dejjem iżżommu fuq idejha u malli Dun Ġorġ iltaqa’ magħha staqsieha għalfejn ma tniżżlux jimxi. Fil-pront weġbitu li t-tifel ma Is-Sur James Ebejer jistax jimxi għax kellu sieq minnhom li kienet ittellfu. Pront, Dun Ġorġ messlu riġlu li kien qed juġgħu, u qalilha biex tniżżlu jimxi. Kif niżżlitu, it-tifel kien pront telaq jiġri kemm jiflaħ lejn id-dar. It-tifel baqa’ jikber u jistudja sa laħaq inġinier fejn ħadem il-power station. Esperjenza oħra li għext hi frott li dik il-ħabta kont ninżel għax-xogħol ma’ missieri. Darba fost l-oħrajn, aħna u neżlin għax-xogħol, missieri qalli: “Issa aħna u neżlin, ngħaddu ħa nkellmu lil Dun Ġorġ.” Jien dħalt ukoll għax ridt narah, u wara li kellmu ftit, Dun Ġorġ dar fuq missieri u qallu, “Patist, ħu paċenzja u kull filgħodu għaddi hawn ħalli twassalli ż-żewġ neputijiet li għandi l-iskola.” U hekk missieri beda jgħaddi biex iwassal lin-neputijiet l-iskola. Minn dak iż-żmien missieri u Dun Ġorġ saru ħbieb sew. Darba fost l-oħrajn, missieri qal lil Dun Ġorġ li xtaq iqerr. Dun Ġorġ fil-pront wieġbu, “Ejja filkamra tiegħi, ħalli tiskorri hemm.” Wara li qerr, missieri rringrazzja lil Dun Ġorġ u talbu biex jgħid lil Nellie (li kienet tieħu ħsieb lil Dun Ġorġ) biex tagħtih tazza ilma biex jieħu xi pilloli. Dun Ġorġ staqsa x’pilloli kien qed jieħu u missieri qallu li kienu tal-qalb. Minnufih Dun Ġorġ qallu biex ma joħodhomx aktar! Missieri kellu fiduċja kbira f’Dun Ġorġ; ma ħadhomx iżjed, u għex erbgħin sena oħra mingħajr il-pilloli tal-qalb. Meta miet, ma mietx b’mard tal-qalb!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.