Minkejja li dis-sena l-festa mhux tas-soltu Nimxu Warajk Kull Fejn Teħodna, Verġni Marija Patri Alex M. Scerri O. Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju
Issa verament huwa l-mument li f’kull ħin ta’ ħajjitna ngħidu dak li nirrepetu fis-Salm talQuddiesa tas-16 ta’ Lulju “Nimxu warajk kull fejn teħodna Verġni Marija”.
Illum nixtieq nistaqsi lilna lkoll devoti tal-Madonna tal-Karmnu: x’nifhmu meta ngħidu din it-talba u nirrepetuha fis-salm talfesta? Fejn trid teħodna Marija u għalfejn ngħidulha nimxu warajk?
Li wieħed jimxi wara xi ħadd ifisser li hu qed jerħi d-destin tiegħu u jafda lil dak jew dik il-persuna li qed jimxi warajha... inti ma timxix wara xi ħadd li ma tafdax jew m’intix żgur li tista’ tieħdu bis-serjetà!!!
Aħna l-Karmelitani minn dejjem ħarisna lejn ilVerġni Marija bħala dik li fuqha rridu nfasslu l-ħajja tagħna kollha kemm hi, hi li dejjem intelqet u għamlet għal kollox ir-rieda ta’ Alla f’ħajjitha... mhux ta’ b’xejn allura li jekk aħna nimxu warajha hi żgur se twassalna u teħodna biex inkunu nistgħu nagħmlu dejjem ir-rieda ta’ Alla f’ħajjitna.
F’dan iż-żmien li lkoll għexna u għadna qed ngħixu minħabba din il-pandemija li laqgħtet lid-dinja kollha, dawn il-kelmiet inisslu fina wkoll sens ta’ talba ħierġa minn qalbna biex tkun il-Verġni Marija, il-Ġmiel tal-Karmelu, li tmexxina lkoll minn dawn il-mumenti ta’ mard, solitudni u ansjetajiet li seta’ u jista’ jkollna f’dawn iż-żmenijiet.
Valletta 2020
Kellna sena li suppost, aħna l-Karmelitani Beltin ridna nfakkru u niċċelebraw il-125 sena tal-għoti tal-Bażilika Minuri kif ukoll l-450 sena tal-Karmelitani fil-Belt Valletta. Imma kif ngħidu: il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi! Dan ma jfissirx li m’aħniex grati lejn ta’ qabilna, lejn dawk li kitbu l-istorja ta’ dan isSantwarju. Jixraq li nroddu ħajr lilhom għal dak kollu li sawru u għamlu matul dawn is-snin kollha.
Din is-sena l-festa talMadonna tal-Karmnu ser tkun ċċelebrata b’mod differenti u bir-restrizzjonijiet kollha li hemm minħabba din il-pandemija. Imma l-imħabba li hemm f’qalbna l-ebda pandemija jew restrizzjoni oħra ma se tnaqqas mid-devozzjoni li aħna għandna lejn din l-Omm tal-Karmelu! Għaldaqstant, inħeġġeġ ħafna lil kull devot Karmelitan biex tassew jiċċelebra b’imħabba kbira l-festa tant għażiża tas16 ta’ Lulju, ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi li fihom ngħixu għax kif dejjem għidna u qalu ta’ qabilna s-16 ta’ Lulju ma jeħodulna ħadd u huwa mmarkat ġo qalbna, miktub b’ittri tad-deheb fil-ħajja kollha tagħna. Minn qalbi nixtieq inwassal dan il-messaġġ lilkom ilkoll li ser tingħaqdu magħna b’mod jew ieħor biex niċċelebraw il-festa tant devota u għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, li tkun mument li fih inroddu ħajr lil Alla ta’ dak kollu li jagħmel magħna permezz u bl-interċessjoni materna tagħHa. Viva l-Madonna tal-Karmnu
5