GWIDA October 2021

Page 1

GWIDA

GWIDA. mt

€1.95

fuq kollox u fuq kulħadd

X FACTOR MALTA

Din is-sena bi premju fenomenali ta’ €50,000! Tgħid min ser jirbaħ?

OTTUBRU 2021

GWIDA IKBAR, ISBAĦ U B’AKTAR PAĠNI KULL L-EWWEL ĦADD TAX-XAHAR! U TISTA’ TIRBAĦ

€1,000!







DIRECTOR OF SALES & OPERATIONS Lindsey Napier DISINJATUR Nicholas Cutajar QARREJJA TAL-PROVI Nicole Sammut SENIOR BRAND SALES MANAGER Jessica Spiteri Catania SENIOR BRAND SALES EXECUTIVE Wanaha Camilleri OPERATIONS & CLIENT RELATIONSHIP MANAGER Elena Debattista RITRATT TAL-FAĊĊATA Albert Camilleri (X FACTOR MALTA) EMAIL info@gwida.mt SIBNA FUQ FACEBOOK @Gwida.mt SIT UFFIĊJALI www.gwida.mt UFFIĊĊJU EDITORJALI, PUBBLIKATUR, UFFIĊĊJU GĦAR-REKLAMAR Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 TEL 2132 0713 PUBBLIKATUR

10. Intervista mat-tim ta’ X FACTOR MALTA

Ritratti: Albert Camilleri (X FACTOR MALTA)

EDITUR Anthony M Baldacchino

OTTUBRU 2021

KONTENUT GWIDA

Storja Prinċipali

10. Intervista mat-tim tal-produzzjoni ta’ X FACTOR MALTA 12. Intervista ma’ Howard Keith 16. Intervista ma’ Ira Losco 20. Intervista ma’ Philippa 24. Intervista ma’ Ivan Grech

Editorjal

52. Is-saħħa kollox – Artiklu fuq is-saħħa 56. Pink October – Ix-xahar iddedikat għal għarfien dwar il-kanċer tas-sider 60. Għajnejn ileqqu bl-imħabba – Artiklu fuq l-annimali tad-dar 72. Ġurnata missjunarja 78. Tgħid xi ħadd iġibli pupa?

Kompetizzjoni

29. L-10 kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti 64. Tisliba bi premju 65. Il-logħba tal-Editur 77. Kompetizzjoni oroskopju minn PaulJon

Skeda

30 – 38. Skeda ĠDIDA tal-ĦARIFA bil-programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin

Intervisti oħra

40. Intervista ma’ Mark Sammut – Chairman ta’ PBS 44. Intervista ma’ Jason Micallef – Chairman ta’ ONE 48. Intervista ma’ Karl Gouder – Chief Operating Officer ta’ NET © Content House 2021 Id-drittijiet huma kollha riservati. Riproduzzjoni tar-rivista jew parti minnha hu pprojbit mingħajr permess speċjali u bil-kitba. L-opinjonijiet inklużi fil-GWIDA mhux neċessarjament huma dawk talEditur jew tal-Pubblikatur. Minkejja li kull attenzjoni raġjonevoli ttieħdet biex il-magażin ikun korrett u komplut, l-Editur u l-Pubblikatur mhumiex responsabbli għal żbalji u nuqqasijiet fl-artikli, reklamar, ritratti u stampi.

GWIDA tkun għall-bejgħ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.

Skript

67. Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: L-ewwel parti

Riċetti

74. Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Kari aħmar veġetarjan 75. Riċetta t’Anton B. Dougall – Insalata tar-ross

Oroskopju

76. Tagħrif dwar iż-żodjaku Libra minn PaulJon 77. Iż-żodjaku ta’ dan ix-xahar

GWIDA Ottubru 2021

7


Intervista

L-ITTRA TAL-EDITUR Anthony M. Baldacchino - Editur ta' GWIDA Għeżież qarrejja, Ottubru wasal ukoll. Dan ifisser li l-iskola bdiet, l-istazzjonijiet għandhom skeda ġdida, bdejna nilbsu l-ġakketta u nieħdu pjaċir noqogħdu aktar ġewwa għall-irdoss. X’nagħmel jien fix-xitwa? Jien inħobb insib ktieb li jogħġobni, ktieb li ma nkunx nista’ nitilqu minn idejja qabel inlestih kollu! Taf int, tingħalaq għalik waħdek u tidħol fid-dinja immaġinattiva talawtur. Iżda toqgħod tgħidli xejn, inħossni wisq kburi meta l-ktieb ikun wieħed miktub minn Malti. Proprju f’dan ix-xahar wieħed mill-aktar awturi ċelebri ser iniedi ktieb ġdid. Kelli x-xorti li nitkellem ma’ dan l-awtur biex iħajjarni naqra l-ktieb tiegħu. Gerard James Borg ser ikun qed iwasslilna ktieb ieħor minn sensiela ta’ kotba interessanti tiegħu. Jekk int familjari mal-kotba ta’ Borg, mela żgur smajt bl-ewwel ktieb tiegħu, Sliema Wives. Ktieb brillanti, iżommok, eċitanti u l-aġġettivi pożittivi kollha li jixraqlu. Issa Gerard ser ikun qed joħroġ il-ktieb, Sliema Wives – The New breed. Ġejja tiegħi, ġimgħa naqra dal-ktieb biex niskopri x’kellu f’moħħu Gerard! Gerard qalli li dan il-ktieb huwa taħlita interessanti ta' drama, thriller, gossip, sess u ħafna umoriżmu. Diġà messli kull ġeneru li

8

GWIDA Ottubru 2021

jien ninteressa ruħi fi storja! Biss għalkemm huwa fittizju, hemm ħafna realtajiet soċjali f’dan il-ktieb il-ġdid. “L-ewwel ktieb tiegħi kien jismu Sliema Wives u kellu suċċess kbir. Għalhekk, ħsibt li għall-ħames ktieb tiegħi kien wasal iżżmien sabiex nikteb storja kkulurita immens fuq il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' Sliema Wives. Dan mhuwiex sequel tal-ewwel ktieb. Għandu karattri ġodda u l-istorja kompletament differenti, għalkemm hemm xi karattri mill-ewwel ktieb li jerġgħu jagħmlu dehra żgħira,” jgħidli Gerard f’konverżazzjoni li kellna. Staqsejtu għalfejn għandi nixtrih? It-tweġiba tiegħu kienet xotta imma mlietni b’kurżità liema bħalha, “Għaliex dan il-ktieb ħa jżommok entertained u fuq ix-xwiek biex tara x’ġara. Imma primarjament ħa jġiegħlek tidħak u titbissem ukoll!” Jekk bħali interessajt ruħek għal dan il-ktieb, mela stenna ġimgħa u tarah fl-ixkafef tal-ħwienet ewlenin. Grazzi u niltaqgħu x-xahar id-dieħel! Bilħaqq: Miriam Lia rebħet il-premju tal-kotba billi ħadet sehem fil-'Logħba tal-Editur' ix-xahar li għadda.



Ritratti: Albert Camilleri (X FACTOR MALTA)

Storja Prinċipali

X FACTOR MALTA Nitkellmu mat-tim tal-produzzjoni

10 GWIDA Ottubru 2021


Storja Prinċipali

It-tielet staġun ta’ X Factor Malta ser jibda mil-lejla, 3 t’Ottubru fuq TVM. L-ewwel żewġ staġuni kienu ta’ suċċess kbir. X Factor sar l-ewwel darba fl-2018 u dik is-sena kienet rebħet Michela Pace. It-tieni darba kien sar fl-2019 u kienet rebħet Destiny. Wara waqfa ta' sena, X Factor Malta jirritorna iżda din id-darba, il-kompetizzjoni mhux marbuta malEurovision Song Contest. Ir-rebbieħ ta' X Factor ħa jitlaq b'€50,000 f'idu jew f'idha jew f'idejhom. Ben Camille jirritorna bħala l-preżentatur ta' din issensiela filwaqt li Howard Keith u Ira Losco ħa jkunu wkoll qed jagħmlu r-ritorn tagħhom f'din is-sensiela. Ivan Grech u Philippa Naudi ħa jkunu qed jieħdu post Ray Mercieca u Alex Alden fuq il-panel tal-ġurija. Tkellimna mat-tim tal-produzzjoni biex insiru nafu aktar dwar din is-sensiela. Fiex jikkonsisti l-proċess biex jintgħażlu l-ġurija? M’hemm l-ebda proċess partikolari. Biss viżjoni waħda u għan wieħed li jpoġġi lill-artisti fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ kull persuna fil-ġurija bl-għan aħħari li jkolli individwi li jkunu jistgħu juru t-talent tagħhom u jħabbtuha mal-aqwa nies fl-industrija kemm dik ta’ Malta kif ukoll ta’ barra. X Factor din is-sena ser jrebbaħ somma flok post fil-Eurovision. Kif intlaqgħet din iddeċiżjoni? Bħal kull deċiżjoni jkun hemm min jieħu gost biha u jkun hemm min togħġbu ftit inqas. Nemmnu li din id-deċiżjoni ressqet lejn X Factor talent ġdid li forsi qabel kienu jaraw il-Eurovision bħala xi ħaġa li mhix allineata mal-viżjoni tal-karriera tagħhom.

Kemm applikaw nies u x’għandna nistennew minn season 3? Din is-sena kien hemm record ieħor ta’ parteċipanti, ta’ dan aħna ninsabu kburin. Ovvjament għandna nistennew ħafna talent u uċuħ ġodda li flimkien ma’ karattri u talent stabbilit ser jerġgħu jagħmlu X Factor Malta, ix-xow favorit ta’ ħafna Maltin u Għawdxin. Kemm hi possibbli li l-live shows ikollhom udjenza? Sfortunatament din mhix mistoqsija li nistgħu nirrispondu aħna imma bla dubju aħna ħerqana u lesti sabiex nilqgħu eluf ta’ Maltin u Għawdxin ġewwa l-MFCC. Nisperaw li jirnexxilna. Fejn ser jiġu ffilmjati l-auditions? L-auditions u l-bootcamp ġew iffilmjati ġewwa l-Hilton. X Factor jarawh l-eluf f’Malta u hu l-aktar programm segwit. X’ħidma ssir biex tiżguraw il-prodott aħħari? Bla dubju nibqgħu nittrattaw kull programm daqslikieku hu l-aħħar wieħed li qegħdin nipproduċu. Kemm hu importanti X Factor f’pajjiżna? Il-programm ferraħ ħafna u ħafna nies. Ġab emozzjonijiet differenti f’eluf ta’ djar, biss apparti minn hekk tella’ l-livell fl-industrija tal-entertainment f’pajjiżna. Il-programm ta wkoll pjattaforma lil nies li forsi qabel kienu jaqtgħu qalbhom minħabba ħafna raġunijiet diversi. X Factor Malta ta ċans lil kulħadd jesponi t-talent tiegħu, għalhekk X Factor Malta hu importanti għal pajjiżna.

Din is-sena hemm branding ġdid. Ser ikun hemm format ġdid ukoll? Il-format hu li hu u ser jibqa’ kif inhu, biss fejn stajna nimpruvjaw maż-żminijiet għamilnieh u l-branding hu wieħed minn dawk l-affarijiet.

GWIDA Ottubru 2021

11


Storja Prinċipali

HOWARD KEITH Ġurat f’X Factor Malta

12 GWIDA Ottubru 2021


Storja Prinċipali

X’qed tistenna mit-tielet staġun? Qed nistenna żewġ affarijiet. Peress li l-premju mhuwiex marbut mal-Eurovision, se jkun miftuħ għall-barranin kif kien Malta’s Got Talent u b’hekk nistenna bosta barranin li jew jgħixu Malta jew jiġu lejn Malta għal X factor Malta. Onestament għadni nemmen li għal pajjiżna u għall-istazzjon nazzjonali kien pass tajjeb li kantant wara l-X Factor Malta jmur għall-Eurovision, però għall-X Factor u anke għal min jirbaħ, aħna l-ġurija, dejjem wissejna li dik ir-rabta setgħet tiġi evitata. It-tieni, wara sena ta’ assenza minħabba l-pandemija qed nittama li l-kontestanti jiġu aktar ippreparati u jkollhom dak li hemm bżonn biex jirbħu €50,000. Nistenna wkoll aktar varjetà. Liema kienet l-aktar audition li ħadt gost tiġġudika? Inħobb ir-room auditions għax tassew tista' tieħu sens ta' ambjent intimu bejn il-kontestanti ta’ quddiemek. Naturalment, ħafna minnhom jiffriżaw. Oħrajn ikunu agħar fiċ-chair challenge. Personalment naħseb li jispikkaw l-iktar fil-live shows għax joqorbu aktar lejn il-premju u jibdew jemmnu. Kieku kelli nagħżel audition waħda, mingħajr ma nkun speċifiku għal xi kontestant, inħobb l-audition fejn il-kreattività u l-viżjoni tiegħi huma mqanqla minn xi ħaġa. Ladarba nisma’ dik u l-viżjoni tiegħi dwar l-artist tiġi attivata, ma nkunx nista’ nwaqqafha. Dawk huma t-tip ta’ provi li nħobb l-iktar.

ħassejt li kelli bżonn nieħu pożizzjoni u nagħmel xi ħaġa. Kollox fl-MEIA (Malta Entertainments Industry and Arts Association) jsir b’mod volontarju. Aħna issa qegħdin flistadju fejn għandna l-aqwa programm ta’ tilqim kontra l-covid fid-dinja imma sfortunatament wieħed mill-aktar pajjiżi b’restrizzjonijiet li għadhom għaddejjin. Nisperaw li dan jinbidel dalwaqt. Wara li ħdimt ma’ diversi kantanti mill-ewwel staġun u t-tieni staġun, li kieku ma rebħux Michela u Destiny, min fl-opinjoni tiegħek kellu jirbaħ iż-żewġ staġuni? Naħseb li l-4 finalisti fiż-żewġ staġuni kienu denji li jirbħu. F.A.I.T.H. kellhom il-pakkett kollu, Justine Shorfid kellha vuci qawwija immens, u Owen Leuellen u Nicole Frendo kienu kollha rebbieħa denji.

Kompli din: Ngħid IVA biss jekk…. … nemmen f’dak ta' quddiemi u nara potenzjal. Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena? Għalija onestament xorta. Nixtieq li nevita l-gruppi, mhux għax ma kinux divertenti u fuq kollox sodisfaċenti, anzi, imma kien hemm ħafna xogħol min-naħa tiegħi biex inwassal it-3 gruppi sas-semifinali u anke grupp minnhom sal-finali. Ovvjament il-bniet huma l-aktar kategorija faċli li jkollok għax huwa garantit li mill-inqas waħda jew tnejn jispiċċaw fil-finali jekk nikkunsidraw l-aħħar 2 staġuni. Smajna ħafna mingħandek din is-sena dwar innuqqas ta’ attivitajiet. Kemm għamilt pressjoni u fiex wasalna f’dan l-istadju? Kien hemm bżonn! Normalment ma ninvolvix ruħi f'dawn it-tip ta’ affarijiet. Normalment nagħmel punt jew nippromwovi l-artisti. Madankollu, din id-darba

GWIDA Ottubru 2021

13


Storja Prinċipali

nitgħallem, inqatta’ sigħat sat-tard fl-istudjow. Mhuwiex xogħol ta’ 8 sigħat kuljum. Insa! Nimbotta lill-kontestanti fuq X Factor għax konvint li ser tagħmilhom aħjar. X’ħassejt meta saret l-ewwel attività bl-udjenza wara ħafna xogħol? Wara l-kwinti waqt soundchecks, eċċ, enfasizzajt ħafna għax l-affarijiet ma kinux kif ridthom li jkunu. Eventwalment wasalna hemm u r-riżultat kien ewforija. Kienet taħlita ta’ frustrazzjoni u rabja kollha meħlusa f’ferħ. Niftakarni nsuq lura d-dar bi tbissima wiesgħa fuq wiċċi. Taħseb li l-awtoritajiet verament japprezzaw l-artisti? Nixtieq ħafna ngħid iva imma fil-verità LE! Ma jfissirx fuq livell personali ovvjament, għax jien ċert li filfond kollha japprezzaw l-arti imma meta niġu għaddeċiżjonijiet, speċjalment dawk meħuda wara skrivanija, sfortunatament m'għandhom l-ebda ħjiel dwar kif din l-industrija attwalment topera fil-ħajja reali, aħseb u ara kif attwalment topera internazzjonalment.

Liema kantant minn X Factor rajt li għamel kambjament kbir? Owen Leuellen, F.A.I.T.H, Michela, Justine Shorfid, Bloodline – l-ebda paragun ma‘ kif bdew. Nieħu gost u sodisfazzjon nara wkoll oħrajn li forsi ma waslux salfinali, li komplew jistinkaw. Onestament hemm ħafna li X Factor għamlilhom ħafna u ħafna ġid. Għaliex tħoss li X Factor hu importanti? Eżattament għar-raġuni mogħtija hawn fuq. Il-kontestanti jingħataw dawn l-isfidi għax din hija realtà. Il-verità hi li din hija industrija iebsa ħafna biex ikollok karriera fiha. Sal-lum, u għandi kważi 50 sena, qatt ma nieqaf 14 GWIDA Ottubru 2021

Kif tiddeskrivi s-sajf 2021? Monotonu ħafna. Żgur li mhux wieħed li nixtieq niftakar. Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew minn kantanti li tieħu ħsieb int fiż-żmien li ġej? Xi wħud ġew affettwati aktar minn oħrajn b'din ilpandemija. Kollha bil-modi differenti tagħhom imma kollha għandhom ħaġa komuni. Huma wħud mill-aqwa talenti, jekk mhux l-aħjar, li għandna fi gżiritna. Jekk ix-xogħol tal-passat tagħna jista’ jintuża bħala mera għal dak li hemm quddiemna allura nista' biss nittama li huwa eżattament dak. Tistenna li joħorġu aktar awdaċi imma anke nistenna li ser indumu ftit aktar sakemm jistabilixxu l-affarijiet.



Storja Prinċipali

IRA LOSCO

Waħda mill-ġurija ta’ X Factor Malta 16 GWIDA Ottubru 2021


Storja Prinċipali

X’qed tistenna mit-tielet staġun? Bla ebda dubju talent ġdid u issa li X Factor Malta hu miftuħ għall-barranin ukoll, qiegħda nistenna varjetà enormi. Ta’ min ukoll insemmi li l-fatt li hemm cash prize kbir ser jattira ħafna iżjed interess mis-snin ta’ qabel. Li kieku tagħżel kantant li tirrekordja kanzunetta magħha/miegħu/magħhom minn X Factor (apparti Owen) liema tagħżel? Irrekordjajt diski ma’ Owen, Michela u Destiny. Biss kurjuża kif taħdem kollaborazzjoni ma’ F.A.I.T.H. Apparti minn hekk, ma niddejjaq xejn nikkollabora ma’ Justine Shorfid u Jasmine. Liema kienet l-aktar audition li ħadt gost tiġġudika? Bla ebda dubju l-audition ta’ Michela. Mill-mument li fetħet ħalqha u kantat ħallietni bla kliem. Xi ġmiel ta’ vuċi! Għaliex tħoss li X Factor hu importanti? Inħoss li huwa importanti għax jagħti lill-artisti opportunità li setgħet kienet nieqsa. Jagħti lil artisti bħal Destiny li diġà kienu stabbiliti d-direzzjoni minn professjonisti biex jirnexxu filkarriera tagħhom. X Factor jagħti wkoll lill-artisti li jistgħu jkunu taħt ir-radar, is-saħħa biex joħorġu hemm barra. L-X Factor mhuwiex biss spettaklu, jipprovdi kurva ta’ tagħlim għal dawk l-artisti li jesperjenzawh u jagħtihom konsulenza mill-judges li għandhom l-industrija f'qalbhom. Kompli din: Ngħid IVA biss jekk…. Jekk naħseb li l-persuna għandha talent, ikun kemm ikun illustrat jew jekk ikun dak li hu msejjaħ raw talent. Jekk nara potenzjal u artist li jrid jasal, mela ser ngħid iva. Ħafna nies jista’ jkollhom talent jew ikunu kantanti tajbin imma ftit nies għandhom dak il-fattur li jagħmilhom artisti. Meta naħseb li nara dik il-kwalità speċjali nibqa’ ngħid iva. Iktar ma l-kompetizzjoni tavvanza aktar, nagħti inqas ‘iva’. Għalhekk l-iva tiegħi jibdew isiru aktar dipendenti fuq dak kollu li spjegajt hawn fuq. Tħossok skomda tagħti l-ġudizzju tiegħek fuq kantanti li jkunu ħbieb tiegħek? B'xorti tajba din is-sena ma kien hemm ħadd li kien ħabib. Fissnin preċedenti lanqas. Ma nikkunsidrax lil dawk li naf b’xi mod jew ieħor… ħbieb. Ejja nkunu realistiċi; jien ċerta li n-nies li jafuni permezz tal-industrija japprezzaw l-onestà tiegħi u għalhekk le ma nħossnix skomda nagħtihom kritika kostruttiva u onesta. Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena? Nixtieq il-Groups jew l-Overs peress li digà mexxejt lill-Boys u lill-Girls fis-snin preċedenti.

Kif kienet l-esperjenza li tkanta quddiem innies wara ħafna żmien fl-APS festival? Kienet eċċitanti li terġa’ tkun fuq il-palk. Irrid nammetti li l-udjenza bilqiegħda bil-maskri fuq wiċċhom kienet stramba. L-industrija tagħna ntlaqtet l-agħar. Aħna rrispettajna r-regolamenti kollha iżda stabbilimenti oħra ma ddejqux jiksru r-regolamenti. Allura iva, irrid nammetti li ħassejt inġustizzja kbira. Minkejja dan ħadt pjaċir inkun fuq il-palk u l-udjenza tagħna ħadet pjaċir blispettaklu tagħna.

GWIDA Ottubru 2021

17


Storja Prinċipali

Kif tiddeskrivi s-sajf 2021? Ħadt pjaċir bil-ħin mal-familja tiegħi imma mmissjajt il-ħin li kelli nqatta’ fuq il-palk. Kważi kull show li kelli bbukjata ġiet posposta. Esperjenzajt twelid waqt pandemija. Bdejt tibża’? Lanqas xejn. Kont f’idejn tal-ġenn u l-istaff ta’ Mater Dei u l-gynae tiegħi huma veru nies professjonisti. Ma nixba’ qatt nirringrazzjahom. Kif inhi r-relazzjoni ta' Harry u Gigi flimkien? X’kien qal meta ra lil Gigi l-ewwel darba? Verament tal-ġenn. Hi ffissata fuqu u Harry il-ħin kollu moħħu biex jilgħab magħha. Veru ħelwin. Meta raha l-ewwel darba niftakar li ried iżommilha jdejha. Veru kien mument ħelu! Qed naraw li Harry qed jinteressa ruħu filmużika wkoll. Gigi l-istess? Nemmen li Harry ser ikun involut fid-dinja talmużika. Gigi ma naħsibx għax iżjed iffissata fuq it-tisjir u l-ikel. X’jgħid meta jarak tkanta? Harry wasal għall-età fejn jgħidli biex nieqaf inkanta biex ikun jista‘ jisma' l-kanzunetta ddoqq. Gigi titbissem meta nkanta. Apparti minn hekk, Harry jistaqsi għall-kanzunetti tiegħi fil-karozza u għalhekk naħseb li jħobb il-mużika tiegħi. Meta jara lili fuq it-tv għall-X Factor jew fuq vidjow mużikali, jieħu pjaċir bih. Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew fiż-żmien li ġej? Mużika ġdida u vidjows ġodda, kunċerti u performances jekk il-pandemija tħallina naħdmu.

18 GWIDA Ottubru 2021



Storja Prinċipali

PHILIPPA

Ġurat ġdida f’ X Factor Malta 20 GWIDA Ottubru 2021


Storja Prinċipali

Kif ħadtha l-aħbar li ntgħażilt biex tkun ġurat fl-X Factor? Ma kontx qed nistennieha u kelli nomgħodha ftit għallbidu. Però meta tajtha ftit iktar ħsieb, ħassejt li tista' tkun opportunità mill-isbaħ biex nikkollabora ma’ artisti speċjali li għadu ħadd ma jaf bihom. Li kieku tagħżel kantant li tirrekordja kanzunetta magħha/miegħu/magħhom minn X Factor, liema tagħżel? Naħseb nagħżel Bloodline... ħalli nfaqqgħu diska b’naqra 4 part harmonies tal-blieh. Is-soltu narawk ma' Bettina. Timmissja li mhux ser tkun parti minn din l-esperjenza? Iva ta. Naħseb li drajt naqsam kollox magħha issa, u għallbidu ħassejtni naqra stramba nippoża għar-ritratti tal-X Factor campaign mingħajrha. Imma issa jiena u Ira Losco noqogħdu ninkuha ftit, u waqt li tkun qed tbennen id-dar, nibagħtulha selfies tan-Newer Victorians on set. Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena? Naħseb jew il-gruppi jew il-girls. It-tnejn li huma jinteressawni. Għaliex tħoss li X Factor hu importanti? Naħseb li X Factor huwa pjattaforma importanti biex jinstab talent ġdid. Apparti minn hekk, il-proċess jirrifletti r-realtà tal-industrija, biss b'rata aktar mgħaġġla minħabba l-element kompetittiv. Iġiegħel artist biex jidentifika l-unique selling point tiegħu, il-ħoss tiegħu personali, l-image, u l-istil u r-repertorju li jaħdem għallvuċi tiegħu. Fl-aħħar naħseb li l-fatt li tiltaqa' ma' ħafna aktar nies bħalek f’din l-industrija hija ħaġa imprezzabbli wkoll. Kont parti mill-ġurija fil-judges’ houses. Liema kienet l-aktar prestazzjoni li ħadt gost tiġġudika? Celine kienet għoġbitni ħafna. Kompli din: Ngħid IVA biss jekk… nemmen li l-persuna quddiemi hija artista, u mhux biss kantanta.

GWIDA Ottubru 2021

21


Storja Prinċipali

Ktibt il-kanzunetta rebbieħa ta' L-Għanja talPoplu. X’kien il-ħsieb? X’għedtu xħin rebaħ? Meta Sean Borg avviċinana biex niktbulu kanzunetta, żgur li ma konniex qed nistennewha. Sean kien ilu jdoqq magħna f’The New Victorians bħala vjolinist minn mindu bdejna, imma qatt ma konna ħdimna flimkien b’dan il-mod. Kienet sfida li interessatna u aċċettajna li nippruvaw nikkreaw silta dwar it-tema “Fuq L-Ixkaffa”. Kienet pjuttost esperiment, jiġifieri l-fatt li mbagħad intgħażlet bħala l-kanzunetta rebbieħa kien ta’ xokk u unur kbir. Xħin rebaħ... dħaqna. Bettina kienet fl-aħħar ġranet tat-tqala tagħha jiġifieri lanqas biss setgħet tkun fit-teatru, u kienet qed issegwi mitTV id-dar. Xħin rebaħ ċempiltilha ta' malajr fuq FaceTime ħalli tkun tista' tippoża magħna għarritratti virtwalment. Kif tiddeskrivi s-sajf tal-2021? Differenti. Normalment ikollna ħafna gigs bħallBeer Fest, Marsovin Wine Festival, xi gigs jew festivals barra minn Malta eċċ, però dis-sena minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet fuq l-events, kien sajf ħafna iktar kwiet. Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew minn Philippa fiż-żmien li ġej? Album ġdid, produzzjonijiet teatrali ġodda, allfemale songwriting camp, film dokumentarju oriġinali u ħafna iktar!

22 GWIDA Ottubru 2021



Storja Prinċipali

IVAN GRECH Ġurat ġdid f’X Factor Malta

24 GWIDA Ottubru 2021


Storja Prinċipali

Segwejthom l-istaġuni preċedenti? Kien hemm xi kantant/a grupp li vera għoġbok? Kont insegwi xi ftit siltiet fuq il-midja socjali, però ħafna mil-live shows kont insegwihom fuq it-televiżjoni. Kien hemm talent ġdid u interessanti, kien hemm uħud li għoġbuni, fost oħrajn Luke Chappell u F.A.I.T.H. Kont sorpriż ħafna bl-eliminazzjoni ta’ Jasmine Abela; għoġbitni ħafna Justine Shorfid – vuci impressjonanti, u ma nistax ma nsemmix lil Destiny – brava immens. X’qed tistenna mit-tielet staġun? Qed nistenna li niskopru aktar talent ġdid, personalitajiet differenti li b’xi mod jesprimu dak li huma. Xejn ma jagħmel l-artisti aktar interessanti u oriġinali milli meta jesprimu dak li huma, aktar ma jkunu leali lejn dak li jagħmilhom uniċi aktar hemm ċans li jimxu 'l quddiem. Għaliex tħoss li X Factor hu importanti? X Factor huwa importanti għax joħloq spazju u pjattaforma fejn artisti ġodda jistgħu jiġu skoperti u jingħataw opportunitajiet fejn jistgħu verament jimirħu u jsaħħu t-talent tagħhom. L-importanti huwa li dawn l-artisti jifhmu li dan huwa biss bidu, X Factor jista’ jqabbdek it-triq, però safejn ser jaslu jiddependi ħafna minnhom, iridu jkunu mija fil-mija determinati u ddedikati. F’din l-industrija trid tagħti kollox, ma taqtax qalbek u ma tħoss qatt li wasalt. Kif ħadtha l-aħbar li ntgħażilt biex tkun ġurat fl-X Factor? Jien tul il-karriera kelli ħafna stediniet sabiex inkun parti minn ġurija f’avvenimenti

ewlenin, però dejjem kont xettiku u qatt ma aċċettajt. Din id-darba wkoll ma kontx ċert, però tkellimtha, ħsibtha sew u bdilt fehemti. Irraġunajt li l-maġġoranza assoluta talparteċipanti huma talent ġdid u l-aktar ħaġa li inkuraġġietni hi li nista’ nagħti l-kontribut tiegħi billi ngħaddi u naqsam ma’ dan it-talent frisk dak kollu li nista’ mill-esperjenza tiegħi fid-dinja tal-mużika. Liema kategorija tixtieq li tieħu ħsieb din is-sena? Mistoqsija iebsa, ma ħsibtx fuqha. Forsi talOvers?! Fl-aħħar mill-aħħar, li jiġi merħba bih. Covid-19 ma kienet xejn faċli għalik u għall-familja tiegħek. Tgħidilna ftit fuq din l-esperjenza? Iva, barra li xogħli bħala mużiċist waqaf tista’ tgħid kompletament minħabba l-pandemija u allura batejna ħafna finanzjarjament bħal ħafna oħrajn, sfortunatament f’Marzu li għadda ħriġt pożittiv bil-Covid-19. Għadni ma nafx kif għax kont dejjem attent. Kelli niżola ruħi f’kamra waħdi għal ħmistax-il ġurnata. Kienet esperjenza kerha ħafna; tlitt ijiem minnhom uġigħ fl-għadam u fil-muskoli, konfużjoni u taħwid fil-moħħ, tlift is-sens tax-xamm u spiċċajt bla saħħa, iżda l-agħar kien għadu ġej. Wara li għamilt test u ġejt negattiv, ħsibt li l-kbir għadda, però ma kienx hekk. Jumejn wara tlift leħni u domt aktar minn xahrejn u nofs, ħafna minnhom mingħajr leħen kompletament. Kont immur għand it-tabib u l-professur li poġġewni fuq mediċina apposta, però domt ħafna biex nara xaqq ta’ tama. Kif tistgħu timmaġinaw

GWIDA Ottubru 2021 25


Storja Prinċipali

kienet fażi devastanti għalija, affettwatni ħafna moralment u mentalment. Kieku ma kinux dawk viċin tiegħi u ma sibtx saħħa ġewwa fija biex nibqa’ nittama li kollox ser jerġa’ jiġi għan-normal, ma nafx kif kien ser jirnexxili noħroġ minn din il-fażi mudlama f’ħajti. Bżajt li ser titlef il-vuċi? Iva kien hemm mumenti fejn xejn ma kien ċert. Beda jgħaddi ż-żmien mingħajr ma nagħmel ebda tip ta’ progress, inkubu li ma nixtieq lil ħadd jgħaddi minnu. Min baqa’ jgħid li l-Covid hija xi tip ta’ influwenza bħall-oħrajn ma jafx x’qed jgħid. II-Covid mhux ċajta. Ma ninsewx li kien hemm min spiċċa ħafna agħar minni u ħafna oħrajn tilfu ħajjithom. Kondoljanzi sinċiera lil kull min ġarrab telf. Kif tiddeskrivi s-sajf 2021? Lejn nofs is-sajf bdejt ġej f’sikkti u bil-mod leħni beda ġej lura u kelli xi guest performances żgħar f’events differenti. Iżda fuq kollox komplejt naħdem fuq mużika ġdida, ikkomponejt diski ġodda li ser tisimgħuhom fil-futur qarib, erġajt ksibt il-muża li ħarġitni ’l barra mill-comfort zone tiegħi. Ħloqt

ħafna biċċiet instrumentali, tipo soundtracks tal-films, nixtieq li dawn jiġu rranġati sabiex jindaqqu minn orkestra u eventwalment nirrikordjahom, u noħloq esperjenza awdjoviżiva. Kompli din: Ngħid IVA biss jekk…. Naqbel vera, il-bqija ngħid LE u dak li nħoss. Mill-karriera tiegħek, x’għandna nistennew fiż-żmien li ġej? Winter Moods lura wara stennija twila b’silta gdida “The Journey”, silta li ċert ser tinżel għasel mas-segwaċi tal-grupp. Eventwalment nagħmlu kunċert ieħor ta’ Winter Moods. Jiena bħala solist… aktar siltiet, kollaborazzjonijiet, perfomances u affarijiet oħra li tipprovdi l-ħajja u l-vjaġġ mużikali tiegħi.

26 GWIDA Ottubru 2021




IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA Kulma trid tagħmel hu li ġġemma’ t-12-il kupun li ser joħorġu meta tiġi ppubblikata din ir-rivista tul din is-sena. Dan hu l-għaxar kupun. Jonqos li joħorġu 2 oħra. L-ewwel kupun ħareġ fl-ewwel edizzjoni ta’ Jannar. Ibgħat il-kupuni kollha f’daqqa sal-31 ta’ Diċembru, u tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti!

KUPUN 10 – Ottubru 2021

X Factor Malta Sib it-tweġiba mill-intervista li għamilna mat-tim ta’ X Factor

Meta hi l-ġurnata li ser jixxandar X Factor Malta? Agħżel tweġiba waħda biss minn dawn:

Q Il-Ħadd Q It-Tnejn Q Il-Ġimgħa Ibgħat dan il-kupun flimkien ma’ 11 oħra fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010

10/ 12


Skeda

NHAR TA’ ĦADD 08:04 Uno weekend 08:50 TG1 - L.I.S. 08:55 Paesi che vai - Luoghi, detti, comuni I Grandi Maestri del colore 09:40 A sua immagine 10:20 NewBudapest: Santa Messa conclusiva del 52esimo Congresso Eucaristico Internazionale 12:00 Linea Verde Estate 12:30 Telegiornale 13:00 Da noi... a ruota libera 16:15 TG1 16:20 Da noi... a ruota libera 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:35 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Programma da definire 22:05 Speciale TG1 23:10 Rainews 24 TVM 06:00 Nostalgija 07:00 Vizjoni 07:30 Ta' Filghodu 09:00 Ahbar Tajba - Keith Demicoli ser jirritorna fuq TVM bi programm soċjo-reliġjuż. Blewwel sezzjon ser ikun hemm mistieden li jitkellem fuq suġġett morali. Il-programm ser jiddiskuti għadd ta’ suġġetti varji. 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:30 Malta u lil hinn minnha 12:00 News 12:15 Uejja - Kwiżż show ġdid bi preżentazzjoni ta’ Angie Laus. 15:00 Cappas 15:45 Madagascar 16:15 Lenti 16:45 Ghawdex Illum 17:15 @Magic 17:45 Tghid x'inhu 18:00 Muzika Muzika - it-triq 'il quddiem 18:45 Ninvestigaw X'Qed nieklu 19:45 Mill-Palazz 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 X Factor 22:30 Tertuqa 35 23:00 Fil-Gnien ma' Melo TVMnews+ 06:00 Euronews 07:00 News + Sports + Weather 07:30 Harifa Maltija 08:00 News + Sports + Weather 08:15 Mill-Palazz 08:30 Hadt L-ahbar 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Investigaturi tal-Muzika

30 GWIDA Ottubru 2021

10:30 MEA 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Resume' 12:00 Gadgets 12:45 Etimologija 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Sports Live + 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Tezori mill-Belt Siekta 21:00 90 Minuta 22:00 News in English 22:05 DOT EU 22:30 Ghawdex Illum Subtitled 23:00 News update 23:15 Champions League Magazine 23:45 Europa League Magazine 00:15 Euronews ONE 08:40 Paperscan 10:30 Attivita’ Politika 11:30 Mill-Chcina ta’ Dari 17:00 Mqades l-Istorja 18:00 L-Argument 20:10 Ieqaf 20 minuta 20:30 Min Imissu (R) NET 12:05 Mir-reffitorju 15:20 Sport Extra 16:30 Family Affair 18:10 Għand il-Veġan 18:55 Replay Live Score 19:30 Aħbarijiet 21:00 Replay RAI 1 06:05 07:00 07:20 08:00

NewOverland TG1 Uno weekend TG1

Italia 1 06:36 L'orso Yogi 06:43 Tom & Jerry Kids 06:58 Scooby Doo - Dove sei tu? 07:48 I Flinstones 08:17 The new Fred and Barney show 08:46 Riverdale 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:04 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:11 Sport Mediaset 12:47 E-planet 13:14 Lucifer 15:07 Whiskey Cavalier 16:52 The Goldbergs 17:17 Studio aperto Live 17:20 Meteo.it 17:30 Studio Aperto 18:28 CSI - Scena del crimine 20:24 Colorado 23:16 MOVIE


Skeda

Canale 5 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:59 TG5 07:42 Meteo.it 07:49 Tg5 - Speciale 09:00 Santa Messa 09:57 Le storie di Melaverde 10:58 Melaverde 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:40 L'arca di Noè 13:00 Beautiful 13:20 Una vita 15:26 Tre All'improvviso

17:45 18:54 19:01 19:33 19:38 20:31 23:19 23:59

Caduta libera Tg 5 - Prima pagina TG5 Meteo.it Paperissima Sprint Scherzi a parte TG5 Meteo.it

NHAR TA’ TNEJN TVM 6:30 7:00

Sorelle (R) Ta’ Filgħodu – Għodwa sabiħa tibda b’tazza kafe u l-kariżma speċjali li għandu Ray Attard. Sharp Shoot Media qed jaħdmu għall-progrm divertenti ta’ kull filgħodu. 9:00 FitAM – Melanie Kelly u Andreana jirritornaw flimkien għat-tieni staġun ta’ FitAM. Dan il-programm idur malattivita fiżika u kemm hu mportanti li wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu. 9:30 Quddies 10:00 Għaddi s’hawn – Antonella tirritorna fuq TVM bi programm ġdid. 11:45 Snekks – Riċetti qosra u bnini. 12:00 Aħbarijiet 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna 14:40 Dr. Protomiks – programm għat-tfal 14:55 Naqraw flimkien 15:05 Avaru 15:10 Backstage 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma’ Steph 18:00 Ilsienna 18:30 Moħħok Hemm – Kwiżż show ġdid ma’ Carlo Borg Bonaci 19:15 Venere 19:45 Skritt 20:00 L-Aħbarijiet 21:00 Noli - Noli hija storja mimlija emozzjonijiet ta’ tfajla li rat lil ħajjitha tinqaleb ta’ taħt fuq, hekk kif missierha ġie maqtul, u ftit wara sparixxa t-tifel tagħha waqt logħba ta’

22:00 22:30 23:00 23:30

bejniethom. Georgia spiċċat waħedha imma l-uġigħ u l-frustrazzjoni biddlithom f’determinazzjoni biex issir investigattriċi ewlenija fi sforz biex hi wkoll jirnexxilha tasal għall-veritá li tant kellha bżonn issir taf. Ma' kull każ li bdiet issolvi mal-iskawdra tagħha aktar ma setgħetx tifhem x’kien qed iżommha milli ssolvi dak li tant kella bżonn tasal għalih. Carter Jirraporta Ħajjitna Ktieb Kollezzjonist (R) Sorelle (R)

TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM

08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Mewta siekta 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Ninvestigaw x'qed nieklu 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Fifla 14:00 News + Sports + Weather 14:05 9/11 - il-Maltin li kienu hemm 14:45 Investigaturi tal-Muzika 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Ghawdex Illum 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Etimologija 16:30 UEFA Champions League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Sports Ghawdex 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Realta' 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Realta' 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 XTRA 22:00 News in English 22:05 Proprjeta Malta 22:45 Etimologija 23:00 News update 23:15 Sports Ghawdex 23:45 UEFA Champions League Magazine 00:15 Euronews

GWIDA Ottubru 2021

31


Skeda

ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 12:35 Step Up 13:00 – Kalamita 16:00 Prime time Preview 18:30 Pjazza 17:30 Flimkien ma’ Nancy 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Reboot 21:15 Ġrajjiet Kurrenti NET 7:00

Net AM - Keane Cutajar u Roberta Bonello se jkunu qed jippreżentaw mit-Tnejn salĠimgħa fis-7am. 12:30 Bejnietna – Edizzjoni oħra ta’ dan il-programm immexxi minn Dulcima Aquilina u Stephanie Chircop 16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te – Marco Calleja, Valerie Vella u Marilena Gauci ser jippreżentaw dan il-programm divertenti. 18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Ulied il-lejl – serje ibbażat fuq ir-rumanz bestseller Suwed Ulied il-Lejl. 21:40 Newsroom

08:09 Unomattina 08:30 TG1 Flash 08:35 TG Parlamento 08:38 Unomattina Estate 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:00 Che tempo fa? 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Il commissario Montalbano 22:25 Sette Storie 22:40 TG1 Sera 22:44 Sette Storie 23:35 Rainews 24

08:36 09:33 11:25 11:59 12:03

Italia 1 06:53 L'incantevole Creamy 07:19 Una spada per Lady Oscar 07:44 Dr. House - Medical Division

Canale 5 06:30 Tg 5 - Prima pagina 06:54 Meteo.it 06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 12:00 TG5 12:35 Meteo.it 12:42 Beautiful 1:08 Una vita 1:45 Uomini e donne 3:35 Love is in the air 4:35 Pomeriggio Cinque 5:45 Caduta libera 6:42 Tg 5 - Anticipazione 6:54 Tg 5 - Prima pagina 7:01 TG5 7:34 Meteo.it 7:38 Paperissima Sprint 8:32 Grande Fratello Vip

RAI 1 06:00 TG1 06:12 Unomattina 06:30 TG1 - L.I.S. 06:33 Unomattina 06:50 Che tempo fa? 06:51 Unomattina 08:07 Che tempo fa?

12:11 12:43 13:34 14:24 14:53 15:48 16:15 16:47 17:21 17:24 17:29 18:28 19:24 20:15 22:35

Dr. House - Medical Division C.S.I. New York Studio Aperto Meteo.it Sport Mediaset Anticipazioni Sport Mediaset I Simpson I Griffin The Big Bang Theory Mom Superstore Friends Friends Studio aperto Live Meteo.it Studio Aperto CSI - Scena del crimine N.C.I.S. - Unità anticrimine Killer Elite Tiki Taka - La repubblica del pallone

NHAR TA’ TLIETA TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Common Sense 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage

32 GWIDA Ottubru 2021

15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Kaxxarizz– Kull programm ser jiddiskuti kollezzjonijiet privati li nsibu fil-mużewijiet. 18:30 Mohhok Hemm 19:15 Ritratti 19:45 Tezori mill-Belt Siekta 19:50 Malta Film Awards 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Nostalgija – l-istorja spiċċat meta Frank kien irrabbjat

sew għall-missieru. Dun Feliċ iqabbad lil Philip biex jaqra ittra pastorali mibgħuta mill-arċisqof. George iqabbad lil Philip biex jixtrilu card u bukkett fjuri għall-anniversarju taż-żwieġ. Dun Feliċ jipperswadi lil Grezzju biex jibda programm ħalli jieqaf jixrob. John u Sarah jaqblu li jtemmu l-istorja ta’ mħabba ta’ bejniethom. Grezzju jasal u jħabbar lil uliedu li se jibda programm biex jaqta’ x-xorb.


Skeda

22:00 Manwel Dimech 22:30 Gramma 23:00 Paq Paq ® 23:30 Sorelle ®

23:00 News update 23:15 Tigriet Biss 23:45 Knots 00:15 Euronews

TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Ghawdex Illum 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Ilsienna 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Realta' 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Realta' 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Proprjeta Malta 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Tezori mill-Belt Siekta 16:30 Knots 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Tigriet Biss 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Insights 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Insights 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 DOT EU 21:00 Sports Panorama 22:00 News in English 22:05 MEA 22:45 Common Sense

ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 12:35 Step Up 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 17:30 Dak Li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Revved 21:00 taf x’qed jgħidu? 22:15 The Big Step NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna – 16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te – 18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Chernobyl – programm li ser jidħol fid-dettal dwar x’seħħ eżattament, dak li ġara wara u għaliex ġew moħbija ċ-ċirkostanzi li waslu għal din it-traġedja. 21:40 Magħkom RAI 1 06:00 06:12 06:30 06:33 08:00 08:07 08:09 08:30 08:35 08:38 08:50

TG1 Unomattina TG1 - L.I.S. Unomattina TG1 Che tempo fa? Unomattina TG1 Flash TG Parlamento Unomattina TG1

08:55 10:55 12:30 13:00 14:55 15:45 15:55 16:00 16:05 17:45 19:00 19:30 20:25 22:30 22:45 22:50

Storie italiane E' sempre mezzogiorno Telegiornale Oggi è un altro giorno Il paradiso delle signore TG1 TG1 Economia Che tempo fa? La Vita in Diretta Reazione a catena Telegiornale Soliti Ignoti - Il Ritorno Morgane: Detective geniale Porta a porta TG1 Sera Porta a porta

Italia 1 07:12 Una spada per Lady Oscar 07:38 Dr. House - Medical Division 09:30 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:04 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:11 Sport Mediaset 12:43 I Simpson 13:34 I Griffin 14:24 The Big Bang Theory 14:55 Mom 15:49 Superstore 16:14 Friends 16:46 Grande Fratello Vip 17:21 Studio aperto Live 17:24 Meteo.it 17:30 Studio Aperto 18:27 CSI - Scena del crimine 19:28 N.C.I.S. - Unità anticrimine 20:17 Programmazione Mediaset 20:20 Battiti live 22:47 Programmazione Mediaset 22:51 Bordertown Canale 5 06:00 Tg 5 - Prima pagina 06:59 TG5 07:41 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:42 Beautiful 13:08 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:40 Love is in the air 16:34 Pomeriggio Cinque 17:45 Caduta libera 18:36 Tg 5 - Anticipazione 18:54 Tg 5 - Prima pagina 19:01 TG5 19:26 Meteo.it 19:29 Paperissima Sprint 19:46 Calcio: UEFA Champions League 21:57 Calcio: UEFA Champions League 22:33 X-Style

GWIDA Ottubru 2021 33


Skeda

NHAR TA’ ERBGĦA TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Snekks 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Vizjoni - l-aħwa Preca ser jippreżentaw programm fuq il-gastronimija u l-kċina. 18:30 Mohhok Hemm 19:15 Wirt u Eredi 19:45 Super 5 Lottery 19:50 Malta Film Awards 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Attwali – programm ġdid preżentat minn Norma Saliba. Ser jiġu diskussi stejjer li qed jagħmlu l-aħbar. 21:45 A day in the life – Wayne Camilleri flimkien ma’ Peter Borg ser jiltaqgħu ma’ diversi personalitajiet mix-xena tal-arti u l-entertainment li għandhom passjoni kbira f’xogħlhom. Dan il-programm ser juri li millindustrija tal-arti, karriera tkun possibli. 22:00 Venere® 22:30 Nota f'Nota ® 23:00 Kaxxarizz ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Ghawdex Illum subtitled 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Kaxxarizz 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti

34 GWIDA Ottubru 2021

13:30 Insights 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Insights 15:00 News + Sports + Weather 15:15 MEA 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Mill-Palazz 16:30 Champions League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 3 Pointer 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Topik 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Topik 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 UEFA Champions League 23:00 News update 23:15 Highlights UEFA Champions League 00:15 Euronews ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( MitTnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 12:35 Step Up 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Agħtuna Ċans Ngħidu Storja NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna –

16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te – 18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Kontrokurrent 21:40 Frekwenzi RAI 1 07:00 TG1 07:25 Che tempo fa? 07:27 Unomattina 08:00 TG1 08:09 Unomattina 08:30 TG1 Flash 08:35 Rai Parlamento Telegiornale 08:40 Linea Verde - Meteo Verde 08:41 Unomattina 08:50 Santa Messa 10:30 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:00 Che tempo fa? 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Pretty Woman 22:35 Porta a porta 22:50 TG1 Sera 22:56 Porta a porta Italia 1 05:51 I Puffi 06:21 Pollyanna 06:48 L'incantevole Creamy 07:14 Una spada per Lady Oscar 07:41 Dr. House - Medical Division 09:32 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:58 Meteo.it


Skeda

11:59 Grande Fratello Vip 12:14 Sport Mediaset Anticipazioni 12:21 Sport Mediaset 13:03 I Simpson 14:21 The Big Bang Theory 15:18 Mom 16:13 Superstore 16:39 Friends 17:06 Grande Fratello Vip 17:23 Studio aperto Live 17:26 Meteo.it 17:32 Studio Aperto 18:31 CSI - Scena del crimine 19:33 N.C.I.S. - Unità anticrimine

20:23 Baywatch 22:48 Nudi e felici Canale 5 06:00 Tg 5 - Prima pagina 06:54 Meteo.it 06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:44 Beautiful 13:10 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip

15:25 16:35 17:45 18:40 18:54 19:01 19:31 19:36 20:25 22:50 23:26

Love is in the air Pomeriggio Cinque Caduta libera Tg 5 - Anticipazione Tg 5 - Prima pagina TG5 Meteo.it Paperissima Sprint Luce dei tuoi occhi X-Style TG5

NHAR TA’ ĦAMIS TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Tal-Ewwel 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Il-Kollezzjonist 18:30 Mohhok Hemm 19:15 Gourmet Challenge 19:45 Il-Bolla 19:50 Malta Film Awards 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Għad-dell ta’ San Pietru – enċiklopedia kif il-kurja papali taħdem. Dokumentarju interessanti ta’ x’qed jiġri fil-vatikan. Dan il-programm juri l-wirt storiku u l-ħajja ta’ kuljum mill-Vatikan. 22:00 Nisfidak – 3 iħbieb jisfidaw lil xulxin biex jagħmlu sfidi ħorox, bla skript, bla regoli u kollox misteru! 22:30 Luxdesign® 23:15 Etimologija ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM

08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Nota f'Nota 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Paq Paq 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Topik 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Topik 15:00 News + Sports + Weather 15:15 L-intrapriza 15:30 Il-Mara 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 Common Sense 16:30 Motorsmt 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 Ruggers 18:00 News + Sports + Weather 18:30 Mill-kamra 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Mill-kamra 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 UEFA Europa League 23:00 News update 23:15 Highlights UEFA Europa League 00:15 Euronews ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( Mit-Tnejn sal-Hadd)

10:00 Espresso 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 16:15 Popcorn 17:00 Zona Sport 17:30 Mhux Kemm Taf 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 – Awla NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna – 16:20 Missio Tfal 16:30 Kikkra Te – 18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:30 Imbarazzanti 21:40 Il-Vjaġġ it-tajjeb

GWIDA Ottubru 2021 35


Skeda

14:22 15:16 16:12 16:38 17:05 17:22 17:25 17:31 18:30 19:31 20:21 23:00

RAI 1 07:00 07:25 07:27 08:00 08:07 08:09 08:30 08:35 08:38 08:50 08:55 10:55 12:30 13:00 14:55 15:45 15:55 16:00 16:05

TG1 Che tempo fa? Unomattina TG1 Che tempo fa? Unomattina TG1 Flash Rai Parlamento Telegiornale Unomattina TG1 Storie italiane E' sempre mezzogiorno Telegiornale Oggi è un altro giorno Il paradiso delle signore TG1 TG1 Economia Che tempo fa? La Vita in Diretta

17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Il commissario Montalbano Il sorriso di Angelica - Season 9 Episode 1 22:35 Porta a porta 22:50 TG1 Sera 22:55 Porta a porta Italia 1 07:04 Una spada per Lady Oscar 07:30 Dr. House - Medical Division 09:35 C.S.I. New York 11:25 Studio Aperto 11:59 Meteo.it 12:00 Grande Fratello Vip 12:15 Sport Mediaset - Anticipazioni 12:22 Sport Mediaset 13:05 I Simpson

The Big Bang Theory Mom Superstore Friends Grande Fratello Vip Studio aperto Live Meteo.it Studio Aperto CSI - Scena del crimine N.C.I.S. - Unità anticrimine Chicago Med Dune

Canale 5 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:55 Traffico 06:58 Meteo.it 06:59 TG5 07:44 Morning news 09:57 Forum 12:00 TG5 12:39 Meteo.it 12:40 Beautiful 13:10 Una vita 13:44 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:20 Love is in the air 16:35 Pomeriggio Cinque 17:45 Caduta libera 18:42 Tg 5 - Anticipazione 18:57 Tg 5 - Prima pagina 19:00 TG5 19:38 Meteo.it 18:39 Paperissima Sprint 20:20 Star in the star

NHAR TA’ ĠIMGĦA TVM 06:30 Sorelle ® 07:00 Ta' Filghodu 09:00 FITAM 09:30 Quddiesa tal-Jum 10:00 Ghaddi s'hawn 11:45 Snekks 12:00 News 12:15 Niskata 14:35 Ilsienna Short 14:40 Dr Protomiks 14:55 Naqraw Flimkien 15:05 Avaru' 15:10 Backstage 15:40 Investigaturi tal-Muzika 15:45 Sorelle 16:30 Maltarti 16:45 Illum ma' Steph 18:00 Nota f'Nota 18:30 Mohhok Hemm 19:15 Tertuqa 35 19:45 Super Star Lottery

36 GWIDA Ottubru 2021

19:50 Malta Film Awards 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Mustaċċuni – Ron Briffa u Ray Callejja ser jippreżentaw programm flimkien komiku b’għadd ta’ personalitajiet distinti. 23:00 Ritratti ® 23:30 Sorelle ® TVMnews+ 06:00 Euronews 06:55 TVAM 07:00 News + Sports + Weather 07:15 TVAM 08:00 News + Sports + Weather 08:15 TVAM 09:00 News + Sports + Weather 09:15 Maltarti 09:30 Hajjitna Ktieb 10:00 News + Sports + Weather

10:15 Ilsienna Short 10:30 Euronews 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Sports + Weather + No comment 12:00 Vizjoni 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Maltarti 13:30 Mill-Kamra 14:00 News + Sports + Weather 14:05 Mill-Kamra 15:00 News + Sports + Weather 15:15 Anzjanita' 15:45 Ilsienna Short 16:00 News + Sports + Weather 16:15 A day in the life 16:30 UEFA Europa League Magazine 17:00 News + Sports + Weather 17:15 Maltarti 17:30 GFA Roundup


Skeda

07:41 09:36 11:28 12:02 12:03 12:18 12:25 13:14 14:34 15:27 16:23 16:49 17:17 17:33 17:36 17:41 18:40 19:42 20:31 22:25

18:00 News + Sports + Weather 18:30 Carter Jirraporta 19:00 News + Sports + Weather 19:05 Kuxjenza 19:30 Tghid x'inhu 19:45 Investigaturi tal-Muzika 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Topik 22:00 News in English 22:05 L-intrapriza 22:30 Wirt u Eredi 23:00 News update 23:15 3 Pointer 23:45 GFA Roundup

16:30 Kikkra Te – 18:10 Net Live 19:30 Aħbarijiet 20:15 Flusek 20:45 Polis 21:40 Replay Preview

ONE 06:45 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-Jum ( MitTnejn sal-Hadd) 10:00 Espresso 13:00 Kalamita 16:00 Prime time Preview 16:45 Country Jamboree 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 20:10 PrimeTime 20:30 Niftakru 21:00 Min Imissu?!

RAI 1 07:00 TG1 07:25 Che tempo fa? 07:27 Unomattina Estate 08:00 TG1 08:07 Che tempo fa? 08:30 TG1 Flash 08:35 Rai Parlamento Telegiornale 08:50 TG1 08:55 Storie italiane 10:55 E' sempre mezzogiorno 12:30 Telegiornale 13:00 Oggi è un altro giorno 14:55 Il Paradiso delle signore 15:45 TG1 15:55 TG1 Economia 16:05 La Vita in Diretta 17:45 Reazione a catena 19:00 Telegiornale 19:30 Soliti Ignoti - Il Ritorno 20:25 Tale e quale show 22:55 TG1 Sera 23:00 TV 7

NET 7:00 Net AM 12:30 Bejnietna – 16:20 Missio Tfal

Italia 1 06:15 Pollyanna 06:43 L'incantevole Creamy 07:14 Una spada per Lady Oscar

Dr. House - Medical Division C.S.I. New York Studio Aperto Meteo.it Grande Fratello Vip Sport Mediaset Anticipazioni Sport Mediaset I Simpson The Big Bang Theory Mom Superstore Friends Grande Fratello Vip Studio aperto Live Meteo.it Studio Aperto CSI - Scena del crimine N.C.I.S. - Unità anticrimine Rambo Lo specialista

Canale 5 06:30 Tg 5 - Prima pagina 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:59 TG5 07:42 Morning news 10:00 Forum 11:58 TG5 12:34 Meteo.it 12:41 Beautiful 13:06 Una vita 13:45 Uomini e donne 15:10 Grande Fratello Vip 15:20 Love is in the air 16:35 Pomeriggio Cinque 17:50 Caduta libera 18:40 Tg 5 - Anticipazione 18:56 Tg 5 - Prima pagina 19:03 TG5 19:34 Meteo.it 19:37 Paperissima Sprint 20:20 Grande Fratello Vip

GWIDA Ottubru 2021 37


Skeda

NHAR TA’ SIBT TVM 06:00 Noli ® 07:00 Dr Protomiks Naqraw Flimkien Avaru Backstage 09:30 Gourmet Challenge 10:00 Nota f'Nota® 10:30 Ilsienna® 11:00 Fil-Gnien ma' Melo 11:30 Hygieia 12:00 News 12:15 Sibtek 15:00 Harifa Maltija 15:30 Mir-Renju tal-Annimali 16:00 Luxdesign 16:45 Aroma Kitchen 18:00 Paq Paq 18:30 Gadgets 19:15 Animal Diaries 19:45 Lotto 20:00 News/Sports News/Weather Report/Financial News 21:00 Joseph Calleja 2021 San Remo 70 years of dreams 22:30 Malta u lil hinn minnha® 00:00 Sibtek® TVMnews+ 06:00 Euronews 07:00 News + Sports + Weather 07:30 Tertuqa 35 08:00 News + Sports + Weather 08:15 Tezori mill-Belt Siekta 08:30 Malta u lil hinn minnha 10:00 News + Sports + Weather 10:15 Mill-Palazz 10:30 L-intrapriza 10:45 Skritt 11:00 News + Sports + Weather 11:30 Resume' 12:00 Il-Kollezzjonist 12:30 Euronews 13:00 News + Sports + Weather 13:15 Sports Live + 20:00 News + Sports + Weather + Financial News 20:45 Attwali ® 21:45 Il-Bolla 22:00 News in English

38 GWIDA Ottubru 2021

22:05 L-intrapriza 22:30 Carter Jirraporta 23:00 News update 23:15 Motorsmt 23:45 Ruggers ONE 08:30 better Living 17:30 Sabiħa l-Ħajja 18:00 Pink Panther 18:45 Ondroad 20:10 Ieqaf 20 minuta 20:35 Arani Issa NET 12:30 Jekk jogħġobkom 15:00 Ara Min Mar - intervisti ma’ nies li esperjenzaw ħidma filmissjoni. 18:10 JienInt – programm soċjoreliġjuż ma’ Francesca Polidano 18:50 Meander 16:30 Family Affair 19:30 Aħbarijiet 20:30 The Entertainers RAI 1 07:00 TG1 07:30 Unomattina in Figlia 08:00 TG1 08:30 TG1 - L.I.S. 09:25 Buongiorno benessere - Tutti i colori della salute 10:20 Passaggio a Nord-Ovest 11:00 Linea Verde Radici 11:30 Linea Verde Life 12:30 Telegiornale 13:00 Linea blu Nord Gallura 13:50 A sua immagine 14:30 TG1 14:45 60° Anniversario Frecce Tricolori 17:45 Reazione a catena 19:35 Soliti Ignoti - Il Ritorno 21:30 MOVIE 22:30 TG1 Sera 23:40 Rainews 24

Italia 1 06:04 Grown-ish 07:03 Mila e Shiro - Due cuori nella pallavolo 07:55 Occhi di gatto 08:50 Riverdale 11:26 Studio Aperto 12:00 Meteo.it 12:06 Sport Mediaset Anticipazioni 12:12 Sport Mediaset 12:47 Drive Up 13:25 DC's Legends of Tomorrow 15:12 Supergirl 16:56 The Goldbergs 17:21 Studio aperto Live 17:25 Meteo.it 17:31 Studio Aperto 18:29 CSI - Scena del crimine 19:32 CSI - Scena del crimine 20:24 MOVIE Canale 5 06:45 Tg 5 - Prima pagina 06:54 Meteo.it 06:59 TG5 07:43 Meteo.it 07:49 X-Style 10:00 Forum 11:58 TG5 12:33 Meteo.it 12:44 Beautiful 13:06 Una vita 13:40 Elisa di Rivombrosa 15:41 Spirito libero 16:37 Spirito libero 17:44 Conto alla rovescia 18:40 Tg 5 - Anticipazione 18:54 Tg 5 - Prima pagina 19:01 TG5 19:33 Meteo.it 19:38 Paperissima Sprint 20:31 La musica è cambiata 23:36 TG5



Intervista

MARK SAMMUT

Iċ-chairman ta’ PBS jiddiskuti l-iskeda l-ġdida Dr. Mark Sammut huwa ċ-chairman il-ġdid tal-PBS. Mis-27 ta’ Settembru wieħed seta’ jinnota t-tibdiliet drastiċi fi ħdan dan l-istazzjon, fosthom identità ġdida, stazzjon ġdid; TVMnews+ u programmi friski. Tkellimna ma’ Mark Sammut fuq l-iskeda l-ġdida u t-tibdiliet li saru. TVMnews+. X’inhi l-idea warajh u kif intlaqa’ mill-produtturi? X’ser inkunu qed naraw? TVMnews+ huwa stazzjon li qed jiffoka iktar fuq l-aħbarijiet, l-isports, il-programmi ta' ġrajjiet kurrenti, il-kultura u d-dokumentarji. Il-produtturi jinsabu entużjasti biex ikunu parti minn dan

40 GWIDA Ottubru 2021

l-istazzjon ġdid li għandu identità distinta minn TVM minħabba l-kontenut partikolari tiegħu li jitratta avvenimenti li jkunu qed jiġru f'Malta u barra f'oqsma varji. Taħt it-tmexxija tiegħek saru diversi tibdiliet. X’tixtieq li jsir aktar? L-intenzjonijiet tiegħi huma li l-PBS isir aktar sostenibbli fir-rigward ta’ użu ta’ riżorsi, jiżdiedu l-produzzjonijiet in-house u l-kwalità tal-kontenut, bil-għan li l-PBS isir il-post tax-xogħol mixtieq minn fost dawk li jaħdmu fil-qasam tal-media.


Intervista

Id-drama hi waħda mill-affarijiet l-aktar imfittxija. X’ser naraw din is-sena? Din is-sena minbarra d-drama tant popolari mat-telespettaturi Sorelle, li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, nhar ta’ Tnejn fil-prime time ser tibda sensiela ġdida b’tema polizjeska bl-isem ta’ Noli, filwaqt li t-Tlieta mbagħad ser inkomplu bit-tieni staġun ta’ Nostalġija, dramm li fl-iskeda li għaddiet niżel tajjeb mat-telespettaturi. X’programmi ġodda ser inkunu qed naraw din is-sena? Se jkun hemm diversi programmi ġodda din is-sena, ewlenin fosthom programmi taċ-ċentru tal-aħbarijiet u ta' ġrajjiet kurrenti bħalma huma Kuxjenza, Carter Jirrapporta, Topik, Resume' u format ġdid għal Ħadt l-Aħbar. Mill-isports, se jkunu qed jixxandru żewġ partiti fil-ġimgħa tal-Kampjonat Premier, waħda s-Sibt u l-oħra l-Ħadd, waqt żewġ programmi sportivi maratona fi tmiem il-ġimgħa li matulhom se jkun hemm aġġornamenti sportivi minn dixxiplini varji. Programmi oħrajn jinkludu dokumentarji fosthom Għad-Dell ta' San Pietru

u Mir-Renju tal-Annimali, programm ġdid ta’ divertiment Mustaċċuni, Aroma Kitchen, Ta’ Filgħodu, breakfast show fuq TVM, Għaddi s’Hawn, morning show ġdid fuq TVM, Moħħok Hemm quiz show kuljum, u game show il-Ħadd bl-isem ta' U Ejja fost affarijiet oħra... X’programmi ser jibqgħu jixxandru milliskedi tal-passat? Numru ta' programmi se jibqgħu jsiru fuq TVM u TVMnews+ fosthom l-aħbarijiet tat-8 ta' filgħaxija, kif ukoll Xtra, TVAM, Realtà u Insights, kif ukoll se jirritorna X Factor, format ġdid għal Sibtek, is-sensiela Sorelle, Animal Diaries, Niskata, Illum ma' Steph, Venere, Nota f’Nota, Il-Mara, Il-Kollezzjonist, Tertuqa 35, Luxdesign, il-logħbiet taċ-Champions' League u l-Europa League, u 90 Minuta. X’programmi ser ikun hemm għat-tfal? F’din l-iskeda qed nagħtu importanza lillprogrammi ddedikati lit-tfal u liż-żgħażagħ. Għat-tfal, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ser inkunu qed inxandru l-programm Dr Protomiks, programm

GWIDA Ottubru 2021 41


Intervista

b’forma ta’ logħba edukattiva li tgħaqqad l-istorja, issoluzzjoni tal-problemi u anke l-misteru. Kuljum ukoll Avarù, sensiela inklussiva bl-użu tas-sensi li ser toffri esperjenza unika għall-udjenzi tagħna, u Naqraw Flimkien fejn bi produzzjoni tal-PBS u l-Aġenzija Nazzjonali talLitteriżmu ser inwasslu sensiela televiżiva fejn jinqraw kotba b’mod interattiv sabiex it-tfal jiġu motivati u

jitħeġġu jaqraw aktar. Imbagħad għat-telespettaturi aktar żgħażagħ ser inxandru Backstage; sensiela barranija fejn insegwu l-ansjetajiet, id-diżappunti, il-ħbiberiji ġodda u s-sodisfazzjonijiet ta’ grupp ta’ teenagers b’talent kbir, matul it-tlajja’ u l-inżul tal-ħajja tagħhom fl-iskola prestiġġjuża, Keaton School of the Arts. Liema huma l-programmi prime time? Fuq TVM, kif spjegajt qabel, darbtejn fil-ġimgħa d-drama, Noli u Nostalġija, id-dokumentarju Għad-Dell ta' San Pietru, il-programm ta' divertiment Mustaċċuni u X Factor nhar ta' Ħadd. Din is-sena ser naraw kwiżż shows li kienu neqsin. Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? Kienu ħafna t-telespettaturi li wrew ix-xewqa li nxandru dawn it-tip ta’ programmi u għalhekk ħsibna li nilqgħu t-talba tagħhom b’Moħħok Hemm, kwiżż show mit-Tnejn sal-Ġimgħa fejn ser naraw ir-ritorn ta’ Carlo Borg Bonaci fuq it-TV bħala l-kwiżż master. Programm ieħor fuq stil

42 GWIDA Ottubru 2021


Intervista

ta’ logħob ser ikun Nisfidak li jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fl-22:00. Kif qed tiggarantixxi l-kwalità talprogrammi ta’ TVM? Din is-sena, ix-xandir nazzjonali se jkollu kważi 70% tal-produzzjonijiet in-house u dan mistenni jkompli jsaħħaħ il-kwalità b'iktar sinerġija bejn dipartimenti differenti u investiment fir-riżorsi tal-PBS. Xi tħobb issegwi inti? Mill-iskeda tagħna ovvjament insegwi l-aħbarijiet, festivals, diskussjonijiet, sports, quizzes, kummiedji, shows u dokumentarji. Apparti minn dawn, insegwi wkoll sci-fi movies u dokumentarji bbażati fuq ix-xjenza. X’inhu l-futur ta’ TVM u TVMnews+? TVM u TVMnews+ għandhom ġeneri ta' programmi differenti għall-gosti ta' kulħadd u bħalma fis-snin li għaddew attiraw bosta udjenzi rekord għandhom ikomplu jsaħħu l-kontenut u jaġġornaw max-xejriet fil-media skont iż-żminijiet biex iżommu u jikkonsolidaw l-eluf ta' telespettaturi ta' TVM u TVMnews+, eluf ta' semmiegħa ta' Radju Malta, Radju Malta 2 u Magic, kif ukoll l-eluf ta' segwaċi fuq tvm.com.mt.

GWIDA Ottubru 2021 43


Intervista

JASON MICALLEF Nitkellmu maċ-chairman ta’ ONE fuq l-iskeda l-ġdida Fis-26 ta’ Settembru ġiet imnedija l-iskeda tal-ħarifa ta’ ONE. Tkellimna maċ-chairman Jason Micallef fuq din l-iskeda. Tgħidilna ftit fuq il-programmi li wieħed għandu jistenna mill-iskeda l-ġdida? Din l-iskeda tal-ħarifa dejjem iġġib sfidi kbar magħha. Sfidi partikolari, staġun wara l-ieħor! Tkun tixtieq iżżomm il-programmi popolari kemm jista’ jkun li jkunu niżlu tajjeb man-nies, iżda tkun trid turi tiġdid mill-istaġun għall-ieħor fl-istazzjon. Din l-iskeda hija waħda partikolari għax bil-mod il-mod qed noħorġu

44 GWIDA Ottubru 2021

mill-pandemija li ħassejnieha ħafna. L-istazzjonijiet awdjoviżivi kollha ħadu daqqa ta’ ħarta kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ introjtu. F’din l-iskeda ta’ post covid żammejna l-programmi stabbiliti popolari iżda qed nintroduċu programmi ġodda. Mill-istaġun tal-ħarifa wieħed seta’ jara dehra kompletament ġdida fis-sett ta’ programmi partikolari. L-aħbarijiet, Pjazza, Awla u ONE Breakfast fost l-oħrajn għandhom dehra ġdida kemm fis-sett u anke fil-viżwal. Kull nhar ta’ Tlieta live fid-9:00 ta’ filgħaxija ser nintroduċu programm ġdid bl-


Intervista

isem ta’ Taf x’qed ngħidu!. Dan ser ikun preżentat mill-ġurnalist ta’ ONE, Samuel Lucas. Għandek programmi ġodda fis-settur tal-kultura. Dawn ikunu għaddew minn applikazzjoni ta’ KulturaTV. F’wieħed minn dawn il-programmi ser jiġi interpretat għatteleviżjoni l-ewwel ktieb tar-riċetti tradizzjonali Maltin. Interessanti ħafna u għal qalbi ħafna. Fil-faxxa ta’ programmi ta’ filgħaxija, Owen Bonnici ser jirritorna bil-programm Primetime. Claire Aguis Ordway ser ikollha Reboot u Claire Agius Sparling ser tirritorna b’ The Local Traveller. Għandna wkoll drama partikolari ħafna! Division 7 waslet fi tmiemha fl-istaġun li għadda. Jason Zerafa minn DBA li kien il-produttur ta’ din id-drama flimkien ma’ Carlos Farrugia minn Freespirit ingħaqdu flimkien biex itellgħu drama ġdida. Din id-drama se tintwera kull nhar ta’ Erbgħa. ONE għal tant snin dejjem ta opportunitajiet ġodda lill-artisti lokali u f’din iddrama ser naraw uċuħ ġodda. Apparti l-programm Aranissa li ser jibqa’ jixxandar kull nhar ta’ Sibt, Joseph Chetcuti ħadem fuq

produzzjoni eċċellenti ħafna li ser tkun qed tixxandar is-sena d-dieħla. Din ser ikun jisimha Brillanti. Wara li saret sejħa għal artisti u mużiċisti mix-xena klassika, kien hemm numru sostanzjali ta’ sottomissjonijiet u nista’ ngħid li din hi kompetizzjoni li rari rajna f’pajjiżna. It-talent li rajt f’din il-kompetizzjoni kien wieħed għoli ħafna. Il-premju finali hu ta’ €10,000 fi flus kontanti u hemm borża ta’ studju għal min jirbaħ. Ser ikun hemm wkoll opportunitajiet ta’ kunċerti barra mill-pajjiż. Brillanti ser ikollu tim ta’ ġurija professjonali ħafna, fosthom is-surmast Wayne Marshall bħala chair judge, persuna ta’ awtorità tremenda internazzjonalment. Riċenti dan is-surmast għadu kemm ingħata mertu mir-reġina u ser ikun parti mill-ġurija. Bqajt impressjonat bl-ammont ta’ tenuri, artisti, soprani, vjolinisti li ser ikunu qed jikkompetu għal dan il-premju. Jirritorna minn Ottubru s-sensiela ta’ satira; Min Imissu!? Qed inħarsu ’l quddiem biex jikkonsolida s-suċċess li kiseb. Din hija sensiela għal qalbna ħafna u nemmnu li dan ser ikun wieħed mill-programmi l-aktar segwiti fuq l-istazzjon tagħna. Ser jerġa’

GWIDA Ottubru 2021 45


Intervista

jixxandar il-Ġimgħa fi primetime b’repetizzjoni l-Ħadd wara l-attivitajiet politiċi li jkollna tard filgħaxija. Minn April ser jirritorna Liquorish u bħalissa diġà qed jaħdmu fuq il-programm. Din is-sena, kif qalu tajjeb Andrea u Joseph, ser ikollu kunċett ġdid. Għal dawk li jħobbu l-isport hemm Żona Sport u L-Argument li ser jibqgħu fl-iskeda. Espresso, Kalamita u Dak li jgħodd ser jirritornaw ukoll. Għandna programmi mtellgħin minn żgħażagħ li ser jiddebuttaw fuq it-televiżjoni, fosthom żewġ żgħażagħ li ser jiddebuttaw bil-programm Rekked. Dan il-programm jinkludi avventura permezz ta’ karozzi tal-ġiri. Programm ġovanili ħafna u ser jolqot firxa wiesgħa ta’ udjenza. Il-fitness trainer popolari, Mariano, ser ikun qed imexxi programm ta’ kuljum b’eżerċizzji li wieħed jista’ jagħmel. Minħabba li resqin lejn elezzjoni ġenerali, l-iskeda ser ikollha ammont ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti. L-ispazju lejn dak il-ġeneru ser ikun qed jikber f’din l-iskeda. Tgħidilna ftit fuq id-drama ta’ ONE? Il-mod kif Carlos Farrugia, Joe Galea u Jason Zerafa ngħaqdu għal dan il-proġett, u kif resqu talenti ġodda u oħrajn stabiliti hu wieħed interessanti. Kulħadd jaf kemm Division 7 kien suċċess u din id-drama m’għandhiex ma tkunx l-istess. Kif tiżgura li ONE jkompli jżid il-kwalità tiegħu? Niżgurawha billi noqogħdu ħafna attenti għad-dettall. L-investiment fl-istazzjon tagħna hu kontinwu. Aħna l-unika stazzjon li jxandar b’4K. L-unika stazzjon li għandu l-outside broadcasting vann tiegħu li jittrażmetti, jirrekordja u jxandar

46 GWIDA Ottubru 2021


Intervista

X’inhu l-programm favorit tiegħek? Ma naħsibx li għandi l-programm favorit, iżda din l-iskeda hija l-favorita tiegħi. Nemmen li hi b’saħħitha. Diffiċli li timmarka programm favorit. Il-programmi napprezzahom kollha. Il-producers sew dawk li jaħdmu magħna, kif ukoll dawk outsourced, napprezzahom ħafna għax din hija sfida kontinwa. Biex tipproduci, tippreżenta u xxandar programm, mhix xi ħaġa faċli. Inkun inġust ħafna li ngħid li għandi xi favorit. Naħdmu ħafna biex ikollna skeda li żżomm kumpanija lill-familji Maltin u Għawdxin kollha. Nemmen u nħossni pożittiv li din hija skeda tajba ħafna. Tgħidli programm li jogħġbok fuq Net u fuq TVM? L-aktar programmi li nara interessanti fuq NET huma d-dokumentarji li jtella’ Roderick Agius. Narah preżentatur u ġurnalist metikoluż ħafna. Roderick huwa xandar tajjeb ħafna.

4K, jiġfieri kwalità ta’ stampa ċara immens. Fil-fehma tiegħi, it-teknoloġija aġġornata tagħtik garanzija ta’ kwalità professjonali ħafna. Apparti minn dan, ser inkunu qed nagħtu dehra kompletament ġdida f’dak li għandu x’jaqsam ma’ jingles, reklami... L-udjenza tista’ tara sens ta’ tiġdid; li ONE dejjem baqa’ fuq quddiem nett, u dejjem baqa’ jiġġedded.

Fuq TVM, il-kwalità tad-drama L-Għarusa kienet waħda għolja ħafna. Il-postproduction, id-dwal, ir-reċtar u l-iskript ta’ L-Għarusa kienu ta’ kwalità superjuri. Kellu standards għoljin ħafna li nawgura li kulħadd b’mod speċjali l-producers ta’ drama lokali jħarsu lejh. L-Għarusa fil-fehma tiegħi kien a finished product, kien tajjeb ħafna.

Issegwi x’qed jagħmlu stazzjonijiet oħra? Dażgur u allaħares ma jsirx dan. L-istazzjonijiet huma l-kompetituri tagħna fis-settur tagħna. Nirċievu wkoll rivisti li aħna abbonati magħhom dwar ix-xena televiżiva ta’ barra minn Malta. Insegwi wkoll b’mod dirett ilprogrammi kemm fuq l-istazzjonijiet privati u dawk fuq l-istazzjon nazzjonali. Nilmenta għax l-istazzjonijiet privati u kummerċjali qegħdin fi żvantaġġ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ntrojtu. L-istazzjon nazzjonali jkollu dħul minn service obligation money ta’ kważi €6 miljuni fis-sena, jiġifieri €30 miljun fuq medda ta’ ħames snin. Naħseb li din tpoġġina f’kompetizzjoni inġusta ħafna. Madanakollu din ma taqtgħalniex qalbna, nibqgħu għaddejjin u nibqgħu nattiraw produtturi stabiliti biex jaħdmu magħna.

GWIDA Ottubru 2021 47


Intervista

KARL GOUDER “Fuq NET Television din is-sena hemm skeda tassew interessanti” NET Television bi skeda ġdida. Iltqajna mal-Membru Parlamentari u Chief Operating Officer ta’ NET Television Karl Gouder biex jagħtina ħarsa lejn ilprogrammi ġodda li ser jixxandru fl-iskeda l-ġdida. Tgħidilna ftit fuq l-iskeda l-ġdida ta’ NET Television? Jien naħseb li din is-sena hemm skeda tassew interessanti għaliex ippruvajna nagħmlu bilanċ tajjeb. Illum għandek il-faċilità li għandek data real-time u allura tkun taf eżatti n-nies x’qed jaraw. Fil-verità llum in-nies jaraw il-programmi mhux l-istazzjonijiet, jiġifieri jekk għandek programm tajjeb in-nies se jarawh ikun fuq liema stazzjon ikun, speċjalment fejn jidħol divertiment. Però fejn jidħlu ġrajjiet kurrenti u politika, dik ftit differenti. Aħna li ppruvajna nagħmlu hi taħlita bbilanċjata. Jekk tara l-istatistiċi, illum innies l-iktar li jfittxu huma aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, drama u programmi ta’ divertiment, fosthom

48 GWIDA Ottubru 2021

programmi sportivi u magazine programmes. Bil-limitazzjonijiet li jkollok tipprova toffri xi ħaġa li tolqot lil kulħadd. Id-drama ewlenija ta’ Net se tkun Ulied il-Lejl. Hija drama ta’ perjodu partikolari u li qed naħdmuh aħna bħala Net Television, jiġifieri aħna l-producers tiegħu; kollox in-house. Kienet ilha ma ssir xi ħaġa hekk. NetTV fl-antik kien jipproduċi diversi drama ta’ kwalità għolja. L-idea li nipproduċu Ulied il-Lejl kienet ilha tberren f’moħħna s-snin għaliex l-istorja hi vera tajba, ibbażata fuq il-kotba ta’ Charles Micallef St John, Suwed Ulied il-Lejl. Aħna se nippruvaw nagħmlu l-erba' kotba, kull ktieb ikun sensiela ta’ tlettax-il episodju. Jien naħseb li se jkun ta’ livell għoli ħafna u naħseb li se jintlaqa’ tajjeb min-nies. Apparti li l-istorja hija sabiħa, bbażata fl-antik, hemm atturi wkoll tajbin. Il-filming ta’ dawn it-tlettax-il episodju huwa kważi lest għaliex ġbidnieh fis-sajf u iktar tard


Intervista

matul is-sena nkomplu nippreparaw għat-tieni parti. Fl-iskeda se jkun hemm ġurnata bbażata fuq drama, fejn il-ħsieb hu li minn Ottubru sa Diċembru jixxandar Ulied il-Lejl, imbagħad minn Jannar sa Marzu jkun hemm drama oħra iktar leġġera, mbagħad nerġgħu nkomplu Ulied il-Lejl minn April sa Ġunju. Se jkollna wkoll programm, li naħseb li ser ikun tajjeb ħafna, jismu Nomadi, fejn bgħattna lil Rene Rossignaud għal ħmistax-il ġurnata jikkampja fi Sqallija u erbat ijiem f’Chernobyl, u se nuru l-esperjenzi tiegħu f’dawn il-postijiet f’kull episodju. Probabbilment nibdew b’Chernobyl, għaliex dak li għaddew minnu n-nies t’hemmhekk madwar tletin sena ilu hija esperjenza u storja minnha nnifisha. Il-faxxinu ta’ Chernobyl huwa li meta sar l-aċċident, fl-1989, in-nies kellhom jaħarbu, abbandunaw kollox u ħallew kollox kif kien, u minn dak iż-żmien ħadd ma reġa' mar hemm. Imbagħad neqilbu fuq Sqallija; mhux Sqallija li nafu aħna imma se nkunu qed induru rħula abbandunati, se naraw l-effetti li l-mafja kellha fuq innies. Dan ukoll se jkun prime time. Se jkun hemm ukoll kontenut politiku fejn darbtejn filġimgħa se nxandru dibattiti. Aktar milli politika, iktar ħa jkun serje ta’ dibattiti. Hemm George Vital Zammit (il-Ġimgħa, wara Flusek) li se jkollu diskussjonijiet individwali (one-to-one) u ieħor ta’ Roderick Agius li min-naħa l-oħra se jkollu diskussjonijiet politiċi. Ser ikollna programm tajjeb ħafna nhar ta’ Ħamis filgħaxija, Imbarazzanti, li se jiġi preżentat midduo Danusan u Stephanie Chirchop li ħa jagħmlu programm fuq l-ambjent, fuq l-isfidi ambjentali, x’qed jiġri f’pajjiżna fuq l-ambjent, l-istat tal-ambjent u fejn nistgħu nkunu aħjar – dejjem bl-istil tagħhom. Ovvjament se jibqa' NetLive, fejn din id-darba mhux se jkun hemm Robert biss imma se jkun hemm ukoll Lisa Spiteri kuljum mis-sitta sal-ħin tal-aħbarijiet, li bħas-soltu se jinkludi ġrajjiet kurrenti u aħbarijiet.

Waranofsinhar se jibqgħu ż-żewġ magazine programmes, Kikkra Te li beda s-sena l-oħra u se nkompluh din l-iskeda wkoll, però din is-sena flok Mireille se jkun hemm Marilena Gauci flimkien ma’ Valerie u Marco. Is-sena l-oħra kien għamel suċċess u din is-sena għamilna tibdil żgħir. Se jibqa' wkoll ilprogramm ta’ waranofsinhar, Bejnietna, ma’ Steph u Dulcima. Li se jkollna din is-sena huwa breakfast show, missebgħa ta’ filgħodu sad-disgħa li se jkun qed jiffoka fuq l-aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti, analiżi tal-ġurnali, diskussjonijiet, informazzjoni dwar traffiku, eċċ. Dan se jkunu qed jippreżentawh Roberta u Keane Cutajar. Imbagħad hemm niche programmes, li jinkludu programmi bħal Newsroom, pereżempju. Sekonda serata ħa jkun hemm Frekwenzi. Dan is-sajf ħriġna podcast fuq ir-radju u fuq l-internet darba filġimgħa li jġib l-istess isem, li kienu diskussjonijiet bejn iż-żgħażagħ flimkien ma’ Mark Azzopardi. Issa ħa jibda jixxandar fuq it-televixin. Il-kontenut sportiv se jibqa' bħal Replay, Replay Preview u l-programm ta’ Charles Camenzuli.

GWIDA Ottubru 2021 49


Intervista

Eileen Montesin se tibqa’ bil-ħin tagħha fuq il-televixin, b’ Family Affair matul il-weekend mill-erbgħa u nofs sas-sitta. Is-Sibt filgħaxija se jibqa’ jkun hemm The Entertainers. Ħa nimmissjaw ħafna lil Janvil imma se jkollna żewġ preżentaturi tajbin ħafna; Corazon Mizzi u Victorio Gauci. Qed nagħmlu ftit revamping ukoll fuq is-sett u fil-mod li jsir, u għandu jkun tajjeb għax The Entertainers għadu jżid fil-popolarità tiegħu. Li se jkollna interessanti wkoll hu li l-Ħadd waranofsinhar (fis-sitta) se jkollna programm għall-vegans. Qed naħdmu wkoll fuq programm in-house, mirRefettorju, li se jkun programm tal-Ħadd kmieni waranofsinhar fejn qed nidħlu fil-kunventi tas-sorijiet u l-partijiet, fil-kċejjen tagħhom u naraw xi jsajru u x’jieklu. Bis-saħħa ta’ dan il-programm se nkunu qed nesponu wkoll ir-rikkezzi kulturali li għandhom dawn il-postijiet. Bħala programm kulturali se jibqa’ wkoll Meander. Il-Ħadd filgħaxija hemm Replay, għax il-Ħadd waranofsinhar hi l-ġurnata tal-isport speċjalment għallfootball. Hemm taħlita ta’ programmi ġodda u oħrajn li baqgħu. Li għandna tajjeb din is-sena hi li kellna konkorrenza tajba minn producers minn barra. Prattikament missebgħa ta’ filgħodu sal-ħdax ta’ billejl mhux ser ikun hemm ripetizzjonijiet ta’ programmi ħlief dawk li nkunu

50 GWIDA Ottubru 2021

rridu nagħmlu ta’ bilfors; kollha programmi ġodda. Jien naħseb li għandna skeda li pjuttost għandna nkunu kburin biha. Kif qed tassigura l-kwalità ta’ NetTV? L-ewwel nett, bil-fatt li ħadna deċiżjoni li ħafna millaffarijiet nagħmluhom in-house, allura tista' faċilment tikkontrolla l-kwalità. Issa għal din l-iskeda kellna ħafna iktar proponimenti li ma ġewx milqugħa għax inti tipprova toħloq bilanċ bejn li jkollok xi ħaġa ta’ kwalità tajba u bejn dak li jħobbu n-nies, u li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel sens finanzjarju wkoll, għaliex aħna wara kollox stazzjon kummerċjali. Mhux faċli biex tagħmel skeda. It-tajjeb hu li mill-informazzjoni li jkollna minn diversi surveys tkun taf in-nies xi jridu jaraw u f’liema ħin talġurnata, fi ġranet partikolari, u l-etajiet differenti wkoll. Infatti mill-analiżi li għamilna, nhar ta’ Tnejn filgħaxija n-nies jippreferu xi ħaġa aktar rilassanti wara l-ewwel jum tax-xogħol, bħal pereżempju xi drama milli xi programm ta’ dibattitu fejn ikun hemm ħafna storbju u ġenn. Imbagħad iktar ma tidħol fil-ġimgħa iktar tkun ideali li ddaħħal l-element politiku u ta’ ġrajjiet kurrenti. Imbagħad meta toqrob lejn il-weekend, tkun trid xi ħaġa iktar leġġera, u ta’ entertainment. Għamilna diskussjonijiet ma’ producers biex iżommu l-kwalità, li tara li l-programm jinbiegħ u li tagħmel profitt minn fuqu, u li dejjem ikollok programmi ta’ ċertu livell.


Intervista

Liema programm ħerqan għalih? Jien l-iktar ħaġa li jien ħerqan għaliha hi d-drama tagħna, għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett għax hu proġett li għadu qed jiżvolġi u li konna ilna ħafna naħsbu fuqu u niddiskutu jekk hux worth it ix-xogħol kbir li hemm fuqu. Il-fatt li ddeċidejna li nieħdu r-riskju u nagħmluh, u mill-feedback li qed naraw jidher li huwa ta’ kwalità, qisni l-iktar programm li ħerqan li jibda u li l-iktar kurjuż biex nara x’ser isarraf. Jien persważ li ser ikun il-flagship programme fejn jidħol prime time, għalkemm jekk kollox imur kif pjanat, naħseb li l-prime time tagħna huwa b’saħħtu ħafna, kuljum. Aħna l-missjoni tagħna hi li teduka, tinforma u tkun ta’ entertainment. Imma n-nies iridu dibattiti, aħbarijiet u l-analiżi tagħhom, u aħna dak li ser noffru bl-aktar mod denju għat-telespettaturi tagħna. X’inhu l-futur ta’ Net Television? Jien naħseb li hemm futur promettenti għal NetTV f’diversi oqsma, anke finanzjarjament, għalkemm kien hemm żmien fejn kien hemm diffikultajiet kbar. Bl-isfidi kollha li għandna, l-istazzjon qiegħed jissaħħaħ sena wara sena. Jien nemmen li l-ikbar assi li għandu dan l-istazzjon huma n-nies tiegħu, għax għandna nies tajbin ħafna u f’kull

livell. Fix-xhur li għaddew investejna wkoll fiż-żgħażagħ, fejn tajniehom taħriġ speċjalizzat u opportunitajiet għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma l-futur ta’ dan l-istazzjon flimkien mal-esperjenza tal-veterani fejn tidħol it-teknika b’mod speċjali. Investejna wkoll fl-equipment, fejn matul dawn l-aħħar erba’ snin biddilna kollox. Is-sena l-oħra biddilna l-Outside Broadcasting Unit tagħna kollu biex nibqgħu kompetittivi u għax it-teknoloġija qed tinbidel malajr ukoll. Fl-opinjoni tiegħek, liema hu l-aħjar programm minn TVM u minn One? Minn TVM, jien kont fan kbir ta’ Xarabank u ma nistax nifhem kif neħħewh, għaliex Xarabank kellu fenomenu, li jew jogħġbok jew tobogħdu, imma jekk tobogħdu xorta tarah. Għadni rrid nara programm ieħor li jagħmel hekk, tant li meta tidħol lura x-xogħol l-għada jew it-Tnejn, tisma’ n-nies jitkellmu fuq Xarabank, anke jekk kien programm ħazin. Naħseb li ONE huwa b’saħħtu ħafna flentertainment.

GWIDA Ottubru 2021

51


Editorjal

IS-SAĦĦA KOLLOX! Din il-frażi nisimgħuha spiss. Nafu illi jekk ma nħossuniex f’saħħitna l-kwalità tal-ħajja li ngħixu, il-kuntentizza tagħna, ir-relazzjonijiet tagħna u diversi aspetti oħrajn li aħna mdawrin bihom f’ħajjitna, ser jiġu affetwati. Il-kwalità tal-ħajja li ngħixu tinbidel magħna, ma’ dak li nkunu qegħdin nagħmlu, ma’ kif inħossuna, u għalhekk mas-saħħa tagħna wkoll. Saħħitna hija verament parti essenzjali tal-ħajja li ngħixu. Min jgħix il-ħajja b’mod mgħaġġel forsi iżjed minn ħaddieħor, min dejjem għaddej minn ħaġa għal oħra bla waqfien, min jieħu l-ħajja kemxejn iżjed bil-mod, u min tant dejjem għaddej li kważi anka meta ma jħossux f’sikktu jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn. Lanqas nirrealizzaw li fejn tidħol is-saħħa ma joqgħod xejn u kif ukoll, li kollha kemm aħna ninsabu taħt sema waħda. Minħabba dan kollu li nkunu għaddejjin

52 GWIDA Ottubru 2021

minnu, u anka minħabba li xi wħud minna ma jafux joqogħdu ftit għall-kwiet, huwa faċli li wieħed jitraskura saħħtu u anka xi ħjiliet li ġisimna stess ikun qed jgħaddilna sabiex nieħdu ħsieb, għaliex ġieli ajma hawn, u ġieli ajma hemm. X’ser nagħmlu sabiex nieħdu ħsieb tassew saħħitna b’modi sempliċi wkoll? Nibdew billi naraw daqsxejn x’inhuma dawk l-affarijiet sempliċi immens li wieħed għandu jagħmel sabiex jieħu ħsieb saħħtu hekk kif issa, minn hawn u ftit ieħor, nibdew nesperjenzaw ukoll xi tibdil fit-temp f’gżiritna. Is-suġġerimenti li ser insemmi jista’ jagħmilhom kulħadd. Forsi ser taqraw xi affarijiet li diġà intom konxji tagħhom. Is-sigriet huwa li nipprattikawhom iżjed sakemm isiru


Editorjal

parti mir-rutina tagħna, sew jekk hi rutina mgħaġġla, u sew jekk hi rutina xi ftit iktar kajmana. Mela tlaqna. Ser insemmu ħames affarijiet li iktar kemm nipprattikawhom, iktar qegħdin ngħinu lilna nfusna, u wara kollox lissaħħa tagħna, li bħalma semmejna, hija parti sinifikanti tal-ħajja li ngħixu. 1. Nixorbu l-ilma! Fis-sajf jgħidulna biex nixorbu l-ilma. Però l-ilma tajjeb u għandna nixorbuh is-sena kollha! Li nixorbu l-ilma tgħin lis-saħħa tagħna f’numru ta’aspetti u dawn huma xi ftit minnhom: l-ilma jgħin sabiex imexxi l-ossiġnu u n-nutrijenti madwar ġisimna, jgħin fil-proċess tad-diġestjoni, jipproteġi l-ġogi, jipproteġi l-organi, jistabilizza t-taħbit tal-qalb, jgħinna nieħdu n-nifs u jgħin sabiex jirregola t-temperatura tal-ġisem fost oħrajn. Huwa għalhekk importanti li naraw li matul il-ġurnata qegħdin nixorbu tazza ilma kultant ħin.

5. Naraw li nieħdu l-mistrieħ li jkollna bżonn. Bdejna dan l-aritklu billi semmejna l-ħajja u l-mod ta’ kif xi wħud jgħixuha b’mod mgħaġġel tassew. Però rridu nieqfu ftit u nieħdu ħsieb is-sigħat tal-irqad. Ma jgħinx lis-saħħa tagħna li noqogħdu fuq ħames sigħat ta’ rqad. Għandna norqdu bejn seba’ u tmien sigħat kuljum, u dan sabiex kemm nistrieħu però kif ukoll sabiex insaħħu s-sistema immunitarja tagħna. Din hija dik is-sistema li tipproteġi lilna stess mill-mard, għalhekk jeħtieġ li aħna nieħdu ħsiebha! Kif ser nipprevjenu lilna nfusna kemm mid-deni u kif ukoll mill-influwenza? Għal darba oħra, hemm diversi affarijiet li kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel sabiex jilqa’ kemm mid-deni u kif ukoll mill-influwenza. X’inhu d-deni ? Id-deni ħafna drabi jirriżulta minħabba infezzjoni, u dan iwassal sabiex

2. Żomm ruħek nadif jew nadifa! Żomm il-mikrobi ’l bogħod billi tgħatti ħalqek meta tisgħol jew meta tagħtas. Importanti li naħslu jdejna sewwa u mhux ta’ malajr għaliex inkella jkun kollu ta’ xejn. Importanti li ninħaslu kuljum u nbiddlu fi ħwejjeġ nodfa kuljum ukoll. 3. Nieklu dieta bbilanċjata. Ġisimna huwa bħal magna li taħdem b’mod l-iktar effettiv meta min jieħu ħsiebha jagħmel dan sew, jara li ma jkun jonqosha xejn, u li dak li qed itiha sabiex taħdem tajjeb huwa l-aħjar prodott għaliha. L-istess il-ġisem tal-bniedem. Għandna nieklu ikel li fih antiossidanti. Dawn huma nutrijenti li jsaħħu s-sistema immunitarja tal-ġisem u fosthom insibu l-vitamina Ċ u l-vitamina E. Diversi frott u ħxejjex fihom dawn il-vitamini bħal pereżempju l-larinġ, il-pastard, il-frawli, it-tadam, il-piżelli u l-brokkoli, fost oħrajn. 4. Nilbsu adegwat ! It-temp ma toħodlux kopja. Din frażi oħra li nisimgħuha spiss. Kif jibda jaqleb għal temp xitwi, filli nħossu s-sħana u filli nibdew inħossu l-bard. Idea tajba sabiex ma ninqabdux f’temp kiesaħ li ma nkunux preparajna għalih, hija li nilbsu l-ħwejjeġ f’saffi u li nġorru magħna xi flokk sabiex nilbsuh ukoll f’każ illi nkunu barra u t-temp jaqleb f’salt.

GWIDA Ottubru 2021 53


Editorjal

it-temperatura tal-ġisem titla’. B’mod normali, ittemperatura tal-ġisem taqra bejn wieħed u ieħor 37 gradi celsius. Sabiex nevitaw id-deni, huwa importanti wkoll li nixorbu l-ilma, u nevitaw xorb li jista’ jwassal għal deidrazzjoni minflok, bħal kafè, te jew xorb alkoħoliku. Il-mistrieħ huwa essenzjali wkoll. Sabiex nevitaw id-deni għandna wkoll inżommu lilna nfusna nodfa, naħslu jdejna spiss speċjalment qabel ma nieklu u wara li nkunu ltqajna ma’ nies oħrajn, għandna nġorru magħna sanitizer tal-idejn, nevitaw li mmissu għajnejna, imneħirna u ħalqna, u kif ukoll milli nissellfu tazzi u pożati mingħand ħaddieħor. L-influwenza. L-influwenza hija marda respiratorja kkawżata minn viruses tal-influwenza. Ta’ kuljum hemm affarijiet li wieħed għandu jagħmel sabiex jieħu ħsieb kemm tiegħu nnifsu, kif ukoll ta’ dawk ta’ madwaru. Dawn huma affarijiet sempliċi immens però nuqqas ta’ attenzjoni kapaċi jwassal għal mard mhux mistenni u li

jista’ jiġi evitat ukoll. Xi ftit punti li wieħed għandu jsegwi jinkludu: nevitaw kuntatt dirett ma’ nies bl-influwenza, nibqgħu d-dar jekk għandna l-influwenza sew aħna l-adulti u kif ukoll it-tfal, naħslu jdejna spiss u sew, nieklu ikel bnin, nieħdu l-mistrieħ li hemm bżonn, u fuq kollox inżommu lilna nfusna pożittivi. Rajna diversi punti simili u li jolqtu aspetti differenti, hekk kif il-ħasil tal-idejn pereżempju, jilqa’ kemm middeni, kemm mill-influwenza u anka b’mod iktar ġenerali għas-saħħa tagħna. Rajna ukoll kif permezz ta’ affarijiet żgħar u sempliċi, wieħed kapaċi jieħu ħsieb iktar kemm ta’ saħħtu u kif ukoll ta’ saħħet il-familja u l-maħbubin tiegħu jew tagħha. Kif għedna fil-bidu, is-sigriet huwa li dawn l-azzjonijiet sempliċi nidrawhom tant li jsiru parti mir-rutina tagħna. Rimedji naturali Huma diversi dawk ir-rimedji naturali li sew jipprevjenu u sew ifejqu. Ser insemmi xi wħud u għal xiex huma effettivi. It-tewm nej fih diversi proprjetajiet antimikrobiċi li jgħinu lill-ġisem sabiex jikkumbatti s-sogħla, uġigħ filgriżmejn u anke bronkite. Ir-rummien, frotta popolari immens, hija frotta mimlija antiossidanti li tagħti ħafna iżjed saħħa lis-sistema immunitarja tagħna permezz ta’ dawn in-nutrijenti. Xi ngħidu għall-għasel? Dan huwa wieħed mill-prodotti naturali li għandek kemm għandek żmien, tista’ tieħu minnu u mhu ser jagħmillek xejn għajr li jsaħħaħlek is-sistema immunitarja tiegħek minħabba li huwa mimli wkoll b’antiossidanti kif ukoll minħabba li huwa wkoll antimikrobiku. It-turmeric huwa wieħed mill-ħwawar tajjeb kemm għal kontra l-uġigħ u kif ukoll l-infjammazzjoni, filwaqt li z-zekka tgħin kemm il-proċess tad-diġestjoni u kif ukoll kontra l-uġigħ fil-muskoli. Illavanda, pjanta li ġejja mill-familja taz-zekka, tgħin ħafna lil dawk li jbatu minn uġigħ ta’ ras sever kif ukoll lil dawk li jesperjenzaw ansjetà. Din tinstab ukoll f’forma ta’ żejt. Hekk rajna fergħa wiesgħa u vasta kemm ta’ affarijiet li nistgħu nagħmlu u nwettqu kif ukoll prodotti naturali li nsibuhom fid-djar tagħna li huma tajbin ħafna għal saħħitna. B’tibdiliet żgħar fil-ħajja tagħna u anka bi ftit iżjed attenzjoni, kapaċi nagħrfu li nistgħu verament nieħdu ħsieb is-saħħa tagħna. Il-ġisem tal-bniedem jinkorpora fih kemm l-aspett fiżiku u kif ukoll dak mentali, it-tnejn li huma jaffettwaw lil xulxin, u ma jgħaddux mingħajr xulxin lanqas. Għalhekk inżommu f’moħħna li kull pass li nagħmlu qiegħed jaffettwana globalment, qiegħed jaffettwa saħħitna u dak kollu li din tiġbor fi ħdanha.

54 GWIDA Ottubru 2021



Editorjal

PINK OCTOBER Għażilt li nħalli t-titlu bl-Ingliż, għaliex x’titlu ser nagħmel li huwa sinonimu ma’ kulħadd jekk mhux Pink October ? Ottubru huwa magħruf globalment bħala x-xahar fejn inżidu l-għarfien dwar il-kanċer fissider. Dan sabiex kemm iktar u iktar nies ikunu infurmati rigward dan it-tip ta’ kanċer, u anka sabiex tintwera solidarjetà ma’ dawk in-nies li jew għaddew minn din il-marda fil-ħajja tagħhom, jew li huma għaddejjin bil-kura għal dan il-kanċer filpreżent. Kemm huma sbieħ il-kelmiet globalment u solidarjetà. Affaxxinanti kif in-nies kollha madwar din id-dinja li ngħixu fiha, li bħal donna

56 GWIDA Ottubru 2021

iktar kemm jgħaddi żmien iktar qiegħda ssir qisha pajjiż wieħed, juru solidarjetà ma’ ħuthom, li b’tant kuraġġ u qlubija jaffaċċjaw dan il-perjodu fil-ħajja tagħhom, li bla dubju jqanqal diversi emozzjonijiet ta’ biża’, ansjetà u inċertezza dwar dak li ser jiġri. Żmien bħal dan iqanqal ukoll ħafna riflessjoni u għalhekk kemm hija xi ħaġa sabiħa l-kapaċità li għandu l-bniedem; dik li jingħaqad sabiex ilkuraġġ jinbidel f’kuraġġ kollettiv u mhux wieħed individwali, u kif ukoll sabiex is-saħħa fil-kelma tiżdied tant għaliex grupp ta’ nies ikun qiegħed jaħdem sabiex iwassal messaġġ ta’ għarfien, kuraġġ u tama.


Editorjal

F’ Ottubru ilbes il-kulur ir-roża Hekk hu, fix-xahar ta’ Ottubru agħmel ċert li ta’ kuljum b’xi mod iddaħħal il-kulur roża f’dak li tkun liebes jew liebsa. Naraw studenti fl-iskejjel libsin xi ħaġa roża, jew xi ċoff roża mwaħħal maluniformi, u ġieli anka grupp ta’ kollegi fuq il-post tax-xogħol li jifthiemu li f’xi ġurnata partikolari fix-xahar ta’ Ottubru jilbsu r-roża. Kollegi fuq ix-xogħol anka jorganizzaw xi attività li permezz tagħha jiġbru mqar donazzjoni żgħira kemm hi żgħira li mbagħad tgħaddi lill- entitajiet lokali sabiex dawn ikomplu jaħdmu lejn aktar u aktar għarfien, tagħlim u prevenzjoni mill-kanċer fissider. Charlotte Hayey u l-moviment Charlotte Hayey, mara Amerikana li ħalliet din id-dinja fl-2014 fl-età ta’ 91 sena, iġġieldet ferm kontra l-marda tal-kanċer fis-sider. Fil-bidu tas-snin disgħin Hayey introduċiet il-kunċett ta’ żigarelli lewn il-ħawħ sabiex toħloq iżjed għarfien dwar dan il-kanċer. Ommha, bintha u

anka oħtha kellhom din il-marda. Hija qassmet eluf minn dawn iż-żigarelli fi ħwienet madwar l-Amerika b’messaġġ magħhom li kien jgħid li persentaġġ żgħir wisq jintefaq sabiex ikun hawn iżjed għarfien rigward il-kanċer. Dawn l-eluf ta’ żigarelli ħadmithom kollha b’idejha fil-kamra tal-ikel fid-dar tagħha. B’dan kollu hija riedet tgħarraf lin-nies sabiex jilbsu din iż-żigarella biex b’hekk ilkoll flimkien jiġbdu l-attenzjoni tal-leġislaturi, bil-għan li flimkien jagħmlu d-differenza tant mistħoqqa u li hemm bżonn. Il-lewn taż-żigarelli maż-żmien inbidel għal dak roża, b’diversi jħarsu lejn dan il-kulur bħala kulur li huwa l-oppost ta’ dak kollu li ġġib magħha l-esperjenza tal-kanċer. Diversi jesprimu kif il-kulur roża bħal jindika fejqan, serħan il-moħħ u kumdità. Minn hawn imbagħad evolva l-moviment li jindirizza l-għarfien dwar il-kanċer fis-sider, u li sar moviment magħruf mad-dinja kollha, b’diversi entitajiet jiċċelebraw ix-xahar ta’ Ottubru sabiex

GWIDA Ottubru 2021 57


Editorjal

joħolqu iżjed għarfien u informazzjoni. Diversi gruppi ta’ nies jaħdmu ferm sabiex issir iżjed riċerka rigward il-fejqan u anka l-prevenzjoni tal-kanċer fis-sider. Mas-snin kienu u huma diversi entitajiet li jaħdmu lejn dan il-moviment. Semmejna fil-bidu ta’ dan l-artiklu kif gruppi ta’ kollegi jistgħu jagħmlu donazzjoni lejn entitajiet lokali u anka internazzjonali sabiex issir iżjed riċerka. Wieħed jista’ wkoll jagħmel volontarjat u jagħti sapport lil dawk milqutin minn din il-marda. Li wieħed jeduka lilu nnifsu hija ta’ għajnuna ukoll sabiex jinħoloq dejjem iżjed għarfien, sabiex b’hekk dak li jkun, ikun jista’ jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu jew tagħha favur il-prevenzjoni tal-kanċer fis-sider. Dan kollu grazzi għall-qlubija ta’ Charlotte Hayey li b’vuċi soda ferm uriet realtà li konna għadna ma rajniex u m’esperjenzajniex. Kellha tkun il-qlubija ta’ din il-mara biex illum il-ġurnata għandna moviment b’saħħtu u xahar matul is-sena proprju ddedikat lejn il-fejqan, riċerka u prevenzjoni mill-kanċer fis-sider. Kemm ilek ? Kemm ilek ma tmur tiċċekja sidrek? X’għamilt bih l-appuntament li rċivejt fil-kaxxa tal-ittri? Tfajtu fuq xi xkaffa u ħallejtu hemm? Sadanittant diversi nisa madwar id-dinja għamlu l-istess u l-kanċer dam iżjed ma ġie misjub.

58 GWIDA Ottubru 2021

Iva, inti, inti li qed taqra dan l-artiklu fir-rivista l-Gwida, jeħtieġ li tmur għal dak l-appuntament. Tista’ wkoll tieħu lil xi ħadd miegħek jekk ma tridx tmur waħdek. Diversi tobba u professjonisti lokali qegħdin hemm lesti sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek, jinvistawk jew sabiex iserrħulek moħħok. Tħallix żmien jgħaddi. Saħħtek hija tiegħek u responsabbli tagħha inti biss. Fl-Ingilterra, bejn wieħed u ieħor sagħtejn ajruplan biss ’il bogħod minn pajjiżna, eluf ta’ nisa ma marrux għall-appuntament tal-mammogram minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Ser tibqa’ ma tmurx għall-appuntament minħabba l-pandemija? Ilkoll nafu x’għandna nagħmlu sabiex nipproteġu lilna nfusna mill-COVID-19 u għalhekk m’għandniex inħallu din ittellifna milli nattendu għal appuntament daqshekk importanti bħalma huwa dak tal-mammogram. Jeħtieġ li tagħmel dak li hemm bżonn sabiex tassigura s-saħħa u l-kura tiegħek. Lokalment wieħed isib sapport minn divesi entitajiet li qegħdin hemm proprju bil-għan li jassistu lill- individwi sabiex il-vjaġġ tagħhom ikun mimli kuraġġ, determinazzjoni u mħabba lejn il-ħajja.



Editorjal

GĦAJNEJN ILEQQU BL-IMĦABBA “Jitkellem jonqsu!”. Ma ngħoddx kemm-il darba għedt din il-frażi għall-kelb tiegħi. Kemm ilu d-dar ħlief ferħ ma ġabx miegħu. Jekk toħroġ mid-dar għal ħames minuti għax tkun ħallejt xi ħaġa fil-karozza jew imqar sakemm toħroġ tiċċekja l-posta, jerġa’ jifraħ bik xħin tiftaħ il-bieb daqslikieku ilu ma jarak wisq aktar minn ħames minuti. Jitla’ miegħek, jimliek bil-pil li bħal-labra jaqbad ma’ ħwejġek, iġebbed fi ħwejġek, jilgħaqlek wiċċek, jolqtok b’denbu li kultant iweġġgħak, insomma, f’kelma waħda, jew aħjar tnejn, imħabba u lealtà assoluta. Insejt insemmi wkoll li sabiex

60 GWIDA Ottubru 2021

jonorak bil-preżenza kbira tiegħu, għaliex dan il-kelb tiegħi jiżen ftit kilos mhux ħażin, jitmattar fejn saqajk, u jidħol bejn idejk u l-mejda tal-ikel bi mnieħru mxarrab bl-intenzjoni ċara, u b’ħafna attenzjoni, sabiex jurik li qed jarak tiekol. Jagħmel dan biex ifakkrek li trid jew ma tridx, ser ikollok tħallilu l-aħħar naqra tal-ikel li għandek fil-platt. Intom kollha li qegħdin taqraw dan l-artiklu u għandkom xi annimal fid-dar tagħkom, żgur li dan li għadni kemm qsamt magħkom rigward l-esperjenza mal-kelb tiegħi, tesperjenzawh intom


Editorjal

bl-istess mod mal-annimal domestiku tagħkom. Forsi dawk l-aktar komuni huma l-klieb u l-qtates, u forsi l-għasafar ukoll, però kif ser naraw iktar ’il quddiem fl-artiklu hawn annimali oħrajn li qegħdin isiru iżjed popolari, u li ħafna Maltin u Għawdxin qegħdin ukoll irabbu fid-djar tagħhom. Arahom jitgeddsu taħt il-friex! Il-kelb tiegħi l-hena tiegħu jitgeddes taħt il-friex hekk kif it-temp jibda jiksaħ. Issa li l-istaġun tax-xitwa magħna, tajjeb li naraw li l-annimali li għandna d-dar ma jonqoshom xejn, bħal ngħidu aħna xi libsa li nistgħu nlibbsulhom kemm fiddar u kif ukoll barra. Naraw li s-sodda tagħhom għandha kutri li jżommuhom sħan. Tajjeb li naraw li saqajhom u subgħajhom ikunu nexfin u mhux imxarrbin. Għandna niċċekkjaw ukoll li ma jkollhomx xi qsim jew ħmura fil-qiegħ ta’ subgħajhom, u f’dan il-każ nistgħu napplikaw xi ftit żejt tal-ġewż. Fl-istaġun tax-xitwa naħsluhom inqas u dan sabiex nevitaw milli nneħħulhom żjut li jipproteġuhom milli jiżviluppaw ġilda xotta. L-istess japplika għall-pil, hekk kif fixxitwa għandna nevitaw milli nneħħulhom il-pil,

u dan proprju għaliex naturalment dan jintuża mill-annimal sabiex jipproteġih mill-ksieħ taxxitwa. Fejn jidħol l-ikel fix-xitwa, jekk għandna annimali li qegħdin iqattgħu x-xitwa ġewwa u li qed jagħmlu ftit li xejn eżerċizzju, ma nagħmlux ħażin jekk innaqqsulhom xi ftit mill-porzjon talikel, filwaqt li jekk għandna annimali domestiċi li però joqogħdu barra, f’dan il-każ inkunu qegħdin ngħinuhom iżjed jekk inżidulhom xi ftit fil-porzjon tal-ikel. Matul l-istaġuni kollha importanti ferm li l-annimali li jkollna fid-djar tagħna dejjem ikollhom aċċess għal skutella b’ilma nadif. Id-dieta u n-nutrizzjoni Kieku kellna nsemmu l-aħjar ikel għallqtates, irridu naraw li dan fih kemm proteini, karboidrati u kif ukoll xaħmijiet. Fir-rigward tal-klieb, mill-banda l-oħra, flimkien ma’ bilanċ tajjeb bejn l-ingredjenti msemmijin hawn fuq, irridu naraw ukoll li l-ikel li qegħdin nagħtuhom fih ukoll biżżejjed fibra, u dan sabiex jgħin lissistema diġestiva. Inżommu f’moħħna wkoll li l-ikel huwa addattat għall-età tal-annimal li għandna, għas-saħħa tiegħu jew għal xi

GWIDA Ottubru 2021 61


Editorjal

L-ħut u r-rettili: iżidu fil-popolarità Qegħdin naraw dawn l-annimali iżjed bħala annimali domestiċi. Fir-rigward tal-ħut, l-ewwel għandek tibda billi tiddeċiedi liema hija dik l-ispeċi ta’ ħut li trid għaliex dan ser jiddetermina liema akkwarju ser ikun adegwat. Iktar kemm l-akkwarju jkun kbir, iktar il-ħut ser ikun komdu, ser jgħix iżjed u ser tnaqqas problemi ta’ aggressività bejn il-ħut. Ser tkun iżjed faċli għalik ukoll sabiex iżżomm l-akkwarju f’kundizzjoni tajba. Żomm f’moħħok post addattat għall-akkwarju, għax il-ħut jaf ikun irid iddawl jew is-sħana, li tinvesti f’filtru addattat u li żżejjen l-akkwarju b’mod u manjiera li jixraq lill-annimali li għandek fih.

kundizzjoni jew kundizzjonijiet li jista’ jkollu, u kif ukoll li l-ikel jaqbel mal-livell ta’ attività li l-annimal tagħna jagħmel. Tajjeb li waqt dan il-proċess inżommu infurmat lit-tabib tal-annimali u dejjem nikkonsultaw miegħu. Xi ngħidu għat-tilqim u għall-kura tas-snien? Li nlaqqmu lill-annimali tagħna kontra mard li jista’ jiġi evitat hija r-responsabilità tagħna. Hekk kif inġibu xi annimal id-dar l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija proprju appuntament għand it-tabib tal-annimali sabiex naraw x’tilqim ser jieħu u meta. It-tabib ser jigwidak meta għandek tmur għat-tilqim li jkun imiss, u huwa fl-obbligu tagħna li nżommu dak l-appuntament. Jekk l-annimal kiber, ma jfissirx li ma jistax jimrad jew li m’hemmx tilqim li għandu jieħu. It-tilqim ikollu bżonn jiġi mġedded u għalhekk huwa essenzjali li nżommu nota u kuntatt mat-tabib tal-annimali minn tal-inqas darba fis-sena sabiex dan jara li l-annimal qed jiekol ikel tajjeb għalih, huwa f’saħħtu u qed jagħmel l-eżerċizzju neċessarju. Fir-rigward tal-kura tas-snien, irridu naraw li dawn qegħdin innaddfuhomlhom kuljum bi xkupilja tas-snien li tixbah ħafna lil dik li nużaw aħna l-bnedmin. Madanakollu, il-kura tas-snien għandha dejjem tibda b’vista għand it-tabib tal-annimali.

62 GWIDA Ottubru 2021

Ir-rettili, bħal gremxul, fkieren, u sriep ukoll qed iżidu filpopolarità bħala annimali domestiċi. Jekk m’intix komdu b’rettilu kbir, ibda billi trabbi rettilu iċken. Kun konxju tat-temperatura, tal-livell ta’ umdità u anka tal-ammont ta’ dawl għaliex dawn il-fatturi kollha jinfluwenzaw lirrettilu u lis-saħħa tiegħu. Dejjem żomm idejk nodfa meta tmisshom jew terfagħhom u żomm ruħek aġġornat fuq l-aħjar kura għalihom. Nagħlaq dan l-artiklu billi ngħid li l-annimali jistħoqqilhom l-istess imħabba u rispett li juru huma lilna l-bnedmin. L-għajnejn ileqqu bl-imħabba mhuma xejn għajr għajnejn il-kelb tiegħi Roy li addottajt sentejn ilu, u għajnejn l-annimali kollha li jħobbu bi mħabba mingħajr kundizzjonijiet jew limiti.



TISLIBA BIL-PREMJU OTTUBRU

Rigal Ġdid! Issa tista' tirbaħ fwieħa kull xahar grazzi għal Ta' Xbiex Perfumery L-Ewwel Premju Carmen Borg €20 Vawċer minn Gold Market It-Tieni Premju Tessie Cini Fwieħa minn Ta' Xbiex Perfumery It-Tielet Premju Mary Gauci Ktieb minn Merlin Publishers Ir-Raba' Premju Pauline Carabott Ktieb minn Merlin Publishers Soluzzjoni GWIDA Awwissu Mimdudin 1 Spinta; 3 Dragun; 8 Pandemija; 10 Virus; 11 Anġli; 13 Tenna, 15 Vaċċin; 19 Ful; 20 Amar; 21 Armat; 23 Mietu; 25 Urna; 26 Awgurju; 27 Ħemel; 29 Akuta; 30 Pinta; 31 Marka; 32 (Naft)Alina; 33 Barka

Weqfin 1 Stoċċ; 2 Impriża; 4 Markiża; 5 Nhar; 6 SAssla; 7 Sema; 9 Niċeċ; 12 Ġidra; 14 Naft(Alina); 16 Ċorma; 17 Iġjene; 18 Kapunata; 22 Agunija; 24 Ruman; 26 Altar; 27 Ħama; 28 Mart 1. 3. 8. 10. 11. 13. 15. 19. 20. 21. 23. 25. 26.

Mimdudin

Taħlita li biha kienet titballat il-qiegħa tal-bejt (6) Jirregola d-diċenza, l-etika u jiddeċiedi x’jixxandar (6) Għadu jibda, mingħajr esperjenza (9) Wiċċhom jagħtihom, ma jistħux (5) Vuċijiet (5) Omm l-omm (5) Raġuni, ma jaqbillekx titlifha għax tagħli! (6) L-itwal xmara fid-dinja (3) Kunjom Mario, xandar u John l-għannej (4) Belt fit-Turkija fejn twieled San Pawl (5) Tal-Għallies wieħed minnhom (5) Kontra (4) Jagħmilha l-abbati fil-Milied (7)

Tisliba Bil-Premju Settembru Ibgħat is-soluzzjoni lill-GWIDA/Tisliba Ottubru, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq in-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 mhux aktar tard sas-26 ta Ottubru, 2021. 64 GWIDA Ottubru 2021

27. Ħażen jew ħażna, issibha fuq vapur (5) 29. Maħbub għat-Taljani dan il-kunjom talMaltin (5) 30. Kollu kemm hu (5) 31. Hekk kien Ponzu Pilatu (5) 32. u 33 Mimduda Annimal salvaġġ jgħix fi xmajjar u l-art, minn ġildu jagħmlu ż-żraben u l-basktijiet (5) 33. Ara 32 Mimduda (5) 1. 2. 4. 5. 6. 7.

Weqfin

Ħasla kiesħa jew sħuna mhux fil-banju (5) Fidi (7) Abtu tal-qassisin (7) Xitla Ażjatika li tikber fl-ilma (4) Protezzjoni, ħarsien minn attakk (6) Tal-Appostli ssibhom fil-Bibbja jew xi tlieta fuq il-palk (4)

Isem Mob/Tel

9. 12. 14. 16. 17. 18. 22. 24 26. 27. 28.

Attività organizzata għaż-żfin, bħal dak tal-Karnival (5) Dak kollu għar-rimi (5) Wieħed mis-sebat iħbieb ta’ Snow White (4) Mossi psataż, ċaqliq ikrah (5) Maħbub qabel jidħol għarus (6) Kalendarju, pronostku (8) Fizzjal fil-pulizija jew fid-dipartiment tassanità, pereżempju (7) Mexxa, ġarr, skorta, ħa xi ħaġa minn post għal ieħor (6) Ma traqqgħux bil-qargħa aħmar (5) Mara f’ordni reliġjuża, tgħix fil-kunvent (4) Iżda (4)


IL-LOGHBA TAL-EDITUR Il-Fatat Kaħlani u Puccini bħad-Don Giovanni, Le Nozze di Figaro, u La Donna è Mobile mill-opra Rigoletto. (U dawk it-tfal b’xi ftit kurżità jistgħu jfittxu u jitgħallmu xi ftit dwar dawn l-opri).

Il-ktieb ta’ dan ix-xahar huwa Il-Fatat Kaħlani. Iltaqgħu ma’ karattru ġdid filletteratura għat-tfal. Imma oqogħdu għassa sew għax dal-karattru ġieli jidher u ġieli ma jidhirx. Iva sewwa fhimtu – ilMerlin Publishers għandna fatat. Fatat speċjali, għax mhux il-fatati kollha jkunu tal-waħx jew kattivi. Hemm fatati li mhux talli ma jbeżżgħux, talli dħulin u kollha praspar. Dal-fatat jismu Kaħlani. Dan Kaħlani mhux dejjem kien ħares. L-ewwel storja tgħidilna min kien qabel ma sar fatat u kif spiċċa fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ B’Kara. U mhux dejjem kien jismu Kaħlani lanqas. Kien jismu Sigismondo Trapani u kien ikanta l-opri. Kien minn B’Kara u kien jaqbad il-ferrovija biex imur itTeatru tal-Opra, il-Belt. Kien ikanta opri ta’ Mozart, Verdi

Sigismondo kien maħbub minn kulħadd u darba waħda, meta raqad raqda twila twila fuq il-bank tal-istazzjon u ma reġax qam, tgħidx kemm werżqu n-nies. Iżda hu hemm kien għadu, bid-differenza li issa kien taħt forma ta’ fatat lewn is-sema. U minn hemm ġie l-isem Kaħlani. Il-Fatat Kaħlani jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha jew direttament mis-sit merlinpublishers.com Kapaċi ssib 10 kliem li huma bold minn din il-gradilja?

Ibgħat ir-risposta tiegħek fl-indirizz; Logħba tal-Editur, GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010 Isem Email Hemm 5 kotba x’jintrebħu! Ibgħat it-tweġiba tiegħek sas-26 ta Ottubru, 2021.

Mob/Tel

GWIDA Ottubru 2021 65



EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN

IR-RIKATT (l-ewwel parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Sebaħ il-jum u Stella qamet bil-mod. Ħdejha kien hemm raġel li kien għadu rieqed. Inkiss inkiss, tqum biex tiġbor il-kartiera li kien hemm fuq il-komodina mingħajr ma tagħmel l-iċken ħoss. Ħarset lejn il-kartiera u b’diżappunt sabet li dan ma kellux sold fuqu. Niżlet mis-sodda u bdiet tbiddel filwaqt li xegħlet sigarett. Rat l-uniformi ta’ dan ir-raġel u ntebħet li kien uffiċjal. Iċċekjat il-bwiet kollha u sabet ftit flus li daħħlithom bejn sidirha. Ħadet żewġ nifsijiet mis-sigarett, ħarset lejn ir-raġel li kien hemm fuq is-sodda u ħarġet ’il barra. Xħin kienet nieżla t-taraġ indunat li kienet f’nofs xena ta’ delitt. Il-pulizija Johnny u sieħbu Carmelo kienu qegħdin hemm. Stella tinżel isfel u ssib żewġ nisa li kienu qegħdin jissendikaw dak li qed jiġri. Stella tistaqsihom x’kien qed jiġri u dawn jgħidulha li minkejja li ħadd ma ried jgħidilhom b’xejn, indunaw li waħda minnhom kienet sfat maqtula mal-lejl. Ix-xniegħa kienet li din il-mara kellha erbat itfal żgħar. Il-qattiel ta’ Strada Stretta baqa ma nqabadx. Din bdiet toħloq ħafna tensjoni kemm għan-nisa u anke għas-sidien talkmamar tal-briedel. Stella tħassbet ftit fuq dak li kien ġara, imbagħad kompliet ħierġa. Il-katavru li kien hemm kien mgħotti b’ liżar. Carmelo xejn ma kien qed jieħu pjaċir li l-miġemgħa kienet qed ittaqtaq u tparla fuq il-każ mhux solvut. Carmelo beda jħeġġeġ lil sħabu biex jindirizzaw il-problema kemm jista’ jkun malajr. Johnny: L-unika mod biex tindirizza l-problema Carm, billi naqbdu l-barri minn qrunu.

Carmelo: Imma l-barri fejnhu? Lanqas suspettat wieħed.

Johnny: Hemm xi mara ħa tiġi interrogata iktar tard għax qalet li rat xi ħaġa.

Carmelo: Issa tara.

Johnny: Min hu jaf x’inhu jagħmel. Studjata l-azzjoni. (Iħares lejn l-arloġġ u jinduna li kien qiegħed tard) Ħa jkolli nħallik għax irrid niltaqa’ ma’ Violet. Carmelo deher imbarazzat, ftakar f’dak li kien ra ftit tal-ġranet qabel. Johnny beda jimxi għad-dar u Carmelo bħal donnu jimxi warajh biex jgħidlu xi ħaġa.

Carmelo: Qed tiltaqgħu iktar hux dan l-aħħar? Johnny: (b’sodisfazzjon) Nippruvaw.

Carmelo: Mhux aħjar!

Johnny: Int min qallek li qed ingerger.

Carmelo: Tajjeb hux! (kien konfuż immens. Ma kienx jaf kif ser jaqbad jgħidlu li ra lil martu taqlibhielu. Imtela b’ansejtà liema bħalha) Johnny: Trid tgħidli xi ħaġa?

Carmelo: Carmelo: Min? Jien?

Johnny: Għax bqajt ħiereġ miegħi!

Carmelo: Le għax konna qed nitkellmu ...ara ħa nitla’! ( jitlaq u jħalli lil Johnny jimxi għad-dar tiegħu) Stella waslet fid-destinazzjoni li kellha f’rasha, reġgħet qabdet sigarett u daqqet il-qanpiena. Kienet qiegħda quddiem il-kunvent tas-sorijiet. Is-soru dak il-ħin ħarġet xi ftit tfal orfni biex jilagħbu fil-ġnien. Stella niżlet is-sigarett u ħarset mill-grada. Kienet tefgħet għajnejha fuq tifel li kellu ħames snin li kien għaddej jilgħab b’ferrovija. Qalbha kienet qed tinħall bil-viżjoni ta’ dan it-tifel li ma kien ħadd ħlief binha. Wieħed mittfal li kienu qed jilagħbu mexxa l-ferrovija li kien qed jilgħab biha dan it-tifel f’direzzjoni fejn kienet qiegħda Stella. Stella staħbiet biex ħadd ma jaraha. Iben Stella qam minn postu biex imur iġib il-ferrovija tiegħu. Xħin ġabar il-ferrovija jilmaħ lil Stella. Għall-ewwel kienet ftit imbarazzata imma baqgħet tħares lejh u titbissimlu. Waħda mis-sorijiet bdiet tfittex lil dan it-tifel u tgħajjatlu.

Xewqat il-Qalb - 112

GWIDA Ottubru 2021 67


EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Soru:

Edward! Edward!...Xi ħadd ra lil Edward? (It-tfal ippuntaw subgħajhom fejn kien jinsab it-tifel. Marret ħdejh imma Stella ma kinitx hemm) Edward taf kemm ilni nfittxek! Terġax titlaq għal rasek, ibqa’ magħna. (Edward baqa’ jħares biex jilmaħ lil dik il-mara, is-soru tħares biex tara x’kien qiegħed jara iżda ma tara xejn) ...Ejja sabiħ, ejja ħa mmorru. Stella kienet marret tistaħba ftit metri ’l bogħod. Ma riedet turi lil ħadd li kienet qiegħda hemm. Dak il-ħin, Lydia u Lilly kienu qegħdin fil-kċina. Lilly bir-rollers ma’ xagħarha tirrakkonta lil Lydia fuq l-esperjenza tal-ġurnata ta’ qabel, meta kienet rat lil Mario.

Lydia:

Imma għala issa ġie jfittixni?

Lilly:

L-irġiel hekk ruħi. Meta jridu huma mhux meta jkollok bżonnhom. Dejjem hekk kienet tgħid iz-zija Alla jaħfrilha.

Lydia: Lilly: Lydia: Lilly: Lydia:

Ma nistax nifhem kif sabni. Mhux lilek lili. Beda jsaqsi għalija mbagħad għamiltha tabirruħi li jien mhux jien. Ma nafx kemm emminni imma. Kif wasal għalik ma nistax nifhem! Xi ħadd naħseb qallu li tkun miegħi jew li rawk miegħi. Mela qed isaqsi għalija.

Lilly:

Lilek irid ruħi. Jien ma rrid ngħidlu xejn imma. Ma kontx naf tridx tkellmu. Int trid tkellmu?

Lydia:

(kienet konfuża) Jien bgħattlu ittra biex jiġi jiltaqa’ miegħi u ħallieni waħdi ...meta jaf ...jaf x’kundizzjoni qiegħda fiha.

Lilly:

Hekk għidt jien, ja demel. ...Imma ftit kurżità m’għandekx tara xi jrid?

Lydia: Lilly: Lydia:

Hu qallek li reġa’ ġej? Mela u għajjatha. Qalli ħa nibqa’ niġi hawn. Issa x’ser nagħmel?

Lilly:

Isma’ lbieraħ tatek dik it-taqliba u kellha tinqala’ din ta’ Mario wkoll. Imma bilfors kelli ngħidlek, mhux biex ninkwetak.

Lydia:

Le sewwa għamilt.

Lilly: Lydia:

Jien sinċerament iktar nibża’ minn Polly kieku flokok. Għaliex? Ħaditha ħażin?

Lilly:

Ħeqq ivvintajt li stajt ilbieraħ, imma trid tibda taħseb x’ser tagħmel Lydia. Għada pitgħada ħa tibda tidher, il-ħwejjeġ mhux ser jiġuk. Trid taħseb x’ser tagħmel.

Lydia:

Ma nafx. Kieku ma kontx int għalija lanqas naf x’nagħmel. (bdiet tinkwieta ħafna u Lilly mill-ewwel qabżet biex tfarraġha)

Lilly: Lydia: Lilly:

Isma’, jien ma nifhimx ħafna f’dawn l-affarijiet. Imma nismagħhom jgħidu li t-tfal grazzja minn Alla. Issa kif tagħmel biex trabbihom jaħseb għalihom hu wkoll. Kif ħa nrabbi tarbija waħdi, bilkemm naf nieħu ħsieb tiegħi nnifsi. Int għandek bżonn tinsa ftit il-problemi, għax xorta m’intix tagħmel tajjeb lill-baby hekk. Mur ilbes ħa noħorġu ftit jien u int, ninżlu naqra sax-xatt, nieħdu ftit xemx. Ejja tlaqna passiġġata. Lydia b’nofs tbissima pruvat tikkalma ftit. Kienet imfixkla u ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. Bħal Guido! Dak il-ħin kien qiegħed ma’ Twannie fil-kafetterija tagħhom. It-tnejn li huma kienu qed ipejpu.

68 GWIDA Ottubru 2021

Xewqat il-Qalb - 113


EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN

IR-RIKATT (l-ewwel parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Twannie: Guido:

Twannie: Guido:

Twannie:

Guido: Twannie: Guido: Twannie: Guido:

Ħsibtek ma tridx taf aktar. Jien ma komplejtx minn dakinhar. Għandek raġun! Mhux jien għidtlek. Imma kien hemm xi żviluppi..... Twannie: Sirt taf xi ħaġa? Jien qgħadt naħseb ftit, u iktar ma qgħadt naħseb irrealizzajt li mhux importanti għala telqet Lydia. Ma jinteressanix. Irridek issibha! Għinni nsib fejn qiegħda biss. Il-bqija ma jinteressanix. Ara Guido jien nagħmel li tgħidli ...mhux soltu tiegħi li nagħti l-pariri, xogħol xogħol, imma inti tifel sew, għax tidher. Avukat rispettat u m’hemm xejn li jwaqqfek tkompli timraħ fil-karriera politika tiegħek. Imma naħseb li Lydia wrietek biċ-ċar li trid ħajja ma’ ħaddieħor. Allura skużani li ħa nsaqsik imma tiġi naturali. X’ser tagħmel la ssibha, jekk hi ma tridx taf bik? Napprezza l-ġenwinità tal-parir tiegħek, imma jien u int m’aħniex ħbieb. Jien inħallsek għal biċċa xogħol u int tagħtihieli. Ma nħossx li għandi għalfejn nispjega ruħi miegħek ...Nispera li ma tiħux għalik. Lanqas xejn. Għandek kull dritt. Imma ftakar li karriera fil-politika ġġibek suġġett tan-nies u dan ifisser li ħajtek u dawk li jagħmlu parti minnha, jiġu skrutinizzati daqsek. Biex toqgħod attent lil min tħalli parti minn ħajtek. Lydia mara sew u rispettata, huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi jien wegħedt quddiem Alla li niżżewwiġha. U jekk raġel m’għandux il-kelma tiegħu, x’għandu? Naqbel miegħek imma wisq nibża’ li din m’għandhiex x’taqsam mal-irġulija imma mas-sentimenti tiegħek. Vera tħobbha lil Lydia inti? Bir-rispett kollu Twannie diġa’ għedtlek. Is-sentimenti tiegħi m’għandhomx jinteressawk. Sibha u kellimni. U iktar ma ssibha malajr aħjar. Guido jitlaq bl-herra. Ma setax jammetti miegħu nnifsu x’kien qiegħed jiġbdu lejn Lydia. Twannie baqa’ hemm jonfoħ fis-sigarett. Luċija marret iżżur lil Mario ħdejn id-dgħajsa tiegħu u sabitu hemm jaħdem. Mill-ewwel tgħidlu li l-ġurnata ta’ qabel kienet marret iżżuru u l-ħabib tiegħu Ġanni kien qalilha li mar il-Belt ifittex lil Lydia.

Mario:

Lucija: Mario:

Lucija: Mario:

Lucija: Mario:

Lucija: Mario:

Lucija: Mario:

Lucija:

Naħseb Lydia ma telqitx minn Malta, kif kont qed naħseb. Għala taħseb li telqet? Għax l-aħħar li tlajt il-Belt hekk qaluli ...li kellha l-ħsieb titlaq barra minn Malta. Imma lbieraħ iltqajt ma’ xi ħadd li qalli li raha ma’ xi waħda jisimagħha Lilly u toqgħod fl-inħawi, ftit tal-ġranet ilu. Allura hemm imnejn ma telqitx. Issa x’ser tagħmel? Lil din Lilly sibtha ...imma ma nafx jirnexxilix insib lil Lydia ...Int x’kellek bżonn? Iva bilħaqq! (Luċija titbissem u tagħtih ittra) Dik ta’ Lydia? Le. Għidtlek li dik mhux għandi. Din irċevejtha lbieraħ filgħodu. ( jifli l-envelopp u jinduna li kellha bolla barranija) Din mhux ta’ Malta. (Ma setgħetx tħalli l-etusjażmu ġewwa fiha u tgħidlu) Le. Tiftakarha dik l-ittra li kont sibt għand is-Sinjura ...fl-aħħar waslitli l-korrispondenza. Kif jista’ jkun? Lucija: Aqra!

Xewqat il-Qalb - 114

GWIDA Ottubru 2021 69


EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (l-ewwel parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Mario: Lucija: Mario:

Lucija: Mario:

Lucija:

( jiftaħ l-ittra u jipprova jaqra bil-ftit li kien jaf. Ma kienx bniedem li jaf jaqra ħafna allura ħa l-ħin tiegħu. Xħin raha deher sorpriż. Ħares lejn Luċija li dak il-ħin kienet b’entużjażmu kbir. Mario bħal donnu ma setax jemmen bl-aħbar. Poġġa bilqiegħda u kompla jifli l-ittra) Din min jaf iktar biha? Jien lilek qed nuriha biss. Jiġifieri ħadd iktar minna ma jaf biha? U Marie! Dik il-mara serp daqsha qatt ma rajt ...għalhekk mela! Taħseb Lydia jew Victoria jafu? Ma naħsibx. Dan is-sigriet ta’ Marie biss. U issa tiegħi u tiegħek ukoll. L-ittra s’issa ma nafux x’tikkonsisti imma jidher li kienet ta’ aħbar tajba għal Mario u Luċija. Sylvana u Julia fl-2015 kienet waslitilhom aħbar tajba wkoll! Christopher kellu f’idu informazzjoni li żgur kienet ser tinteressa lil dawn ittnejn. Id-djarju ta’ Lydia issa qanqlilhom kurżità kbira. Dakinhar Christopher uriehom il-family tree ta’ Lydia li skontu issa kienet faċli iżjed biex tinstab l-informazzjoni meħtieġa. Dan beda jurihom ritratti antiki li kien sab tal-ġenituri ta’ Lydia.

Christopher:

Din hi Lydia ...dejjem mill-informazzjoni li ġbarna fid-djarju sewwa. Fil-pront uriehom ritratt ta’ Lydia fil-palazz. Sylvana u Julia kienu bla kliem, affaxxinati jħarsu lejn ir-ritratt u jistqarru kemm din Lydia kienet fil-fatt tfajla ħelwa. Mill-ilbies u statura tagħha indunaw li din it-tfajla kienet ta’ klassi għolja.

Sylvana:

Christopher: Julia:

Sylvana:

Christopher:

Julia:

Christopher:

Sylvana: Julia:

Christopher:

Naħseb jekk tmur ir-reġistru tkun tista’ tara jekk qatt iżżewġet, jekk kellhiex tfal...le? Fuq dik ridt inkellimkom. Tinsewx li min jgħix ħajja ta’ privileġġ, ikun jaf ħafna nies f’pożizzjonijiet imlaħħqa u kien jiflaħ iħallas biex jelimina ċertu dokumenti jekk ikunu ta’ skomdu għalih. Imma r-reġistru mhux suppost. Ma nieħu xejn bi kbir. Ma smajtux, jekk ikollok il-flus tista’ tixtri n-nies. Jien mhux qed ngħid li żgur hekk ġara, imma kien hemm ħafna każijiet fejn dokumenti ġew meqruda għalkollox. Jien għadni ma ċċekjajtx sewwa, imma tajt xi informazzjoni lill- ħabib tiegħi jaħdem hemm u ma sab xejn. U ritratti ta’ ommha jew tal-familja tagħha sibt iktar? Mela din suppost ommha. Marie Vella Hawton. Ma naħsibx li ommha kienet ta’ dixxendenza nobbiljari, forsi minn familja benestanti imma ma naħsibx li nobbli. Din it-trouble kollu; ara! Ħa ngħidlek, lil ommha hekk eżatt immaġinajtha. Dan imbagħad missierha, baruni, u milli jidher kien professur li miet Lixandra fit-tieni gwerra. Sylvana tgħidilhom li Lydia ġieli semmiet lil missierha fid-djarju. Ritratt ta’ Victoria ma kinux sabu. Julia tħeġġeġ lil sħabha biex imorru l-Insinwa ħalli jfittxu iżjed fuq din il-mara. Kellhom seba’ mitt sena biex isibu lil din Lydia. Imma ħajja għadha?

Christopher:

Sylvana: Julia:

Christopher: Sylvana:

70 GWIDA Ottubru 2021

Tinsiex kemm għadda żmien Ju. Jaf insibu li mejta. Possibbli. Ħeqq m’hemmx x’tagħmel hux. M’hemmx x’tagħmel? Ejja għaġlu mela, għax jekk insibha u nsir naf li mietet ġurnata qabel u ma lħaqthiex minħabba fikom.... Ukoll! Smajtha. Allaħares tieħu għaliha. Xewqat il-Qalb - 115



Editorjal

ĠURNATA MISSJUNARJA: ARA FTIT X’SER ISIR DIN IS-SENA Is-Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċji huma magħrufa f’ħafna pajjiżi bħala Missio. Dan huwa l-isem ta’ grupp ta’ soċjetajiet missjunarji Kattoliċi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni talPapa. Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu s-Soċjetà talPropagazzjoni tal-Fidi, is-Soċjetà ta’ San Pietru Appostlu, l-Assoċjazzjoni tas-Santa Infanzja u l-Unjoni Missjunarja tas-Saċerdoti u r-Reliġjużi. Sa mis-sena 1922, Missio kien u għadu l-organizzazzjoni li joffri l-appoġġ uffiċjali tal-Knisja Kattolika lill-missjonijiet barranin. Il-Papa speċifikament jitlob lill-Missio sabiex jgħin iwassal il-messaġġi ta’ Kristu liddinja, speċjalment f’pajjiżi fejn il-Kristjaneżmu huwa ġdid, għadu fil-bidu tiegħu u/jew huwa fqir. Missio, b’aktar minn 120 uffiċċju madwar id-dinja, jagħti kura u appoġġ lill-knejjes li għadhom jibdew sakemm dawn ikunu kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Missio huwa l-unika organizzazzjoni li jagħti appoġġ lil kull min jagħmel parti mill-1,200 djoċesi missjunarja fid-dinja. Missio jibqa’ ħaj permezz tal-ġenerożità tal-Kattoliċi u jilgħab parti kruċjali fil-ġlieda kontra l-faqar, il-mard, l-inġustizzji u l-isfruttar. Ta’ kull sena x-xahar ta’ Ottubru jkun kollu kemm hu ddedikat għall-missjoni. Il-kura tal-Papa għall-knejjes kollha hija espressa permezz tat-talb u tas-solidarjetà, li huma inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal-Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l-komunitajiet tagħhom bl-imħabba u l-kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Kien għalhekk li fis-sena 1926 Papa Piju XI ddikjara l-Ħadd ta’ qabel l-aħħar ta’ Ottubru bħala l-ġurnata missjunarja – jum ta’ talb għall-missjonijiet. 72 GWIDA Ottubru 2021

Aktar ’il quddiem ix-xahar ta’ Ottubru ġie ddikjarat bħala x-xahar missjunarju. Din is-sena din il-ġurnata ser taħbat nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru u t-tema magħżula minn Papa Franġisku hija: “MA NISTGĦUX MA NITKELLMUX FUQ DAK LI RAJNA U SMAJNA.” (Atti 4:20) Xi proġetti ser isiru? Din is-sena aħna mistednin li nissieħbu mal-Knisja filKambodja, peress li dawn jipprovdu protezzjoni u żviluppi kontinwi lil tfal li huma vulnerabbli. L-Isqof Kike u t-tim tiegħu fetħu dar għal tfal b'diżabilità kkawżati minn mini tal-art (landmines) jew mard bħall-poljo u l-kanċer. Mill1975 sal-1979, il-pajjiż għadda minn tbatija kbira minħabba l-gwerra ċivili. Tul is-snin 70 u 80, fil-Kambodja tpoġġew miljuni ta’ bombi moħbija taħt l-art li kif tirfishom jisplodu. Minkejja l-isforzi għal aktar minn 20 sena biex jitneħħew dawn il-mini tal-art, huwa stmat li għad hemm ’il fuq minn 3 miljun mina tal-art u armi oħra midfuna madwar il-pajjiż. Dawn jikkawżaw madwar 100 inċident u diżgrazzja kull sena. Għin lill-Isqof Kike jagħti kuraġġ lin-nies b’diżabilità fiċċentru Arrupe fil-Kambodja, għax mingħajr l-appoġġ tiegħek iċ-ċentru ma jistax ikompli l-missjoni sabiex jieħu ħsieb lil dawn in-nies fil-Kambodja. Inti tista’ tgħin lill-Isqof Kike u liċ-ċentru Arrupe kif ukoll missjonijiet oħra, billi matul dan ix-xahar missjunarju tagħti d-donazzjoni tiegħek: • Permezz tal-website tagħna www.missio.org.mt/donate • Fl-envelopp li tirċievi d-dar • Kif ukoll tpoġġi d-donazzjoni fil-knejjes nhar il-Ħadd Missjunarju.


Editorjal

Xi stejjer qed tiltaqgħu magħhom? Chen huwa ġuvnott simpatiku li jgħix fiċ-ċentru Arrupe. Sa għaxar snin ilu, il-ħajja ta’ Chen kienet differenti ħafna hekk kif kien jieħu gost imur l-iskola, jgħin lill-familja tiegħu fir-razzett u jilgħab il-futbol ma’ sħabu. Imma ftit taż-żmien ilu kollox inbidel, meta Chen rifes fuq mina tal-art li ħaditlu saqajh it-tnejn. Fil-bidu kienet diffiċli wisq għal Chen biex jaċċetta li ma setax jimxi iktar b’mod normali bħal qabel. Il-limitazzjoni kienet kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif beda jħossu ta’ piż fuq il-familja tiegħu li diġà kienet qed titħabat finanzjarjament. Meta t-tama dehret mitlufa, Chen instab mill-Isqof Kike Figaredo u t-tim taċ-ċentru Arrupe. Illum il-ġurnata, Chen mhux biss ma jħossux ta’ piż, imma jgawdi suċċess akkademiku u professjonali. Fil-fatt, illum il-ġurnata Chen qed jistudja l-ipprogrammar tal-IT fl-università, filwaqt li jaħdem fiċ-ċentru tat-tessuti, La Paloma. Apparti minn hekk, huwa meqjus ta’ eżempju kbir għal żgħażagħ residenti oħra fiċ-ċentru, għax bl-istess mod li sab issapport u l-imħabba hu, issa qiegħed jagħti s-sapport huwa stess lil residenti oħra sħabu. Chen qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ-ċentru Arrupe u għall-Missio li jgħin lil dan iċ-ċentru bis-saħħa tad-donazzjonijiet u l-qlub ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin. Dara huwa tfajjel li wkoll jgħix fiċ-ċentru Arrupe, ċentru li jagħti għajnuna, edukazzjoni u taħrig lil tfal b’diżabilità bħal Dara. Ftit tas-snin ilu, huwa tilef il-pala t’idu u

parti mid-dawl t’għajnejh meta waqt li kien m’oħtu flgħalqa ta’ nannuh ġabar xi ħaġa tleqq li sab fl-art. Dak li ġabar kienet fil-fatt mina tal-art li splodiet f’idu. Illum il-ġurnata, Dara jmur l-iskola u apparti li jmur tajjeb flistudji, jogħġbu ħafna l-isports. Illum il-ġurnata, iħossu membru attiv fil-komunità tiegħu u jgħid li t-tim taċċentru Arrupe jimbuttah ħafna sabiex kuljum iħossu iktar motivat u ħerqan li ’l quddiem jidħol fid-dinja tax-xogħol, f’xogħol għal qalbu. Missier Dara jirringrazzja ’l Alla li Dara waqaf iħossu waħdu u minsi, dan wara li nstab mit-tim taċ-ċentru Arrupe. Il-missier jgħid li huwa ma kellux riżorsi biżżejjed sabiex iżomm lil Dara miegħu meta tilef il-pala t’idu u l-vista, u li hu kburi u ferħan li ċ-ċentru Arrupe ħa lil ibnu u qed itih taħriġ edukattiv sabiex ikun jista’ jaħdem fil-futur. Dara qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ-ċentru Arrupe u għall-Missio li jgħin lil dan iċ-ċentru bis-saħħa tad-donazzjonijiet u l-qlub ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin. Nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru ftakar fil-ġurnata missjunarja u għin lill-Missio! Tinsewx wkoll il-programm “ARA MIN MAR!” li ser jkun qed jerġa’ jixxandar min Ottubru li gej fuq NET TV. Kif diga tafu, individwi u personalitajiet minn sfondi differenti tal-ħajja qed jiġu intervistati bil-għan li jaqsmu l-esperjenza kollha tagħhom fil-missjoni; mill-bidu nett tal-preparazzjoni għall-vjaġġ ta' esperjenza attwali li għamlu barra mill-pajjiż, kif ukoll il-konsegwenza ladarba l-individwu jkun lura d-dar. L-intervista ta’ 50 minuta ddur ukoll madwar il-kwalitajiet u l-karatteristiċi tal-mistednin, allura t-telespettaturi huma assigurati bi programm divertenti u ta' għarfien! Taħlita ta' mistednin, minn personalitajiet tat-TV sa membri tal-Knisja u żgħażagħ! Għal aktar tagħrif wiehed jista’ jsibna fuq il-paġna ta' Facebook “Ara Min Mar!”

GWIDA Ottubru 2021 73


RiĊetti

KARI AĦMAR VEĠETARJAN BIL-ĠEWŻ TAL-INDI U Ċ-ĊIĊRI RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Ingredjenti

P mgħarfa żejt tal-ġewż tal-Indi (coconut oil) P mgħarfa ġinġer imqatta’ P 3 sinniet tewm imqattgħin fin P basla żgħira mqattgħa fin P bżaru aħmar pikkanti mqatta' fin P kuċċarina mimlija pejst tal-kari Thai P bżar ikkulurit aħmar, imnaddaf u mqatta' P brunġiela żgħira mqattgħa P bott kbir ħalib tal-ġewż tal-indi (coconut milk) P 3 imgħaref ġewż tal-indi mqatta' P bott ċiċri żgħir imsaffi P ftit piżelli tal-friża P kosbor frisk, biċċiet tal-luminċell u ross imsajjar biex isservi

74 GWIDA Ottubru 2021

Metodu

Saħħan iż-żejt f'taġen kbir u sajjar fih it-tewm, il-ġinġer, il-basla u l-bżar aħmar għal 2 minuti. Żid il-bżar u l-brunġiel u sajjar għal 4 minuti qabel ma żżid il-pejst tal-kari u sajjar għal minuta. Żid il-ħalib tal-ġewż tal-indi, ħawwar bilmelħ u l-bżar u sajjar għal 20 minuta. Eżatt qabel ikun lest, żid iċ-ċiċri u sajjar għal 2 minuti. Servi fi skutella bir-ross imsajjar, weraq tal-kosbor u biċċiet tal-luminċell.


RiĊetti

INSALATA TAR-ROSS U ŻEBBUĠ RiĊetta ta’ Anton B Dougall

Ingredjenti

P ross P ħafna żebbuġ iswed bl-għadma. Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma. P tadam P bżar ikkulurit P bżar u melħ P żejt taż-żebbuġa (jekk jista’ jkun extra virgin) P qlub tal-karfus

Metodu

1. Għalli r-ross skont kif għandek fuq il-pakkett. Trid tiftakar li trid tgħalli ross biżżejjed kemm tkun se tuża. 2. Saffi u laħlaħ tajjeb. Ħallih iqattar. Meta jkun tqattar tajjeb qiegħdu fid-dixx minn fejn tkun se sservi. 3. Sakemm ir-ross ikun qed iqattar, qatta’ l-ħaxix. 4. Żid dan il-ħaxix flimkien maż-żebbuġ u mar-ross. Ħawwad tajjeb.

GWIDA Ottubru 2021 75


Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON

Tagħrif dwar iż-żodjaku ta’ Libra Ix-xahar ta’ Ottubru ser ilaqqagħna ma’ żewġ żodjaki millkalendarju żodjaku; is-seba’ żodjaku – dak ta’ Libra u t-tmien żodjaku – dak ta’ Scorpio. F’dan l-artiklu ser inkun qed inwassal l-informazzjoni dwar Libra. Iż-żodjaku ta’ Libra hu magħruf ma’ ħafna bħala ż-żodjaku li jiddereġina lejn bilanċ, kemm fil-ħajja personali tagħna u kemm f’dak kollu li nkunu qed inwettqu madwarna, però dan iż-żodjaku joffrilna wkoll armonija, għarfien profond, kif ukoll motivazzjoni. Is-seba’ żodjaku ta’ Libra beda l-Ħamis 23 ta’ Settembru u jintemm fil-Ġimgħa 22 ta’ Ottubru; b’hekk ma’ dan iż-żodjaku nkunu wkoll qed bdejna l-istaġun frisk; dak tal-ħarifa. Bil-mod it-temperaturi sħan tas-sajf jibdew jitbaxxew, nibdew inħossu dik l-arja friska u ovvjament jibdew dawk il-jiem bix-xita u l-ħajja ta’ madwarna tibda tinbidel hekk kif nibdew naddataw il-mod kif nilbsu, nieklu u sitwazzjonijiet oħra li l-ħarifa ġġib magħha; dan kollu jagħmel dan iż-żodjaku ta’ Libra wieħed mistiku. Mhux ta’ b’xejn li Libra fil-kalendarju żodjaku hu n-numru 7! Is-simbolu ewlieni ta’ Libra huwa dak tal-miżien. Ovvjament ilmiżien jirraprenżenta żewġ aspetti, il-bilanċ u l-ġustizzja. Insibu fil-biċċa l-kbira x-xbieha ta’ mara żżomm il-miżien, li skont il-mitoloġija Griega kien jisimha Themis. Il-qofol tagħha kien li twassal bilanċ bejn il-ġustizzja perfetta. Fil-fatt ġiet mogħtija t-titlu ta’ Lady of Justice. Dan iż-żodjaku ta’ Libra jifforma parti mill-element tal-arja fejn miegħu nsibu żewġ żodjaki; dak ta’ Aquarius u dak ta’ Gemini. Dan sabiex ikun ikkunsidrat bħala l-aqwa element mill-erba’ elementi li nsibu fl-astroloġija. F’dan iż-żodjaku ta’ Libra ser inkunu qed nesperjenzaw żewġt iqmura ferm interessanti. L-ewwel qamar huwa nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru fejn ser inkunu qed nesperjenzaw New Moon, li bħala qamar huwa magħruf bħala bidu ġdid. Dan ser ikun qed jispirana għat-tisħiħ ta’ dak li rridu nkomplu nwettqu, fosthom dawk il-proġetti jew ideat li huma ppjanati, kemm fil-karriera, fl-imħabba, fil-familja u għal aktar ħin ta’ rilassament. Il-qamar l-ieħor hu qamar kwinta li ser ikun l-Erbgħa 20 ta’ Ottubru. Dan il-qamar ser ikun qed iwasslilna għarfien

partikolari lejn aktar determinazzjoni fit-twettiq ta’ dak li jkun meħtieġ li jitwettaq. Jekk għal xi raġuni partikolari int tkun tlift dik il-ħeġġa jew konċentrazzjoni, dan il- qamar kwinta ser ikun qed jerġa’ jagħtik l-enerġija meħtieġa sabiex tkattar dik id-determinazzjoni. B’hekk int terġa’ taqbad dik l-istabbilità, ser jagħtik ukoll għarfien sabiex tkun aktar organizzat fl-iskeda tiegħek. Fatti interessanti li nsibu fil-karattru ta’ Libra huma; persuni li l-għejja ma tagħmilx bihom u jekk ikun hemm bżonn l-għajnuna jkomplu bis-sħiħ sakemm iwasslu dik il-persuna fejn tixtieq hi. Għalihom dik tkun ta’ sodisfazzjon kbir. Libra jħobbu janalizzaw bir-reqqa dak li jkunu sejrin iwettqu, ma jagħmlux dan qabel ma jagħmlu r-riċerka dettaljata! Waħda mis-sitwazzjonijiet li Libra tgħinhom jirrilassaw huwa l-qari ta’ xi ktieb u l-eżerċizzju fiżiku. Il-Librani huma magħrufin għall-imħabba lejn l-annimali u filfatt kważi ħamsa fil-mija ta’ dawk li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku ssibilhom pet. Libra huma persuni ta’ komunikazzjoni tajba għalhekk bla ma trid tinġibed malajr lejn il-karattru tagħhom. Iżda titlef kull rispett jekk jaqbduk li int persuna m’intix onesta, hekk li titlef il-ħbiberija tagħhom. Nies famużi taħt iż-żodjaku ta’ Libra huma John Lennon, Olivia Newton John, Julie Andrews, Luciano Pavarotti, Simon Cowell, Catherine Zeta Jones, Cliff Richard, Sting, Margaret Thatcher, Mahatma Gandhi, Roger Moore, Brigitte Bardot, Vladimir Putin, San Franġisk t’Assisi, Sir Bob Geldof, Michael Douglas u Will Smith, fost oħrajn. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Libra huwa dak tal-Ġimgħa, waqt li għandek tevita l-jum tat-Tnejn. L-aktar xahar ideali huwa dak ta’ Ġunju iżda evita x-xahar ta’ Frar. Il-kristalli ideali għalik huma Amber u Rose Quartz. Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tista’ taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, PaulJon bl-oroskopju għalik, jew tista’ tibgħat ittra postali lil, PaulJon (GWIDA), Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste.


Oroskopju

IŻ-ŻODJAKU TA’ LIBRA MWASSAL MINN PAULJON MIT-23 TA’ SETTEMBRU SAT-22 TA’ OTTUBRU Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Trid trattab xi deċiżjonijiet li int ser ikollok tieħu. Dan minħabba li esperjenzajt konsegwenzi meta fil-passat għaġġilt. Għalhekk agħraf dan u ħu dawk id-deċiżjonijiet fil-ħin u fil-mument ideali sabiex b’hekk int tagħraf tersaq lejn dik l-istabiltà b'aktar ispirazzjoni. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Int għandek tagħraf aktar timxi b'moħħok f’dawk is-sitwazzjonijiet tal-preżent. Dan ser juri l-kapaċità tiegħek, għalhekk agħraf kun aktar fiduċjuż fik innifsek sabiex din tkun il-motivazzjoni tiegħek lejn futur stabbli. Irrifletti. Namaste.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awissu

Ser tkun aktar attent u ffukkat fuq dak li fil-passat ma kontx tagħtih dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed f’fażi ta’ tkattir u minħabba dan, int trid tkun aktar iffukat fuq kif taġixxi. Għalhekk tajjeb li minn issa tkun imħejji aħjar. Irrifletti. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awissu sat-22 ta’ Settembru

Ser ikun mument fejn tista’ tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek sabiex b'dan il-mod ma toqgħodx timxi aktar fuq pariri ta’ ħaddieħor. Parir dejjem ikun tajjeb, però finalment int trid tagħraf tasal għal dak il-pass finali. Dan ser jagħmlek persuna aktar stabbli! Agħraf sew. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Attent għal aktar metodi ta’ kif ser tibda tiddeċiedi għall-bżonnijiet li ġejjin fil-viċin tiegħek. Dan huwa mument delikat għalik. Għalhekk huwa importanti li int trid tagħraf iżżomm kawt sabiex ma jitwettqux żbalji. Agħraf sew dan. Namaste.

Ser ikun mument ta’ aktar stabbiltà minn dak li kont qed tesperjenza, għalhekk aħtaf dan il-mument ta’ opportunità sabiex tagħraf timxi aktar kemm fil-karriera kif ukoll fil-ħajja personali tiegħek. Dan huwa mument fejn int kapaċi twessa’ aktar l-abbiltà tiegħek. Agħraf biss li tkun responsabbli u bilanċjat. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Ser tirrifletti aktar fil-profond dwar il-pożizzjoni li kellek fil-passat, għal dak li int fil-preżent. Dawn huma fażijiet ta’ riflessjonijiet profondi li jafu joħolqu ftit ta’ konfużjoni, għalhekk għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent, sabiex tissaħħaħ aktar għal dak li hemm ġej lejk. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser tkun fażi fejn int ser tagħti dik l-attenzjoni aktar mis-soltu lil diversi sitwazzjonijiet madwarek. Ser tagħraf bħal qisu kollox irid ilħin tiegħu biex jiżviluppa eżatt kif tkun tixtiequ int. Għalhekk agħraf u emmen iżjed fik sabiex dawk il-proġetti jew ideat isarrfu f’ġejjieni aħjar. Irrifletti. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser ikun mument ta’ aktar għarfien fl-opportunità li int fil-preżent qed tesperjenza. Dan ser ikompli jsaħħek u minn issa, int trid kontra kollox tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu. Din hija esperjenza tajba għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek f'kull aspett li int ser tesperjenza. Namaste.

Ser ikun il-waqt li tagħraf tibda twettaq dawk il-bżonnijiet personali u għalhekk ikun tajjeb li minn issa tibda ddur waħda sew miegħek innifsek. Dan sabiex tagħraf aktar kif tqassam aħjar. It-tibdil li huwa meħtieġ tibżax twettqu. Żgur ser ikun utli għalik. Agħraf sew dan. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Ser tibda tesperjenza bosta opportunitajiet resqin lejk fil-karriera tiegħek. Taqtax qalbek jekk minħabba xi opportunità ġdida ser ikollok taddatta għal xi tibdil meħtieġ. Dan wettqu tajjeb u kompli ħares bil-galbu lejn il-futur qrib. Irrifletti. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ser ikollok xi ċaqliq li ser jieħdok lejn aktar stabbiltà ta’ dak li int tant ilek tippjana u tħejji. Għalhekk agħraf twettaq dak li hu meħtieġ. Dan ser ikun ferm utli għalik sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon u t-tkattir tant mixtieq. Iżda importanti li żżomm dak il-bilanċ fil-ħajja tiegħek. Namaste.

KOMPETIZZJONI MA’ PAULJON

Mistoqsija sempliċi għal dan ix-xahar: Is-simbolu ta’ Libra x’jirrappreżenta?

Q Tewmin? Q Bilanċ? Q Imħabba? Isem u Kunjom: _________________________________________Mobile Number: _________________ Indirizz: ________________________________________________________________________________ L-ewwel premju – Voucher bi skont fuq il-pubblikazzjonijiet kollha ta’ PaulJon. It-tieni premju – Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon, Marsascala. Flimkien ma’ tifkira tal-kalendarju żodjaku 2020. It-tweġiba għall-mistoqsija tal-kompetizzjoni tax-xahar li għadda, li kienet: Kemm-il qamar ser nesperjenzaw maż-żodjaku ta’ Virgo, kienet Tlett Qmura. Ir-rebbieħa huma dawn: L-ewwel premju għax-xahar ta’ Settembru ntrebaħ minn: Ms. Sandra Triganza minn Marsascala It-tieni premju għax-xahar ta’ Settembru ntrebaħ minn: Ms. Francielle Scerri minn Sliema Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: PaulJon,Kompetizzjoni GWIDA Po Box 27 Paola. Mhux aktar tard sas-26 ta Ottubru, 2021. Namaste. GWIDA Ottubru 2021 77


Editorjal

TGĦID XI ĦADD IĠIBLI PUPA? Martina* tinsab fil-kamra tagħha, fuq is-sodda taqra ktieb. Fid-dar hemm ħemda hekk kif it-tlett itfal l-oħra li jgħixu magħha, qegħdin il-judo, kif is-soltu jagħmlu nhar ta’ Ħamis. Jinstema’ biss leħen Rosey, waħda mill-carers li b’tant għożża jieħdu ħsieb lil dawn iċ-ċkejknin ta’ kuljum, tkanta b’leħen baxx ħafna mar-radju li jinsab fil-kċina, minn fejn kienet ġejja riħa taqsamlek qalbek. Martina ilha tgħix f’din id-dar għal dawn l-aħħar ftit xhur, wara li nstab li l-ġenituri tagħha ma kinux jitrattawha sewwa. Hija tilfet ħafna skola meta kienet tgħix magħhom u kienet titħalla bil-ġuħ u tfendi għal rasha, minkejja l-età tenera tagħha ta’ 7 snin. F’dawn il-ftit xhur, Martina għarfet x’ jiġifieri tgħix f’ambjent seren, li tkun mitmugħa b’għożża u li tmur l-iskola u tieħu ħsieb l-edukazzjoni tagħha. Għamlet progress kbir u minkejja li timmissja lill-ġenituri tagħha, tifhem li bħalissa tinsab ikkurata ferm aħjar. Ftit tal-ġimgħat ilu, Sara*, il-professjonista li taħdem ma’ Martina, mid-Direttorat Kura Alternattiva, staqsietha x’toħlom li tirċievi fi żmien il-Milied. Martina tfixklet għax lanqas tiftakar li xi ħadd qatt staqsieha. Fil-verità lanqas taf eżatt x’jiġri fil-Milied. Wara li Sara spjegat lil Martina x’jiġri fil-Milied, Martina tbissmet u bi ftit mistħija qaltilha li kemm ilha tmur l-iskola, semgħet lit-tfal tal-klassi jitkellmu fuq kemm jilagħbu bil-pupi d-dar. Kemm ilha fil-community home tad-Direttorat, sabet xi pupi biex tilgħab bihom, imma qatt ma rċeviet pupa tagħha bħala rigal.

Bħal Martina, hemm ħafna tfal oħrajn, li minkejja l-età tenera tagħhom, għaddew minn ħafna wġigħ f’ħajjithom. Dak li wliedna jieħdu bħala ovvju, ħafna drabi dawn it-tfal qatt ma jkunu biss ħolmuh, aħseb u ara gawdewh. Huwa għalhekk li disa’ snin ilu twaqqfet, Children Dreams Malta, website fejn fiha jinġabar il-ħolm kollu tat-tfal li jinsabu fi djar tat-tfal f’Malta u oħrajn li jinsabu jgħixu mal-familji tagħhom u li wkoll jesperjenzaw diffikultajiet f’ħajjithom. Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw f’din il-kampanja huma mitluba jżuru s-sit, www.childrendreamsmalta. org u jaraw il-ħolm kollu tat-tfal. Minn hemm jagħżlu ħolma, jidħlu fuq din l-istess ħolma sabiex isibu iktar informazzjoni, u jħallu d-dettalji tagħhom. Malli jagħmlu hekk, dik il-ħolma ma tibqax tidher fis-sit u l-ħolma tkun f’idejhom sabiex titwettaq. Huma jiġu mitluba sabiex jixtru din l-istess ħolma u jwassluha ġewwa l-uffiċini tagħna, fil-Mosta. Minn hawnhekk, il-professjonisti tagħna jwasslu dan ir-rigal għand it-tfal. Ingħaqad mal-mijiet ta’ individwi u kumpaniji, li ta’ kull sena jaqtgħu x-xewqat ta’ dawn it-tfal, u agħmel tmiem is-sena 2021 wieħed sinifikanti bil-ġest tiegħek. *L-ismijiet inbidlu biex nipproteġu l-identità tagħhom.

Kuntatt: Remenda Grech, Children Dreams Malta, C/O Triq l-Għasel, Mosta. M: 9928 2198/ 9934 5129/ 2169 5585; E: childrendreams@gov.mt; W: www. childrendreamsmalta.org; F: Children Dreams Malta

Children Dreams Malta hija inizjattiva mtellgħa bil-kollaborazzjoni ta’ Goodwill Ambassadors Foundation (VO/1770) u l-FSWS 78 GWIDA Ottubru 2021




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook

Articles inside

Tgħid xi ħadd iġibli pupa?

2min
pages 78-80

Tagħrif dwar iż-żodjaku Libra minn PaulJon

3min
page 76

Riċetta t’Anton B. Dougall – Insalata tar-ross

0
page 75

Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Kari aħmar veġetarjan

0
page 74

Ġurnata missjunarja

4min
pages 72-73

Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: L-ewwel parti

9min
pages 67-71

Għajnejn ileqqu bl-imħabba – Artiklu fuq l-annimali tad-dar

4min
pages 60-63

Is-saħħa kollox – Artiklu fuq is-saħħa

6min
pages 52-55

Il-logħba tal-Editur

1min
pages 65-66

Intervista ma’ Karl Gouder – Chief Operating Officer ta’ NET

7min
pages 48-51

Pink October – Ix-xahar iddedikat għal għarfien dwar il-kanċer tas-sider

4min
pages 56-59

Intervista ma’ Jason Micallef – Chairman ta’ ONE

5min
pages 44-47

Intervista ma’ Ivan Grech

3min
pages 24-28

Intervista ma’ Ira Losco

3min
pages 16-19

L-10 kupun biex tkun tista’ tirbaħ €1000 fi flus kontanti

0
page 29

38. Skeda ĠDIDA tal-ĦARIFA bil-programmi fuq l-istazzjonijiet lokali u barranin

21min
pages 30-39

Intervista ma’ Howard Keith

3min
pages 12-15

Intervista mat-tim tal-produzzjoni ta’ X FACTOR MALTA

2min
pages 10-11

Intervista ma’ Mark Sammut – Chairman ta’ PBS

4min
pages 40-43

Intervista ma’ Philippa

2min
pages 20-23
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.