Gwida November 2021

Page 30

€1.95 GWIDA . mt GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ €1,000! RON U RAY Intervista esklussiva maż-żewġ Mustaċċuni! Il-programm il-ġdid ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa fuq TVM. fuq kollox u fuq kulħadd NOVEMBRU 2021 GWIDA

EDITUR

Anthony M Baldacchino

DIRECTOR OF SALES & OPERATIONS

Lindsey Napier

DISINJATUR

Nicholas Cutajar

QARREJJA TAL-PROVI

Nicole Sammut

SENIOR BRAND SALES MANAGER

Jessica Spiteri Catania

SENIOR BRAND SALES EXECUTIVE

Wanaha Camilleri

SENIOR OPERATIONS & ACCOUNT EXECUTIVE

Sue Ann Pisani

RITRATT TAL-FAĊĊATA

Matthew Cutajar (iCam Photography)

EMAIL info@gwida.mt

SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt

SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt

UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR

Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

TEL 2132 0713

PUBBLIKATUR

KONTENUT

Storja Prinċipali

10. Intervista ma’ Ron u Ray – il-Mustaċċuni

Intervisti oħra

20. Intervista ma’ Ben Camille – Il-preżentatur ta’ X Factor Malta

24. Intervista ma’ The Travellers – Album ġdid minn dan il-grupp

40. Intervista ma’ Gerard James Borg – Ser joħroġ ktieb ġdid!

42. Intervista ma’ Jade Cini – Tirbaħ Miss Universe Malta

48. Intervista ma’ Charles Stroud – Direttur ta’ Ulied il-lejl

Editorjal

46. Movember – Il-mustaċċi u l-irġiel!

52. Il-pjanijiet tiegħek għall-Milied!

56. Black Friday – is-Sale li kulħadd jistenna!

61. Missio – Għajnuna lit-tfal ta’ Arrupe

71. Ir-relazzjonijiet – Artiklu minn FSWS

Kompetizzjoni

23. Il-11 kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti

62. Tisliba bi premju

63. Il-logħba tal-Editur

78. Kompetizzjoni oroskopju minn PaulJon

Skeda

30 – 38. Skeda tal-ĦARIFA bil-programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin.

Skript

© Content House 2021

Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevoli ttieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.

GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

67. Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: It-tieni parti

Riċetti

74. Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Butternut squash moħmija b’żewġ modi

75. Riċetta t’Anton B. Dougall – Bruschetta kiesħa bil-ġbejniet

Oroskopju

77. Tagħrif dwar iż-żodjaku Scorpio minn PaulJon

78. Iż-żodjaku ta’ dan ix-xahar

7 GWIDA Novembru 2021
GWIDA NOVEMBRU 2021 10. Intervista ma’ Ron u Ray – il-Mustaċċuni Ritratt Prinċipali: Matthew Cutajar –iCam Photography

L-ITTRA TAL-EDITUR

Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA

Wasal Novembru!

Dan ix-xahar hu magħruf għall-kampanja ‘Movember’, fejn l-irġiel huma mħeġġa biex jiċċekkjaw il-boċċi! Għal din il-kampanja hu popolari ferm is-simbolu tal-mustaċċi! Issa l-mustaċċi jfakkruni f’ħaġa waħda biss, Mustaċċuni! Il-programm il-ġdid ta’ Ron u Ray, li jixxandar il-Ġimgħa filgħaxija fuq TVM. Xħin smajna bl-isem mill-ewwel ġietna l-idea li nagħmlu xi ħaġa bil-boċċi. Ċempilna lil David ta’ Zeffies Restaurant Ħaż-Żabbar u qalilna li l-boċċi kien refagħhom minħabba l-Covid-19! Iżda minħabba li kellu ammirazzjoni għal Ron u Ray xtaq jgħinna. Għal dakinhar biss intremaw il-boċċi fil-ballpit ta’ dan ir-restaurant. L-istaff kien dħuli immens, qdewna u għamlu biċċa xogħol tajba.

Trid tara lil Ron u Ray jilagħbu ġol-blalen! Matthew tar-ritratti reġa’ sar tifel u ntefa’ f’nofshom filwaqt li l-preżentaturi jissuttawh bil-blalen! Festa ta’ kuluri, dħakna mhux ftit. Nista’ ngħid li kienet waħda mill-isbaħ photoshoots li qatt għamilna għall-GWIDA. Ir-relazzjoni bejn Ron u Ray kienet xi ħaġa sabiħa immens. It-tnejn li huma jammiraw lil xulxin u jaraw kwalitajiet sbieħ f’xulxin. Mill-intervista tista’ tinduna li dawn it-tnejn fi ftit xhur saru ħbieb u t-tnejn jieħdu ħsieb xulxin. Żewġ atturi bravissimi li kelli x-xorti narahom jilagħbu ġol-blalen tat-tfal!

Minn din il-qoxra xtaqna nwasslu messaġġ wieħed, ċar u tond: GWIDA ruħek! Kunu MUSTAĊĊUNI u ċċekkjaw il-blalen!

Din tgħodd kemm għan-nisa u anke għall-irġiel! Kulħadd għandu jeżamina ruħu u jagħmel ċert li jinsab f’saħħtu. Ara x’tagħmel u agħmel it-testijiet meħtieġa kemm jista’ jkun malajr ħalli sserraħ moħħok u tgħix aħjar! Imbagħad jekk trid tirrilassa jew tidħaq xi daħka hemm x’tara fuq it-televiżjoni.

Dan il-programm ġdid beda u rċieva ħafna kritika! Biss ilprogramm ħa xejra differenti fi tmiem Ottubru u b’hekk nistgħu ngawdu minn programm divertenti bis-sehem ta’ dawn iż-żewġ personalitajiet ċelebri. Magħhom tkellimna u staqsejniehom fuq il-kummenti li qraw fuqhom, fuq il-ħajja tagħhom u gossip ieħor interessanti.

Ħallejtkom! Niltaqgħu x-xahar id-dieħel!

8 GWIDA Novembru 2021

MUSTAĊĊUNI

Nitkellmu maż-żewġ preżentaturi tal-Ġimgħa filgħaxija!

10 GWIDA Novembru 2021
Storja Prinċipali

Minn Ottubru fuq TVM beda jixxandar programm

ġdid, Mustaċċuni! L-ewwel programm ta’ dan is-serje ma tantx niżel tajjeb mal-udjenza, kien hemm kritika qawwija u kulħadd gergrilhom. Imma x’kien ġara eżatt? Tkelllimna ma’ Ron u Ray fuq il-programm tagħhom u biex insiru nafu ftit min huma dawn iżżewġ komiċi brillanti!

Kellkom pressjoni fuq il-programm il-ġdid?

Ron: Kbira. Jiena ħassejtni iktar pressured mis-sena l-oħra. Is-sena l-oħra, is-sitwazzjoni kienet antipatka għaliex konna qed nieħdu post ġgant tat-televiżjoni Maltija. Din is-sena, wara li l-udjenza drat dan it-tip ta' programm, il-pressjoni qiegħda hemm biex tagħtina l-enerġija biex inkunu ħafna aħjar.

Ray: Hemm il-pressjoni tal-udjenza, għaliex illum lill-udjenza ma tistax ittihom ċiċri għax iridu affarijiet tajba. Jiena fuqi personali poġġejt pressjoni kbira għaliex ridt nirritorna lura għat-televiżjoni wara tmien snin bi prodott li huwa tajjeb u li jħallini kburi, bħalma ħallewli l-proġetti li kelli qabel. Ovvjament fil-bidu kien totalment mhux dak l-effett, jiġifieri dawk l-aspettattivi u l-inizjattivi, it-targets li għamilna u dak kollu, marru kompletament l-oppost u flok tlajna s-sellum għalija jiena ħaffirna ħofra twila ’l isfel. Imma l-uniku għażla li jkollok meta taffaċja affarijiet bħal dawn fil-karriera hi li titfarfar, tqum, titgħallem minnha, tidħak daħka bik innifsek, u terġa’ tibda. M’hemmx soluzzjoni oħra, ħlief li tittama f’Alla u fit-tim ta’ madwarek li jkollok, li toħroġ minnha u toħroġ minnha rebbieħ. Ma tistax togħġob lil kulħadd il-ħin kollu imma tagħmel l-almu tiegħek biex dak ikun it-tir tiegħek.

Imma intom qrajtuhom il-kummenti li bdew jiktbu?

Ray: Jien qrajt ftit minnhom. Ftit minnhom ikkummentajna fuqhom fit-tieni programm u qrajniehom. In-nies tgħid li trid. In-nies għandha dritt tikkummenta għalhekk hemm il-pluraliżmu u l-libertà tal-espressjoni.

Ron: Jiena qrajt ħafna minnhom. Ikun hemm minnhom li ġenwinament qed jesprimu ruħhom u jgħidu l-verità. Anzi napprezza, għax qed jieħdu l-intrigu u qed jiktbu messaġġ. Jien jekk ikun hemm xi ħaġa ma togħġobnix, jiena personalment, rari jew qatt ma nikteb fuq il-Facebook. Imbagħad ikun hemm min ikollu skopijiet forsi li jniggeż xi ftit jew li juża dak il-kumment biex jieħu l-opportunità biex isawtek ftit imma d-dritt li wieħed jikkummenta huwa kardinali.

Ray: Barra l-fatt ukoll li ħafna nies li jikkummentaw jinsew ħaġa li dak li inti kkummentajt poġġejtu hemmhekk u huwa pubbliku, huwa proprjetà ta’ kulħadd dak li inti ktibt għall-eternità. U dak li inti tkun ktibt huwa l-legat li inti ħallejt, il-wirt għallkomunità. Jien naħseb li ħafna nies jiktbu fuq social media u ma jirrealizzawx li dak li qed jiktbu huwa pubbliku u jista' jintuża mit-televiżjoni u minn nies pubbliċi oħrajn biex jagħmluh aktar pubbliku. Mhux qed ngħid hekk biex niddefendi dak li kitbu għaliex ħafna minnu naqbel miegħu fil-prinċipju, mhux kif kien miktub.

Rajtuh l-ewwel programm qabel ixxandar?

Ron: Mhux kollu. Xtaqt li kelli l-paċenzja nara iktar mill-biċċa li rajt.

11 GWIDA Novembru 2021 Storja Prinċipali
Ritratti: Matthew Cutajar (iCam Photography)

Ray: Qabel ma ħareġ le, waqt li kien qed jixxandar iva. U ftehemna jien u Ron flimkien; dak il-ħin ċempilna lil xulxin u xtrajna qabar l-Addolorata bejnietna u dfinna lilna nfusna.

Ron, kif kienet ir-reazzjoni tiegħek xħin qalulek li Ray ħa jippreżenta miegħek?

Ron: Jekk hemm persuna li nimmaġinani nippreżenta il-Ġimgħa filgħaxija miegħu huwa Ray Calleja. Ma narani nippreżenta ma’ ħadd ħlief ma’ Jacqui u ma’ Ray. Meta qaluli li hemm probabbiltà li ninkludu lil Ray miegħi, bdejt naħseb li qed nagħmel xi ħaġa ħażina. L-iskop tagħhom kien ulterjuri, jiena xi kultant forsi wisq intens meta nippreżenta, allura li jkun hemm Ray jimmansani, jinnewtralizzani ftit, togħġobni dik.

Ray, wara tmien snin irritornajt. X’ħajrek tkompli?

Ray: Il-fatt li xi ħadd staqsieni biex nirritorna. Ngħid id-dritt ma kontx qed nippjana, imma kont qiegħed fix-xifer li nibda nimmissja t-televiżjoni. Kienu ilhom li qaluli minn Ġunju imma xejn ma kien konkret, kien hemm il-ħsibijiet, kien hemm diskussjonijiet, kollox kien fl-arja. Jiena għidtilhom meta tiddeċiedu xi tridu tagħmlu kellmuni u ngħidilkom jekk irridx nagħmilha jew le. Meta mbagħad ġiet il-proposta li nippreżenta ma’ Ron, għidt iva istantanjament, mingħajr ma kelli ħafna dettalji għaliex lil Ron kelli x-xorti li ħdimt miegħu u ħdimna tajjeb flimkien u ħadt gost. Jien għalija Ron huwa ġentlom fl-attitudni tiegħu u dik għalija hija ta’ ħafna valur.

Ray, ir-raġel tiegħek Svediż, x’qallek xħin għidtlu li ħa tkompli televixin?

Ray: Kien eċitat. Ovvjament irrid noqgħod attent għaliex l-istandards tat-televixin Svediż huma differenti. Jien nammirahom ħafna. It-televixin Svediż għandu l-libertà li jirrifletti l-libertà tal-kultura Svediża, li jien nammira ħafna. M'għandhomx fanfara u xinxilli u formalitajiet. Hemmhekk tindirizza lil kulħadd b’ismu, l-onestà japprezzawha immens, allura jirriflettuha fuq il-prodotti tagħhom, fosthom it-televiżjoni u kif jgħixu ħajjithom. Jiena għallmitni ħafna f’dawn l-aħħar snin kemm ilni miżżewweġ lir-raġel tiegħi, kemm hija xi ħaġa prezzjuża l-onestà u n-nuqqas ta’ formalità. Kemm iġġibek iżjed bniedem sħiħ u komplet. Aħna għadna mxekklin b’sistemi Vittorjani li naħsbu li lil ħajjitna jġibuha ’l quddiem meta fil-verità jxekkluna.

12 GWIDA Novembru 2021 Storja Prinċipali

Mustaċċuni minn Ottubru. Kienet ta’ sfida għalik u l-isem inti għażiltu?

Ray: Jien u ħiereġ mill-PBS, wara xi laqgħat li kellna fejn konna qed niddiskutu x’se jkun l-isem. Wara li kissirt rasi għal xi tliet sigħat, nara ħanut barbier eżatt faċċata tal-bieb ta’ barra li kellu t-tabelli bil-mustaċċi kbar fuqu u ġietni l-idea għall-isem Mustaċċuni. Ovvjament marbuta malespressjoni meta aħna ngħidu “dak mustaċċun/a”.

Ron: Tajjeb li wieħed jinnota li avolja użajna mustaċċi fl-identità tal-programm, penġejniehom bħala whiskers (mustaċċi tal-qtates) biex b'hekk ma jinħolqux kontroversji dwar il-ġeneru.

Imma intom it-tnejn fiex tħossukom mustaċċuni?

Ron: Ray mustacċċun kbir biex dak li jaħseb b'moħħu joħolqu b'idejh. Ray huwa r-raġel ta’ ħafna talenti, iħobb jagħmel l-affarijiet DIY (doit-yourself) id-dar. Għamel walk-in wardrobe bi tmintax-il kexxun. Iħobb isajjar ħafna wkoll!

Ray: Ron mustaċċun kbir f’li jkun tard! Imma wkoll persuna pożittiva ħafna! Jiġri x’jiġri dejjem ikun pożittiv u jagħmel lin-nies ta’ madwaru ferħana.

L-ewwel żewġ programmi kienu l-irtir fejn laqqajtu l-personalitajiet biex tagħmlulhom prova ta’ min hu l-aqwa mustaċċun. Issa qegħdin tippreżentaw il-programm millistudjo ġewwa St Vincent De Paul. X’qed jiġri?

Ron: Issa dħalna fl-ambjent proprja tal-programm. Mustaċċuni huwa maħluq biex ikun f’dan l-istudjo. L-ewwel parti kienet il-preparazzjoni u kienet raffa apposta biex illum il-ġurnata qed tħallilna r-riżultati li ridna fir-rigward ta’ mistiedna u l-preparazzjoni għalihom. Qed ikollna għażla ta’ mustaċċuni li ħa jkunu magħna kull ġimgħa flimkien ma’ mistednin oħra.

Ray: Qed ikollna magħna wkoll l-avukat tax-xitan kif ukoll mistiedna li qed nilagħbu magħhom logħob interessanti. Fil-programm ukoll qed

nagħtu ġieħ lil persuna li ħaqqha tkun rikonoxxuta bhala l-mustaċċuna tal-ġimgħa. Għandna rokna wkoll tal-aħbarijiet bi stil komiku, kif ukoll rokna dwar dak li qed jiġri Malta bħalissa. Dan apparti sorpriżi li minn ġimgħa għal ġimgħa qed jiżdiedu u jikbru!

Matul il-programmi rajna wkoll biċċiet satira minn żewġ karattri, Max u Martin, li qed tinterpretaw intom. Ser tkomplu bihom dawn?

Ron: Dak huwa miniserje u ħa jiżviluppa. Jien Martin u Ray qed jagħmilha ta’ Max.

Għal min mhux qed jarah, għalfejn għandu jarah?

Ray: Għaliex huwa garanzija ta’ sagħtejn ta’ logħob u divertiment bil-wegħda li qegħdin ukoll immexxu biex nieħdu t-televiżjoni Maltija f’livelli ġodda, bi produzzjoni ta’ kwalità u ta’ kontenut.

Nawguraw lil Ray u lil Ron għall-programm Mustaċċuni li qed jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9 ta’ filgħaxija.

Storja Prinċipali
13 GWIDA Novembru 2021

Mustaċċun biex jimita lill-papri!

14 GWIDA Novembru 2021 Storja Prinċipali
RON BRIFFA

Ħafna jaqbdu miegħek għax għandek leħen partikolari. Ġieli ppruvajt tgħid xi ħaġa serja u m’emmnukx?

Ron: Ma joħdunix bis-serjetà, jaħsbuni qed niċċajta. Ġieli ġratli anke f’laqgħat serji, jgħidulu “ehh mela inti vera titkellem hekk?”

Ray: Jien kont naħseb li “it was a put-on voice”.

Ron: Ejja ngħidu li l-vuċi tiegħi ma tgħinx.

Imma tieħu għalik fuq xi ħaġa?

Ron: La tkun qiegħed fl-għajn pubblika ma tistax toqgħod tieħu għalik. Trid tkun lest għal kollox. Anzi jien nieħu pjaċir li anke fl-iskript jiċċajtaw bid-difetti tiegħi. Vera ma niddejjaqx u ma taffettwani xejn.

Fis-sekondarja ma kontx daqshekk bubbly. Kont mistħi?

Ron: Vera, jien kont vera mistħi, sa anka biex immur it-toilet kont nistħi u niddejjaq ħafna għax kont inħoss l-attenzjoni kollha fuqi u qisu kulħadd qed iħares lejja.

Imbagħad x’ġara?

Ron: Naħseb li fi żmien il-Junior College kont rabbejt il-kunfidenza, x’aktarx kien it-teatru li għeni li nkabbar din il-kunfidenza.

Iltqajt ma’ ħafna personalitajiet. Tgħidilna ftit b’min ħadt gost l-iktar?

Ron: Emma Muscat li kienet ġiet l-ewwel personalita filprogramm tas-sena l-oħra. Keith Demicoli kien vera talġenn għax ikompli. Naħseb Emmy Bezzina tani l-aktar sfida għax ma tikkontrollahx. Min-naħa l-oħra, Denise Dalton ġellditna mal-udjenza ftit iktar konservattiva.

X’tgħidilna fuq Ray?

Ron: Ray huwa super organizzat, minjiera fiddinja tal-arti. Someone to look up to, great fun. Fl-opinjoni tiegħi huwa l-aqwa attur versatili li għandna fuq it-televiżjoni f’Malta. M’hawnx min joħloq il-karattri li joħloq hu. He is a character actor (ħafna drabi aħna l-Maltin nirreferu għal dan it-tip t'attur bhala Impersonator)

Kellek xi karattru ta’ Ray favorit?

Ron: Tal-pastizzi kont niggustah wisq. Ilkarattru tiegħu kien jogħġobni ħafna. Ilpsikologu kien ukoll karattru interessanti ħafna. Ray hu ġgant fit-televizjoni u d-drama Maltijau żgur ħaqqu kull tifħir.

15 GWIDA Novembru 2021 Storja Prinċipali

RAY CALLEJA

Mustaċċun biex ikun diplomatiku!

16 GWIDA Novembru 2021
Storja Prinċipali

L-aħħar programm li għamel fuq it-televiżjoni kien Illostra ma’ Larissa Bonaci fuq ONE. Minn dakinhar iggradwa filpsikoloġija u l-antropoloġija, ħa ħsieb il-ftuħ taċ-CHOGM u kompla jieħu sehem fid-drama.

Taqbad ma’ ħafna nies imma int tieħu għalik fuq xi ħaġa?

Ray: Meta kont żgħir kont, imma issa m’għadni nieħu għalija fuq xejn. Maż-żmien tirrealizza li jekk tagħti importanza lil dawk l-affarijiet li jagħmluk imdejjaq, ħajtek tiġi tad-dwejjaq. Meta titgħallem tidħaq bik innifsek inti jirnexxilek issalva u tgħix aktar kuntent. Dak hu l-unika sigriet tal-ħajja; li jkollok il-kapaċità li tidħaq bik innifsek. Il-poplu rnexxielu jegħleb it-traġedji billi juża l-umoriżmu.

Fejn sirt taf lil Ron l-ewwel darba?

Ray: Naħseb minn żmien Mini u Griz niftakar lil Ron jippreżenta. Ma kontx insegwi l-programm filgħodu imma filgħaxija meta ma stajtx norqod, kont naqliblu u nsib lil Ron f’dan il-programm. Kont nieħu pjaċir narah u fih kont nara ġenwinità.

Ir-raġel tiegħek hu infermier. Kif kienet l-esperjenza tagħkom fil-pandemija?

Ray: L-istorja bdiet meta aħna nqbadna Sqallija minħabba l-pandemija. Kif faqqgħet konna hemm proprju għallbirthday tiegħi. Konna ħamest ijiem vaganza u faqqgħet lockdown l-Italja u mat-tielet ġurnata kellna niġu lura. Ikolli nammetti li dak iż-żmien ma kienx sabiħ. Jien kelli anke severe panic attacks dak iż-żmien, anke bl-inċertezza li kien hawn. Hu nqabad hawn u kellu jerġa’ jmur lura għax-xogħol u ma setax. Kien qed jirriskja li se jitlef ix-xogħol. Kien wieħed mill-iktar departures li kien diffiċli għalina t-tnejn. Meta rnexxielna naqtgħu l-biljetti tal-ajruplan, hu kellu jaqbad tliet ajruplani biex jasal fuq perjodu ta’ tliet ijiem; daqshekk kienet ikkomplikata biex jerġa’ jasal lura d-dar. Ħadtu l-ajruport, l-ajruport kien totalment vojt ħlief hu fuq repatriation flight. Kienet esperjenza tal-biżgħa; qatt ma naf li ħassejtni daqshekk ħażin. Trid tgħid ċaw mingħajr idea ta’ x’se jiġri u meta se terġa’ tiltaqa’ u kif se tispiċċa din l-istorja. Għaddew sitt xhur qabel ma erġajna ltqajna u s-sitwazzjoni kif kienet, jiena stajt naħdem minn hemm, billi nkompli x-xogħol tiegħi billi nkun Sweden u tlaqt għal xahrejn u nofs. Però l-ivjaġġar f’dawk iż-żminijiet kien attroċi u tal-biżà.

Jiġifieri meta inti kont qed idaħħak lin-nies mid-dar u titfa’ d-dates, int kont għaddej minn panic attacks gravi?

Ray: U iżjed. Kelli issues ta’ familjari li kienu barra minn Malta u kienu qed jippruvaw jiġu Malta. Kif qam dan kollu, kien hemm inċertezzi kbar. Eżatt kif spiċċatli l-kwarantina, dakinhar, ħriġt nixtri għax f’dak il-perjodu konna qed niddependu fuq in-nies biex iġibulna l-affarijiet, allura flaħħar tgħid ejja taf kif, nista’ nerġa’ noħroġ. Hekk kif nidħol fis-supermarket itini panic attack gravi għas-sempliċi raġuni li filli konna fil-ħajja kif kienet normali, filli mort kwarantina u ma kontx qed nara x’qed jiġri barra, u kif nidħol fis-supermarket stajt inħoss, kulħadd bil-maskri, innies, kien hemm din il-biża’ fil-wiċċ. Taraha biss fl-għajnejn. Dak kien fil-bidu, ħadd ma jersaq qrib xulxin u kidditni għax jien waħda mill-affarijiet li nħobb f’ħajti hi li n-nies jieqfu jkellmuni u jsellmu, min jieqaf jgħid kelma; kien jiġrili hekk speċjalment fis-supermarket. Kif f’daqqa waħda esperjenzajt supermarket u qisu ma daħal ħadd (hawn iz-zombies) u kulħadd qed jibża’ minn xulxin, tant kidditni li kien tani dak il-panic attack gravi u ovvjament ir-raġel tiegħi, għaliex hemmhekk imdorrijin differenti u mdorrijin fid-distanza, dar lejja u qalli: “Għaliex? Mhux hekk is-soltu jkun is-supermarket?” Kien mument fejn dħakna ftit u ġabni f’tiegħi, speċi.

17 GWIDA Novembru 2021
Storja Prinċipali

Ma ddejqikx li n-nies iwaqqfuk u jkellmuk?

Ray: Lanqas xejn, anzi nħossni sigur ħafna li qiegħed fejn qiegħed, in-nies li jien ma nafx, isellmuli. Għandi dak is-serħan tal-moħħ li jekk jinqala’ xi ħaġa, hemm xi ħadd li b’xi mod jafni.

Apparti Mustaċċuni, qed tieħu ħsieb xi ħaġa oħra?

Ray: Jien bħalissa wkoll id-direttur artistiku talIspecial Olympics li se jsiru Malta f’Mejju. Inħossni onorat li ġejt fdat b’dan l-eżerċizzju għaliex l-Ispecial Olympics l-ewwel nett hemm konnessjoni għax bdew fl-1968, meta twelidt jien. Imma l-kunċett tagħhom evolva biż-żmien u huwa xi ħaġa sabiħa immens li iktar ma nagħmel riċerka fuqha u iktar ma nara, iktar inħossni nagħmel self development għaliex il-kunċett huwa li “this is all about us”. M’hemmx distinzjoni ta’ diżabilità intellettwali jew diżabilitajiet oħra. L-istorja tagħna tal-umanità hija fuqna lkoll u dan huwa l-kunċett prinċipju talIspecial Olympics.

X’għandna nistennew?

Ray: Għandna nistennew ftuħ spettakolari li se jsir Malta, saqajna mal-art, qed nitkellmu fuq affarijiet li qed isiru wara pandemija wara restrizzjonijiet, jiġifieri anka ekonomikament ma stajniex inroxxu l-bżar bla rażan. Ridt li nkunu attenti għaliha imma naħseb għandna naraw ftuħ u parteċipazzjoni fil-logħob li għandna nkunu kburin biha. L-atleti Maltin se jieħdu sehem kollha għax hekk jiġri meta timxi minn pajjiż għall-ieħor, l-atleti ta’ dak il-pajjiż jieħdu sehem kollha u mhux selezzjoni, hija waħda mill-prinċipji tal-Ispecial Olympics. Hemm tim eċċezzjonali wara l-Ispecial Olympics Malta li huma ddedikati, l-affarijiet li jagħmlu mal-atleti u l-atleti per se huma ta’ ispirazzjoni kbira. It’s a very humble experience.

Mhux l-ewwel darba li ħdimt fuq xi ħaġa ta’ skala kbira...

Ray: Imma c-CHOGM huwa intenzjonat għall-kbarat. Dan huwa l-Ispecial Olympics li jieħdu sehem atleti b’diżabilità intellettwali imma l-kunċett tiegħu huwa li “it’s all about us” u dan il-ħsieb tant huwa sempliċi u sabiħ li inti m’inti tagħmel l-ebda distinzjoni, hija kompetizzjoni vera għalihom u akkanita, jiġifieri dawn jegħrqu l-għaraq tad-demm biex jaslu fejn iridu jaslu u biex jagħmlu t-taħriġ. Imma li toħloq

kunċett imdawwar mal-idea li “din hija l-istorja tagħna”, m’hemmx differenzi, jien naħseb li hija xi ħaġa li kull bniedem għandu jieħu xi ħaġa minnha u jitgħallem minnha. Dan il-kunċett kienet bdietu oħt John F Kennedy, għax kellhom oħthom Catherine li kellha diżabilità intellettwali u għalhekk bdiet ilkunċett in her back garden.

Fuq Mustaċċuni ser narawha lil Jo Żette?

Jo Żette, karattru li kont nagħmel jien. Mhux ser nirrispondik għal din il-mistoqsija! Jo Żette hu karattru li ma ninsa qatt, karattru li saħansitra għal ftit ma ħaditx sehem fil-Malta Eurovision. Kien qam hype enormi fuqha! Il-kunċett ta’ Josette li tapplika għall-Eurovision kien kunċett li ħaduh Verka Serduchka tal-Ukranja li kważi rebħet il-Eurovision.

Ħassejtni kburi li kont ħriġt b’xi ħaġa li setgħet tkun tajba.

18 GWIDA Novembru 2021 Storja Prinċipali

BEN CAMILLE

Il-preżentatur ta’ X Factor Malta

Intervista
20 GWIDA Novembru 2021
Ritratti: Albert Camilleri (X Factor Malta)

Minn Ottubru reġa’ beda l-programm popolari, X Factor Malta. Kull nhar ta’ Ħadd qed niltaqgħu ma’ talent interessanti li għandna f’pajjiżna. Produzzjoni tal-ogħla livell li qed tħalli lil kulħadd b’ħalqu miftuħ. Iltqajna mal-preżentatur Ben Camille u tkellimna ftit fuq dan il-proġett. Għattielet sena, Ben reġa’ ntgħażel biex jippreżenta dan il-programm.

Konna ilna ftit ma narawk fuq it-TV.

X’kienet ir-reazzjoni li ħa terġa’ tippreżenta dan il-programm?

Tal-ġenn! Naħseb li X Factor Malta hu l-aktar programm segwit li hawn f’Malta, skont ma jien infurmat. Kien ta’ pjaċir u unur għalija li għattielet sena konsekuttiva qed naħdem ma’ tim brillanti, professjonali u dħuli.

X’qed tistenna mit-tielet staġun?

Bħalma diġà rajna, f’dan l-istaġun hemm talent enormi. Diġà rajna ftit mit-talent fl-auditions li ntwerew iżda dan kollu ser jiżdied. Ċert li n-nies ser jibqgħu affaxxinati iżjed minn qatt qabel b’dak li ser jaraw. Naħseb li f’dan l-istaġun sibna talenti varji li ser jissorprendu lil kulħadd.

Liema familjari ta’ kantant/a/i ħadt gost

l-aktar tintervista/tqatta’ l-ħin magħhom qabel jibda x-xow?

Ħa nkun onest miegħek, l-auditions ta’ X Factor huma l-aktar parti emozzjonali u ta’ sfida għalija bħala preżentatur u wkoll mill-lat uman. F’ħin qasir u limitat naraw ħafna kontestanti differenti.

Jien inkun hemm mal-membri tal-familja tagħhom. Inkun hemm għas-sapport kemm f’mumenti sbieħ u anke f’dawk koroh. Issa li jien ġenitur ukoll, nista’ nifhem perfettament il-mod kif dik l-omm/missier/zija/nannu jew kwalunkwe persuna li takkumpanja l-kantant tħossha meta tara lill-qarib tagħha jkanta quddiem il-ġurija.

Dak il-mument ikun intens ħafna, sitwazzjoni fejn nimtela b’eċitament magħhom. Kulma taraw fuq it-televiżjoni hu kollu minnu, jien verament inkun qed inħoss għall-kantanti, jiġri x’jiġri.

Liema kantant/a/i baqgħu l-favoriti tiegħek miż-żewġ staġuni?

Hemm wisq. Bħala preżentatur ta’ dan ilprogramm, speċjalment fil-live shows, ikolli l-opportunità li nsir naf il-kantanti kollha fil-qrib u nispiċċa bħala ħabib ma’ ħafna minnhom. Dak iż-żmien inqatta’ aktar ħin magħhom minn ma’ tad-dar (waqt il-live shows). Hemm wisq nies li huma f’qalbi biex insemmi lil xi wieħed/waħda partikolari.

Għaliex tħoss li l-X Factor hu importanti?

Minn lat ta’ televiżjoni u xena tal-entertainment, naħseb li tella’ l-livell ta’ produzzjonijiet televiżivi f’Malta. Min-naħa ta’ mużika, naħseb li qed jagħti pjattaforma lill-artisti biex jesprimu lilhom infushom u jgħixu l-ħolm tagħhom.

21 GWIDA Novembru 2021 Intervista

L-emozzjonijiet li jkun hemm fis-sezzjoni tal-live show huma indeskrivibbli, kull artist joħlom biex ikun hemm. Apparti minn dan, l-effett li X Factor iħalli fuq il-parteċipanti meta jispiċċa huma kbar. Dan narawh f’għadd ta’ kantanti li diġà ħadu sehem u kisbu popolarità qawwija fuq il-mezzi soċjali wara li ntemm il-programm.

Lil hinn minn X Factor, nixtiequ li nitkellmu ftit fuq il-familja tiegħek. Elle din is-sena ser tibda skola, kif qed tippreparawha?

Naħseb aktar hi ta’ wġigħ ta’ ras kif ser nippreparaw ruħna jien u Kristina. Elle hija

tarbija ta’ Diċembru allura għandha inqas ħin ta’ preparazzjoni għall-iskola. Il-pandemija biex

tgħaxxaq kollox ma tantx għenet għax ma setax ikollha aċċess għaċ-child care. Imma lil hinn minn dan kollu, Elle bħalissa tinsab eċitata immens li ser tibda skola. Hi ser tkun qed tattendi St Michael’s.

Ngħaddu ta’ spiss minn quddiem l-iskola u kull darba li ngħaddu nfakkruha u ngħidulha xi ħaġa biex inżidulha l-eċitament bħal, “Ara Elle, din ser tkun l-iskola l-ġdida tiegħek, ara kemm hi sabiħa!”. B’hekk inkunu qed ngħinuha. Għall-bidu ma tantx ġbidnielha l-attenzjoni u hi ma kellha ebda reazzjoni għal dan, imma ftit ġranet ilu erġajna għaddejna u kienet hi li ntebħet bl-iskola u qaltilna, “Ara mamà, papà, l-iskola tiegħi kemm hi sabiħa”.

Kif inhi r-relazzjoni ta’ Elle u George flimkien?

Sabiħa immens! L-imħabba li għandhom għal xulxin tferraħna ħafna. Hija imħabba indiskrivibbli. Elle ġġib ruħha ta’ oħt kbira. Ovvjament mhux kollox ward u żahar għax kull min għandu l-ulied jaf li jkun hemm xi ġlieda ’l hemm u ’l hawn. Xi drabi pereżempju, George ma jagħtix kas kemm hu b’saħħtu u meta jkun qed jilgħab jispiċċa biex ikun ftit goff, u Elle tispiċċa bil-geddum. Imma xeni bħal dawn ma nkunx irrid nitlifhom, ħelwin wisq.

Waħda mill-affarijiet li eċitat dwarha u ħerqan ħafna li nagħmilha hi li nġib lil Elle fuq is-set ta’ X Factor Malta. Illum il-ġurnata tifhem sew u naf li tħobbhom dawn l-affarijiet. Apparti minn dan, għal George din ser tkun l-ewwel darba li ser ikun qed jarani fuq it-televiżjoni.

Awguri lil Ben u t-tim ta’ produzzjoni ta’ X Factor Malta. Tinsewx kull nhar ta’ Ħadd fuq TVM.

22 GWIDA Novembru 2021 Intervista

IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA

Kulma trid tagħmel hu li ġġemma’ t-12-il kupun li ser joħorġu meta tiġi ppubblikata din ir-rivista tul din is-sena. Dan hu l-ħdax-il kupun. Jonqos li joħroġ ieħor biss. L-ewwel kupun ħareġ fl-ewwel edizzjoni ta’ Jannar. Ibgħat il-kupuni kollha f’daqqa sal-31 ta’ Diċembru, u tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti!

KUPUN 11 – Novembru 2021

Mustaċċuni

Sib it-tweġiba mill-intervista li għamilna ma’ Ron u Ray

Meta qed jixxandar Mustaċċuni?

Agħżel tweġiba waħda biss minn dawn:

Q Il-Ħadd

Q It-Tnejn

Q Il-Ġimgħa

Ibgħat dan il-kupun flimkien ma’ 11 oħra fuq GWIDA , KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

11/12

INTERVISTA MA’ THE TRAVELLERS

F’Lulju li għadda, il-grupp Għawdxi, The Travellers, tella’ attività b’differenza fejn taw opportunità lil dawk magħżula bil-polza sabiex jisimgħu l-album il-ġdid bl-isem ta’ Tlajja’ u Inżul qabel kulħadd. Aħna morna nisimgħu wkoll x’għandhom lest għalina dan il-grupp tant maħbub kif ukoll tkellimna mal-kantant Chris Gatt u mal-awtur u l-kitarrist Andrew Vella dwar il-mużika ta’ The Travellers u s-signor si ta’ wieħed mill-membri.

Dan huwa t-tieni album tagħkom wara Iljuni fisSilġ. Mid-diski li smajna, jidher li ser nisimgħu ħoss kemxejn differenti minkejja li t-timbru ta’ The Travellers ser jibqa’ hemm. X’għandhom jistennew in-nies?

Chris: L-album huwa evoluzzjoni naturali tal-grupp fejn li qed nistennew huwa li s-segwaċi tagħna jisimgħu

elementi ta’ The Travellers, dawk li aħna magħrufin għalihom, imma fl-istess ħin ser jisimgħu xi ħaġa differenti – stil differenti fejn qed naraw lill-grupp jimraħ f’postijiet differenti; kemm bħala stil, kif ukoll bħala lirika u l-ħoss b’mod ġenerali.

Innutajna li f’diversi kanzunetti fl-album jidher li hemm tifsira personali warajhom kif ukoll kurrenti. X’ispirakom?

Andrew: Jekk taqbad il-lirika tal-kanzunetta Xemx u Xita naraw li hija pjuttost vaga, astratta, tista’ tinterpretaha kif trid u ġġielgħek tħossok kuntent – u dak kollox. Din iddarba wħud mill-isfidi li ħadt fil-lirika kienu pjuttost dik li nimxu mill-astratt għal xi ħaġa li forsi ma tantx għamilna, mhux għax fih xi ħaġa ħażina imma sempliċiment għax diġà għamilnieh. Missejna aktar esperjenzi reali fil-

24 GWIDA Novembru 2021 Intervista
Ritratti: Kris Micallef

ħajja ta’ kuljum li n-nies jistgħu jirrelataw magħhom, fosthom id-diska Simili li titkellem fuq il-bullying u l-internet.

Uħud minnhom huma kanzunetti personali ħafna għalija filwaqt li kanzunetti oħra huma vvintati, iżda ma jfissirx li mhumiex reali. Niftakar meta kont qed nikteb il-kanzunetta Siġġu Vojt, l-idea warajha nibtet minn lyrics exercise li kont qed nagħmel fejn xtaqt li nikteb kanzunetta sempliċi li tiffoka fuq l-istorja nnifisha u ħriġt b’din l-idea ta’ tifel li mietlu missieru. Din hija xi ħaġa li ħafna jgħaddu minnha u tirrealizza li n-nies meta jisimgħuha jirrelataw magħha għax ikunu għaddew minn esperjenza simili huma jew xi ħadd viċin tagħhom. Din il-kanzunetta b’mod partikolari titkellem fuq persuna li hija qrib tal-familja, għaldaqstant bla ma trid, ser tqanqal xi memorja. Kanzunetta oħra li hija personali ħafna fil-kuntest tagħha hija Ħdejja.

Chris: Fejn qabel konna nwasslu messaġġi aktar astratti, minkejja li dak nixtiequ li nżommuh, ma nistgħux ma nitkellmux fuq ir-realtajiet li hemm madwarna. Fosthom xtaqna li nolqtu aspetti partikolari bħal cyber bullying, il-biża’ jew id-dipressjoni, kif ukoll kwistjonijiet emozzjonali oħra. Xtaqna ħafna li niffukaw fuq dawk l-aspetti li ż-żgħażagħ jew l-udjenza tagħna qed jesperjenzaw. Xtaqna wkoll li ngħaddu messaġġ ta’ tama lil dawk li għaddejjin minn diffikultajiet psikoloġiċi jew soċjali li jeżistu madwarna, bħall-problemi ta’ saħħa mentali. Dawn huma wkoll temi li dejjem qegħdin fil-pjan tagħna li nitrattaw, permezz ta’ kampanji ta’ għarfien ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet, fosthom Fondazzjoni Richmond.

Andrew: Minn diskussjonijiet li għamilna bejnietna, indunajna li meta navviċinaw dawn l-organizzazzjonijiet sabiex jgħinuna, nkunu qed inwasslu dan il-messaġġ aħjar. Infatti nirċievu rispons tajjeb ħafna u jkun hemm interess kbir sabiex jikkolaboraw magħna. Għaldaqstant xogħolna hu li nwasslu l-messaġġ b’mod

artistiku filwaqt li huma, bħala esperti fil-qasam, jgħinuna sabiex nilħqu udjenza ikbar u ġdida. Infatti diġà għandna numru ta’ kollaborazzjonijiet pjanati u ninsabu ħerqana sabiex naħdmu fuqhom. Dan l-album qed itina opportunità li qabel ma kellniex, għax kienet ħa tkun diffiċli ħafna li nużaw kanzunetta minn dawk preċedenti sabiex immorru biha għand organizzazzjoni u nsaqsuhom sabiex jikkollaboraw.

Kulħadd jagħti sehmu meta tiġu biex tiktbu l-album? X’inhu l-proċess?

Chris: Kulħadd għandu l-irwol tiegħu u l-irwol ta’

Andrew huwa li jiffoka fuq il-kitba, kemm fejn tidħol il-lirika kif ukoll il-melodija. Sintendi niltaqgħu f’daqqa l-garaxx u anke niddiskutuha, però l-maġġoranza taxxogħol huwa f’idejh.

Andrew: Fil-każ tal-kanzunetta Vjaġġatur, din ġiet miktuba diversi drabi u daqqa għax ma togħġobniex xi ħaġa u daqqa għax nikkritikaw lilna nfusna żżejjed. Infatti l-vantaġġ li naħdmu b’din is-sistema hija li jiena naħdem fil-bubble tiegħi, u meta nkun lest li nurihom jew insemmgħalhom xi ħaġa, huma ser ikollhom dik li ngħidulha fresh ear għaliex ser ikunu qed jisimgħuha għall-ewwel darba. Il-mod kif ktibt dan l-album huwa

Intervista
“Ma nistgħux ma nitkellmux fuq ir-realtajiet soċjali ta’ madwarna.”
25 GWIDA Novembru 2021
“Jiena naħdem fil-bubble tiegħi, mbagħad huma jisimgħuha bi fresh ear.”

b’differenza għall-ieħor; bdejna b’madwar mitt idea, imbagħad jiena niżżilthom għal madwar erbgħin jew ħamsin kanzunetta. Eventwalment flimkien malgrupp jerġgħu jinżlu għal madwar għoxrin, imbagħad flimkien mal-producer jaqgħu għal madwar tlettax. Dak il-proċess dejjem qisu naturali u ma jfissirx li dawk li ma jintgħażlux ma jkunux tajbin imma sempliċiment ma jkunux joqogħdu mal-kumplament li għażilna. Imma nassigurawkom li ma jintremewx!

Kemm jirrikjedi żmien sabiex jinkiteb album?

Andrew: Il-proċess tal-kitba qatt ma waqaf wara l-ewwel album tagħna Iljuni fis-Silġ, anzi bqajna għaddejjin. L-aħħar kanzunetta li ktibt kienet Inżul u Tlajja’ filwaqt li kanzunetti bħal Siġġu Vojt u Ħdejja wkoll ġew miktuba kważi fl-istess żmien. Bejn l-ewwel album u dan, waqaft għal sena millkitba imma fl-istess ħin xorta jibqgħu jiġuk l-ideat u tħarbex xi noti ’l hemm u ’l hawn. Imbagħad nibbukkja xi ġimagħtejn fi żmien Awwissu u niddedikahom għall-kitba. Infatti matul dawn ilġimagħtejn nagħmel madwar tlieta jew erba’ sigħat ta’ kitba kuljum.

Chris: Ħafna drabi, hawnhekk qed nitkellmu dwar sentejn jew tliet snin sakemm jitlesta l-proċess kollu tal-album. Normalment l-aħħar sena tkun iddedikata sabiex tgħaqqad l-affarijiet flimkien u tirrekordja ġolistudjow. Infatti avvenimenti bħal dik ta’ Ejj’ Isma Ftit ser ikunu qed jgħinuna ħafna għaliex dan it-tip ta’

feedback ser jgħinna sabiex nippjanaw aħjar dak li jagħmel sens għall-udjenza tagħna. Jgħinna wkoll sabiex naraw x’inhu dak li l-aktar li ħadem, ma’ liema kanzunetti ħadmu l-iktar, liema stili, liema grafika u l-aspetti kollha possibbli.

Andrew: L-idea ta’ dan l-avveniment partikolari nibtet millfatt li dejjem insemmu kif il-kanzunetta Xemx u Xita kienet dik il-kanzunetta li ma konniex ser inniedu. Niftakar konna ddeċidejna li nnieduha spontanjament u wara nagħmlu waqfa qasira. Aħna dħalna għaliha b’dik it-tip ta’ attitudni u spiċċat kienet l-aktar kanzunetta li għamlet ħoss. Dan normalment jiġri għax ħafna drabi, aħna li nkunu fiha, nitilfu l-widna u ma jkollniex idea x’ħa jaħdem u ma jaħdimx. Ġieli jkun hemm ċertu kanzunetti u ngħidu din ħa tmur tajjeb u mbagħad ma tmurx tajjeb daqs kanzunetti oħra. Imbagħad ikun hemm kanzunetti oħra, li għalkemm ma nedejniehomx fl-album xorta jmorru tajjeb ħafna, eżempju bħall-kanzunetta L-Imħabba Hija Kelma Kbira Wisq

Kif intlaqgħet is-sejħa għall-pubbliku li jistgħu jisimgħu l-album qabel kulħadd?

Chris: Il-feedback kien tremend! Bdejna nirċievu għexieren ta’ messaġġi ftit minuti biss wara li ħabbarnieha. Infatti kellna nsibu sistema ta’ kif ser nagħżlu n-nies u għażilna li nagħmlu dan bil-polza biex b’hekk inkunu imparzjali kemm jista’ jkun. Waħda mir-raġunijiet għalfejn ma stajniex nilqgħu numru kbir ta’ nies kienet l-ewwel nett minħabba l-protokolli marbuta mas-saħħa u l-limitazzjonijiet li ġġib magħha, u t-tieni għax preferejna li nżommu n-numru tal-attendenza limitat sabiex ovvjament inkunu nistgħu nassiguraw li dawk in-nies li ġejjin għandhom il-ħin neċessarju u qegħdin f’ambjent komdu biżżejjed biex huma jesprimu dak li jħossu. Fl-aħħar mill-aħħar aħna xtaqna l-opinjoni onesta ta’ dawk li pparteċipaw.

Inter vista 26 GWIDA Novembru 2021
“Xtaqna l-opinjoni onesta ta’ dawk li pparteċipaw.”
Ritratt: Albert Camilleri

Kif utilizzajtu ż-żmien tal-pandemija bħala artisti u bħala The Travellers?

Chris: Fil-bidu, l-ewwel ftit xhur, qisna waqafna għalkollox, imbagħad bdejna nirrealizzaw illi din mhix xi ħaġa temporanja u ser titlaq malajr, allura kellna opportunità li fejn qabel konna għaddejjin gas down, issa għandna ċ-ċans li nibdew naħsbu f’affarijiet u ideat differenti. Fosthom kien hemm dan l-avveniment Ejj’ Isma Ftit u kollaborazzjonijiet oħra li tawna ċ-ċans li npoġġu bilqiegħda u niddiskutu kull kanzunetta u nassoċċjawha ma’ aspett partikolari jew xi tema oħra, bil-ħsieb li noħolqu xi tip ta’ kollaborazzjoni jew xi kampanja ta’ għarfien. Kieku konna f’sitwazzjonijiet normali u mhux waqt pandemija, dawn it-tip ta’ ideat kienu jispiċċaw fix-xejn għaliex tant ikunu żviluppaw b’mod mgħaġġel li ma kienx ikollna ċ-ċans kollu sabiex niffokaw kif suppost fuqhom.

Andrew: Infatti l-avveniment Ejj’ Isma Ftit kienet idea li nibtet f’moħħna meta konna ftit aktar kalmi mis-soltu. Allura bdejna ngħidu li issa wasal iż-żmien li nersqu aktar viċin tal-pubbliku u naraw x’inhi l-opinjoni tagħhom dwar dan l-album il-ġdid. Infatti dan il-proċess ħa ż-żmien tiegħu aktar minn kemm kien pjanat, għaldaqstant stajna nirriflettu iktar u noħolqu xi ħaġa ta’ kwalità għolja. Stajna wkoll niffukaw fuq proġetti oħrajn bħall-kunċert tal-Milied, li qabel anqas qatt ma konna nikkunsidraw jew noħolmu li nagħmluh, bejn għax ma kellniex iċ-ċans u għax jinvolvi

ħafna ħin u preparamenti biex toħloq xi ħaġa mill-ġdid. Apparti minn hekk matul il-pandemija kellna naddattaw u sibna sistema kif nistgħu naħdmu b’mod virtwali bejnietna u b’xi mod inkunu nistgħu niddiskutu l-ideat tagħna u nibqgħu għaddejjin.

Chris: Issa erġajna qbadna ftit ir-ritmu, infatti għal Ġunju u Lulju erġajna bdejna ndoqqu fit-tiġijiet.

Andrew: Imma ovvjament nimmissjaw dak il-feedback tan-nies, li jkunu hemmhekk preżenti u nħossu dak li jkunu qegħdin iħossu waqt xi gig live. Nittamaw li xi darba fiżżmien qarib inkunu nistgħu nerġgħu għall-inqas b’xi mod nerġgħu nsibu ruħna fuq palk mal-bqija tan-nies.

Maż-żmien sirtu wieħed mill-aktar gruppi mużikali prominenti f’pajjiżna. Stennejtuha li l-istil tagħkom u l-fatt li tkantaw bil-lingwa Maltija ser jintlaqa’ b’dan il-mod?

Andrew: Fiż-żmien li aħna bdejna ma tantx kien hemm gruppi li jużaw il-lirika Maltija f’kuntest kontemporanju ħa ngħidu hekk u dak mainstream, għaliex kien meqjus bħala riskju. Aħna l-ewwel mira tagħna kienet li minn tal-inqas waħda mill-ħames kanzunetti li jinsabu fl-EP li għamilna, fosthom Sempliċità, Dak Li Int u Xemx u Xita, tindaqq fuq ir-radju, kwalunkwe radju. Li sempliċiment tindaqq, għalina kienet tfisser li konna nkunu lħaqna l-mira li kellna, għax dak iż-żmien konna xtaqna li nilħqu dik it-tip ta’ udjenza. Infatti wara 24 siegħa, ir-radjijiet kollha, anke dawk li forsi ma kinux onboard mill-ewwel u ma kinux jagħtu daqshekk prominenza lill-kanzunetti bil-lingwa Maltija, daqqewha.

Temmnu li kontu pijunieri fil-bidla fil-perspettiva lejn il-mużika bil-lingwa Maltija?

Andrew: Dik in-narrativa tiġi mill-fatt li għal żmien twil, saħansitra anke diċenji, kien hemm nuqqas kbir ta’ mużika bil-lingwa Maltija fuq ir-radju. Waħda mill-affarijiet li sibna vera diffiċli fil-bidu kienet li konna qegħdin niktbu l-kanzunetti u naddattaw il-proċess tas-soltu, imma konna qegħdin nindunaw li l-istil mhuwiex fejn nixtiquh. Dan għaliex ma kienx hemm ma xiex inqabbluh biex nippruvaw nifhmu l-preferenzi tal-udjenza. Fl-istess ħin meta bdejna noħorġu u bdejna anke nintlaqgħu tajjeb, ma nħobbx ngħid li ma għamilna xejn ta’ barra minn hawn, imma xi ħaġa rnexxielna nagħmlu. Kien wieħed mill-għanijiet tagħna li l-kanzunetti tagħna jindaqqu fuq ir-radjijiet u meta aħna dħalna hemm, inħoloq preċedent li ħaddieħor jista’ jagħmel l-istess. Għaldaqstant dik tat kuraġġ lil min lest li jinvesti ħinu u lest li jieħu r-riskju u jagħmilha. Li tilħaq ir-radji mhux daqshekk faċli daqskemm wieħed jaħseb, maż-żmien saret iktar faċli għax tibda ssir stabbilit u taf kif taħdem is-sistema u jibda jkollok idea aħjar ta’ x’ħa jaħdem u ma jaħdimx.

27 GWIDA Novembru 2021 Intervista
“Irnexxielna ndaħħlu diski bil-Malti fil-kultura.”

Chris: Ma jfissirx li din hija l-uniku mira tagħna. Fil-verità, illum il-ġurnata, naħseb li dik il-mira konna lħaqnieha, allura issa ma aħniex narawha bħala l-prijorità li l-kanzunetti bilfors iridu jkunu radio friendly

Andrew: Hekk kif il-Malti rnexxielna ndaħħluh f’dik li nsejħulha l-kultura pop, imbagħad kienet aktar faċli għalina u anke forsi għal ħaddieħor li segwa l-istess passi u għalhekk ħloqna preċedent aħna. Is-suċċess li ħalliet warajha l-kanzunetta Sempliċità probabbli qanqlet aktar interess. Sintendi aħna gwadanjajna ħafna mill-fatt li hawn għatx kbira għal-lingwa u l-kultura tagħna, ħafna aktar milli qatt konna naħsbu – kemm hi maħbuba l-lingwa, xi ħaġa li qabel, naħseb fid-disgħinijiet u l-2000 speċjalment, ma konniex nemmnu jew mgħarrfa biżżejjed. Infatti konna nemmnu li ta’ barra dejjem aħjar u dejjem kellna dik innarrattiva. Naħseb li llum dik inbidlet ħafna!

Chris, din is-sena inti u Charlene żżewwiġtu. Kif ħassejtek li stajt taqsam din il-ġurnata speċjali minn ħajtek ma’ sħabek tal-grupp?

Chris: Naħseb għal kull persuna li jgħaddi minn din l-esperjenza jqisha bħala mument speċjali. Xtaqt ovvjament li din l-esperjenza ngħaddiha mal-iktar nies qrib tiegħi u ovvjament il-kumplament ta’ The Travellers mhumiex biss il-ħbieb tiegħi iżda huma wkoll il-familja, fejn jiena ovvjament inqatta’ ħafna aktar ħin magħhom, ġieli ħafna aktar minn mal-mara. Għaldaqstant ma stajtx inqatta’ din il-ġurnata mingħajr ma jkun hemm huma miegħi. Infatti kienu kollha groomsmen u xħin kont qed nistenna lit-tfajla tiegħi, illum il-mara, fuq l-artal, kienu qegħdin hemmhekk ħdejja jagħtuni s-sapport, allura kien mument sabiħ ħafna. Ma stajtx inħallihom barra għax ara kemm kienu jgergruli kieku! Bħala esperjenza nista’ ngħid li kienet waħda indimentikabbli!

Kif iltqajtu inti u Charlene? U kif proponejtilha?

Chris: Iltqajna waqt attività fejn jiena kont parti minn grupp tal-karnival u hi kienet hemm u kelma ġġib l-oħra. Kien ilna nitkellmu u noħorġu flimkien għal dawn l-aħħar seba’ snin u mbagħad kien il-mument li niżżewġu.

Proponejtilha b’mod sempliċi, konna qegħdin f’post waħedna fuq l-irdum u mbagħad ħriġt iċ-ċurkett u staqsejtha.

Kellkom tieġ waqt pandemija. Kemm domtu tippreparaw u xi sfidi affaċċjajtu?

Chris: Bħal kull min għaddej minn dan il-proċess bħalissa, jista’ jgħidlek li l-proċess mhux wieħed sempliċi u ovvjament is-sitwazzjoni hi li hi. Fortunatament jiena u Charlene sibna mod kif nistgħu norganizzaw xi ħaġa

żgħira imma fl-istess ħin doable u li tista’ ssir bl-aktar mod sempliċi. Pereżempju qabel ma kellniex ħsieb li jsir seated it-tieġ imma llum ma jiddispjaċinix, anzi naħseb li kien wieħed mill-isbaħ mumenti fejn inti qiegħed bilqiegħda hemmhekk tara lil kullħadd miegħek, miġbur madwarek. Fl-aħħar mill-aħħar il-valuri tajniehom prominenza u dik kienet xi ħaġa importanti ħafna għalina.

Kien hemm pjanati xi sorpriżi waqt it-tieġ?

Chris: Xħin għadda ftit il-ħin iddeċidejna ndoqqu xi żewġ kanzunetti flimkien u tlajna fuq il-palk biex nibdew indoqqu; iżda f’nofs dan il-palk sħabi ddeċidew li jagħmlu speech u ovvjament bdew jirrakkontaw ċertu esperjenzi li għaddejna minnhom, kemm dawk li forsi kellhom jinstemgħu u anke dawk li le, imma minkejja kollox kien mument li ħadna gost fih u vera dħakna flimkien.

Kurżità. L-ewwel żifna li żfintu bħala miżżewġin kienet diska minn tagħkom?

Chris: Iva, kienet mash up żgħira bejn waħda millkanzunetti l-ġodda, Ersaq fil-Qrib u L-Imħabba Hija Kelma Kbira Wisq. Aħna t-tema dawwarnieha madwar l-imħabba ovvjament u tajna prominenza lil dik il-frażi li hemm fillirika tagħna li hija “L-Imħabba Hija Kelma Kbira Wisq” u allura ma stajtx ma nużax lilha bħala waħda mill-kanzunetti waqt l-ewwel żifna tagħna.

Kif ħassejtek – il-fatt li fit-tieġ tiegħek żfint l-ewwel żifna mal-mara tiegħek ma’ diska minn tiegħek?

Chris: Meta kont żgħir qatt ma ħsibt li xi darba ħa nkun mużiċist jew kantant li llum nistgħu ngħidu ħafna nies jafuni, jew li niżżewweġ u nisma’ l-kanzunetta tiegħi tindaqq. Jiġifieri dik hija xi ħaġa li ovvjament qatt ma ħsibt fuqha imma kien mument li tapprezza l-esperjenzi differenti tal-ħajja kemm f’dik ta’ relazzjoni mat-tfalja u anke dik li tkun żviluppajt ma’ sħabek l-oħrajn tal-grupp. Huma żewġ affarijiet, żewġ pilastri li kienu importanti ħafna f’ħajti ovvjament u kienu qegħdin flimkien f’mument wieħed u għalija kienet esperjenza indimentikabbli.

28 GWIDA Novembru 2021
Intervista

NHAR TA’ ĦADD

TVM 06:00 Nostalgija

07:00 Vizjoni

07:30 Ta' Filghodu

09:00 Ahbar Tajba - Keith Demicoli rritorna fuq TVM bi programm soċjo-reliġjuż. Fl-ewwel parti mistieden jitkellem fuq suġġett morali u l-programm ikompli b'diskussjoni dwar għadd ta’ suġġetti varji.

10:30 Malta u lil hinn minnha

12:00 News

12:15 Uejja - Kwiżż show ġdid bi preżentazzjoni ta’ Angie Laus.

15:00 Cappas

17:45 Tghid x'inhu

30 GWIDA Novembru 2021 Skeda
09:30 Quddiesa tal-Jum
15:45 Madagascar
16:15 Lenti
16:45 Ghawdex Illum 17:15 @Magic
Mill-Palazz
News/Sports News/Weather
News
X Factor
Tertuqa 35
Fil-Gnien ma' Melo TVMnews+ 06:00 Euronews 07:00 News + Sports + Weather 07:30 Harifa Maltija 08:00 News + Sports + Weather 08:15 Mill-Palazz 08:30 Hadt L-ahbar 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Investigaturi tal-Muzika 10:30 MEA 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Resume' 12:00 Gadgets 12:45 Etimologija 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Sports Live + 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Tezori mill-Belt Siekta 21:00 90 Minuta 22:00 News in English 22:05 DOT EU 22:30 Ghawdex Illum Subtitled 23:00 News update 23:15 Champions League Magazine 23:45 Europa League Magazine 00:15 Euronews ONE 08:40 Paperscan 10:30 Attivita’ Politika 11:30 Mill-Chcina ta’ Dari 17:00 Mqades l-Istorja 18:00 L-Argument 20:10 Ieqaf 20 minuta 20:30 Min Imissu (R) NET 12:05 Mir-reffitorju 15:20 Sport Extra 16:30 Family Affair 18:10 Għand il-Veġan 18:55 Replay Live Score 19:30 Aħbarijiet 21:00 Replay RAI 1 06:05 NewOverland 07:00 TG1 07:20 Uno weekend 08:00 TG1 08:04 Uno weekend 08:50 TG1 - L.I.S. 08:55 Paesi che vai - Luoghi, detti, comuni I Grandi Maestri del colore 09:40 A sua immagine 10:20 NewBudapest: Santa Messa conclusiva del 52esimo Congresso Eucaristico Internazionale
Verde Estate
Telegiornale
libera
TG1
ruota libera
Reazione a catena 19:00 Telegiornale
Soliti Ignoti - Il Ritorno
Programma da definire 22:05 Speciale TG1 23:10 Rainews 24 Italia 1 06:36 L'orso Yogi 06:43 Tom & Jerry Kids 06:58 Scooby Doo - Dove sei tu? 07:48 I Flinstones 08:17 The new Fred and Barney show 08:46 Riverdale
Studio Aperto
Meteo.it
Sport Mediaset - Anticipazioni
Sport Mediaset
E-planet
Lucifer
Whiskey Cavalier
The Goldbergs
Studio aperto Live
Meteo.it
Studio Aperto 18:28 CSI - Scena del crimine 20:24 Colorado 23:16 MOVIE
18:00 Muzika Muzika - it-triq 'il quddiem 18:45 Ninvestigaw X'Qed nieklu 19:45
20:00
Report/Financial
21:00
22:30
23:00
12:00 Linea
12:30
13:00 Da noi... a ruota
16:15
16:20 Da noi... a
17:45
19:35
20:25
11:25
11:59
12:04
12:11
12:47
13:14
15:07
16:52
17:17
17:20
17:30

NHAR TA’ TNEJN

TVM

6:30 Sorelle (R)

7:00 Ta’ Filgħodu – Għodwa sabiħa tibda b’tazza kafe u l-kariżma speċjali li għandu Ray Attard. Sharp Shoot Media qed jaħdmu għall-programm divertenti ta’ kull filgħodu.

9:00 FitAM – Melanie Kelly u Andreana jirritornaw flimkien għat-tieni staġun ta’ FitAM. Dan il-programm idur malattivita fiżika u kemm hu mportanti li wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu.

9:30 Quddies

10:00 Għaddi s’hawn – Antonella tirritorna fuq TVM bi programm ġdid.

11:45 Snekks – Riċetti qosra u bnini.

12:00 Aħbarijiet

12:15 Niskata

14:35 Ilsienna

14:40 Dr. Protomiks – programm

għat-tfal

14:55 Naqraw flimkien

15:05 Avaru

15:10 Backstage

15:45 Sorelle

16:30 Maltarti

16:45 Illum ma’ Steph

18:00 Ilsienna

18:30

Moħħok Hemm – Kwiżż show

ġdid ma’ Carlo Borg Bonaci

19:15 Venere

19:45 Skritt

20:00 L-Aħbarijiet

21:00 Noli - Noli hija storja mimlija

emozzjonijiet ta’ tfajla li rat

lil ħajjitha tinqaleb ta’ taħt

fuq, hekk kif missierha ġie

maqtul, u ftit wara sparixxa

t-tifel tagħha waqt logħba ta’

bejniethom. Georgia spiċċat waħedha imma l-uġigħ u l-frustrazzjoni biddlithom f’determinazzjoni biex issir investigattriċi ewlenija fi sforz biex hi wkoll jirnexxilha tasal għall-veritá li tant kellha bżonn issir taf. Ma' kull każ li bdiet issolvi mal-iskawdra tagħha aktar ma setgħetx tifhem x’kien qed iżommha milli ssolvi dak li tant kella bżonn tasal għalih.

22:30 Ħajjitna Ktieb

23:00 Kollezzjonist (R)

31 GWIDA Novembru 2021 Skeda
TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Mewta siekta 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Ninvestigaw x'qed nieklu 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Fifla 14:00 News + Sports + Weather 14:05 9/11 - il-Maltin li kienu hemm 14:45 Investigaturi tal-Muzika 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Ghawdex Illum 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Etimologija 16:30 UEFA Champions League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Sports Ghawdex 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Realta' 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Realta' 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 XTRA 22:00 News in English 22:05 Proprjeta Malta 22:45 Etimologija 23:00 News update 23:15 Sports Ghawdex 23:45 UEFA Champions League Magazine 00:15 Euronews
23:30 Sorelle (R)
Canale 5 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:59 TG5 07:42 Meteo.it 07:49 Tg5 - Speciale 09:00 Santa Messa 09:57 Le storie di Melaverde 10:58 Melaverde 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:40 L'arca di Noè 13:00 Beautiful 13:20 Una vita 15:26 Tre All'improvviso 17:45 Caduta libera 18:54 Tg 5 - Prima pagina 19:01 TG5 19:33 Meteo.it 19:38 Paperissima Sprint 20:31 Scherzi a parte 23:19 TG5 23:59 Meteo.it

16:00 Prime time Preview

18:30 Pjazza

17:30 Flimkien ma’ Nancy

19:15 Mill-Chcina ta’ Dari

20:10 PrimeTime

20:30 Reboot

21:15 Ġrajjiet Kurrenti NET

7:00 Net AM - Keane Cutajar u Roberta Bonello qed jippreżentaw mit-Tnejn sal- Ġimgħa fis-7am.

12:30 Bejnietna – Edizzjoni oħra ta’ dan il-programm immexxi minn Dulcima Aquilina u Stephanie Chircop

16:20 Missio Tfal

16:30 Kikkra Te – Marco Calleja, Valerie Vella u Marilena Gauci qed jippreżentaw dan il-programm divertenti.

18:10 Net Live

19:30 Aħbarijiet

20:30 Ulied il-lejl – serje ibbażat fuq ir-rumanz bestseller Suwed Ulied il-Lejl. 21:40 Newsroom RAI

NHAR TA’ TLIETA

15:45 Sorelle

16:30 Maltarti

16:45 Illum ma' Steph

18:00 Kaxxarizz– Kull programm ser jiddiskuti kollezzjonijiet privati li nsibu fil-mużewijiet.

18:30 Mohhok Hemm

19:15 Ritratti

19:45 Tezori mill-Belt Siekta

19:50 Malta Film Awards

14:55 Naqraw Flimkien

15:05 Avaru'

15:10 Backstage

20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News

21:00 Nostalgija – l-istorja spiċċat meta Frank kien irrabbjat

sew għall-missieru. Dun Feliċ iqabbad lil Philip biex jaqra ittra pastorali mibgħuta mill-arċisqof. George iqabbad lil Philip biex jixtrilu card u bukkett fjuri għall-anniversarju taż-żwieġ. Dun Feliċ jipperswadi lil Grezzju biex jibda programm ħalli jieqaf jixrob. John u Sarah jaqblu li jtemmu l-istorja ta’ mħabba ta’ bejniethom. Grezzju jasal u jħabbar lil uliedu li se jibda programm biex jaqta’ x-xorb.

32 GWIDA Novembru 2021 Skeda 18:28 CSI - Scena del crimine 19:24 N.C.I.S. - Unità anticrimine 20:15 Killer Elite 22:35 Tiki Taka - La repubblica del pallone Canale 5 06:30 Tg 5 - Prima pagina 06:54 Meteo.it 06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 12:00 TG5 12:35 Meteo.it 12:42 Beautiful 1:08 Una vita 1:45 Uomini e donne 3:35 Love is in the air 4:35 Pomeriggio Cinque 5:45 Caduta libera 6:42 Tg 5 - Anticipazione 6:54 Tg 5 - Prima pagina 7:01 TG5 7:34 Meteo.it 7:38 Paperissima Sprint 8:32 Grande Fratello Vip 08:09 Unomattina 08:30 TG1 Flash 08:35 TG Parlamento 08:38 Unomattina Estate 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:00 Che tempo fa? 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Il commissario Montalbano 22:25 Sette Storie 22:40 TG1 Sera 22:44 Sette Storie 23:35 Rainews 24 Italia 1 06:53 L'incantevole Creamy 07:19 Una spada per Lady Oscar 07:44 Dr. House - Medical Division 08:36 Dr. House - Medical Division 09:33 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:03 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:11 Sport Mediaset 12:43 I Simpson 13:34 I Griffin 14:24 The Big Bang Theory 14:53 Mom 15:48 Superstore 16:15 Friends 16:47 Friends 17:21 Studio aperto Live 17:24 Meteo.it 17:29 Studio Aperto ONE
ONE Breakfast
Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd)
Espresso
Step Up
Kalamita
06:45
08:00
10:00
12:35
13:00
1 06:00 TG1 06:12 Unomattina 06:30 TG1 - L.I.S. 06:33 Unomattina 06:50 Che tempo fa? 06:51 Unomattina 08:07 Che tempo fa? TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Common Sense 12:00 News
Niskata
Short
Dr Protomiks
12:15
14:35 Ilsienna
14:40
33 GWIDA Novembru 2021 Skeda 23:00 News update 23:15 Tigriet Biss 23:45 Knots 00:15 Euronews ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 12:35 Step Up 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 17:30 Dak Li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Revved 21:00 taf x’qed jgħidu? 22:15 The Big Step NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna –16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te –18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Chernobyl – programm li ser jidħol fid-dettal dwar x’seħħ eżattament, dak li ġara wara u għaliex ġew moħbija ċ-ċirkostanzi li waslu għal din it-traġedja. 21:40 Magħkom RAI 1 06:00 TG1 06:12 Unomattina 06:30 TG1 - L.I.S. 06:33 Unomattina 08:00 TG1 08:07 Che tempo fa? 08:09 Unomattina 08:30 TG1 Flash 08:35 TG Parlamento 08:38 Unomattina 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:00 Che tempo fa? 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Morgane: Detective geniale 22:30 Porta a porta 22:45 TG1 Sera 22:50 Porta a porta Italia 1 07:12 Una spada per Lady Oscar 07:38 Dr. House - Medical Division 09:30 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:04 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:11 Sport Mediaset 12:43
I Simpson
13:34 I Griffin
14:24 The Big Bang Theory 14:55 Mom 15:49 Superstore 16:14 Friends
-
16:46 Grande Fratello Vip 17:21 Studio aperto Live 17:24 Meteo.it 17:30 Studio Aperto 18:27 CSI - Scena del crimine 19:28 N.C.I.S.
Unità anticrimine 20:17 Programmazione Mediaset 20:20 Battiti live 22:47 Programmazione Mediaset 22:51 Bordertown
5 - Prima pagina 06:59 TG5 07:41 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:42 Beautiful 13:08 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:40 Love is in the air 16:34 Pomeriggio Cinque 17:45 Caduta libera 18:36 Tg 5 - Anticipazione 18:54 Tg 5 - Prima pagina 19:01 TG5 19:26 Meteo.it 19:29 Paperissima Sprint 19:46 Calcio: UEFA Champions League 21:57 Calcio: UEFA Champions League
X-Style 22:00 Manwel Dimech 22:30 Gramma 23:00 Paq Paq ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Ghawdex Illum 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Ilsienna 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Realta' 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Realta' 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Proprjeta Malta 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Tezori mill-Belt Siekta 16:30 Knots 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Tigriet Biss 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Insights 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Insights 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 DOT EU 21:00 Sports Panorama 22:00 News in English 22:05 MEA 22:45 Common Sense
Canale 5 06:00 Tg
22:33

NHAR TA’ ERBGĦA

20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News

21:00 Carter Jirraporta

21:45 A day in the life – Wayne

Camilleri flimkien ma’ Peter Borg jiltaqgħu ma’ diversi personalitajiet mix-xena tal-arti u l-entertainment li għandhom passjoni kbira f’xogħlhom. Dan il-programm juri li millindustrija tal-arti, karriera hija

13:00 Oggi è un altro giorno

14:55 Il paradiso delle signore

15:45 TG1

15:55 TG1 Economia

16:00 Che tempo fa?

16:05 La Vita in Diretta

17:45 Reazione a catena

19:00 Telegiornale

19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno

20:25 Pretty Woman

22:35 Porta a porta

22:50 TG1 Sera

22:56 Porta a porta

Italia 1

05:51 I Puffi

06:21 Pollyanna

06:48 L'incantevole Creamy

07:14 Una spada per Lady Oscar

34 GWIDA Novembru 2021 Skeda
TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Snekks 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Vizjoni - l-aħwa Preca ser jippreżentaw programm
il-gastronimija
l-kċina.
Mohhok Hemm
Wirt u Eredi
Super
fuq
u
18:30
19:15
19:45
5 Lottery
19:50 Malta Film Awards
22:00 Venere® 22:30 Nota f'Nota ® 23:00 Kaxxarizz ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Ghawdex Illum subtitled 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Kaxxarizz 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Insights 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Insights 15:00 News + Sports + Weather 15:15 MEA 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Mill-Palazz 16:30 Champions League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 3 Pointer 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Topik 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Topik 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 UEFA Champions League 23:00 News update 23:15 Highlights UEFA Champions League 00:15 Euronews ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( MitTnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 12:35 Step Up 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Agħtuna Ċans Ngħidu Storja NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna –16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te –18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Kontrokurrent 21:40 Frekwenzi RAI 1 07:00 TG1 07:25 Che tempo fa? 07:27
Unomattina
TG1 Flash
Unomattina
possibli.
Unomattina 08:00 TG1 08:09
08:30
08:35 Rai Parlamento Telegiornale 08:40 Linea Verde - Meteo Verde 08:41
08:50 Santa Messa
10:30 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale

07:41 Dr.

17:06 Grande Fratello Vip

NHAR TA’ ĦAMIS

ta’ San Pietru –enċiklopedia kif il-kurja papali taħdem. Dokumentarju interessanti ta’ x’qed jiġri fil-vatikan. Dan il-programm

juri l-wirt storiku u l-ħajja ta’ kuljum mill-Vatikan.

22:00 Nisfidak – 3 iħbieb jisfidaw lil xulxin biex jagħmlu sfidi ħorox, bla skript, bla regoli u kollox misteru! 22:30

35 GWIDA Novembru 2021 Skeda
07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Nota f'Nota 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Paq Paq 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Topik 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Topik 15:00 News + Sports + Weather 15:15 L-intrapriza 15:30 Il-Mara 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Common Sense 16:30 Motorsmt 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Ruggers 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Mill-kamra 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Mill-kamra 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 UEFA Europa League 23:00 News update 23:15 Highlights UEFA Europa League 00:15 Euronews ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 16:15 Popcorn 17:00 Zona Sport 17:30 Mhux Kemm Taf 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Awla NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna –16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te –18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Imbarazzanti 21:40 Il-Vjaġġ it-tajjeb TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Tal-Ewwel 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks
Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage
Sorelle
Maltarti
Illum
Il-Kollezzjonist
Mohhok
Gourmet Challenge
Il-Bolla
Malta Film Awards
News/Sports News/Weather Report/Financial News
Għad-dell
14:55
15:45
16:30
16:45
ma' Steph 18:00
18:30
Hemm 19:15
19:45
19:50
20:00
21:00
Luxdesign®
TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather
23:15 Etimologija ® 23:30 Sorelle ®
House - Medical Division
C.S.I. New York
Aperto
Meteo.it
09:32
11:25 Studio
11:58
11:59 Grande Fratello Vip
Anticipazioni
Mediaset
12:14 Sport Mediaset -
12:21 Sport
13:03 I Simpson
14:21 The Big Bang Theory
15:18 Mom 16:13 Superstore 16:39 Friends
Meteo.it 17:32 Studio Aperto 18:31 CSI - Scena del crimine 19:33 N.C.I.S. - Unità anticrimine 20:23 Baywatch 22:48 Nudi e felici Canale 5 06:00 Tg 5 - Prima pagina 06:54 Meteo.it 06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:44 Beautiful 13:10 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:25 Love is in the air 16:35 Pomeriggio Cinque 17:45 Caduta libera 18:40 Tg 5 - Anticipazione 18:54 Tg 5 - Prima pagina 19:01 TG5 19:31 Meteo.it 19:36 Paperissima Sprint 20:25 Luce dei tuoi occhi 22:50 X-Style 23:26 TG5
17:23 Studio aperto Live 17:26

NHAR TA’ ĠIMGĦA

36 GWIDA Novembru 2021 Skeda
TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Snekks 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage 15:40 Investigaturi tal-Muzika 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Nota f'Nota 18:30 Mohhok Hemm 19:15 Tertuqa 35 19:45 Super Star Lottery 19:50 Malta Film Awards 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Mustaċċuni – Ron Briffa u Ray Callejja jippreżentaw programm flimkien komiku b’għadd ta’ personalitajiet distinti. 23:00 Ritratti ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Hajjitna Ktieb 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Vizjoni 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Mill-Kamra 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Mill-Kamra 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Anzjanita' 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 A day in the life 16:30 UEFA Europa League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 GFA Roundup RAI 1 07:00 TG1 07:25 Che tempo fa? 07:27 Unomattina 08:00 TG1 08:07 Che tempo fa? 08:09 Unomattina 08:30 TG1 Flash 08:35 Rai Parlamento Telegiornale 08:38 Unomattina 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:00 Che tempo fa? 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Il commissario Montalbano Il sorriso di Angelica - Season 9 Episode 1 22:35 Porta a porta 22:50 TG1 Sera 22:55 Porta a porta Italia 1 07:04 Una spada per Lady Oscar 07:30 Dr. House - Medical Division 09:35 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:00 Grande Fratello Vip 12:15 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:22 Sport Mediaset 13:05 I Simpson 14:22 The Big Bang Theory 15:16 Mom 16:12 Superstore 16:38 Friends 17:05 Grande Fratello Vip 17:22 Studio aperto Live 17:25 Meteo.it 17:31 Studio Aperto 18:30 CSI - Scena del crimine 19:31 N.C.I.S. - Unità anticrimine 20:21 Chicago Med 23:00 Dune Canale 5 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:55 Traffico 06:58 Meteo.it 06:59 TG5 07:44 Morning news 09:57 Forum 12:00 TG5 12:39 Meteo.it 12:40 Beautiful 13:10 Una vita 13:44 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:20 Love is in the air 16:35 Pomeriggio Cinque 17:45 Caduta libera 18:42 Tg 5 - Anticipazione 18:57 Tg 5 - Prima pagina 19:00 TG5 19:38 Meteo.it 18:39 Paperissima Sprint 20:20 Star in the star
37 GWIDA Novembru 2021 Skeda 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Carter Jirraporta 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Kuxjenza 19:30 Tghid x'inhu 19:45 Investigaturi tal-Muzika 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Topik 22:00 News in English 22:05 L-intrapriza 22:30 Wirt u Eredi 23:00 News update 23:15 3 Pointer 23:45 GFA Roundup ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( MitTnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 16:45 Country Jamboree 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Niftakru 21:00 Min Imissu?! NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna –16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te –18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:15 Flusek 20:45 Polis 21:40 Replay Preview RAI 1 07:00 TG1 07:25 Che tempo fa? 07:27 Unomattina Estate 08:00 TG1 08:07 Che tempo fa? 08:30 TG1 Flash 08:35 Rai Parlamento Telegiornale 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il Paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Tale e quale show 22:55 TG1 Sera 23:00 TV 7 Italia 1 06:15 Pollyanna 06:43 L'incantevole Creamy 07:14 Una spada per Lady Oscar 07:41 Dr. House - Medical Division 09:36 C.S.I. New York 11:28 Studio Aperto 12:02 Meteo.it 12:03 Grande Fratello Vip 12:18 Sport MediasetAnticipazioni 12:25 Sport Mediaset 13:14 I Simpson 14:34 The Big Bang Theory 15:27 Mom 16:23 Superstore
16:49 Friends
19:42 N.C.I.S. - Unità anticrimine 20:31 Rambo
specialista
17:17 Grande Fratello Vip 17:33 Studio aperto Live 17:36 Meteo.it 17:41 Studio Aperto 18:40 CSI - Scena del crimine
22:25 Lo
Prima
Prima pagina
Canale 5 06:30 Tg 5 -
pagina 06:45 Tg 5 -
06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5
12:34 Meteo.it
12:41 Beautiful 13:06 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:20 Love is in the air 16:35 Pomeriggio Cinque 17:50 Caduta libera 18:40 Tg 5 - Anticipazione 18:56 Tg 5 - Prima pagina 19:03 TG5 19:34 Meteo.it 19:37 Paperissima Sprint 20:20 Grande Fratello Vip

NHAR TA’ SIBT

18:29 CSI - Scena del crimine

19:32 CSI - Scena del crimine

20:24 MOVIE

Canale 5

06:45 Tg 5 - Prima pagina

06:54 Meteo.it

06:59 TG5

07:43 Meteo.it

07:49 X-Style

10:00 Forum

11:58 TG5

12:33 Meteo.it

12:44 Beautiful

13:06 Una vita

13:40 Elisa di Rivombrosa

15:41 Spirito libero

16:37 Spirito libero

17:44 Conto alla rovescia

18:40 Tg 5 - Anticipazione

18:54 Tg 5 - Prima pagina

19:01 TG5

19:33 Meteo.it

19:38 Paperissima Sprint

20:31 La musica è cambiata

23:36 TG5

38 GWIDA Novembru 2021 Skeda TVM 06:00 Noli ® 07:00 Dr Protomiks Naqraw Flimkien Avaru Backstage 09:30 Gourmet Challenge 10:00 Nota f'Nota® 10:30 Ilsienna® 11:00 Fil-Gnien ma' Melo 11:30 Hygieia 12:00 News 12:15 Sibtek 15:00 Harifa Maltija 15:30 Mir-Renju tal-Annimali 16:00 Luxdesign 16:45 Aroma Kitchen 18:00 Paq Paq 18:30 Gadgets 19:15 Animal Diaries 19:45 Lotto 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Joseph Calleja 2021 San Remo 70 years of dreams 22:30 Malta u lil hinn minnha® 00:00 Sibtek® TVMnews+ 06:00 Euronews 07:00 News + Sports + Weather 07:30 Tertuqa 35 08:00 News + Sports + Weather 08:15 Tezori mill-Belt Siekta 08:30 Malta u lil hinn minnha 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Mill-Palazz 10:30 L-intrapriza 10:45 Skritt 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Resume' 12:00 Il-Kollezzjonist 12:30 Euronews
News + Sports + Weather
Sports Live + 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Attwali ® 21:45 Il-Bolla 22:00 News in English 22:05 L-intrapriza 22:30 Carter Jirraporta 23:00 News update 23:15 Motorsmt 23:45 Ruggers ONE 08:30 Better Living 17:30 Sabiħa l-Ħajja 18:00 Pink Panther 18:45 Ondroad 20:10 Ieqaf 20 minuta 20:35 Arani Issa NET 12:30 Jekk jogħġobkom 15:00 Ara Min Mar - intervisti ma’ nies li esperjenzaw ħidma filmissjoni. 18:10 JienInt – programm soċjoreliġjuż ma’ Francesca Polidano 18:50 Meander 16:30 Family Affair 19:30 Aħbarijiet 20:30 The Entertainers RAI 1 07:00 TG1 07:30 Unomattina in Figlia 08:00 TG1 08:30 TG1 - L.I.S. 09:25 Buongiorno benessere - Tutti i colori della salute
Passaggio a Nord-Ovest
Linea Verde Radici
Linea Verde Life
Telegiornale
Linea blu Nord Gallura
A sua immagine
TG1
60° Anniversario Frecce Tricolori
Reazione a catena
Soliti Ignoti - Il Ritorno
MOVIE
TG1 Sera
Rainews 24 Italia 1 06:04 Grown-ish 07:03 Mila e Shiro - Due cuori nella pallavolo 07:55 Occhi di gatto 08:50 Riverdale 11:26 Studio Aperto
Meteo.it
Sport MediasetAnticipazioni
Sport Mediaset
Drive Up
DC's Legends of Tomorrow
Supergirl
The Goldbergs
Studio aperto Live
Meteo.it
Studio Aperto
13:00
13:15
10:20
11:00
11:30
12:30
13:00
13:50
14:30
14:45
17:45
19:35
21:30
22:30
23:40
12:00
12:06
12:12
12:47
13:25
15:12
16:56
17:21
17:25
17:31

GERARD JAMES BORG

Joħroġ ktieb interessanti ieħor!

X'inhu s-suġġett tal-ktieb il-ġdid?

Il-ktieb huwa dwar ġenerazzjoni ġdida ta’ Sliema Wives. Nisa sbieħ, ambizzjużi, kapriċċjużi, u jgħixu fil-lussu, iżda wara l-gradi tal-ħadid tal-vilel tagħhom hemm moħbija ħafna sigrieti.

Tista' tgħidilna xi ħaġa dwar il-karattri filktieb u tiżvela xi affarijiet dwar il-komplott?

Dażgur! Għandna lil Julia, eks reġina tal-isbuħija u miżżewġa lil raġel ferm anzjan, għandha ħsieb wieħed – tikseb il-wirt kollu ta’ żewġha wara mewtu... Iżda hemm qed tistennieha sorpriża xejn sabiħa! Imbagħad għandna lil Giselle, li hija vera snob, u li għandha affari klandestina ma' ħu r-raġel.

Fil-jum tat-tieġ tagħha, xi ħadd isir jaf dwar din l-affari sigrieta tagħha... U fl-aħħar nett, Victoria –mara enigmatika u mart politiku ewlieni li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali u huwa meqjus bħala l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta. Iż-żwieġ tagħhom jidher perfett, iżda wara bibien magħluqa, hemm verità inkwetanti ħafna.

U sadanittant, hemm qattiel li qed juża dobermann aggressiv biex joqtol lin-nies.

X’ kien dak li ispirak fil-kitba ta’ dan il-ktieb? In-nies! Inħobb in-nies u l-istejjer tal-ġenn kollha li għandhom x’ jgħidu, u xi post intriganti li nara

40 GWIDA Novembru 2021
Intervista
Ritratti:  Keith Darmanin Ilbies: Cessani Xagħar: Paxanas

fuq Facebook! Ukoll, l-ewwel ktieb tiegħi – Sliema Wives – kien suċċess kbir, għalhekk ħsibt li wasal iż-żmien li nippreżenta ġenerazzjoni ġdida ta' nisa lill-qarrejja tiegħi!

Hemm xi gossip li tista’ tgħid lill-qarrejja tagħna b’mod esklussiv?

Il-ktieb huwa fizzjoni, imma ovvjament sibt ukoll xi informazzjoni privileġġjata, li tagħmel il-ktieb estremament realistiku! Fih hemm ċerta mġiba soċjali li ħafna qarrejja se jidentifikaw magħha, jew isibu li wħud mill-ħbieb tagħhom iġibu ruħhom eżattament bl-istess mod. Fl-aħħar mill-aħħar dan huwa qari li se jagħti pjaċir lill-qarrej, b’taħlita ta’ drama, sess, qtil, u ħafna umoriżmu.

X'inhi t-tema prinċipali tal-istorja?

L-elite ta’ tas-Sliema se tiffaċċja realtà; fosthom hemm qattiel.

U int se tibqa’ taħseb u tipprova taqta’ min sal-aħħar. Sadanittant, il-ktieb jidħol fil-ħajja ta’ razza ġdida ta’ dawn in-nisa, is-Sliema Wives Id-drawwiet tal-ġenn tagħhom, l-infedeltajiet

kollha, ir-reġimi tas-sbuħija tagħhom, it-tqasqis bilbosta, il-biżgħat u l-ferħ tagħhom, id-dipendenza tagħhom fuq il-ħwejjeġ u l-lussu, id-drawwiet imqarba fis-sodda... u l-ambizzjonijiet politiċi spreġudikati ta’ wieħed mill-irġiel tagħhom.

Int ispirat minn nies veri?

Dażgur. Kull artist jispira ruħu minn xi ħaġa, xi ħadd, jew xi tip ta’ sitwazzjoni.

Kif tiddeskrivi l-ktieb?

Jien ngħid li hu tal-ġenn u divertenti... u dan x’ qalu xi nies dwar il-ktieb.

Peppi Azzopardi – “Razor-sharp”

Keith Demicoli – “Pjaċir intelliġenti, umoristiku u mexxej”

Valerie Vella –“Divertenti”

The Beauty Game –“Wicked”

Mandy Grimaud –

“Sorpriża wara sorpriża wara sorpriża. Brillanti!”

41 GWIDA Novembru 2021 Intervista

JADE CINI

42 GWIDA Novembru 2021
Tirbaħ Miss Universe Malta 2021
Intervista
Ritratti: SnapArt Photography Ilbies: Nina Covaci Irtokk: Justin Brincat Xagħar: Texture by Damon Briffa

Il-preparamenti biex tieħu sehem f’dan il-konkors bdew minn kważi sena qabel. Għall-ħabta ta’ Settembru 2020 bdiet tittrenja fiżikament, bidlet id-dieta u l-lifestyle tagħha. F’Jannar bdiet tittrenja aktar regolari! Meta għalqu l-gyms minħabba l-pandemija xorta waħda kienet issib mod kif tittrenja kuljum. F’Marzu bdew il-preparamenti mad-diżinjatur għal-libsa u f’Mejju bdiet tipprepara ruħha mentalment b’coaching sessions mar-rebbieħa ta’ Miss Universe 2018, Catriona Gray, permezz ta’ kors online, ma’ Giselle Boone li hija pagenat coach l-Amerka u anka catwalk training ma’ Marvin Buncayo mill-Filippini.

Kif tiddeskrivi s-serata? Ġara xi ħaġa wara

l-kwinti? Kif kienet l-atmosfera mat-tfajliet l-oħra?

Is-serata kienet emozzjonanti ħafna. Tkun ilek taħdem għal serata ta’ sagħtejn, sena sħiħa u tkun taf li għandek biss ftit sekondi biex turi min int, dak li taf u dak li tixtieq tagħmel, u biex twettaq

il-ħolma tiegħek realtà. Kulħadd jaġixxi differenti, ikun hemm min iħalli l-emozzjonijiet jiġru bih u juri d-diżappunt tiegħu, fil-maġġoranza tagħhom kienu professjonali, però dejjem issib lil min ma jkunx ġenwin daqskemm taħseb.

X’kienu l-ewwel reazzjonijiet tiegħek xħin irbaħt?

Dak il-ħin ma stajtx nemmen u bdejt ngħid “imma żgur smajt sew?”. Ir-reazzjoni tal-familja tiegħi fis-sala għenitni nikkonferma li smajt sew. Dak il-mument għextu kemm-il darba f’moħħi u immaġinajtu ħafna drabi imma li tiġri vera u tisma’ ismek bħala r-rebbieħa kienet emozzjoni indeskrivibbli. L-ewwel kliem li għidt lili nnifsi kienu “I did it” għax it-triq kienet waħda twila u diffiċli, u bdejt ngħid lili nnifsi, “irnexxielek akkost ta’ kollox!”. Wasalt fejn dejjem xtaqt pass pass.

Lil min ċempilt l-ewwel?

Lil ħadd għax il-mobile weħilli tant kemm daħlu messaġġi u telefonati. Apparti minn hekk, xtaqt ingawdi l-mument. Kont imdawra b’madwar 45 membru tal-familja u ħbieb li ġew jarawni, u allura stajt naqsam il-ferħ magħhom dak il-ħin. In-nies li xtaqt inċempel sfortunatament ma jistgħu qatt jirrisponduni, għalhekk l-ewwel ħaġa li għamilt filgħodu kif qomt, qbadt il-bukkett tal-fjuri li tawni meta rbaħt u mort iċ-ċimiterju bihom ħdejn in-nanniet u z-ziju li ħalliena s-sena l-oħra għax nemmen li kienu instrumentali fis-suċċessi tiegħi u kienu miegħi tul is-serata żgur.

X’tgħidilna fuq Michela Galea li klassifikat fit-tieni post?

Michela hija tfajla eżemplari, edukata u bravissima. Meta ġejna id f’id għidtilha “jirbaħ min jirbaħ ittnejn ħaqqna nkunu hawn” u dak il-kliem għadni nemmnu sal-lum. Ilni nafha minn meta konna tfal u dejjem baqgħet tfajla umli u onesta.

Liema tibdila mis-serata l-aktar li laqtitek u għalfejn?

Il-libsa eleganti. Iddisinjajtha jien stess bl-għajnuna tad-diżinjatur mondjali Rian Fernandez millFilippini li libbes artisti kbar u rebbieħa ta’

Intervista
43 GWIDA Novembru 2021

Miss Universe preċedenti u għalija kien ta’ unur kbir li naħdem miegħu. Bniedem professjonali ħafna li millewwel fehem xi rrid. Xtaqt libsa li tirrifletti l-kuluri taxxemx u l-baħar tal-Port il-Kbir li huwa parti minn tfuliti. Apparti minn hekk, peress li din is-sena ġiet inawgurata kuruna ġdida, qabbilna l-kulur tal-fosos magħha wkoll.

Xi tfisser li tkun Miss Universe Malta?

Unur kbir u responsabbiltà li trid iġġorrha għal sena b’ħafna impenji u sagrifiċċji biex tkun tista’ tirrappreżenta lil pajjiżek bl-aħjar mod possibbli fuq livell internazzjonali. Jirrikjedi ħafna ħin mill-ġurnata tiegħek kemm biex tippjana, tikkomunika man-nies u anka biex iżżomm l-apparenza tiegħek tajba.

X’għamilt wara li rbaħt u kif iċċelebrajt?

Għamilt tlett ijiem nirrispondi l-messaġġi u naqra l-kummenti sbieħ li rċivejt mingħand ħafna nies li ma nafx. Kont sorpriża ħafna bil-mijiet ta’ messaġġi imma xtaqt nirrispondihom kollha b’mod individwali biex nirringrazzjahom tal-ħin li ħadu biex jawgurawli wieħed wieħed u waħda u waħda.

X’kienu l-impenji tiegħek wara li rbaħt?

Mill-ewwel bdejna bil-kampanja ta’ Miss Universe u bil-preparamenti għal Israel. Beda l-proċess tal-ħsieb talkustum nazzjonali Malti, il-libsa finali, photoshoots għal social media u ritratti għal barra minn Malta. Fuq nota personali bdejt ngħaqqad it-team tiegħi għal din is-sena, infittxu sponsors li huma importanti ħafna bħalissa u nies li jgħinuni biex ikolli l-aħjar preżentazzjoni possibbli. Apparti minn hekk, kelli ħafna intervisti, speċjalment ma’ bloggers u pageant fans barranin.

Għaliex ħassejt li għandek tikkompeti?

Għax nemmen li l-ħolm tagħna m’għandux jibqa’ biss ħolm. Meta tkun tixtieq xi ħaġa li taħdem għaliha u twettaqha b’ħafna sagrifiċċju, tbatija u b’mod ġenwin, ir-rebħ jiġi sekondarju għax il-fatt li tkun għamilt dak kollu li stajt biex tasal, ikun diġà xhieda tal-perseveranza u d-dixxiplina tiegħek. Apparti hekk ħassejt li kien ilmument opportun biex intemm il-karriera twila u sabiħa tiegħi fil-qasam tal-beauty pageants fuq nota għolja bl-aktar konkors prestiġġjuż fid-dinja.

Tkellimt ukoll fuq l-għajnuna li għandhom ifittxu ż-żgħażagħ. Għaliex dan is-suġġett?

Sfortunatament illum saret komuni ħafna li ż-żgħażagħ iħossuhom waħedhom għalkemm fuq is-social media jkunu jidhru ferħanin, popolari u b’ħafna ħbieb. Ir-realtà hija differenti ħafna u nsibu li ħafna drabi jkun l-oppost.

Huwa importanti ħafna li nitkellmu dwar id-diffikultajiet tagħna daqskemm nitkellmu fuq is-suċċessi biex inkunu realistiċi u ż-żgħażagħ iħossuhom komdi jitkellmu u jfittxu l-għajnuna meħtieġa.

Irbaħt ukoll Miss Personality. Għalfejn kien jistħoqqlok dan it-titlu? Kien ifisser ħafna aktar minn sempliċiment award. Il-personalità hija fattur essenzjali li jagħmlek beauty queen, speċjalment illum bis-saħħa u l-influwenza tassocial media fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Huwa importanti li tkun kunfidenti bil-mod kif tikkomunika man-nies, u tkun taf kif twassal il-messaġġ tiegħek mingħajr ma tweġġa’ l-opinjoni ta’ ħadd għaliex tkun qed tolqot ħafna nies bla ma taf.

Tisħaq ħafna fuq il-vjolenza domestika. Għaliex dan is-suġġett? Għaddejt ukoll minn esperjenza personali? X’impatt ħalliet din fuq il-ħajja tiegħek? Nemmen li għandi nkun il-vuċi ta’ ħafna nies, speċjalment nisa li jbatu fis-silenzju ta’ kuljum għax jekk imqar għent persuna waħda bl-istorja tiegħi,

44 GWIDA Novembru 2021
Intervista
Ritratt: Benjamin Snapartfoto

inkun kuntenta. Qatt m’għandek tħalli lil ħadd iġiegħlek tħossok li m’intix kapaċi tiddefendi lilek innifsek, jew li huma superjuri fuqek kemm emozzjonalment u anka fiżikament. Trid tkun kuraġġuża u tagħżel li ttejjeb ilkwalità tal-ħajja tiegħek. Aktar ma tirrealizza kmieni u tifhem li ħaqqek aħjar minn dak l-aġir, aktar għandek ċans toħroġ mis-sitwazzjoni qabel ikun tard wisq.

Bdejt ta’ 3 snin timmudella. X’tiftakar? Ġieli marret xi ħaġa mhux prevista?

Niftakar li ħafna mill-weekends tiegħi kienu jkunu fittings, rehearsals u shows meta kont għadni żgħira. Kif bdejt nikber kont nagħżel li ma noħroġx mal-ħbieb għax ikolli xi preparamenti jew rehearsals u dik rawmet fija sens ta’ dixxiplina kbira. L-immudellar huwa bħal sport, u jirrikjedi ħafna dedikazzjoni u sagrifiċċji għal min jagħżel li jieħdu bis-serjetà. Kelli karriera sabiħa ħafna b’ ħames esperjenzi barra minn xtutna li ħaduni l-Ġermanja, it-Turkija, iċ-Ċina, l-Eġittu u s-Sri Lanka fejn tgħallimt, għamilt ħbieb madwar id-dinja u anka ksibt riżultati tajbin, u rbaħt titli prestiġġjużi għal pajjiżi.

F’kompetizzjoni ġieli jkun hemm sorpriżi, u iva kelli d-diżappunti tiegħi wkoll bħal kulħadd, però nemmen li meta n-nies jibqgħu jiftakruk u jgħidulek kien ħaqqek aħjar dak huwa l-akbar premju li tista’ tieħu għax f’qalb il-poplu li qed tirrapreżenta tkun diġà rebbieħa, u finalment titgħallem minnhom ukoll.

Liema kien l-aktar konkors li ħadt sehem fih u baqa’ f’moħħok u għal qablek?

Top Model of the World 2015 ġewwa l-Eġittu. Kont l-unika Maltija li rnexxieli nikklassifika mat-top 10, ġejt ittieni bil-kostum nazzjonali u t-tieni fit-titlu ta’ Queen of Europe. Malta hija meqjusa bħala weak sash ħafna drabi fejn pajjiżi kbar li jkollhom ħafna sponsors u budgets kbar. Dik il-kompetizzjoni kienet waħda diffiċli u ta’ livell għoli ħafna imma għenitni nifhem li jekk taħdem għal dak li tixtieq, xejn mhu impossibbli.

Fl-2013 ġejt inkurunata bħala Miss Malta. X’kienu l-ħsibijiet tiegħek? Kif kienet din l-avventura?

X’kienet tfisser għalik?

Kelli biss tmintax-il sena meta kont inkurunata bħala l-50th Miss Malta u rbaħt id-dritt li nirrappreżenta lil pajjiżi għall-ewwel darba fuq livell internazzjonali. Kien unur u privileġġ li għallimni, immaturani u għenni nikber f’dan il-qasam għax kont l-iżgħar kontestanta fost 62 tfajla. Dik kienet esperjenza li għenitni nirrealizza li dak li dejjem immaġinajtni nagħmel meta kont għadni żgħira kont qed ngħixu u ridt nagħmel esperjenzi kemm stajt.

Taħdem ukoll bħala għalliema tar-raba’ sena. X’qalulek l-istudenti xħin rawk? X’kienet irreazzjoni tagħhom?

Ovvjament peress li bniet, isegwu bi ħġarhom, ferħu bija u tgħidx kemm iggustajthom! Kburin ħafna li għandhom it-teacher Miss Universe Malta, għalkemm infakkarhom li t-titlu mhuwiex biss il-kuruna u l-ilbiesi sbieħ imma l-perseveranza u l-grinta li tibqa’ taħdem għal dak li tixtieq.

Ilek għalliema issa 5 snin. X’kienu l-isbaħ memorji?

L-isbaħ memorji huma l-aktar mumenti sempliċi. Jien dejjem għidt li l-istudenti tiegħi mhux ser jiftakru dak kollu li ngħallimhom u ngħidilhom kuljum, imma dejjem iġorru f’qalbhom il-mod kif ħassewhom fil-klassi tiegħi. Nisħaq fuq l-importanza li nkunu magħqudin, nittolleraw lil xulxin bid-differenzi kollha tagħna, naħfru u ngħinu kemm nistgħu bla ma nippretendu xejn lura, u peress li erbat ijiem oħra jkunu nisa, infakkarhom li l-ħajja mhux kompetizzjoni ma’ ħaddieħor. Kulħadd qiegħed fil-linja tiegħu u għandna nħarsu lejn is-suċċessi ta’ xulxin bħala ambizzjoni u mhux b’għira.

Messaġġ għal dawk it-tfajliet li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-konkors… Esperjenza unika, li tittestjak f’kull aspett sal-limiti tiegħek. Iġġiegħlek taħdem għall-għan li jkollok quddiemek, tifhem min int u tesplora kemm int kapaċi tkun reżistenti kontra l-kurrent. Ser ikun hemm drabi fejn it-triq tidher twila u diffiċli imma emmen fik innifsek biex ħaddieħor jemmen fik. Aħseb f’kemm-il ostaklu għelibt qabel u dak kollu li tara qed iżommok lura biex takkwista dak li trid użah bħala l-motivazzjoni tiegħek. Finalment ifhem li l-aqwa kuruna li qatt tista’ tirbaħ hija r-rispett tan-nies bl-onestà u l-umiltà tiegħek, u ftakar li mis-sema ’l isfel kulħadd l-istess.

45 GWIDA Novembru 2021 Intervista

MOVEMBER

Jew inkella No-Shave November

Din il-kelma, u din il-frażi jirreferu proprju għal dan ix-xahar ta’ Novembru, u b’mod partikolari u b’dedikazzjoni speċjali lejn is-saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali tas-sess maskili.

Leħja twila, mustaċċi ffullati, għall-ponta jew innukklati kapaċi jwasslu għal iżjed għarfien!

Iva, hekk hu. Matul dan ix-xahar, l-irġiel huma mistennija li jħallu l-leħja tikber, il-mustaċċi jinnukklaw jew saħansitra jitwalu tant dritti dritti u għall-ponta. Dan kollu sabiex iqajmu kuxjenza u għarfien rigward saħħet ir-raġel. Dan il-moviment biex insejħulu hekk, beda fl-Awstralja lura fl-2003 bl-iskop illi jqajjem kuxjenza u għarfien rigward il-kanċer tal-prostata u l-kanċer tat-testikoli fl-irġiel.

Minn dak iż-żmien sal-lum il-ġurnata huwa mifhum illi l-għarfien huwa meħtieġ ukoll fir-rigward tas-saħħa mentali tas-sess maskili. F’dan ir-rigward l-iskop huwa li nindirizzaw u nitkellmu iżjed rigward is-saħħa mentali fl-irġiel u proprju anka dwar is-suwiċidju fost l-irġiel. Hekk, b’mod naturali, permezz ta’ konversazzjoni rigward ir-raġuni għalfejn wieħed ħalla l-barba daqshekk twila jew iffullata, wieħed lill-ieħor kapaċi jispjegalu kif huwa qed jagħmel dan proprju sabiex joħloq għarfien rigward il-mard tal-kanċer imsemmi hawn fuq kif ukoll rigward is-saħħa mentali.

Ngħiduha kif inhi, jekk imdorrijin naraw il-maħbub tagħna jew xi ħbieb tagħna normalment bil-leħja maqtugħa qasira u f’kemm trodd salib dawn

46 GWIDA Novembru 2021
Editorjal

iddeċidew li jħallu l-leħja jew il-musaċċi jitwalu, ser jiġbdulna l-attenzjoni. Hija proprju dik l-attenzjoni li ser jiġbdu li ser twassal għallkonversazzjonijiet rigward dawn is-suġġetti xi ftit delikati u sensittivi. Madanakollu, però, jeħtieġ tassew illi nitkellmu fuqhom, u b’ġesti ċkejknin bħal dawn inkunu qegħdin nagħmlu differenza kemm fil-ħajja tagħna u wisq iżjed fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

Aħjar uff milli ajma – hekk jgħid ilsienna

l-Malti

Ġietni din il-frażi f’moħħi għaliex tfakkarni

ħafna fil-prevenzjoni li nistgħu nieħdu sabiex nevitaw kemm mard fiżiku kif ukoll mard fis-saħħa mentali tagħna. Fir-rigward talkanċer fil-prostata, li huwa kanċer fi glandola, diversi studji juru kif dieta bilanċjata ta’ ħaxix u frott, inqas konsum ta’ xaħmijiet, konsum tal-vitamina D u eżerċizzju regolari huma kollha mezzi ta’ prevenzjoni. Min-naħa l-oħra,

bħala prevenzjoni mill-kanċer fit-testikoli, wieħed huwa mistenni li jiċċekja lilu nnifsu b’idejh it-tnejn wara banju sħun u jiċċekja għal xi ċapep. Importanti li f’każijiet bħal dawn wieħed jirrikorri għand tabib tal-fiduċja tiegħu. Huwa ssuġġerit ukoll, illi darba fis-sena wieħed jagħmel eżami fiżiku. Hekk kif Movember tiċċelebra wkoll għarfien rigward is-saħħa mentali jeħtieġ li nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex nieħdu ħsiebha bħalma nieħdu ħsieb il-kumplament tal-ġisem tagħna. Nagħmlu dan billi nitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħna, infittxu l-għajnuna, inżommu ruħna attivi u nieklu ikel bnin, nieqfu u nieħdu pawsa, u fuq kollox inħobbu lilna nfusna.

Hekk kif il-Malti jgħid ‘aħjar uff milli ajma’, ilMalti juża wkoll il-frażi ‘minn rasna sa saqajna’, u proprju b’dan il-mod irridu nieħdu ħsieb tas-saħħa tagħna, minn fuq sa isfel mingħajr preġudizzju jew biża’.

Editorjal
47 GWIDA Novembru 2021

CHARLES STROUD

Fuq Ulied Il-Lejl

Ulied Il-lejl hu d-drama li qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq NET Television. Kyle Zarb iltaqa’ ma’ Charles Stroud, biex immorru wara l-kwinti ta’ din id-drama.

Tgħidilna ftit kif nibtet l-idea għal din is-sensiela?

Kont qed naħdem fuq sensiela oħra li ħierġa bħalissa u diġà kont qed ninkwieta x’ser nagħmel wara. Ikkuntattjani

Karl Gouder minn NET TV u stedinni biex nidderieġi sensiela bbażata fuq il-kotba ta’ Charles Micallef Saint John li kienu ġew issuġġeriti mill-Operations Manager

tan-NET Clayton Tanti – SUWED ULIED IL-LEJL. Aċċettajt basta nieħdu l-ħin għall-preparazzjoni u li jingħata

attenzjoni għal kull dettall. Minn direzzjoni spiċċajt nieħu ħsieb il-kitba u l-produzzjoni wkoll.

Ser naraw xi ħaġa differenti f’din is-sensiela minn produzzjonijiet tal-passat?

Jien għalija kull produzzjoni fiha d-diffikultajiet u aspetti differenti, u kull ħaġa li għamilt għamiltha b’ħilti kollha għas-sodisfazzjon tal-udjenza. L-istejjer dejjem differenti. F’din il-kitba, l-udjenza ħa tesperjenza rakkont sempliċi b’dettalji interessanti u eċitanti.

Xi sfidi ltqatju magħhom peress li hi sensiela ambjentata fi żmien ieħor?

L-ewwel u l-aqwa kienu l-locations. Għax-xeni ta’ ġewwa, il-biċċa l-kbira solvejnieha billi nbena kumpless ta’ kmamar ġo studios li NET għandhom f’Santa Lucia. Total ta’ erbatax-il kamra nbnew bi spazju biżżejjed, minbarra

48 GWIDA Novembru 2021 Intervista

għall-atturi, kamera, sound, dwal u krew. Ix-xeni ta’ barra kienu problema akbar milli ħsibt. M’hawnx post f’Malta li mhux minsus bl-avvanzi moderni bħal serer tal-plastik, pannelli, arbli tad-dawl, sinjali mal-ħitan u mat-toroq, u mitt ħaġa oħra. Ukoll fuq il-ħitan tas-sejjieħ sibna bricks tal-konkos, u tħażżiż ta’ mħabba b'dati riċenti. Imma bl-għajnuna ta’ bosta qed insolvu l-problemi.

Kostumi wkoll kienu għaljin wisq biex jinkrew u l-kostumista Elvia Leone Ganado ħadet biċċa xogħol immens biex jinħietu mill-ġdid għallatturi u għall-extras kollha. Il-make up ta’ Angele Stafrace mhux biss biex isebbaħ imma wkoll iħammeġ il-bdiewa, tallaba u t-tfal jilagħbu fittajn. Imbagħad hemm is-sħana, ir-riħ, il-ħsejjes, il-mard, is-safar... imma grazzi għall-assistenta tal-produzzjoni, Mariaelena Tanti Gregoraci, kollox jiġi solvut.

X’għandu jistenna l-pubbliku mill-kast ta’ din is-sensiela u l-karattri li ħa niltaqgħu magħhom?

Ma jistenna xejn ħlief uħud mill-aqwa li għandna fuq it-televiżjoni lokali bħalissa. Naturali u sinċiera. Il-karattri huma diversi fejn ħadt il-libertà biex nibni fuq dak li diġà kien hemm fil-kotba. Sitwazzjonijiet li m’għandhomx bżonn kliem. Emozzjonijiet li tarahom fl-għajnejn.

Bla ma trid tiġi f’moħħna din il-mistoqsija fid-dawl tas-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Kif affettwat il-pandemija tal-Covid-19 fil-ġbid ta’ din il-produzzjoni?

Ovvjament il-ħin kollu konxji ta’ dak li qed jiġri u kull minuta attenti għall-ewwel sintomi f’kull membru tal-kast u krew. Tlifna ġranet minħabba kwarantina, swab tests, tobba u distanzi minn xulxin. Imma nirringrazzjaw lil Alla li mixjin.

Immorru lura fiż-żmien. Kieku kellek issemmi sensiela waħda li dderiġejt, u li l-pubbliku jibqa’ jsemmilek u taħseb li baqa’ jiftakar, liema hi?

Meta tkun qed tidderieġi, għall-inqas jien, nagħmel ħilti kollha li dak li qed nagħmel ikun l-aħjar li nista' nagħmel f’dak il-mument,

bil-faċilitajiet, finanzi u riżorsi li jkolli għal dik il-produzzjoni partikolari. Jekk saqsejtni liema l-aktar li tani sodisfazzjon, ngħidlek kollha, għax f’kollha kont qed nagħmel dak li għalija hu ħajti. Ħafna nies isemmu F’Baħar Wieħed, jew Kristu Tal-Kerrejja, jew Pupi, jew Krist fl-Iżbarra, imma hemm ħafna oħrajn.

Għaliex taħseb?

Aktar ma t-telespettaturi jsemmu jew jiltaqgħu ma’ isem ta’ drama, tidħol aktar f’moħħhom, mhux għax veru li dik tkun l-aħjar imma għax l-aktar li ssemmiet. Fl-aħħar survey tal-Awtorità tax-xandir reġa' deher F’Baħar Wieħed meta dan sar daqs għoxrin sena ilu u li l-kittieb Lino Grech ma kienx iżommu bħala l-aħjar li qatt kiteb.

49 GWIDA Novembru 2021 Intervista

Kemm hi faċli jew diffiċli biex tagħżel il-kast li ħa jkun qed jieħu sehem fil-produzzjonijiet tiegħek u kif saret l-għażla ta’ dan il-kast partikolari?

Issa ormai drajt ħafna mill-atturi televiżivi Maltin u awtomatikament tibda timmaġina lil dak u lil dik fit-tali parti. Imma jien illum nemmen li xorta jkun hemm bżonn audition. Ħafna atturi din ma jifhmuhiex u jippretendu li jiġu magħżula xorta waħda. Jien mhux hekk. Jien infittex challenge għall-attur biex hu joħroġ karattru ġdid, differenti minn dak li s-soltu jaħdem. Saru auditions u rajna ħafna, ħafna nies. Kien hemm min ħareġ diżappuntat li ma ġiex magħżul għax tajjeb kemm hu tajjeb ma kienx hemm karattru li joqgħodlu. Oħrajn ġodda wrew talent moħbi u ngħataw l-opportunità. Kien eżerċizzju twil imma sodisfatt ħafna bir-riżultat.

X’inhuma dawk l-affarijiet li tfittex f’attur?

Waqt il-provi tal-auditions u saħansitra waqt il-ġbid proprju, inħares f’għajnejn dak li jkun u nipprova naqralu qalbu, x’qed iħoss, mhux biss dak li qed jgħid, imma dak li l-kliem qed jaffettwah, u nżid jew nikkoreġi u nidderieġi lejn id-destin tal-istorja. Aktar ma l-attur ikun flessibbli u jagħti interpretazzjonijiet differenti, aktar nistgħu naħdmu flimkien. Ħafna drabi nispiċċa li permezz ta’ kelma waħda mingħandi, l-attur jifhem u jinterpreta l-karattru b’mod aktar reali.

Infittex, serjetà, sinċerità, li jisma' u joħloq.

50 GWIDA Novembru 2021 Intervista

IL-PJANIJIET TIEGĦEK GĦALL-MILIED MINGĦAND IL-GWIDA!

Fi ftit iktar minn xahar ieħor ser inkunu qegħdin nawguraw Milied mimli saħħa, kuntentizza u paċi lil xulxin. Għaddiet kważi sena oħra u reġa’ wasal dak iż-żmien fejn fih b’mod partikolari niċċelebraw l-imħabba li għandna lejn xulxin, l-għaqda tal-familja u bejn il-ħbieb u s-saħħa. Huwa żmien fejn fost ħafna tlellix, tiżjin, dwal iteptpu ta’ kull lewn mad-djar tagħna u fit-toroq tal-irħula, bambini żgħar u ħelwin fit-tiben f’maxtura mixgħulin fit-twieqi

ta’ ħafna djar Maltin u Għawdxin, u ornamenti sbieħ u

ta’ kull xorta, niltaqgħu ma’ diversi membri tal-familji tagħna, mal-kollegi tax-xogħol, u ma’ xi ħbieb, kemm dawk li niltaqgħu magħhom ta’ sikwit u kemm dawk li ma

niltaqgħux magħhom daqshekk spiss. Kif għedna, huwa

żmien li fih nagħtu l-awgurju tagħna lil xulxin u għalhekk inqattgħuh ma’ dawk l-iktar għal qalbna, mal-maħbubin tagħna, mal-familji tagħna, ma’ dawk li magħhom naqsmu xi ċajta fuq il-post tax-xogħol sabiex tgħaddi l-ġurnata u

wara nerħulha lejn id-dar bil-kwiet, u ma’ dawk il-ħbieb li fl-aħħar tal-ġimgħa nqattgħu xi siegħa jew tnejn.

Kif ser tgawdih dan il-Milied ?

Hemm diversi affarijiet u attivitajiet li tista’ tagħmel sabiex tgawdi dan iż-żmien ta’ festi sew jekk tiddeċiedi li tqatta’ ż-żmien f’Malta jew f’Għawdex u sew jekk tiddeċiedi li tqatta’ dan il-perjodu ta’ festi barra minn xtutna. F’dawn l-aħħar xhur għaddejna minn diversi taħbiliet fil-ħajja tagħna, u għalhekk ilkoll ninsabu ħerqanin sabiex ingawdu dan il-Milied bl-aħjar mod possibbli mal-familji, qraba u ħbieb tagħna.

Tagħmel x’tagħmel importanti żżomm f’moħħok l-importanza li tibbukja post għalik u għal dawk ilfamiljari jew ħbieb li ser tkun magħhom, u dan ukoll sabiex ma tiddiżappuntax ruħek. Bħalek hemm oħrajn li

52 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

ser jibbukjaw, għalhekk aħseb minn kmieni u tħallix għall-aħħar. Kif għedna, hemm diversi attivitajiet li wieħed jista’ jagħmel bħala mezz ta’ rilassament, pjaċir u divertiment. Wieħed jista’ jibbukja mejda f’xi ristorant lokali kemm fil-gżejjer Maltin u kif ukoll Għawdxin. Ta’ min ma jħallix wisq għall-aħħar sabiex jagħmel dan, u qabel ma jibbukja jara x’inhuma l-gosti tal-ikel tal-familjari jew tal-ħbieb tiegħu sabiex l-għażla tal-ikel tkun waħda li tolqot il-gosti ta’ kulħadd. F’dan iż-żmien ir-ristoranti jkunu qegħdin jipprovdu ikel mill-aqwa u kif ukoll menu speċjali proprju għaż-żmien tal-Milied. Minflok ma joħroġ mid-dar tiegħu, wieħed jista’ wkoll jistieden xi familjari jew xi ħbieb id-dar. Filwaqt li jista’ jipprepara xi riċetta speċjali, jista’ wkoll jordna l-ikel minn xi ristorant lokali u dan jasal wara l-bieb tad-dar fi ftit tal-ħin.

M’għandniex xi ngħidu għal-lukandi kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex li għaż-żmien tal-Milied ikunu qegħdin joffru pakketti tajbin ħafna kemm għall-vaganzi qosra fil-lukanda u kemm għall-vaganzi itwal. Il-lukandi ikunu armati b’tiżjin il-ġmiel tiegħu, b’atmosfera li tpaxxik, b’ambjent għall-familja kollha u b’divertiment għal kull età, minn dawk ta’ età żgħira sa dawk iktar maturi fl-età. M’għandniex xi ngħidu għall-ikel. L-iprem koki jkunu ilhom

iħejju riċetti partikolari u bnini sabiex għal dawn il-festi jkunu preparati sabiex idewqu kemm lill-Maltin u kif ukoll lil dawk ta’ nazzjonalità barranija li għażlu li jqattgħu l-festi f’Malta, ikel Malti li huwa tajjeb, ġenwin, frisk u bnin. Btala qasira f’xi lukanda fil-gżejjer tagħna hija mod ieħor ta’ kif wieħed igawdi l-festa tal-Milied, fejn jirrilassa u fejn għandu kollox maħsub għalih. Il-lukanda tkun mgħammra b’kollox u b’dak kollu li wieħed jista’ jkollu bżonn sabiex verament igawdi din il-festa u kif ukoll biex jistrieħ. Għalhekk kulma trid tagħmel huwa li tibbukja post għalik u għall-maħbubin tiegħek, u tista’ sserraħ moħħok li ser ikollok Milied mill-aqwa, fejn kollox huwa maħsub u pjanat għalik.

Fi żmien il-Milied diversi kumpaniji lokali jorganizzaw panto tal-Milied u spettakli marbutin ma’ dan iż-żmien fejn l-atmosfera tkun waħda meraviljuża u fejn l-ambjent huwa adattat għal kulħadd ukoll. Attività bħal din hija ideali kemm għall-familji, kemm għażżgħażagħ kif ukoll għall-anzjani. L-atmosfera f’xi teatru mill-isbaħ Malti, il-mużika, il-kesħa, il-ħwejjeġ xitwin, it-tbissima fuq fomm it-tfal ċkejknin immeraviljati bil-kostumi tal-Milied talatturi u d-dwal spettakolari fit-teatru flimkien mas-sħana li jarmu huma stess, bla dubju

Editorjal
53 GWIDA Novembru 2021

huma biżżejjed sabiex jagħmlu dan l-avveniment talMilied wieħed indimentikabbli. Il-postijiet disponibbli għall-attivitajiet bħal dawn jittieħdu f’tebqa t’għajn u għalhekk jeħtieġ li taħsiblu minn tal-ewwel. Tinsiex, l-adulti wkoll jagħmlu kif kultant jagħmlu t-tfal, fi kliem ieħor, twebbel lil ħadd b’xi lejla xitwija f’xi teatru Malti mbagħad tgħidlu jew tgħidilha li ma lħaqtx biljett, għax kif jgħidu, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, u biex inkun għedtlek ukoll, ikollu jew ikollha raġun iddendel ilgeddum. Jgħidu wkoll, li bniedem avżat nofsu armat, jiġifieri tgħidx li m’avżajniekx!

Jekk minflok ma tqatta’ dan iż-żmien f’Malta tiddeċiedi li ssiefer barra minn xtutna, ħu ħsieb aqta’ l-biljetti, sib akkomodazzjoni kemm jista’ jkun lejn iċ-ċentru jekk tixtieq li tgawdi l-attività tal-madwar u tħallix wisq iżjed għall-aħħar. Tfittxija malajr malajr fuq l-internet malajr tissuġġerilek liema huma dawk il-pajjiżi lill hinn minn Malta fejn il-Milied jiġi ċċelebrat fihom b’mod spettakolari bħal pereżempju fil-Ġermanja u flIngilterra. F’dawn iż-żewġ pajjiżi partikolari kemm l-ikel assoċjat mal-Milied u kif ukoll ix-xiri huma magħrufin ħafna u żgur li ser iħallu timbru fuq il-vaganza tiegħek hemmhekk. Jekk ser tagħżel li dan iż-żmien tqattgħu f’vaganza barra minn xtutna, agħmel ftit riċerka fuq il-pajjiż minn qabel, ara x’inhu l-ikel tipiku t’hemmhekk

u tista’ anka tibbukja f’xi ristoranti popolari bil-lest. Ara ftit x’inhuma l-affarijiet li tista’ tagħmel, bħal ngħidu aħna xi attivitajiet li tista’ tagħmilhom anka bla ħlas jew b’xi offerta. Tista’ taqra wkoll rigward tradizzjonijiet marbutin mal-Milied li huma segwiti f’dak il-pajjiż partikolari u kif tkun hemm tfittex li titkellem ma’ xi nies tal-lokal sabiex titħarreġ iżjed fuq kemm it-tradizzjonijiet marbutin mal-Milied u kif ukoll fuq il-kultura tal-Milied, u l-użanzi marbutin miegħu f’dak il-pajjiż partikolari. Kif għedna, idealment tipprepara minn qabel ħalli ma toħroġx diżappuntat u tgawdi kemm tista’ kemm iż-żmien spettakolari tal-Milied, kemm il-pajjiż u kif ukoll l-atmosfera tal-pajjiż fi żmien il-Milied li hija unika f’kull pajjiż li żżur.

Editorjal 54 GWIDA Novembru 2021

It-tinsel ta’ kull kulur, is-siġra, il-Bambin ħlejju u l-kalendarju taċ-ċikkulata sa dakinhar talMilied!

Kif għedna, il-Milied magħna u l-bidu tas-sena l-ġdida wkoll. Qegħdin fi żmien opportun sabiex nibdew nippjanaw kif ser niddekoraw id-djar tagħna bi tħejjija għal dan iż-żmien. Nibdew billi naraw x’dekorazzjonijiet għandna, u jekk għandniex bżonn li nżidu ma’ li għandna diġà jew nixtru xi dekorazzjonijiet ġodda. Diversi stabilimenti lokali huma mimlijin dekorazzjonijiet ħelwin. Hawn min jaħdem fuq il-presepji, talent tal-meravilja. Huwa impressjonanti d-dettall kemm fil-presepju u mhux b’inqas f’għajnejn il-pasturi magħmulin millkartapesta. Nitpaxxa nħares lejhom bħal donnhom verament li għandhom xi storja x’jirrakkuntaw. Is-siġra tal-Milied ta’ min tintrama mill-familja kollha jew mit-tfal permezz tad-dekorazzjonijiet li jkunu għamlu l-iskola mal-għalliema tagħhom bi preparazzjoni għall-Milied. Filwaqt li hawn min

iżomm is-siġra fuq lewn wieħed, hawn min iżejjinha bi blalen ileqqu u ta’ kull kulur, u hawn min anka jimlieha bil-fjuri ħomor tal-ponsjetta. Il-preparamenti fid-djar tagħna sabiex nilqgħu din il-festa minnhom infushom iwassluk għall-għaqda fil-familja għaliex permezz ta’ ftit ċikkulata sħuna u ftit melodiji talMilied fl-isfond waqt li qed tiddekora d-dar tiegħek, inti u dawk ta’ madwarek tingħaqdu f’dik l-atmosfera maġika. It-twieqi mixgħulin b’xi kewkba jagħmlu sabiħ wisq u bħal donnu t-toroq jieħdu xejra ferm iżjed serena u trankwilla permezz ta’ dak id-dawl isfar inemnem u li timmaġinah jew tixtiequ jmellislek wiċċek.

Xi ġmiel, żmien li bħal tkun tixtiequ ma jispiċċa qatt. Għalhekk tajjeb li nippreparaw minn qabel ħalli verament ingawduh bl-aħjar mod ma’ dawk li huma għal qalbna. Kif inkunu hekk flimkien nawguraw lil xulxin kuntentizza, saħħa, paċi u prosperità għallMilied hieni u sena ġdida mimlija saħħa. Awguri!

55 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

BLACK FRIDAY

56 GWIDA Novembru 2021
Editorjal

Black Friday li oriġina fl-Istati Uniti, sar kunċett dinji, u hija ġurnata magħrufa sew bejnietna l-Maltin u l-Għawdxin. Fl-Istati Uniti xi ħwienet jiftħu sa minn nofsillejl dakinhar ta’ Black Friday u jagħmlu dan sabiex jiffaċilitaw kju twil ta’ nies li bi ħġarhom joħorġu sabiex jakkwistaw prezzijiet tant imraħħsin fuq kull oġġett li tista’ timmaġina jew taħseb fih.

Din is-sena, Black Friday ser tiġi ċċelebrata f’Malta u f’Għawdex fis-26 ta’ Novembru, però attenti għaliex diversi stabilimenti u ħwienet, minflok Black Friday, qegħdin jiċċelebraw Black November! Għalhekk, ilprezzijiet imraħħsa u raġonevoli m’intix ser issibhom biss dakinhar tas-26 ta’ Novembru, però matul ix-xahar ta’ Novembru kollu!

Fl-aħħar mill-aħħar, min ma jħobbx jagħmel xi bargain tajjeb?

Proprju dan huwa Black Friday – offerti tajbin, valur għal flusek, prezzijiet imraħħsa ferm, raġonevoli u għall-but ta’ kulħadd, u fuq kollox kwalità tajba. Hija l-ġurnata u anka l-perjodu fejn kapaċi takwista dak l-oġġett li ilek li tfajt għajnejk fuqu għall-prezz ferm orħos jew inkella b’xi offerta tajba u li tolqot il-but tiegħek. Ejja naraw ftit x’tista’ tagħmel u kif tista’ tipprepara ruħek sabiex tibbenefika tassew mill-offerti u mill-prezzijiet imraħħsin li ser tiltaqa’ magħhom fi Black Friday.

Dak li trid u dak li għandek bżonn Tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn dak l-oġġett li ser nixtruh għax irriduh, u dak l-oġġett jew oġġetti li ser nixtruhom għaliex għandna bżonnhom. Sabiex wieħed jipprepara lilu nnifsu għall-offerti ta’ Black Friday, ta’ min jibda billi jagħmel lista ta’ dawk l-affarijiet li jixtieq jixtri u lista oħra tal-affarijiet li jeħtieġ jixtri proprju għaliex għandu bżonnhom. L-affarijiet li nkunu nixtiequ jaf hija lista li ma tispiċċa qatt, fejn naf jien, dik il-libsa li ilek tara fil-vetrina, dak il-basket, dak l-ornament għad-dar il-ġdida, dak is-sett tapiti ġodda għal ġol-karozza, dik ir-rota talaħħar mudell issuġġerita għat-taħriġ, dik il-biċċa għodda li ser tħaffiflek xogħlok però li s’issa għadek ma xtrajtx

57 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

għaliex prezzha kien għadu kemxejn għoli, fost diversi affarijiet oħrajn. Insomma, lista li ma tispiċċa qatt.

Mill-banda l-oħra, ikun hemm affarijiet li wasalna biex nixtruhom għaliex għandna bżonnhom jew għaliex wasalna sabiex nibdlu l-affarijiet li għandna għal dawk ġodda u ta’ kwalità aħjar. Din il-lista jaf tkun tinkludi affarijiet bħal ngħidu aħna xi kitla ġdida għaliex li għandna qed trabbi l-ġebla, jew xi magna tal-ħasil, xi ħwejjeġ għall-istaġun tax-xitwa, xi saqqu komdu għaliex li għandek wasal u filgħodu qed tqum b’dahrek imgħawweġ, insomma, din il-lista jaf ukoll hija waħda twila u mimlija b’affarijiet li jeħtieġ li nakkwistawhom kemm jista’ jkun malajr. Għalhekk jeħtieġ li sa minn qabel ma mmorru fil-ħwienet biex nakkwistaw dawn l-oġġetti, nagħmlu ftit tal-homework bilgħaqal.

X’inhu l-homework li ser nagħmlu għall-Black Friday?

Apparti l-listi li ser nagħmlu li tkellimna fuqhom hawn fuq, jeħtieġ illi wieħed jagħraf il-prezz tal-oġġett minn qabel l-offerti jew inkella minn qabel it-traħħis fil-prezz. B’hekk wieħed ikun jista’ jara kemm ser jiffranka, x’offerta ser jieħu u forsi anka liema offerta jaqbillu jagħżel kif ukoll meta, liema u minn fejn jaqbillu jixtri dak l-oġġett, sew dak l-oġġett li għandu bżonn u kif ukoll dak l-oġġett li ser jixtri għaliex jixtieq jixtrih. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju wieħed ikun jista’ jikkumpara kemm il-prezzijiet kif ukoll l-offerti għand tal-ħwienet.

Ta’ min isemmi wkoll illi fil-gżejjer Maltin, Black Friday tista’ tgħid huwa magħruf f’kull ħanut u kull

58 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

stabiliment li jbigħ kull xorta ta’ affarijiet madwar l-irħula kollha. Il-ħwienet ikunu miżgħuda b’offerti, b’tabelli, b’kuluri jixegħlu li jiġbdulek l-attenzjoni jirriklamaw l-offerti u r-roħs filprezzijiet. Dawn jinkludu ħwienet tal-ħwejjeġ u tal-aċċessorji, ħwienet li jbigħu ornamenti taddjar u anka bċejjeċ għad-djar tagħna bħal magni tal-ħasil u tat-tindif, ħwienet tal-għodda u kif ukoll ħwienet li huma armati bl-għamara kemm ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra, stabilimenti li jbiegħu aġġeġġi elettroniċi fost il-ħwienet lokali l-oħrajn kollha li jkunu qegħdin joffru roħs fuq il-prezzijiet tagħhom. Ma jonqosx illi wieħed ukoll jibda jagħmel xi xiri għall-festa tal-Milied li niċċelebraw bi kbir kemm f’pajjiżna u kif ukoll madwar id-dinja fix-xahar li jmiss. Wieħed jista’ dlonk jagħmel il-lista tar-rigali u jixtri dawk ir-rigali lill-maħbubin tiegħu jew tagħha proprju fi Black Friday.

Lokalment wieħed isib dak kollu li għandu bżonn, dak li jixtieq, u kif ukoll dak li joħlom li jakwista bi prezz verament bargain. Ix-xiri onlajn huwa mod ieħor ta’ kif wieħed jixtri dak li jkollu bżonn jew dak li jixtieq jixtri. Fil-Black Friday, l-iskontijiet fuq il-prezzijiet wieħed isibhom meta jagħmel ix-xiri tiegħu onlajn ukoll kemm minn siti lokali u kif ukoll minn siti internazzjonali.

Insomma, tajtkom ftit tagħrif rigward Black Friday, ftit ideat, u anka ftit tal-homework, sabiex tippreparaw għall-Black Friday, għall-offerti u l-prezzijiet imraħħsa, u anka sabiex tagħmlu l-aqwa bargain f’dan iż-żmien. Permezz ta’ bargain tajjeb jirnexxilek tixtri dak l-oġġett li forsi ilek tixtieq ukoll, u jekk kapaċi jnissillek tbissima, għalfejn le ?

59 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

GĦINNA NKOMPLU NGĦINU LIT-TFAL TAĊ-ĊENTRU ARRUPE

Il-Kambodja tinsab bejn it-Tajlandja, Laos u l-Vjetnam, u għandha bosta industriji bħat-turiżmu, produzzjoni talħwejjeġ u tat-tessuti, u agrikoltura bħall-biedja tar-ross u s-sajd. Mill-1975 sal-1979, il-pajjiż għadda minn tbatija kbira minħabba l-gwerra ċivili. Tul is-snin 70 u 80, fil-Kambodja tpoġġew miljuni ta’ bombi moħbija taħt l-art (landmines) li kif tirfishom jisplodu. Illum il-ġurnata baqa’ sa għaxar miljun mina tal-art moħbija. Minkejja l-isforzi għal aktar minn 20 sena biex jitneħħew il-mini tal-art, huwa stmat li għad hemm ’il fuq minn 3 miljun mina tal-art u armi oħra midfuna madwar il-pajjiż, b'madwar 100 inċident u diżgrazzja jseħħu kull sena. Il-Knisja fil-Kambodja għandha rwol importantissimu x'taqdi. L-Isqof Kike u t-tim tiegħu fetħu ċentru għal tfal b'diżabilità kkawżati minn dawn ilmini tal-art jew mard bħall-poljo u l-kanċer.

Sa għaxar snin ilu, il-ħajja tal-ġuvnott Chen kienet differenti ħafna hekk kif kien jieħu gost imur l-iskola, jgħin lill-familja tiegħu fir-razzett u jilgħab il-futbol ma’ sħabu. Imma ftit ilu kollox inbidel, meta Chen rifes fuq mina tal-art li ħaditlu saqajh it-tnejn. Fil-bidu kienet diffiċli wisq għal Chen sabiex jaċċetta li ma setax jimxi iktar b’mod normali bħal qabel. Il-limitazzjoni kienet kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif il-ġuvnott beda jħossu ta’ piż fuq il-familja tiegħu li diġà kienu qed jitħabtu finanzjarjament. Imma meta t-tama dehret mitlufa, Chen instab mill-Isqof Kike Figaredo u t-tim taċ-Ċentru Arrupe.

Illum il-ġurnata, Chen mhux biss ma jħossux ta’ piż, imma jgawdi suċċess akkademiku u professjonali. Fil-fatt, illum il-ġurnata Chen qed jistudja l-ipprogrammar tal-IT fl-università filwaqt li jaħdem fiċ-ċentru tat-tessuti ‘La Paloma’. Apparti minn hekk, huwa meqjus ta’ eżempju kbir għal żgħażagħ residenti oħra fiċ-ċentru, għax blistess mod li sab is-sapport u l-imħabba hu, issa qiegħed jagħti s-sapport huwa stess lil residenti oħra sħabu. Meta mistoqsi dwaru nnifsu, Chen qal hekk: “Għandi ċans inkompli l-istudji tiegħi u naħdem ukoll. Qisni għandi ħajja ġdida!”

Chen qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ-Ċentru Arrupe u għal Missio Malta li jgħin lil dan iċ-ċentru bis-saħħa taddonazzjonijiet u l-qlub ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin. Inti wkoll tista’ tgħin lill-Isqof Kike jagħti kuraġġ lin-nies b’diżabilità fiċ-Ċentru Arrupe fil-Kambodja. Mingħajr l-appoġġ tiegħek iċ-ċentru ma jistax ikompli l-missjoni sabiex jieħu ħsieb lil dawn in-nies fil-Kambodja. Inti tista’ tgħin lill-Isqof Kike u liċ-Ċentru Arrupe kif ukoll missjonijiet oħra, billi matul dan ix-xahar missjunarju tagħti d-donazzjoni tiegħek.

Papa Franġisku jgħid li l-istess bħall-Appostli u l-ewwel Insara, aħna wkoll nistgħu ngħidu b’konvinzjoni sħiħa: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Kull ħaġa li rċivejna u nirċievu mingħand il-Mulej għandha tkun imħaddma tajjeb, u għandha tiġi maqsuma ma’ ħaddieħor. Hekk kif l-Appostli raw, semgħu u messew lil Ġesù, hekk aħna wkoll nistgħu mmissu t-tbatija u l-glorja ta’ Ġesù. Bħala Nsara, ma nistgħux inżommu lil Alla għalina nfusna, imma jeħtieġ li nevanġelizzaw.

Il-ġurnata missjunarja ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru 2021. Ottubru huwa x-xahar missjunarju madwar id-dinja kollha fejn il-Knisja tfakkar ix-xogħol imprezzabbli fil-missjoni, u titlob u tqajjem kuxjenza dwar pajjiżi foqra u l-bżonnijiet tagħhom. Apparti minn hekk, kull donazzjoni li tinġabar fil-ġurnata missjunarja tmur għall-bżonnijiet talknejjes, skejjel, sptarijiet kif ukoll vokazzjonijiet fejn il-Knisja għadha ġdida, żgħira jew fqira. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn fuq il-paġna ta’ Facebook – Missio Malta jew fuq 2123 6962. Grazzi mill-qalb.

61 GWIDA Novembru 2021
Editorjal
Addattament Claudia Cini

TISLIBA BIL-PREMJU NOVEMBRU

Rigal Ġdid! Issa tista' tirbaħ fwieħa kull xahar grazzi għal Ta' Xbiex Perfumery

L-Ewwel Premju

Marvic Agius

€20 Vawċer minn Gold Market

It-Tieni Premju

Anna Catania

Fwieħa minn Ta' Xbiex Perfumery

It-Tielet Premju

Lina Sheldon

Ktieb minn Merlin Publishers

Ir-Raba' Premju

Josephine Sultana

Ktieb minn Merlin Publishers

Soluzzjoni GWIDA Settembru

Mimdudin 1 Qattus; 3 Skossi; 8 Impostura; 10 Leali; 11 Iffrro(Daw); 13 Rabja, 15 Tadama; 19 (Iffro)Daw; 20 Aħwa; 21 Tokka; 23 Bumbu; 25 Navi; 26 Skapula; 27 Kriżi; 29 Emmen; 30 Kines; 31 Ismar; 32 Abbas; 33 Aċidu

Weqfin 1 Qorqa; 2 Tribuna; 4 Skalora; 5 Ikla; 6 Ferita; 7 Assi; 9 Passa; 12 Flawt; 14 Beda; 16 Drabi; 17 Musmar; 18 Ħannieqa; 22 Kapriċċ; 24 Qassmu; 26 Siġra; 27 Knis; 28 Ilma

Mimdudin

Fjuri ħomor, minnhom jagħmlu l-loppju (6)

Plural miksur ta’ tapit (6)

Jisma’ l-qrar (9)

Hekk għamel is-serduk, filgħodu (5)

Mhux ġdid, għandu ż-żmien, jaf jiswa l-flus (5)

Ħabat (5)

Diżastru (6)

Telaq (3)

Min ifittex… (4)

Il-muftieħ tagħha f’idejn San Pietru (5)

Entużjażmu (5)

Speranza (4)

Għadu jistudja (7)

Ħakkiek għat-tindif (5)

Tisliba Bil-Premju Novembru

Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/Tisliba

Novembru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard mill-24 ta' Novembru, 2021.

Tinqixa f’ħajt għall-istatwi reliġjużi (5)

Reċta fuq il-palk jew it-televixin (5)

Tħassar bihom (5)

Iżżomm vapur fil-port (5)

Kmamar kbar għat-tiġijiet jew l-isptarijiet (5)

Weqfin

Borma tal-fuħħar (5)

Qartas, kull oġġett imgeżwer u marbut biex timpustah (7)

Sogru għall-ħajja (7)

Mhux kmieni (4)

Annimal bi tmien saqajn li jgħix f’qiegħ

il-baħar (6)

Suġġett (4)

Nuqqas kbir ta’ ilma (5)

Titilgħu jew tinżlu waħda waħda (5)

Adorazzjoni (4)

Żgur mhux telfa! (5)

Xagħru ħamrani (6)

Bogħod (8)

“... ja ħobż tas-sema” Hekk inkantaw filKnisja (7)

Ritratti (6)

Pjani mfassla, proġetti li tibbenefika minnhom, programmi (5)

Magħha torbot biċċa tal-baħar (4)

Il-mamà tiegħu (4)

62 GWIDA Novembru 2021
Isem Mob/Tel
1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26. 27. 29. 30. 31. 32. 33. 1. 2. 4. 5. 6. 7. 9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24 26. 27. 28.

Perfettament imperfetta

Perfettament imperfetta ta’ Kirsten Spiteri. Dan hu awtur żagħżugħ, li diġà ppubblika diversi kotba oħra imma li hawnhekk għażel li jibdel il-ġeneru totalment u jiffoka fuq l-emozzjonijiet u r-relazzjoni “trijangolari” bejn żewġt irġiel u l-istess tfajla li t-tnejn għandhom ossessjoni fuqha.

Wade żagħżugħ li qed jipprova jgħix ħajtu u jibda jiskopri d-dinja. Id-dinja tal-ewwel dates, tad-drammi familjari u tal-ħbieb ġodda, bilfawra t’entużjażmu li jafu jġibu magħhom. Id-dinja tal-mużika, tas-sess u tad-drogi. Mitluf jiskopri din id-dinja l-ġdida, jiltaqa’ mal-ġara – oħt sieħbu – Charlotte, tfajla taletà tiegħu li ġġennu f’kull sens tal-kelma. Min-naħa l-oħra hemm Manuel, anzjan li qed jipprova jaħrab mix-xjuħija u li jispiċċa f’territorju mhux magħruf – attrazzjoni fiżika qawwija lejn studenta eżuberanti li ġġibu f’xifer il-legalità. Iva, l-istess studenta, Charlotte, li qed joħlom dwarha Wade.

Perfettament imperfetta huwa rumanz għall-adulti, kemm minħabba t-temi li jittratta u l-maturità meħtieġa biex ilqarrej japprezza l-kunflitti u emozzjonijiet tat-tliet protagonisti, kif ukoll minħabba numru ta’ xeni sesswalment espliċiti. Għax l-awtur, Spiteri, ma jaħrabx milli jiddeskrivi t-tqanqil fiżiku taż-żewġt irġiel u tat-tfajla. Spiteri jirnexxilu jwassal id-dinamika tarrelazzjonijiet tagħhom mingħajr ħafna tidwir tal-lewża, b’mod dirett, iżda qatt ma jkun espliċitu sempliċiment biex jixxokkja. Is-sess u l-intensità tal-emozzjonijiet tal-karattri dejjem qegħdin hemm biex joħorġu iktar dan it-trijangolu ta’ passjoni

Perfettament imperfetta jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet talkotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers. com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Sib: Wade, żagħżugħ, mużika, Charlotte, Manuel, Perfettament, imperfetta, protagonisti, qarrej, passjoni.

Ibgħat ir-risposta tiegħek fl-indirizz; Logħba tal-Editur, GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

63 GWIDA Novembru 2021
IL-LOGHBA TAL-EDITUR
Isem Mob/Tel
Email Ħu sehem f’din
ktieb mingħand Merlin Publishers. Imla d-dettalji f’din il-kaxxa u ibgħathom sal-24
Novembru.
Lokalità
il-kompetizzjoni u irbaħ
ta’
Ir-rebbieħa tax-xahar li għadda kienet Ritianne Lia.

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

It-tlieta li huma daħku u komplew jistagħġbu bil-progress li kienu għamlu. Jeħtieġ li aħna wkoll insiru nafu aktar fuq din l-istorja. Marie kienet qiegħda bilqiegħda timxott xagħarha. Fil-pront tisma’ l-bieb iħabbat. Kien Wiġi. Dan daħal u qalilha li jixtieq ikellimha.

Xi trid? M’għajjatlekx!

Le Sinjura. Skużani dħalt hekk. Imma għandi bżonn inkellmek.

Xi nqala’? Tgħidlix intik iktar flus biex tirranġa l-karozza ...taf li qed nekonomizzaw!

Le Sinjura xejn minn dan. Ġejt inkellmek għax il-kuxjenza ma tħallinix.

Fuq xiex qed tniggżek il-kuxjenza? (Marie kienet kurjuża biex tara x’ser jgħidilha Wiġi. Dan lanqas jaf kif kien ser jgħidilha b’dak kollu li kien jaf). Ħaffef. M’għandix il-ġurnata kollha biex nisimgħak. Victoria daqt tibda l-lezzjoni tal-pjanu.

Iva skużani. Mhux ser indewmek. Li rrid ngħidlek jirrigwardja lil Lydia. (tiftaħ widnejha beraħ) Xi trid tgħidli fuq Lydia?

Kemm ilha li telqet.....

Għand is-sorijiet (kienet taf li Wiġi jaf li din telqet allura għamlithielu ċara fejn marret, imma ma kinitx taf li Wiġi kien qara l-ittra li kienet kitbet Lydia).

Għand is-sorijiet ...Kien hawn min qed isaqsi għaliha.

Marie: Mario?

Le! L-iktar li qed ngħidlek huwa biex ma taħsibx li hemm xi involviment min-naħa ta’ Luċija.

Għidli għala m’għandix inkun sorpriża kieku hemm Luċija involuta fin-nofs? Huh?

Le għalhekk. Luċija taf x’inhu postha. Ma rridx li jiġi għal widnejk li dan staqsiena u aħna għednielu xi ħaġa.

Min hu dan li qed tirreferi għalih?

Xi ħadd qabbad lil xi ħadd privatament biex jinvestiga.

Taf min?

Ma nistax ngħid ...imma min qabdu għandu biex iħallsu ...u min għandu interess partikolari biex isib lil Lydia?

Ma nafx. Ma rridx nasal għall-konklużjonijiet.

Le infatti. Naħseb aħjar ma nkunux għaġġiela ...kompli għidli x’taf.

Smajt li niżel isaqsi anke max-xatt, tkellem ma’ ħafna nies. Anke lil Luċija sab.

X’qaltlu Luċija?

Xejn! Dawritlu l-kliem....ma qaltlu xejn żgur Sinjura.

U kif ma ġietx tgħidli dan hi meta ġara l-fatt?

Wiġi prova jsib tweġiba konvinċenti u qalilha li kienet idejqet. Iżda Marie li kienet taf lil Luċija x’kienet tfisser, avżat lil Wiġi biex ma tparlax fil-vojt. Anzi hedditu li jekk tiftaħ ħalqha kienet ser tieħu provedimenti. Wiġi mill-ewwel ikkalmaha u qalilha li kienet hi stess li ħeġġitu jitkellem fuq dan il-każ.

Marie:

Wiġi:

Eh iva! X’kien? Taf x’jisimha din il-persuna li qed issaqsi fuq Lydia.

Jien qed ngħidlek wara kollox ma nafx jekk hux impjegat tiegħek Sinjura ...imma jekk mhuwiex naħseb għandek dritt tkun taf.

65 GWIDA Novembru 2021
Xewqat il-Qalb - 116

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli

Produzzjoni SharpShoot Media ltd.

Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Wiġi:

Marie:

Kieku qed insaqsik x’jismu kieku qed inħaddmu jien?

Mela kif ħsibt jien....

Inqas teoriji u iktar fatti Wiġi...taf x’jismu?

Lili qaluli li qed jippreżenta ruħu bħala Twannie.....

Xi ħaġa oħra? (Wiġi jxengel rasu) ... Proset mela tista’ titlaq.

Naħseb tapprezza li s-sinċerità tiegħi, tagħna, tiegħi u Luċija hija waħda ġenwina lejk, ma rridux inkwiet.

M’għandekx għalfejn iddoqqni qisni vjolin Wiġi. Taf li sakemm tibqa’ leali lejja...tibqgħu leali lejja jien m’għandix għalfejn inkun differenti magħkom. Issa tista’ tmur...u agħlaq il-bieb warajk. (Marie ddawwar rasha u Wiġi jitlaq millkamra. Xħin kienet waħidha, wiċċ Marie jinbidel f’inċertezza kbira).

Anke Violet kienet inċerta, ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. Fil-konfessjonarju daħlet tqerr għand Patri Raphel.

Violet:

Patri:

Violet:

Patri:

Violet:

Patri:

Violet:

Aħfirli father ...qed nigdeb lir-raġel. Gdibtlu iktar minn darba u issa qed nipprova nikkonvinċih fuq gidba oħra. Din akbar mill-oħrajn u naf li aktar gravi.

Spjegali ftit għax tliftek issa ...għidli sew xi trid tfisser. Taf li ngħidu bejnietna jibqa’ hawn ġew.

Ma naħsibx li nista’ ngħidlek aħjar. Aħfirli.

Imma jien sew fhimtek ...qed tippjana biex tibqa’ tigdeb?

Nammetti ...Naf li ħażin tikkomplotta kontra żewġek stess, imma nqbadt f’nasba li ma nistax noħroġ minnha mod ieħor.

Jien ma nistax naħfirlek għal dnub li għad trid tagħmel. Nista’ naħfirlek biss għal dawk li diġà għamilt.

Mela ma naħsibx li tista’ tgħinni iktar.

Violet tqum u toħroġ ’il barra mħassba u inċerta aktar minn qatt qabel. Bil-fixkla taħbat ġo Carmelo l-pulizija li hu ħabib kbir ta’ żewġha. Dan jgħajtilha u jara hux kollox sew.

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo:

Violet:

Carmelo!...Ilni ma narak......

Mhux ħafna.

Aħjar immur għax irrid niltaqa’ ma’ John.

Aħjar għax ilu li telaq minn fejn konna biex jiġi jiltaqa’ miegħek.

Mela jaqbilli mmur ħalli ma nżommux.

Tajjeb. ..sellili.

Naħseb iktar inti tarah minni.

Naf vizzju misħut li għandi ...inselli għal kulħadd il-ħin kollu. Ma nżommokx.

Saħħa! (Violet kienet konvinta li dakinhar Carmelo kien għarafha waqt li kienet qed titbewwes ma’ Gian Marie fi sqaq, aktar bdiet tinkwieta u ħarbet tiġri d-dar)

Carmelo baqa’ hemm wieqaf jara n-nies fit-triq jippassiġġaw. Lemaħ lil Lily u Lydia li kienu qegħdin jieħdu ġelat flimkien waqt li jitkellmu u jieħdu pjaċir. Lydia ma kinitx familjari mal-ġelati u ma kinitx taf kif ser taqbad tieklu. Beda jqattar minn kulimkien u dawn it-tnejn aktar jidħqu u jiftakru f’mumenti ħelwin meta kienu żgħar. Kemm kienu aħjar meta kienu żgħar bla problemi.

66 GWIDA Novembru 2021
Xewqat il-Qalb - 117

Carmelo:

Johnny: Violet:

Johnny: Violet:

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Carmelo: Attenti għax ħa jdubilkom. (qal b’ton nebbiexi lil Lilly u Lydia)

Hello Sir! Ħarġet ġurnata sabiħa ...tort tax-xemx jekk qed idub. (Lydia ndunat li Lilly kien qed jogħġobha Carmelo)

Jien Carmelo ta ...naf li meta nkun bl-uniformi aħjar tgħajjatli Sir imma jekk tarani xi mkien mingħajr l-uniformi, tista’ dejjem tgħajjatli Carmelo.

Tajjeb! Ħasra li qatt ma narak barra mhux fuq xogħol ...dejjem meta jkollna xi ġlieda il-bar, jew jinqala’ xi ħaġa fittriq.

Qed tfakkarni li jkun tard. Timxux weħidkom.

Għaliex? Ġara xi ħaġa?

Le imma d-dinja nbidlet. Dejjem aħjar taħsbu kmieni.

Naqra diffiċli bix-xogħol tagħna l-bar ...imma jekk qatt inkunu f’diffikultà nistgħu dejjem insaqsu lilek le?

Għal daqshekk! Jien dejjem hemm inkun; għajjatli u niġi.

Naf, narak. Jien ikolli bżonn ngħajjatlek la qed tgħidli.

Aħjar immorru għax issa tiegħek qed idub il-ġelat.

Lilly tati ħarsa lil Lydia biex tagħlaq ħalqha għax kienet qed tagħmel passi ta’ ġgant ma’ dan il-pulizija. Iżda Lydia qatgħetilha fil-qasir u sellmet lil Carmelo filwaqt li awguratlu għall-ġurnata.

Iva, ħa mmur inkompli u nħallikom tgawdu l-bqija tal-ġurnata, forsi narakom iktar tard.

Lili jekk ma taranix, tismagħni, serraħ moħħok.

Carmelo jitlaq u jħalli liż-żewġ tfajliet waħidhom jidħqu.

Ma kontx naf li jogħġbok!

U tifel sew miskin ...imma jien ma nsaddadtx, għalxejn nipprova.

Għala le? Min jisimgħek. Jien naħseb ġie fuqna għax ra lilek.

Lydia kienet ċerta li dan Carmelo wkoll kien qed jiffansja lil Lilly. Lydia qaltilha li lemħitu jħares lejha. Sadanittant minħabba Carmelo, Lilly spiċċat bil-ġelat imċappas mad-dublett!

Fid-dar ta’ Violet u Johnny kienet għaddejja attività li kien ilu ma jkun hemm. Violet tqum bilqiegħda fuq is-sodda biex tixgħel sigarett. Lil Johnny narawh kuntent aktar minn qatt qabel. Sa fl-aħħar kien irnexxielu jiġbor lil Violet ġewwa d-dar. Minn dejjem xtaq li jgħix ħajja normali bħal ħaddieħor u jiltaqgħu ta’ spiss.

U int għala trid tkun bħal ħaddieħor? Aħna aħna! Ħaddieħor jagħmel hu.

U int għala dejjem trid tagħmel il-kontra ta’ ħaddieħor? Ejja nagħmlu dak li hu tajjeb għalina u ninsew x’jistennew in-nies mingħandna. (ibusha fuq spallejha)

Mhux hekk qed nagħmlu ...meta qablilna ħriġt naħdem ...issa qed inkun iktar id-dar ...qed nippruvaw għat-tfal kif dejjem xtaqt. Mhux dejjem li ridna għamilna.

Allura. Jien basta narak kuntenta ...Imma ma nafx għalfejn dejjem imdejqa narak.

Imdejqa? ...Jien waħda li ninkwieta. Taf kif jien ...Isma’ ejja noħorġu llejla!

Fejn trid tmur?

Irrid nilbes suret in-nies, niddandan ftit!

67 GWIDA Novembru 2021
Lilly:
Lilly:
Carmelo: Lilly: Carmelo: Lydia: Carmelo: Lilly: Carmelo: Lilly: Lydia: Carmelo:
Lydia: Lilly: Lydia: Violet:
Johnny: Violet:
Xewqat il-Qalb - 118

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (It-tieni parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli

Produzzjoni SharpShoot Media ltd.

Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Johnny:

Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny:

Fejn tridni nieħdok? Jien naf.........?????

Strada Stretta jkunu qed idoqqu. Ħudni niżfen John.

Strada Stretta ninżel naħdem ...hemm trid immorru intant postijiet?

U ejja John, naqra ħajja, naraw naqra nies. Ma nistax nifhem kif ma tħobbhomx dawn l-affarijiet. Ittik toqgħod id-dar timmoffa hawn.

Issa nieħdok ...Naħseb naf fejn nieħdok u tieħu pjaċir!

Violet kompliet tpejjep filwaqt li dehret kuntenta. Fl-iskola tal-arti, daħlet Angela nkiss inkiss. Kienet anzjuża u dehret tieqaf quddiem bieb filwaqt li tħabbat. Is-surmast qalilha biex tidħol. Oscar lemaħha imma hi ma tatx kas. Is-surmast stedinha biex tpoġġi għax kien bagħat għaliha. Wara l-ittra li kien bagħat l-isqof, Angela kienet ħasbet li mhux ser jibagħtu għaliha aktar.

Surmast:

Angela:

Surmast:

Angela:

Surmast:

Angela:

Għandek raġun. L-iskola tbati jekk issir taf il-kurja li għadna npinġu n-nudi. Imma l-istudenti xorta waħda għandhom bżonn jitħarrġu fil-figura. Liema artist rispettat ma jifhimx fl-anatomija tal-ġisem. Nixtieq li terġa’ tibda. Bi ħlas naturalment. L-istess kif konna qabel. Biss din id-darba ħa nagħmlu l-affarijiet iktar ...kif nista’ ngħidha...

Bil-moħbi?

Iva brava! Ma nistgħux nagħmlu mod ieħor. Serraħ moħħok. L-iktar, l-iktar l-iskola u jien nistgħu niġu fl-inkwiet. U jekk inżommu kollox bejnietna m’għandu għalfejn isir jaf ħadd. Forsi aħjar tibda tidħol mill-bieb tal-ġenb biex nevitaw spekulazzjonijiet. Il-kamra ħa narmawha tal-apposta. It-twieqi għal barra ħa jkunu kollha mgħottija ħalli żgur nevitaw problemi żejda. Nistgħu nibdew għada ...dejjem jekk taċċetta. Bl-istess ftehim li kellna qabel.

(taċċetta li tmur l-għada, tqum minn fuq is-siġġu u tistaqsi l-aħħar domanda) Nimmaġina li l-istudenti l-istess għadhom.

Iva. Għala? Ġieli dejqek xi ħadd minnhom? Għax kollha professjonisti dik il-klassi.

Le ...Għalhekk staqsejt ...qatt ma kelli xi ngerger magħhom. Tajjeb narak għada mela.

Angela toħroġ ’il barra u tagħlaq il-bieb warajha. Fil-pront jistennieha kien hemm Oscar li taha qatgħa hekk kif qabeż quddiemha. Jistaqsiha x’kienet qed tagħmel u hi tgħidlu li ser jibdew jaraw lil xulxin ta’ spiss. Oscar jifraħ għal din l-aħbar u hi ssikktu biex jibqa’ kollox mistur. Angela tinkih li qed jiddispjaċiha li ser jibda jaraha ta’ spiss u hu b’ton imqareb iwieġeb; għalfejn taħseb li dan idejjaqni? ... Oscar jgħidilha li kien ġie jfittixha u Angela taċċertah li kienet ratu.

Angela:

Oscar:

Angela:

Naħseb issa li ħa nerġa’ nibda nkun l-iskola aħjar inżommu ruħna f’distanza. Dan xogħol għalija; xejn aktar. U wara kollox ma nistax nifhem kif għadek trid tkellimni wara dak li għamiltlek.

Irrabjajt għall-ewwel, imma mbagħad fhimt x’ġara ...u xtaqt nerġa’ narak.

Int tifel sew Oscar ma tantx tara bħalek, naf x’jien ngħid. Aħjar ma tafdanix. Tkellimnix. Aħjar. (titlaq u tħallih warajha)

Fil-palazz tas-Sinjura daqqet il-qanpiena. Luċija qamet tiġri tiftaħ filwaqt li tistagħġeb min seta’ ġie f’dak il-ħin. Il-lejl beda dieħel ġmielu. Wara l-bieb kien hemm Twannie!

Luċija:

Twannie:

Luċija:

Jien mhux diġà għidtlek li ma naf xejn. Naf li qed issaqsi u tiffitta lil kulħadd. Ma nafx x’inti taħseb li ħa ngħidulek. Itlaq ’l hemm qabel tarak is-Sinjura tiegħi.

Stenna, agħtini ċans.

(filwaqt li timbotta l-bieb biex tagħlqu) Itlaq ’il barra għidtlek. M’għandniex x’ngħidulek lilek. Itlaq qabel tarak isSinjura, itlaq.

Luċija timbotta u Twannie jagħmel sforz kemm jista’ biex jiftħu imma mill-bogħod jinstema’ leħen sod jidwi mitturġien li kellu l-palazz.

68 GWIDA Novembru 2021
Xewqat il-Qalb - 119

KULĦADD JISTĦOQLU JGĦIX F’RELAZZJONI

MIMLIJA RISPETT U MĦABBA

Kull relazzjoni, kemm jekk dik intima u dik li mhix, għandha tkun ibbażata fuq l-imħabba u r-rispett. Nafu wkoll li jeżistu ċirkostanzi fejn dawn iż-żewġ fatturi jkunu nieqsa jew mhux dejjem preżenti, u għalhekk importanti li nitkellmu dwar is-servizzi ta’ sapport li jeżistu għal persuni li jkunu qed jesperjenzaw xi forma ta’ vjolenza fir-relazzjonijiet tagħhom.

Vjolenza domestika tista’ sseħħ f’relazzjoni intima jew inkella bejn individwi li jiġu minn xulxin. L-aggressur u l-vittma jistgħu jkunu koppji miżżewġin, għarajjes li ma jgħixux taħt l-istess saqaf, koppja li qegħdha tikkoabita, sseparati jew inkella koppja li kellhom xi wild flimkien. Jista’ jkun il-każ ukoll li l-aggressur u l-vittma huma nies li jiġu minn xulxin eżempju wild jabbuża lil ommu. Ġeneralment f’dawn is-sitwazzjonijiet l-aggressur jeżerċita poter u kontroll fuq il-vittma tiegħu. L-intenzjoni tiegħu tkun li jħalli impatt fuq il-vittma tiegħu u dan iseħħ permezz ta’ abbuż fiżiku, emozzjonali, psikoloġiku, finanzjarju, sesswali u/jew spiritwali. Il-kontroll jista’ jseħħ ukoll permezz ta’ fastidju u stalking.

Kull forma ta’ abbuż imsemmi hawn fuq isseħħ b’intenzjoni sabiex l-aggressuri kompli jeżerċita aktar poter fuq il-vittma tiegħu. M’hemm l-ebda profil li jiddeskrivi aggressur.

L-esperjenza u r-riċerka turi li l-aggressur jista’ jkun ta’ kull nazzjonalità, età, klassi soċjali, orjentazzjoni sesswali, eċċ. Kulħadd jista’ jkun vittma ta’ vjolenza domestika. Din tista’ sseħħ minħabba raġunijiet differenti. Dawn jinkludu: vjolenza fuq bażi ta’ ġeneru, mentalità patrijarkali (dik il-mentalità fejn raġel għandu jkun moqdi meta jrid mhux skond il-bżonn, u t-twemmin li r-raġel jingħata superjorità fuq il-mara), kultura fejn il-vjolenza hija aċċettabli, fost oħrajn. Fatturi soċjali oħrajn bħal eżempju droga u alkoħol ġeneralment jiggravaw u jintensifikaw l-atti ta’ vjolenza tal-aggressur.

Dawn is-sitwazzjonijiet jħallu effetti fuq il-vittma u għalhekk hija importanti li l-vittma tirċievi s-sapport li għandha bżonn. L-effett tal-vjolenza domestika ma jitħalliex fuq il-vittma biss imma anke fuq it-tfal u familjari tal-vittma. Apparti mill-fatt illi meta tkun xhud ta’ dawn is-sitwazzjonijiet hija esperjenza trawmatika fiha nnifisha, membri tal-familja jistgħu wkoll ikunu filmira ta’ l-aggressur bi skop li jeżerċita aktar kontroll fuq il-vittma tiegħu. Irridu niftakru li l-ġenituri tagħna huma l-ewwel mudelli fil-ħajja tagħna, jiġifieri dak li t-tfal jaraw u jesperjenzaw jista’ jiġi kkuppjat.

Id-Dipartiment tal-Vjolenza Domestika ġewwa l-Aġenzija Appoġġ joffri diversi servizzi, fosthom servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u t-tfal tagħhom, aggressuri rġiel u nisa, kif ukoll għal ġenituri li qed jiġu abbużati mit-tfal tagħhom. Il-vittmi jiġu mitkellma u mgħejuna sabiex jifhmu s-sitwazzjoni tagħhom filwaqt li jiġi pprovdut appoġġ u għajnuna sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà għalihom u t-tfal tagħhom. Min-naħa l-oħra l-aggressuri jingħataw għajnuna sabiex jaħdmu fuq l-imġieba u twemmin abbużiv. L-aħħar u mhux l-inqas jekk inti taf lil xi ħadd li għaddej minn din is-sitwazzjoni u tixtieq titlob sapport sabiex tressaq lill-persuna għas-servizzi tal-vjolenza domestika l-assistenza qiegħda hemm għalik ukoll. Dan għaliex ilvjolenza domestika m’hiex il-problema tal-individwu imma tas-soċjetà.

Min jixtieq xi forma ta’ għajnuna anke sempliċement jixtieq biss informazzjoni nħeġġuh jagħmel kuntatt madDipartiment tal-Vjolenza Domestika ġewwa l-Aġenzija Appoġġ fuq 2295 9000. Dak li jingħad jibqa’ kunfidenzjali.

F’każi t’emerġenza intom mitluba tagħmlu kuntatt ma’ Supportline 179.

71 GWIDA Novembru 2021
Editorjal

SENA ILU BEDA L-VJAĠĠ GĦALL-MARKA CAFFÈ

BUONGIORNO - ISSA AKBAR U AQWA!

Madwar sena ilu l-kumpanija taljana tal-kafè magħrufa Caffè Buongiorno, preżentat l-idea tal-pjan li jinfetaħ uffiċċju f’Malta u li tiġi mnedija marka tal-kumpanija lokalment.

Il-familja Parizzi, li hi l-moħħ wara l-marka Caffè Buongiorno issa ilha tipproduċi l-kafè mill-ħamsinijiet. Din hi meqjusa bħala tradizzjoni fil-familja li dejjem intirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra għal aktar minn 70 sena. Dan kollu bl-iskop ewlieni li jibqgħu jiġu mħarsa b’għożża l-valuri, il-passjoni, u d-dedikazzjoni li bihom dejjem saħħew il-kwalità tal-produzzjoni tal-kafè.

Il-kumpanija Caffè Buongiorno dejjem wegħdet li qatt mhi ser tħalli l-kwalità li dejjem provdew fil-prodotti tagħhom

72 GWIDA Novembru 2021 Editorjal

tonqos jew tintilef. Il-kumpanija ser tibqa’ bil-ħsieb li żżomm il-metodi ta’ artiġjani fil-produzzjoni tal-kafe. Il-kumpanija tagħżel l-aqwa kwalitajiet ta’ Arabica u Robusta fl-oriġini minn madwar id-Dinja. Il-prodotti huma ideali għall-użu ma' magni professjonali talEspresso u anke dawk mhux professjonali. Il-fabbrika tagħna hija mgħammra bl-aħħar teknoloġija biex tiggarantixxi l-ogħla kwalità tal-kafè.

Caffè Buongiorno ġie mniedi fuq il-midja soċjali fl-1 ta’ Diċembru 2020, u d-domanda għall-prodotti tal-kafe tagħhom kienet waħda għolja immedjatament. It-tim ħadem bla waqfien biex jakkomoda l-mijiet ta’ ordnijiet li rċevew.

Ir-rispons pożittiv tal-mijiet ta’ klijenti li pruvaw il-kafe tagħhom kien l-aqwa ċertifikat għall-kumpanija! Ħafna minn dawn il-klijenti għadhom sal-lum leali lejn Caffè Buongiorno. Maż-żmien raw żieda fid-domanda millklijenti għall-varjetà estiża ta’ prodotti żdiedet, u għal dan it-tim iddeċida li jiffaċilitaw l-aċċess tal-klijenti għall-prodotti.

Dan kollu wassal għall-ftuħ ta’ fergħa ġdida ġewwa Naxxar Road f’San Ġwann f’Ġunju 2021. Minn dakinhar it-tim ta’ Caffè Buongiorno ħadem bil-kbir biex iniedi proġetti oħra biex il-prodotti tagħhom jaslu b’mod effiċjenti għand il-klijent. Fix-xhur li ġejjin ser jiftħu wkoll Amis Beauty Centre fil-Belt Valletta, u bar talkafe inkluż. F’Novembru ser jftħu wkoll Ballin by Caffè Buongiorno f’San Ġiljan.

Il-prodotti ta’ Caffè Buongiorno illum il-ġurnata ssibhom fi djar, uffiċini, ristoranti, barijiet u ħwienet tal-kafe madwar il-gżejjer Maltin. Il-kumpanija għandha verjetà enormi ta’ togħmiet differenti li tista’ tgħid jolqtu l-gosti ta’ kulħadd u adattati għal kwalinkwe ħin tal-ġurnata.

Huma kollha preżentati f’kontenituri żgħar li minnhom toħroġ bela’ kafe fenomenali. Fost il-prodotti popolari ta’ Caffè Buongiorno insibu Nocciolino, Cortado, The Limone, Latte, Caffe Ginseng, Mocaccino, Latte Macchiato, Cioccolato, Chai Latte, Caramello, u Cappuccino. B’dawn il-prodotti maħbubin minn ħafna l-kumpanija hi magħrufa wkoll għall-għadd ta’ offerti li qed toħloq bihom bi prezzijiet raġonevoli.

Żgur li kienet sena impenjattiva immens u ta’ suċċess kbir għal Caffè Buongiorno Malta, iżda dan huwa biss il-bidu għal tim impenjat li jinsab lest biex ikompli jkabbar il-preżenza u l-marka tiegħu fil-gżejjer Maltin, bl-introduzzjoni ta’ prodotti u kunċetti ġodda tal-kafè.

M: +356 9968 4249 or E: info@buongiornocoffee.mt

Editorjal
73 GWIDA Novembru 2021

Ingredjenti

P butternut squash, maqtugħa minnofs u mnaddfa

P żejt taż-żebbuġa

P 2 sinniet tewm imqattgħin fin

P melħ u bżar biex tħawwar

Għar-risotto

P basla mqattgħa fin

P 2 sinniet tewm imqattgħin fin

P mgħarfa żejt taż-żebbuġa

P mgħarfa weraq tas-salvja friska

mqattgħa

P 100g ross tat-tip arborio

P ftit inbid abjad

P 300-400ml stokk tal-ħaxix

P melħ u bżar

P ġbejna bajda mqattgħa

P 2 imgħaref żerriegħa tal-qargħa mixwija u weraq tas-salvja żejda biex isservi

BUTTERNUT SQUASH MOĦMIJA B'ŻEWĠ MODI

Metodu

Ibda billi tpoġġi n-nofsijiet tal-isquash fuq trej tal-ħami. Xerred biż-żejt tażżebbuġa, roxx fuqhom it-tewm u ħawwar sew bil-melħ u l-bżar. Sajjar fil-forn f’temperatura ta’ 200°C għal madwar 30-35 minuta, jew sakemm tkun ratba u msajra. Sadanittant, agħmel ir-risotto billi ssajjar il-basla, it-tewm u s-salvja flimkien fiż-żejt għal 2 minuti. Żid ir-ross u sajjar għal 2 minuti mbagħad xerred l-inbid. Ħawwar bil-melħ u l-bżar u sajjar bil-mod flimkien għal 25-30 minuta. Żid l-istokk bil-mod f'intervalli. Meta l-isquash ikun imsajjar, neħħi mill-forn u ħu nofs il-qalba tan-nofs. Qatta’ l-mili u żidu mar-risotto flimkien ma’ nofs il-ġbejna mqattgħa. Ħallat flimkien u imla l-qargħa moħmija birrisotto. Żejjen biż-żrieragħ tal-qargħa mixwija, il-ġbejna li jifdal u l-weraq tas-salvja żejda.

74 GWIDA Novembru 2021 Ri Ċ etti
RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

P slices tal-ħobż. Jista’ jkun xott

P tadam imqatta’ żgħir

P tewm imqatta’

P basal imqatta’ żgħir

P żebbuġ. L-aħjar li tixtri żebbuġ bl-għadma u tneħħi l-għadma u tqattgħu int, għax dan ikollu togħma aktar tajba

P mozzarella mqattgħa

P bżar aħdar imqatta’ żgħir

P ħall balsamiku

P ġbejniet xotti mqattgħin f’biċċiet żgħar

P żejt taż-żebbuġa. Jekk tista’ uża extra virgin

P bżar mitħun frisk

BRUSCHETTA KIESĦA BIL-ĠBEJNIET

Metodu

1. Ġo bieqja qiegħed it-tadam, tewm, basal, żebbuġ, mozzarella u bżar aħdar. Ħawwad tajjeb. Roxx ftit bżar u ferrex ftit ħall balsamiku u żejt taż-żebbuġa. Erġa’ ħawwad.

2. Ixwi l-ħobż. Meta jkun lest, qiegħed it-taħlita fuq kull biċċa ħobż. Fil-wiċċ agħmel il-biċċiet tal-ġbejniet.

3. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u jekk trid erġa’ ferrex ftit żejt qabel ma sservi.

75 GWIDA Novembru 2021 Ri Ċ etti
RiĊetta ta’ Anton B Dougall

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Scorpio

Jibda dak ix-xahar partikolari għalina l-Maltin, ix-xahar ta’ Novembru – ovvjament għax f’dan ix-xahar naħsbu aktar f’dawk l-għeżież tagħna li jinsabu fl-ispiritwalità eterna. Huwa xahar iddedikat sabiex niftakru iżjed fil-memorji tagħhom. Mil-lat tal-astroloġija, Novembru jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki ferm sensittivi u interessanti, Scorpio u Sagittarius, żewġ żodajki li joffrulna dik l-armonija, imħabba, sensittività u direzzjoni.

F’dan l-artiklu ser inkun qed inwassal dik l-informazzjoni bażika dwar it-tmien żodjaku; Scorpio. Dan għandu s-simbolu tal-iskorpjun li tfisser li trid tagħraf kif timxi, għax hemm dik l-espressjoni fejn jekk l-iskorpjuni ma jaslux b’rashom jaslu b’denbhom żgur! Dan iż-żodjaku ta’ Scorpio jaqa’ taħt l-element tal-ilma fejn flimkien ma’ Pisces u Cancer jifforma trio li joffri aktar enerġija pożittiva; magħhom tħossok f’armonija tajba. Dawn kapaċi joffru ideat ferm interessanti, kif ukoll prospetti dwar tkabbir fil-karriera tagħhom. Huma persuni li jirrispettaw l-opinjoni ta’ ħaddieħor għalkemm jippruvaw idaħħlu l-ideat tagħhom ukoll, waqt li int aktar f’postok meta tkun trid direzzjoni lejn xi deċiżjoni importanti.

Iż-żodjaku ta’ Skoprio beda mis-Sibt 23 ta’ Ottubru

sal-Ħadd 21 ta’ Novembru. Il-qmura li ser nesperjenzaw

fiż-żodjaku ta’ Scorpio huma l-ewwel qamar ġdid li kien

il-Ħamis 4 ta’ Novembru waqt li qamar kwinta ser ikun

il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru. Il-qamar ġdid taż-żodjaku

ta’ Scorpio qed nesperjenzawh aktar f’okkażjoni lejn

il-karriera jew dik il-ħidma partikolari, tkabbir fil-ħiliet tal-komunikazzjoni mal-oħrajn, għarfien ta’ aktar ħin għallbenefiċċju tagħhom kemm bħala konċentrazzjoni kif ukoll spazju ta’ relazzjoni, kif ukoll ser inkunu qed nesperjenzaw dik l-enerġija għal aktar motivazzjoni u kreattività.

Fatti interessanti dwar il-karattru taż-żodjaku ta’ Scorpio: sfortunatament l-ewwel imħabba tal-iskorpjuni li huma jesperjenzaw bħal tibqa’ fil-memorja tagħhom, il-kumpanija tal-ħbieb hi waħda mill-aktar li jtihom pjaċir. Dejjem jafu jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni; mill-lat ta’ sesswalità uromantiċiżmu l-iskorpjuni huma mimlija b’passjoni millaktar profonda u din żgur tinżel tajjeb mal-partner. Żgur huwa fatt li l- iskorpjuni ma jħobbux juru b’wiċċ b’ieħor; huma intelliġenti ħafna u jagħrfu jkunu preċiżi f’dak li jkunu jridu jwettqu.

L-iskorpjuni huma magħrufin li ser issibhom hemm meta l-aktar għandek bżonnhom u finalment il-motto taliskorpjun huwa li ma tħalli lil ħadd min jikkontrollah u jekk int trid tmur tajjeb mal-iskorpjun, agħraf imxi mal-mod tagħhom!

Nies famużi taħt iż-żodjaku ta’ Scorpio: Pablo Picasso, Hilary Clinton, Julia Roberts, Leonardo Di Caprio, Emma Stone, Pele, John Candy, Joe Biden, Jodie Foster, Demi Moore, Joaquin Phoenix, Meg Ryan, Larry King, Whoopi Goldberg, Danny De Vito, Diego Maradona, Owen Wilson u Prince Charles.

L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Scorpio huwa dak tat-Tlieta waqt li l-jum li int għandek tevita huwa dak talĠimgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Mejju waqt li x-xahar li għandek tevita huwa dak ta’ Awwissu. Il-kristalli ideali għalik bħala Scorpio huma t-Topaz u l-Bloodstone.

Jekk int tkun tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tiegħek, tajjeb li taqra l-ktieb, PaulJon blOroskopju Għalik jew iktibli ittra postali u tindirizzaha hekk: PaulJon (GWIDA) Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste.

77 GWIDA Novembru 2021
Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU TA’ SCORPIO MWASSAL MINN PAULJON

MIT-23 TA’ OTTUBRU SAL-21 TA’ NOVEMBRU

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Ser tanalizza għaliex qed tara l-affarijiet bil-kontra u dan qiegħed jikkawżalek tensjoni madwarek. Għalhekk trid tagħraf iżżomm pożittiv u jekk tagħmel hekk, din il-fażi fi żmien ħmistax tgħaddi; tajjeb li tkun aktar int u ma tħallix aktar indħil sabiex toħroġ minn dan. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ser tagħraf tkun aktar deċiż u ċert minn dak li hemm bżonn tibda twettaq. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek sejra tibda tieħu forma differenti minn dak li int bħalissa. Agħmel analiżi profonda. Namaste.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Ser tinduna li m’intix tilħaq l-aspettattiva li int ikkommettejt għaliha. Ovvjament dan jista’ jkun ta’ inkwiet, imma jekk minn issa int tibda tirranġa minn dak in-nuqqas is-sitwazzjoni tibda tieħu xejra oħra u hekk terġa’ tabqad dik l-istabiltà tant bżonjuża. Bħalissa agħraf dan. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ser tagħraf li għandek bżonn tkun aktar paċenzjuż. Jekk int tagħraf iżżomm din il-paċenzja, tista’ tieħu xejra b'mod differenti minn dak li hi. Imma jekk int ħa titlef il- paċenzja, dan jaf joħloq sitwazzjonijiet kumplikati li żgur mhux il-mument għalihom. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser tasal biex tinduna bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi li hemm bħalissa madwarek. Bħalissa żgur qiegħed tħoss li wasalt f'mument fejn trid tagħraf tkun aktar iffukat sabiex b'hekk tkun tista’ tieħu dawk iddeċiżjonijiet idealment biss ta’ vantaġġ għal dik l-istabiltà meħtieġa. Irrifletti. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser ikun il-waqt li tfittex aktar spazju għalik u dan huwa meħtieġ sabiex int tkun tista’ tibda taħseb aħjar. Dan huwa dak il-mument fejn int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada trid titwettaq. Għalhekk grazzi għal dan l-ispazju meħtieġ int tkun tista’ tagħraf aktar. Namaste.

KOMPETIZZJONI MA’ PAULJON

Mistoqsija sempliċi għal dan ix-xahar: Iż-żodjaku ta’ Scorpio taħt liema element jaqa’?

Q Dak tal-arja? Q Dak tal-ilma? Q Dak tan-nar?

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awissu

Ser ikun dak il-waqt li ttejjeb l-enerġija ta’ madwarek sabiex int tkun tista’ tagħraf tkun aktar organizzat, b'hekk int tagħraf li issa int ilħaqt il-mira tiegħek fl-organizzazzjoni. Hemm tkun tista’ toħloq dik l-iskeda ideali sabiex kollox ikun imqassam xieraq għall-ħtiġijiet tiegħek. Irrifletti. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awissu sat-22 ta’ Settembru

Ser tagħraf li wasal dak il-mument li ma toqgħodx lura għax li hemm bzonn jitwettaq ser tibda twettqu! Huwa żmien opportun tajjeb għalik, l-importanti li int ikollok twemmin ġewwa fik sabiex dak li int sejjer twettaq, huwa biss għall-ġid tal-futur tiegħek. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Ser ikun mument fil-ħajja tiegħek fejn sejjer jagħmlek aktar matur u tagħraf aktar dik ir-responsabiltà ta’ dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ser jgħallmek tagħraf tippjana b'inqas tfixkil. Taqtax qalbek minn dan iżda ħares biss lejn il-ġejjieni tiegħek. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Se tagħraf aktar dak it-tajjeb li int għandek u grazzi għal dan int ser tinduna aktar bl-abbiltà li int għandek ġewwa fik; hekk ser tkun tista’ tannalizza aħjar dawk l-opportunitajiet li resqin lejk. Għalhekk tajjeb li int tagħraf sew dan għal dak it-tkattir tant mistenni minnek. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru Ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar profonda, mument ta’ pjanar kif ukoll mument ta’ deċiżjonijiet. Minħabba dak li ġej f'dawn il-ġimgħat issa int trid tkun imħejji aktar minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk, għandek bżonn ta’ aktar attenzjoni sabiex kollox jitwettaq kif suppost. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ser tagħraf aktar kif il-karriera li fil-preżent int għandek tista’ tkompli tespandi fit-tkattir tagħha. Ovvjament int trid tibqa’ bħal dejjem kawt għal dak li xi kultant ser ikun qed jinqala’ kontra tiegħek. Dan jaf ikun forma ta’ eżami għalik, għalhekk agħraf sew din il-gwida. Namaste.

Isem u Kunjom: _________________________________________Mobile Number: _________________

Indirizz: ________________________________________________________________________________

L-ewwel premju – Voucher bi skont fuq il-pubblikazzjonijiet kollha ta’ PaulJon. It-tieni premju – Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon, Marsascala. Flimkien ma’ tifkira tal-kalendarju żodjaku 2020.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-mistoqsija li kienet: Is-simbolu ta’ Libra x’jirrappreżenta?

(It-tweġiba kellha tkun: Bilanċ) huma dawn:

L-ewwel premju għax-xahar ta’ Ottubru ntrebaħ minn: EMMA MUSCAT mill-MELLIEHA

It-tieni premju għax-xahar ta’ Ottubru ntrebaħ minn: DOREEN NICHOLL minn ta’ SLIEMA

Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: PaulJon,Kompetizzjoni GWIDA Po Box 27 Paola. Mhux aktar tard mill-24 ta’ Novembru, 2021. Namaste.

78 GWIDA Novembru 2021 Oroskopju

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.