Programm tal-Festa Ħad-Dingli 2022

Page 75

Programm tal-Festa 2022

73

Il-festa ta’ Santa Marija fl-2021

It-tieni waħda waqt il-pandemija tal-Covid-19 Mhix normali li fil-publikazzjoni tal-festa nagħtu rendikont dettaljat ta’ kif iċċelebrajna l-festa tas-sena ta’ qabel. Madankollu, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari li konna qed ngħixu fis-sajf tal-2021, dehrilna li għandna nħallu tifkira stampata ta’ kif Ħad-Dingli ċċelebra t-tieni festa ta’ Santa Marija waqt il-pandemija tal-COVID-19. Għal dan il-għan, MARIO MICALLEF idur dawra mat-tifsila tal-festa titulari ta’ sena ilu, kemm fil-knisja u anke fuq barra. F’Awwissu 2021, il-ħajja ta’ kuljum kienet għadha kkaratterizzata minn għadd ta’ restrizzjonijiet bħala parti mill-isforzi tal-awtoritajiet biex irażżnu l-firxa tal-imxija tal-COVID-19. Jekk nieħdu biss il-knisja tar-raħal tagħna, l-ispazju għal nies bilqiegħda kien għadu limitat għal taħt il-100 persuna. Biex tinżamm id-distanza soċjali, kienu għadhom qed jintużaw is-siġġijiet. Fil-fatt, il-bankijiet kienu għadhom stivati kollha fin-navi. Fuq barra, mix-xahar ta’ qabel kienu bdew jingħataw permess isiru l-ewwel attivitajiet, b’limitu iżda ta’ kemm jistgħu jattendu nies, iridu jkunu bilqiegħda, jirreġistraw minn qabel u jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Il-mixja spiritwali għall-festa bdiet nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu b’ġurnata madwar l-Ewkaristija Mqaddsa. Il-parruċċani kienu mistiedna jsibu ħin matul il-ġurnata biex iqattgħu ftit mumenti ta’ talb u adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fil-knisja jew fil-Kappella tal-Adorazzjoni f’Dar Don Bosco. Filgħaxija, l-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley mexxa l-quddiesa tal-bidu tal-kwindiċina li għaliha kien mistieden kulħadd. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-kwindiċina tal-festa għal kategoriji differenti fi ħdan il-komunità parrokkjali saru kollha fil-knisja biċ-ċelebrazzjoni f’jiem differenti ta’ quddiesa għat-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, il-familji, l-anzjani u l-morda. Il-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Marija saret fuq jumejn billi riedet tkopri lil ulied dan ir-raħal li twieldu f’sentejn. Fl-Għid tal-Assunta, nhar il-Ħadd 15 ta’ Awwissu, ġew ippreżentati t-tfal li twieldu fis-sena sa Lulju 2020. L-għada, it-Tnejn 16 ta’ Awwissu, saret il-preżentazzjoni lil Santa Marija tat-trabi li twieldu minn Awwissu 2020 ’il quddiem. Fiċċirkustanzi kif kienu f’Awwissu tas-sena li għaddiet, u anke biex il-banda kollha ħadet sehem, ittifkira tat-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Santa Marija saret fil-beraħ. Nhar it-Tnejn 9 ta’ Awwissu ġiet iċċelebrata quddiesa f’Misraħ Frenċ Abela, quddiem il-każin tal-istess għaqda, bis-sehem tal-banda u l-kor parrokkjali. Fil-festa 2021 ingħalaq kapitlu fl-ewwel esperjenza li l-parroċċa kellha ta’ proġetti ta’ restawr kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Nhar it-Tlieta 17 ta’Awwissu, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, saret Serata Marjana fil-knisja li matulha ġie inawgurat ix-xogħol ta’ konservazzjoni u r-restawr li sar fuq it-titular


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.