Grazzi Madonna tal-Karmnu!! Alfred Zammit
Sindku tal-Belt Valletta
Huwa ta’ unur u pjaċir kbir għalija li għal sena oħra ġejt mistieden nikteb kelmtejn fil-Programm tal-Festa talMadonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta bħala Sindku tal-Belt Kapitali Maltija. Bla dubju ta’ xejn dan huwa żmien staordinarju li għexna u li qed ngħixu fih, fejn esperjenzajna flimkien maddinja kollha pandemija li qatt ma rajna bħala.
Fi ftit xhur rajna dlamijiet u inċertezzi kbar, rajna ħajjitna titlef kull skop u inċertezza kbira, rajna quddiemna mard, imwiet u familji u nies vulnerabbli f’diffikulta kbira. Rajna pajjizna, l-Ewropa u dinja għarkupptejha.
Iżda rajna ukoll DAWL, DAWL u TAMA mnebbħa mill-ħarsien ta’ Ommna Marija taħt it-titlu talKarmelu.
Kienu bosta li talbu għall-interċessjoni tagħha fejn għalkemm is-Santwarju ma kienx miftuħ bħallknejjes kollha, bosta kienu dawk li rrikorrew għallħarsien u talbu għall-intercessjoni tagħha. Anke permezz tal-media soċjali fejn permezz ta’ xbihat ta’ din l-Omm ħanina ħafna kienu dawk li qawwew qalbhom. Illum qed ngħixu żmien ta’ tama u kuraġġ fejn bdejna niġu lura għan-normalità grazzi għal Ommna Marija, u nispera li bħala insara nibqgħu rikonoxxenti lejn Ommna Marija u Alla l-Imbierek dejjem u mhux biss fil-bżonn!
Ta’ min isemmi l-ħidma kontinwa tal-Pirjol Fr. Alex Scerri O. Carm u l-komunità Karmelita talBelt kollha fejn baqgħu jwasslu l-messaġġ ta’ Sidna Ġesù Kristu anke f’dan iż-żmien hekk diffiċli b’bosta mezzi, fejn assistew ukoll lill-anzjani u
6
l-persuni l-aktar vulnerabbli fill-komunità, fejn ħadmu id f’id miegħi bħala Sindku fejn żgurajna li dawn in-nies ma jkunu nieqsa minn xejn, kif ukoll provdejna ikliet kuljum imwassla fi djarhom.
Aħna bħala Gvern Lokali wkoll komplejna bil-ħidma tagħna u assistejna lill-Komunità Karmelitana f’bosta proġetti u attivitajiet, fosthom il-proġett tar-restawr u dwal ġodda talKoppla, liema proġett sar millGHRC b’appoġġ mill-Kunsill Lokali, kif ukoll assistejna filwirja li fakkret il-125 Sena mill-għoti tal-Bażilika Minuri Karmelitana fil-Belt Valletta.
Titlu li ngħata mill-Papa Ljun XIII, nhar it 13 ta’ Mejju 1895 b’turija għall-ħidma biex tixxerred id-devozzjoni lejn Ommna Marija taħt it-titlu tal-Karmelu fejn bosta Maltin u Beltin urew iddevozzjoni tagħhom permezz ta’ ex voto li tpoġġew fis-Santwarju.
Għalkemm minħabba ċirkostanzi li ġew fuqna din is-sena l-festi esterni, mhux ser jiġu ċċelebrati kif kien isir fis-snin oħra. Minn qalbi nirringrazzja lillKumitat u membri tal-Għaqda Festa Madonna talKarmnu fejn baqgħu għaddejjin bil-ħidma fejjieda tagħhom anke waqt il-pandemija tal-COVID-19, fejn permezz tal-ħidma tagħhom kienu ta’ sostenn u kuraġġ kif ukoll taw żvog lil bosta żgħażagħ Beltin. Kuraġġ ħbieb sena oħra tasal!
Nagħlaq billi nirringrazja lill-Pirjol u l-komunità Karmelitana tal-Belt Valletta, lill-Kumitat u diversi sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda Festa Madonna talKarmnu kif ukoll insellem lil ħuti Beltin Karmelitani u lid-devoti Beltin u Maltin ta’ din l-Omm hekk ħanina. Grazzi Madonna, Ħarisna Madonna. Viva il-Madonna tal-Karmnu.
Festa Madonna tal-Karmnu