Messaġġ mill-President ta’ Malta Dr George Vella Dr George Vella
President ta’ Malta
Għeżież Beltin
Grazzi ta’ din l-opportunità li permezz ta’ dawn il-kelmtejn ser inkun qed naqsam magħkom il-ħsibijiet tiegħi f’dan l-anniversarju tant importanti għall-komunità Beltija, kif ukoll għall-kumplament tal-pajjiż. Huma ħafna dawk li bħali jiftakru ċ-ċelebrazzjonijiet fl1995, propju f’għeluq il-mitt sena minn meta l-Papa LEO XIII eleva s-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tal-Patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta għal Bażilika Minuri.
Meta din il-knisja rat il-bidu tagħha fl-1570, ftit kienu dawk li immaġinaw li din ser tkompli tikber u tisbieħ biex propju fl-1895 tiġi mogħtija t-titlu ta’ Bażilika Minuri. Matul iż-żmien dan il-post ma baqax biss Santwarju ta’ talb u devozzjoni lejn ilMadonna, iżda sar ukoll Santwarju tal-arti sagra u pitturi varji. Il-ħsara u t-tifrik li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinija ħasdet ukoll l-istorja twila ta’ din il-Bażilika Minuri, fejn din intlaqtet u ġarrbet ħsara konsiderevoli. Il-ħsara kienet tali li fl-1958 beda l-proġett tal-bini tal-knisja l-ġdida. F’dawn is-snin kollha li ilha mibnija l-knisja kienu eluf dawk il-Maltin u barranin li żaruha u fl-atmosfera unika ċċelebraw bosta avvenimenti ta’ ferħ bħal magħmudija ta’ tarbija jew l-għaqda
2
bejn tnejn minn nies fis-sagrament taż-żwieġ. Ma nistax ma nsemmix il-brijju u l-għaqda li ġġib magħha l-festa tal-Madonna tal-Karmnu u l-armar sabiħ li jkompli jżejjen din il-Bażilika Minuri.
Dan kollhu ma seta’ qatt isir mingħajr l-impenn kostanti u x-xogħol tal-Patrijiet li fiċ-ċokon tagħhom komplew isebbħu u jippreservaw dan il-ġojjell talPatrimonju Malti. Nemmen għalhekk, li l-Patrijiet Karmelitani u n-numru kbir ta’ volontiera ma jaqta’ xejn minn żmien nofs isSeklu Sittax lil hawn, għandhom jiġu mfakkra u ċċelebrati wisq aktar mill-binja nnfisha. Tajjeb li napprezzaw kemm l-impenn kostanti ta’ dawn in-nies kien strumentali biex illum aħna ngawdu dan it-teżor arkitettoniku u artistiku. Qabel nagħlaq nixtieq f’ismi u f’isem marti nirringrazzja lill-Komunità Karmelitana tal-mod kif għal snin twal laqgħuna fosthom fis-santwarju tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt Valletta.
Nagħlaq dawn il-kelmtejn billi nifraħ lill-Komunità Karmelitana talli kompliet tkattar il-ħolma ta’ missirijietna u baqgħet forza soċjo-reliġjuża kruċjali biex il-Belt Valletta tkompli tkun belt sinjura kif kienet fil-passat, kif inhi llum u kif irriduha li tkun fil-futur.
Festa Madonna tal-Karmnu