PRIJORITÀ
Il-Ħadd, 26 ta’ Frar, 2023
“L-ISTESS BIL-PROVI!”
Kważi għaxar snin mindu l-Partit Nazzjonalista kkummissjona rapport tat-telfa wara r-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, baqa’ xejn ma nbidel u l-istess żbalji fit-tmexxija għadhom iseħħu. Dan b’mod partikolari b’riżultat tal-ħakma li l-establishment għad għandu fuq il-Partit. Anzi, iżjed minn hekk, sorsi mid-Dar Ċentrali jisħqu li, fost dawk li dak iż-żmien indikaw l-arroganza bħala raġuni ewlenija għal xiex kienu qed jitilqu n-nies mill-PN, illum, li qed jiġri l-istess, qed jattakkawhom bħala beżżiegħa u opportunisti.
Ħarġa Nru 1,546 Prezz €1
DAWK IL-MALTIN B’IŻJED MILL-PAGA MEDJA RDOPPJAW
Ċifri uffiċjali juru titjib sinifikanti fid-dħul annwali taċ-ċittadini lokali taħt amministrazzjonijiet Laburisti … jonqsu l-ħaddiema fl-inqas faxex ta’ dħul, waqt li jikbru l-klassi medja u dik għolja
Dawk il-ħaddiema Maltin u Għawdxin, li għandhom dħul li jaqbeż l-€20,000 fis-sena u allura jisbqu l-paga medja nazzjonali, irdoppjaw fl-aħħar għaxar snin mindu nbidlet l-amministrazzjoni fil-pajjiż. Fl-istess ħin li dawk li jaqgħu taħt il-livell ta’ €20,000 naqsu b’madwar 14,000 persuna, faxex ta’ ħaddiema b’salarji ogħla minn €25,000, €30,000, €35,000 u €40,000 saħansitra triplaw u kwadriplaw.
Tagħrif ippubblikat fil-Parlament juri kif iżżieda fl-ammont ta’ dawk jaħdmu kienet kompletament f’impjiegi li jħallsu pagi għoljin. Waqt li fl-2012 aktar minn nofs l-impjegati lokali kellhom dħul taħt il-€15,000, id-dħul medju tal-impjegati kiber sal-2021 għal bejn €20,001 u €25,000. Dan ifisser li d-dħul medju ta’ impjegati Maltin kiber b’aktar minn nofs.
Il-ġimgħa li għaddiet analiżi tal-KullĦadd żvelat kif it-tkabbir tal-ekonomija nazzjonali flaħħar għaxar snin ipproduċa 100,000 impjieg full-time ġdid u 23,500 part-time ġdid, b’aktar minn 90% minnhom mal-privat. Iżjed minn nofs dawn l-impjiegi ġodda kienu fl-oqsma tasservizzi professjonali u amministrattivi, tal-informatika u s-servizzi finanzjarji, u tal-gaming, fost l-oħrajn.
Il-politika ekonomika ta’ Gvernijiet Laburisti fl-aħħar snin ħolqot klassi medja ġdida, b’għexieren ta’ eluf ta’ impjegati Maltin li raw żidiet qawwija fid-dħul tagħhom. Fil-fatt, dawk li fis-sena jaqilgħu taħt il-€15,000, inkluż dawk li jaħdmu
part-time biss, naqsu b’aktar minn terz mill-2012 ’l hawn. Fl-istess ħin żdiedu b’terz dawk l-impjegati li jaqilgħu bejn €20,001 u €30,000.
Tkompli f’paġna 4
TIBDIL FILFAXEX TAD-DĦUL TALMALTIN €20,001€25,000 €25,001€30,000 €30,001€35,000 €35,001€45,000 €45,001€60,000 13% 7% 4% 3% 1% 13% 12% 9% 10% 6% 2012 2021
LILL- ISTUDENTI U LILL-GĦALLIEMA TAL-IMTARFA
Rapport f’paġna 3
Rapport f’paġna 9
DETTALJI
EDITUR
RONALD VASSALLO
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
KIMBERLY CEFAI
email: sales@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
DISINN TAL-PAĠNI
KIMBERLY CEFAI
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
KUNTATT ĠENERALI
KullĦadd
email: editorial@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate
Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU
www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI
www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT
Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI
Emerġenza Covid 19 - 111
Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 17°C
L-Inqas Temperatura: 13°C
L-Indiċi UV: 4
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa li tiksi
l-Italja u ċ-ċentru tal-Mediterran ser timxi lejn
it-Tramuntana
It-Temp: Imsaħħab li jsir ftit imsaħħab
Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Punent Majjistru, li jsir moderat mil-Lbiċ
Il-Viżibilità: Tajba
Il-Baħar: Moderat
L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir mill-Punent
It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
It-Tlieta
18°C 9°C UV 2
16°C 11°C UV 1
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta — 2123 4567
Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun — 21224898
Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ — 21465411
The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara — 21493549
Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann — 21387479
Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi — 21375373
Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema — 21332243
St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija — 21414051
Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Sta. Margherita Estate, Il-Mosta — 21416426
St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar — 21575276
Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija — 21677037
Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu — 27600126
Polymer Żabbar Pharmacy, 30, Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar — 21676263
Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa — 21652226
Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop — 21641328
Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida — 21244366
Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21455479
Għawdex
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana — 21566979
Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija — 21557278
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
26.02.2023 02
It-Tnejn 18°C 17°C 17°C 17°C 13°C 10°C 10°C 10°C UV2 UV 4 UV 5 UV 4 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
Il-Ġimgħa
PROTEST GĦAL PROĊESS URĠENTI TAL-ISPTARIJIET
Il-Gvern ressaq protest biex jitnaqqas il-perjodu ta’ appell wara s-sentenza ġudizzjarja li ngħatat ilbiraħtlula mill-Qorti fejn ikkonkludiet li erba’ ftehimiet dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-eks Sptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech biex jitmexxew minn Steward Healthcare huma nulli u allura issa dawn l-istess istituzzjonijiet iridu jgħaddu lura għand ilGvern fi żmien tliet xhur.
Il-protest ippreżentat ilbieraħ isegwi l-kummenti fl-istess linja li l-Prim Ministru Robert Abela ta lill-ġurnalisti nhar il-Ġimgħa filgħaxija b’reazzjoni għall-istess kawża deċiża mill-Imħallef Francesco Depasquale.
Dr Abela indika li, wara analiżi tas-sentenza ta’ kważi 140 paġna, il-Gvern kien se jitlob lill-Qorti biex tqassar il-perjodu allokat għall-appell mit-30 jum normali u, kemm-il darba jsiru appelli, il-Qorti se tintalab biex dawn jinstemgħu b’urġenza.
Iżjed minn hekk, il-Prim Ministru ta l-assigurazzjonijiet kollha li kull żvilupp f’dan ir-rigward mhu se jbiddel xejn mis-servizz tal-kura tas-saħħa tal-ogħla livell li jingħata lill-poplu, waqt li l-ħaddiema kollha ta’ Steward se jiġu assorbiti mill-Gvern.
Stqarrija, li nħarġet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) ftit wara d-deċiżjoni tal-Qorti, ukoll qalet li “l-Gvern qed janalizza din is-sentenza, u f’kull eventwalità se jassigura li jħares l-interess nazzjonali, l-impjiegi tal-ħaddiema kollha, u s-servizzi kollha li l-pazjenti jieħdu mill-isptarijiet, li huma mertu tal-konċessjoni li dwarha ngħatat is-sentenza surriferita.”
Fi tmiem il-kawża, li nfetħet fl-2018 dak iż-żmien mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, ġie nnotat kif Steward m’onoratx l-obbligi tagħha fil-ftehim, waqt li ma ressqet l-ebda evidenza konkreta għaxxogħlijiet ta’ ristrutturar u tisbiħ li kellha tagħmel
fl-isptarijiet fdati f’idejha bħala parti mill-obbligi ta’ ftehim li kien sar tmien snin ilu.
Il-Qorti rrimarkat li, għalkemm il-kumpanija qalet li wettqet investiment ta’ €60 miljun, meta ġiet biex tressaq l-evidenza ppreżentat biss affidavit ta’ inġinier u ritratti ta’ ħelikopter li nxtara u ta’ rinnovar f’kamra tal-banju. Dan minbarra li ma ngħataw l-ebda dettalji ta’ xogħlijiet li kellhom isiru fil-futur. Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Depasquale saħaq li l-Qorti hi tassew perplessa bil-faqar tal-provi li ressqet Steward, probabbilment riflessjoni tal-faqar ta’ investiment, proġetti u ppjanar li kellha ppjanati.
Il-Qorti qalet ukoll li meta kien evidenti li din ma kinitx qed tissodisfa l-obbligi tagħha, il-Gvern ta aktar żmien biex tagħmel dak li kellha tagħmel. Madanakollu, minkejja dik l-estensjoni, il-kumpanija xorta ma wettqitx dak li kienet obbligata tagħmel, inkluż l-obbligu biex jiżdiedu s-sodod għall-pazjenti.
IL-PN BAQA’ L-ISTESS BIL-PROVI
L-istess persuna, li għaxar snin ilu ffirmat ir-rapport tat-telfa Nazzjonalista fejn ġie indikat ċar u tond ir-raġunijiet għal xiex ħafna persuni kienu abbandunaw lill-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien, illum hi stess qed tirrepeti l-istess żbalji li kienet ġibdet l-attenzjoni dwarhom. B’indikazzjoni li l-affarijiet fil-PN mhux biss ma nbidlux f’dan iż-żmien kollu, iżda baqgħu sejrin għall-agħar, sors mid-Dar Ċentrali, li tkellem mal-KullĦadd bil-kundizzjoni tal-anonimità, jisħaq li l-ħakma tal-establishment rażżnet kull tentattiv għall-bidla.
“Tista’ tgħid li issa għaqqad iċ-ċirku … fis-sens li dak li kien isir ħażin mit-tmexxija (Nazzjonalista) għaxar snin ilu baqa’ prattikament l-istess. Dawk li kienu tqabbdu mill-establishment biex jindikaw x’hemm bżonn jitranġa, qed jirrepetu l-istess żbalji flok poġġew fil-prattika dak li kitbu huma stess,” tenna s-sors, b’referenza għall-Professur Mary Ann Lauri, waħda mill-awturi tar-rapport tat-telfa kkummissjonat fl-2013 mill-Kap ta’ dak iż-żmien Simon Busuttil.
Lauri, li qed tokkupa l-pożizzjoni ta’ Direttur tar-Riċerka Politika tal-PN taħt il-Kap attwali Bernard Grech, hi magħrufa kemm hi qrib l-istess fazzjoni ta’ Simon Busuttil jew l-establishment Nazzjonalista kif jiġi riferut ukoll.
Fl-aħħar Kunsill Ġenerali tal-PN ġimagħtejn ilu hi ħarġet tgħajjar lil dawk li telqu mill-PN u sejħitilhom beżżiegħa u opportunisti, waqt li rreferiet għal kull min jikkritika t-tmexxija tal-PN bħala “armchair critics”.
L-uniku rapport tat-telfa, li l-PN għamel wara elezzjoni ġe-
nerali, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsilli fl-aħħar għaxar snin, kien elenka l-arroganza, il-weġgħat tan-nies u “l-klikka li tmexxi lill-PN” bħala raġunijiet għalll-ammont sostanzjali ta’ nies li kienu telqu minn ħdanu u ħafna minnhom kienu saħansitra vvotaw lill-Partit Laburista.
Ir-rapport kien sar mill-Professur Lauri, flimkien ma’ Ann Fenech, Simon Mercieca, Rosette Thake u Malcolm Custò.
Iżda llum Mary Anne Lauri qiegħda tmur kontra dak stess li kitbet fir-rapport u tgħajjar lin-Nazzjonalisti li m’għadhomx jagħmlu parti mill-Partit fl-Oppożizzjoni jew jiddikjaraw li m’għadhomx jagħrfu lill-PN li
kienu jafu.
“(Ir-rapport tal-2013) kien jindika li kien hemm firdiet profondi fil-PN, li kien hemm arroganza, li l-PN kien jidher qed jitmexxa minn klikka u li għandu establishment … jindika wkoll li ntilfu nies validi u kapaċi mill-PN. Dak li Mary Ann Lauri kitbet fl-2013 għadu kollu japplika llum, bid-differenza li bid-diskors (tagħha) fil-Kunsill Ġenerali jidher li hi stess inħakmet mill-ambjent negattiv u ta’ firda fil-PN u spiċċat għajret linnies li suppost kienet fehmet sew, għax kienu mweġġgħin u telqu lill-PN,” kompla s-sors. Ir-riżenji mill-PN ta’ uffiċjali, rappreżentanti sezzjonali u voluntieri wkoll ma waqfu qatt fl-
aħħar snin.
Falzon, Puli u Farrugia kienu fost il-kritiċi tat-tmexxija attwali u l-arroganza li għadha tiddomina
Dan ġie kkonfermat fl-aħħar jiem minn Clyde Puli, Eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista fi żmien it-tmexxija ta’ Adrian Delia, u minn Alessandro Farrugia, Eks Direttur tal-Komunikazzjoni taħt Bernard Grech.
F’okkażjonijiet separati, ittnejn ippontaw subgħajhom lejn l-istess klikka li tippretendi li taf kollox qisha għandha xi don divin. Farrugia, li ħadem spalla ma’ spalla mal-Kap attwali, inkluż fil-kampanja għallelezzjoni ta’ Kap kontra Delia f’Ottubru tal-2020, saħansitra jgħid bla tlaqliq li l-PN jinsab imwaħħal mal-passat mhux daqstant riċenti, bla ebda rieda li jaġġorna maż-żminijiet.
Fl-istess ħin, opinjonisti, bħall-Eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon, u editorjali ta’ gazzetti staqsew jekk effettivament il-PN jistax jiġi salvat. Ġie rrapportat ukoll kif dan l-aħħar kienu qed jinġabru l-firem fost il-kunsillieri tal-PN biex jitneħħa Grech, waqt li hu magħruf ukoll kif qed isiru diversi tentattivi ddisprati biex Roberta Metsola taċċetta ssir hi Kap tal-Partit qabel l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
L-istess sors irrimarka li dan jikkuntrasta mal-messaġġ pożittiv tal-Prim Ministru Robert Abela, li l-Ħadd appella biex ma jintilef l-ebda talent u kulħadd ikollu l-opportunità li jikkontribwixxi għall-ġid ta’ pajjiżna.
26.02.2023 03
Dak li jsemmu llum hu dak li kienu jagħmlu qabel l-2013, il-ħakma tal-establishment ma ħallietx il-bidla ssir
Mary Ann Lauri, awtriċi fir-rapport tat-telfa Nazzjonalista li sar fl-2013
MALTA TIBQA’
IMPENJATA FAVUR IL-PAĊI
Ian Borg imexxi sessjonijiet speċjali tal-ĠM fl-ewwel sena tal-invażjoni fl-Ukrajna
F’għeluq is-sena minn meta bdiet l-aggressjoni mill-Federazzjoni Russa fuq it-territorju Ukren, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ, Ian Borg, ippresieda fuq il-Kunsill tasSigurtà tal-Ġnus Magħquda (ĠM) fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka, waqt preżentazzjoni dwar il-paċi u s-sigurtà fl-Ukrajna mis-Segretarju Ġenerali tal-istess organizzazzjoni internazzjonali, António Guterres.
Matul l-intervent tiegħu, il-Ministru Malti sostna li paċi ġusta u dejjiema hi l-unika soluzzjoni għal dan il-kunflitt u b’hekk Malta se tibqa’ timpenja ruħha biex tara li tkun vuċi dwar il-konsegwenzi li qed jinħolqu mill-aggressjoni militari. Hu spjega kif din l-aggressjoni hi ksur sfaċċat tal-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji tal-ĠM, waqt li fakkar kif hu essenzjali li jkun hemm kontabilità għall-ksur ta’ dawn il-prinċipji, fosthom ġustizzja għall-vittmi tal-atroċitajiet imwettqa.
Malta se tibqa’ titlob għall-irtirar tal-forzi Russi u biex tinstab soluzzjoni paċifika skont liġijiet internazzjonali u prinċipji bażiċi tal-ĠM
Matul dan id-dibattitu, li ġie indirizzat mill-istati membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll numru ta’ stati membri oħrajn tal-ĠM, il-Ministru Borg għal darb’oħra tenna l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u sostna kif bħala pajjiż, li jemmen fil-multilateraliżmu, hu d-dmir tagħna li nibqgħu niddefendu u nkomplu nippromwovu dawn il-prinċipji u l-valuri taċ-Charter tal-ĠM.
“Malta temmen li t-triq ’il quddiem fl-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna hi riżoluzzjoni għall-paċi bbażata fuq il-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji bażiċi tal-ĠM,” saħaq Borg f’sessjoni speċjali tal-Assemblea Ġenerali nhar il-Ħamis. Fid-diskors tiegħu għal din ir-riżoluzzjoni, li tressqet b’urġenza, Dr Borg tenna kif, bħala pajjiż, Malta hi mħassba ferm b’dak li qed jiġri fl-Ukrajna anke għallfatt li dan imur kontra l-prinċipji bażiċi tal-ĠM u qal li l-azzjonijiet tar-Russja għandhom jiġu kkundannati bla ebda riserva. Il-Ministru fakkar kif kull min jagħmel atti kontra d-drittijiet tal-bniedem għandu jinżamm kontabbli. Malta, flimkien mal-komunità internazzjonali, se tibqa’ titlob biex il-Federazzjoni Russa tirtira l-forzi tagħha mit-territorju Ukren u tinstab soluzzjoni paċifika bbażata fuq il-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji tal-ĠM.
ĦOLQIEN TA’ KLASSI MEDJA
Tkompli minn paġna 1
Statistika dettaljata, li ġiet ippreżentata flaħħar ġranet millMinistru għallFinanzi u xXogħol Clyde Caruana fi tweġibiet għal mistoqsijiet Parlamentari tadDeputati Ivan Castillo u Glenn Bedingfield, telenka preċiżament iddifferenza li esperjenza ssuq taxxogħol mill2013 ’l hawn.
Jirriżulta li, waqt li fl2012 kien hemm aktar minn 43,000 impjegat
Malti u Għawdxi li kienu qed jaqilgħu sa €10,000 biss f’salarju, fl2021 dan illivell ta’ dħul kienu jaqilgħuh ftit aktar minn 29,000 persuna. Anke lammont ta’ dawk jaqilgħu bejn €10,001 u €15,000 naqas minn kważi 35,500 fl2012 għal madwar 21,500 fl2021. Kien hemm tnaqqis ukoll flammont ta’ dawk li jaqilgħu bejn €15,001 u €20,000. Filfatt, jekk fl2012 madwar 70 impjegat minn kull 100 kienu jaqilgħu inqas minn €20,000, fl2021 dan ilproporzjon naqas għal 44 minn kull 100. Dan ifisser li dawk li jaqilgħu sa €20,000 naqsu b’terz f’disa’ snin. Flistess ħin kien hemm żieda qawwija filMaltin li jaqilgħu aktar minn €20,000. Jirriżulta li fl2012 kien hemm biss 30 impjegat minn kull 100 li kienu jaqbżu dan iddħul, iżda llum dan ilproporzjon
tela’ għal 56 impjegat minn kull 100.
B’kollox fl2021 kien hemm aktar minn 97,000 impjegat bi dħul ta’ aktar minn €20,000, kontra madwar 46,000 fl2012, li jfisser li lammont ta’ dawk jaqilgħu aktar minn dan illivell aktar milli rdoppjaw.
Lakbar żieda flammont ta’ impjegati Maltin mill2012 u l2021 kienet f’dawk li jaqilgħu bejn €35,001 u €45,000. F’din ilfaxxa kien hemm żieda minn 4,946 ħaddiem fl2012 għal 18,252 ħaddiem fl2021, jiġifieri għal kull impjegat li kien jaqla’ bejn €35,001 u €45,000 fl2012, kien hemm kważi erbgħa fl2021.
Irdoppjaw fuq medda ta’ disa’ snin ukoll dawk li jaqilgħu bejn €25,001 u €30,000, li żdiedu minn madwar 10,500 għal kważi 20,500 fl2021, waqt li ttriplaw dawk li jaqilgħu bejn €30,001 u €35,000, minn madwar 5,500 impjegat fl2012 għal 15,000 impjegat fl2021. Żdie
Waqt li l-impjiegi full-time żdiedu b’aktar minn 100,000 fl-aħħar għaxar snin, kif żvelat il-KullĦadd
ġimgħa ilu, taħt Gvernijiet Laburisti nħolqot klassi medja ġdida b’titjib fis-salarji annwali … dawk li jaqilgħu iżjed minn €20,000 telgħu għal 97,000 sentejn ilu jew 51,000 iżjed mill-2012
26.02.2023 04
IMPJEGATI MALTIN U L-FAXEX
TAD-DĦUL ANNWALI TAGĦHOM
ĠDIDA B’TITJIB FIS-SALARJI KOLLHA
du wkoll b’mod sinifikanti dawk li għandhom dħul ta’ €45,000 jew aktar, speċjalment dawk li jaqilgħu bejn €45,001 u €60,000.
Hu ċar minn din l-informazzjoni kemm tjieb id-dħul tal-ħaddiema
Maltin bejn l-2012 u l-2021. Filwaqt li l-Oppożizzjoni kontinwament tiddikjara li t-tkabbir ekonomiku mhux veru ġab bidla għall-aħjar fil-ħajja
tal-Maltin, ir-realtà hi li l-proporzjon ta’ dawk fuq dħul relattivament baxx naqas b’mod qawwi ħafna.
Anke skont is-Survey of Income and Living Conditions tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iddħul disponibbli tal-familji f’pajjiżna tjieb bejn l-2012 u l-2021 minn taħt it-€22,500 għal madwar €32,500. Żieda ta’ kważi 50%.
Dan kollu jikkonferma mill-ġdid li l-mudell ekonomiku mħaddan wara t-tmiem tal-aħħar Gvern Nazzjonalista ssarraf f’qabża sostanzjali anke fl-għajxien tal-ħaddiema u d-dipendenti tagħhom.
Minbarra d-dħul aħjar mill-impjieg, wieħed irid ukoll isemmi t-titjib kbir li kien hemm fil-benefiċċji, bħaċ-Children’s Allowance; id-dħul
ta’ oħrajn ġodda, bħall-In-Work Benefit; it-tnaqqis kostanti fil-piż tattaxxi; u l-introduzzjoni ta’ miżuri bħat-tax refund.
Tweġiba oħra relatata li kien ta l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol is-sena li għaddiet indikat li d-dħul medju minn salarju bażiku f’pajjiżna kien ta’ €20,436 għall-full-time u €10,838 għall-part-time.
Nofs iż-żieda f’ħaddiema TCNs b’iżjed minn €15,000 paga
F’tentattiv, li jmexxi l-propaganda tal-Oppożizzjoni li l-ħaddiema minn pajjiżi terzi li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea, huma sors ta’ “cheap labour”, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ian Castillo talab lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, għal tagħrif fuq is-salarju ta’ dawn il-ħaddiema fl-2021.
Din l-informazzjoni tindika li, minn ftit aktar minn 37,600 ħaddiem magħrufin aħjar bħala Third Country Nationals (TCNs), hemm mal-10,700 jew 28% tagħhom li fl-2021 qalgħu inqas minn €10,000, fosthom dawk li l-impjieg tagħhom hu part-time.
Dawn iċ-ċifri xorta ma jistgħux jittieħdu barra millkuntest ekonomiku tal-aħħar snin. Fil-fatt, meta d-Deputat Laburista Glenn Bedingfield staqsa lill-istess Ministru biex jipprovdi informazzjoni simili għas-sitwazzjoni fl-2012, joħroġ li qabel il-bidla fil-Gvern, il-maġġoranza tal-ħaddiema TCNs kienu jaqilgħu inqas minn €10,000. Dak iż-żmien kien hemm 55% tal-ħaddiema kollha minn pajjiżi barra l-UE li kienu f’dan il-livell ta’ dħul relattivament baxx.
Miż-żieda totali fl-ammont ta’ ħaddiema barranin li ġejjin minn barra l-UE, fil-perjodu bejn l-2012 u l-2021, kien hemm inqas minn kwart li kienu fost ħaddiema li
jaqilgħu taħt €10,000, tant li l-akbar żidiet seħħew f’livelli ta’ paga li huma ferm ogħla minn hekk.
Waqt li fl-2012 kien hemm ftit aktar minn 500 ħaddiem TCN li kien jaqla’ aktar minn €20,000, disa’ snin wara kien hemm kważi 8,600, jew kważi 17-il darba aktar. Filfatt, kważi kwart taż-żieda fil-ħaddiema barranin mhux Ewropej li seħħet fl-aħħar disa’ snin kien proprju fost dawk li jaqilgħu aktar minn €20,000, li hi l-paga medja annwali tal-full-timers f’pajjiżna.
Fl-aħħar snin kien hemm żidiet simili fost dawk li jaqilgħu bejn €10,001 u €15,000 u dawk li jaqilgħu bejn €15,001 u €20,000. Fil-fatt dawn fl-2021 kienu jammontaw għal kważi nofs il-ħaddiema TCNs f’pajjiżna. Dan meta fl-2012 kienu inqas mit-terz tat-total. Biex b’hekk minn kull 100 ħaddiem TCN ġdid f’pajjiżna 67 kienu fost ħaddiema li jaqilgħu aktar minn €10,000. Aktar minn hekk, kważi nofs iż-żieda kienet fost dawk li jaqilgħu aktar minn €15,000 fl-2021. Fil-fatt, il-ħaddiema barranin TCNs f’dan il-livell ta’ qligħ kienu jammontaw għal madwar 16,500 ħaddiem, kontra madwar 900 fl-2012.
Din l-informazzjoni tindika li, simili għal kif ġara fost il-ħaddiema Maltin, kien hemm titjib sostanzjali wkoll fil-pagi ta’ ħaddiema TCNs fl-aħħar disa’ snin.
Ħaddiema barranin minn pajjiżi li mhux tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna skont is-salarju
26.02.2023 05
DĦUL 2012 2021 €0-€10,000 55% 28% €10,001-€15,000 20% 28% €15,001-€20,000 11% 21% €20,001-€25,000 5% 10% €25,001-€30,000 3% 4% €30,001-€35,000 1% 3% €35,001-€45,000 1% 3% aktar minn €45,001 3% 3%
28% tal-ħaddiema kollha 17% tal-ħaddiema kollha 23% 20% 13% 7% 4% 3% 2% 13% 12% 9% 10% 6% 3% 2% 12% 15% 1%
Triq San Pawl, Triq Kananea, Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marg, Triq il-Ġamar, Triq Hannibal, Triq l-Imdina, Triq Żagħfran, Triq Nutar Zarb, Triq Belt Valletta, Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinandu l-Isptar, Triq l-Inħasa, Triq il-Qamħ, Triq is-Sieqja, Sqaq Ta’ Rajgu, Triq bla isem fi Triq Ħaż-Żebbuġ, Sqaq tal-Ħofra, Triq ix-Xgħir and Triq iż-Żir, Model Aircraft Premises, Triq il-Mosta, Wied Ħal Iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, Triq Il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq La Vallette / Pjazetta San Filippu / Patri Indri Vella, Triq il-Kulleġġ, Triq Dun Karm, Triq il-Kan. Karm Pirotta, Triq Ċensu Costa Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq Belle Isle p/o, Triq il-Ġebel, Triq bla isem fi Triq ir-Rizza, Triq il-Gandoffla, Triq Tal-Papa, Triq bla isem fi Triq il-Brolli, Triq Bengħajsa, Limiti ta’ Wied il-Qoton, li, Triq il-Barrieri, Triq Mons. Spir Penza, Triq San Patrizju (żona tal-parkeġġ), Triq San Patrizju, Triq Ferdinand Stuflesser II, Triq il-Musbieħ, Triq il-Bżulija, Triq il-Ġebel u Triq Tal-Papa p/o, Triq Żaren bla isem fi Triq Ħal Far, Sqaq fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Sqaq ta’ Faqqanija, Trejqet Wied ta’ Klima, Triq Ta’ Giligejla, Triq il-Fortizza ta’ Karagg, Sqaq fi Triq Limiti ta’ Wied il-Qoton, Triq 22 Triq l-Oratorju, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq San Franġisk, Triq Santa Margerita, Triq il-Polverista p/o, Triq p/o il-Gendus / p/o Triq ir-Regatta, Triq it-Tlett Ibliet, Triq ell (Dingli), Triq San Pawl tal-Pitkali, Wilġa, Misraħ Suffara, Triq fi Triq ta’ Sabbat, Triq San Rokku, Triq ġdida fi Triq il-Maddalena, Triq Ġużè Ellul Mercer, Triq ġdida fi Triq it-Turretta, Sqaq Manduka, tas-Sienja u Sqaq il-Museum, Triq il-Buskett, Triq Frenċ Abela, Triq il-Kunċizzjoni, Triq Misraħ Frenċ Abela / p/o Triq San Pawl, Triq id-Dahar Buskett Road, Triq l-Għabex, Lemħet Filfla, Ġużè Ebejer Rjallu, Triq Buqexrem, Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Pietru, Triq Ħaż-Żabbar, Triq Hompesch, Triq il-Falkunier, Triq ir-Rgħajja, Triq il-Liedna, Triq id-Dejma, zo Dimech, Triq il-Miratur, Triq Triq It-Trunċiera ta’ Tramuntana and Triq Joseph J Mangion, Triq Pietro Floriani, Telgħa ta’ Sa Maison, Sqaq Iċ-Ċawl, Sqaq Il-Qiegħed, Triq bla isem fi Triq Santa Triq Andar, Triq bla isem fi Triq Għar Dalam, Triq Kalamija, Sqaq il-Wilġa, Triq L-Ewwel Ta Jannar 1626, Triq il-Barklor, Dawret Ħal Ghaxaq Part 2, Dawret Ħal Għaxaq, Triq il-Belt Valletta, Triq Gammari Sciriha, Triq Ġużeppi D’Arena, Triq Tgezwira, Trejqet Carmelo Rosario Dimech, Sqaq il-pont fi Triq Has-Saptan, Trejqet Santu Kristu, Triq Victor Pasmore, Sqaq Fuq Wied Betti, Sqaq Xlejli, Triq Resqun, Triq Ta’ Loretu, Triq Ta’ Lampat, Triq minn Triq Santu Kristu sa Dawret il-Gudja, Triq Bir Miftuħ, p/o William Baker, Triq Vincenzo Dimech, p/o Triq Pietro Gagliardi, p/o Triq il-Magħsar, Bugeja, Triq Karmnu Abela, Triq Villambrosa Triq Mimosa, Joe Sciberras, Triq Maitland, Triq Atocia, Triq il-Vitorja, Triq bla isem fi Triq il-Ħwawar no.1, Triq il-Prinjol, Triq il-Wied, Triq bla isem Studio, Triq Francesco Chircop, Triq il-Ġir, Triq Rinella, Triq il-Kapuccini, Triq is-Sienja, Triq il-Genista, Triq n/s in Triq il-Kapuċċini, Sqaq ir-Ramlija, p/o Triq San Benedittu, Sqaq San Nikola, Triq p/o, tal-Mirakli, N.Cottoner, Sant’ Andrija Sqaq Nru. 1, Triq Ramiro Barbaro, Kbira, Triq bla isem fi Triq il-Gudja, Triq bla isem fil-limiti Ta’ Faqqani, Trejqa Dun Ġulju Muscat, Triq San Tumas & p/o Indri Micallef p/o Triq Wiġi Briffa, Triq p/o Triq Wiġi Briffa, Triq l-Iskola, Triq id-Disgħa ta’ April, Triq Il-Ġdida, Triq San Vincenz De Paul, Triq fi Triq Ħal Farruġ, Triq Dun Pawl, Triq l-Ewwel Titjira, Triq Marsa/Ħamrun Bypass, Triq il-Gerrejja p/o, Triq Ħal Qormi, Triq Garibaldi (wara l-fabbriki), Triq Il-Moll tal-Braken / Il-Moll tal-Pont / Il-Moll tal-Ħatab, Triq is-Serkin, Triq Skarpell, Triq Ta’ Rumi, gle, Triq San Gwakkin, Triq tal-Gardiel, Triq ir-Ridott p/o, Triq San Nikola, Diviża Kostali, Xatt il-Batterija ta’ Rihama, Triq 8 ta’ Mejju, Triq It-Torri, Road off Triq Dellimara to Peter, Triq bla isem fi Sqaq Urbella, Triq bla isem fi area iż-Żebbuġ, Triq Xrobb l-Għaġin, Triq f’rotta alternattiva għal Delimara, Triq l-Għoljiet ta’ Guno, Triq Santa Katerina, Triq il-Wilġa, Triq Delimara, Triq bla isem il-Marfa, Triq bla isem fi Triq il-Mellieħa, Triq il-Mellieħa, Triq tad-Dahar (Torri l-Aħmar), Triq ir-Ramla tat-Torri l-Abjad, Triq ir-Ramla tal-Bir, Dawret it-Tunnara, Triq Għar u Casa, Triq it-Tgħam, Tat-Taqsisa, Trejqa tal-Qala, Triq tal-Ħaddedin, Sqaq Trejqet it-Tafal ta’ San Ġwann, Triq Profs David H. Trump, Triq bla isem fi Triq is-Santi, Triq fi Triq Limit tal-Lippija, Triq is-Sebbieħ, Triq l-Imġarr, Għajn Tuffieħa, Triq Lazzru Pisani, Triq il-Lellux, Triq Fisher -Il-Kbira, Triq bla isem fil-limiti ta’ Ħalqun, Triq San Isidoru, Triq il-Fuħħar l-Aħmar, Triq l-Għansar p/o, Ras il-Wied, Triq id-Dahar, Triq Triq Tal-Milord, Triq bla isem fl-inħawi Tal-Qolla, Triq il-Bdiewa, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq Ta’ Venezja, Triq bla isem fil-Bidnija, Triq il-Parjan, Triq it-Taħħan, Triq Tal-Wej, Triq Dun Pawl Tal-Qliegħa, Triq il-Bidnija, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Baqqunier, Triq San Pawl Tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Triq Rużar Briffa, Triq Durumblat, Sqaq Madre Maria Teresa Spinelli, Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq l-Assambea Nazzjonali, Triq in-Naqqax, Triq il-Bennej, Triq il-Leġġenda, Triq Sagra Familja, Triq Patri Ġużè Delia, Triq ir-Rebbiegħa, Triq Buhar, Triq It-Torri Vincenti, Triq tal-Isqof, Triq il-Familja Brancati, Sqaq Sqaq Nru.1 fi Triq is-Sejba, Sqaq bla isem fi Triq is-Sejba, Triq biswit iċReġjonali, Trejqa Ta’ Boxbox, TRIQ DAWRET IT-TORRI (ritratt), Triq Ġwann tal-Qroqq, Triq Nazju Falzon, Triq ta’ Bieb it-Torri, Triq Santa Venera, Triq San Onswald, Triq il-Maqdes Ruman, Triq Proserpina, Triq In-Narċis, Triq il-Konti Salvatore Manduca, Triq Joseph S. Calleja, Triq Frans Galea, Triq irĠdida fi Triq L-Imtarfa, Various Parking proposals, Triq San David, Triq San Ayde, Triq Il-Kostinjus, Triq Burmarrad (B), Triq John Ayde, Triq il-Prinjol, ra No.2, Triq Ħabel Gendus, Vjal Ġdida fi Triq il-Labour, Triq il-Parroċċa, bla isem fi Triq tal-Imdawra, Triq Francis Attard, Triq Margaret A. Murray & Spanja, Triq il-Mitħna, Triq il-Brażil, Triq iċ-Ċili, Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq it-Tuffieħ, Triq San Franġisk t’Assisi, Triq l-Oqbra ta’ Ħawwat, Triq il-KapTriq il-Ġellewż, Triq Jean Houel, Andrea Debono, Margaret A. Murray, Triq Triq Il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq Ħannewija, Triq Ħal Luqa, Triq Kordin, mat, Triq iċ-Ċimiterju, Triq ix-Xewk, Triq Maggie Moran & Ġużeppi Agius, ta’ Kordin/Ras Ħanżir, Triq Bormla, Triq Patri Serafin Zarb, Trejqet Patri Triq Burma, Triq Gabriele Henin, Triq Sir Adrian Dingli, Triq A.N.Z.A.C., Triq Triq Bice Mizzi Vassallo, Triq il-President Anton Buttigieg, Triq Santa MonĦlas, Triq bla isem fi Triq Wied is-Sewda, Triq l-Iljun, Triq Ġorġ Zammit, Triq il-Ħandaq p/o, Triq bla isem fi Triq Għar Ram, Triq il-Vitorja/Bellic, Triq lo Borg, Triq it-Tapizzara, Triq l-Imdina (Southbound), Triq Għarram, Triq Triq il-25 ta’ Mejju, Triq bla isem fi Triq tal-Ħlas, Triq bla isem fi Triq tal-ĦanValletta, Triq Ta’ San Niklaw (A), Triq bla isem fi Triq Ħaġar Qim, Sqaq isem fi Triq Ħagar Qim, Triq Ħal-Lew, Triq Sant’Anna, Triq Ta’ Muddejn, Triq Buqana, Triq Ġebel Għomor p/o, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, tas-Salib Area no.1, Triq Limiti tal-Ġebel l-Abjad, Triq bla isem fi Mitħna l-Isqof, Triq Tal-Virtù (A), Triq Tal-Virtù (B), Triq bla isem fi Triq tal-Virtù, Triq ta’ Għemmieri), Triq bla isem tax-Xagħra tax-Xini (Żona A), Triq Tal-LunGħemmieri, Fażi 2), Triq bla isem fit-Triq tas-Salib (Żona 2), Triq bla isem Il-Profs. V. Griffiths, Triq Limits of St.Paul’s fireworks factory, Triq bla isem tar-Raba Nemel, Triq fiż-żona tal-Lunzjata, Triq Tal-Marga, Triq Wied Tumas Xerri, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq Santa Katerina, Sqaq tal-Qlejha ż-Żgħira, Triq Nadur limiti tar-Rabat, Triq bla isem limiti tad-Dwejra, Triq Inguanez, Triq l-Għeriexem, Triq Santu cenzo Bonello to Triq Buqana, Triq Għar id-Dwieb, Triq tal-Kunċizzjoni, Triq bla isem fi Triq tas-Santi, Triq Raddet ir-Roti, Triq tal-Qlajja, Trejqa fi Triq Wied il-Qlejja, Sqaq Fra Diegu, Triq Ħal tal-Qolla, Triq tal-Merħla -Miġra Ferħa, Triq Ferris, Triq Pawlu Iguanez, Triq fi Triq it-Tiġrija, Sqaq il-Lewż, Triq San Pawl Kuntent, Triq ħdejn tal-Mitħna, Misraħ Suffara limiti tar-Rabat, Triq bla wied), Triq bla isem fix-Xagħra ta’ Girad, Mtaħleb, Triq limit ta’ Chadwick Lakes, Triq Ta’ Serena, Triq Limiti ta’ Lawrenti, Triq Fi Triq Ħofra ta’ Ritz, Triq Fi Triq Ta’ Santi, Triq l-Irziezet tal-Imtaħeb, Trejqet tal-Isqof (Fażi A u B) u faċċata tal-Palazz Verdala, Sqaq fi Triq tas-Salib, Triq it-Telgħa tas-Saqqajja, Trejqet l-Għemieri, Triq ġdida fit-Telgħa tas-Saqqajja (Gigu), Triq fi Triq tal-Merhliet, Triq bla isem fil-limiti ta’ Ħlantun (Fażi 1), Sqaq qrib Ġnien Alexander Ball, Triq il-Kuċċard, Triq Il-Puniċi, Triq it-Tellerit, Triq San Gwann, Sqaq ta’ Bieb il-Garra, Triq Salvu Cauchi, Triq bla isem fi Triq Michelangelo K. IL.G., Triq Sir Joseph Carbone, Triq William Prescott, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq G. Despott, Triq Tal-Balal, Triq iċ-Ċawsli, Triq il-Ġojjin, Triq Wied Għollieqa p/o, Triq il-Mensija, Triq Prepostu, (A), Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq il-Kaħli, Triq l-Iskuna parti minn, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq Giuseppe Despott, Triq Port Ruman & parti minn Triq Annetto Caruana, Triq rad, Triq is-Simar, Triq Burmarrad, Triq bla isem fi Triq L-Imdawra No.3, Triq f’Wied ta’ Għajn Mula, Triq il-Qawra, Triq il-Ballut, Triq fi Triq il-Wardija, Triq Triq il-Port Ruman p/o, Triq Wied Qannotta, l-Istefanotis, Triq Brighella, Triq il-Blata l-Kaħla, Triq il-Brunżar, Triq il-Kardinal Sciberras, Triq Abela, Vjal ir-Royal Malta Artillary, slip road għall-mini ta’ Santa Venera, Triq il-Kanonku Bonnici, Niklaw, Sqaq bla isem fi Road Limiti tal-Buskett, Triq Manduka, Triq Tal-Għaqba, near Sqaq it Twil, Triq bla isem fi Triq San Lawrenz tal-Għolja, Triq bla isem fi Trejqa tal-Providenza, Triq ġdida Triq tal-Għajn il-Kbira, Triq bla isem fi Triq San Niklaw Area (A), Triq Bur Ix-Xewk, Triq Wied tal-Lewża, Triq Taż-Żiri, Sqaq il-Fawwara, Sqaq Tal-Ħandaq, Triq tal-Providenza, Triq Nikol Azzopardi, tal-Buskett, Triq bla isem fil-limiti ta San Niklaw no.2, Triq San Lawrenz tal-Għolja, Sqaq bla isem fi Triq San Lawrenz tal-Għolja No.3, Sqaq iż-Żebbieħ, Triq Għar Lapsi (Tal-providenza), Triq Nicolo Karlozzu, Triq ta’ Lawrenti, Sqaq Ta’ Ngħajsa c/w Triq il-Fawwara, Triq Ta’ Bur il-Kbir, Triq limiti ta’ Wied Musa, Triq bla isem limiti ta’ Xaqqa, Triq ta’ Zmetta, Triq San Nikola, il-Parrocca, Triq ġdida il-Kurunell Savona, Triq Sant’Andrija, Triq bla Isem bejn Triq is-Slielem u Triq Żejni, Triq ir-Ratal, Triq it-Tomna, Triq il-Kejla p/o, Triq il-Ġiebja, Triq it-Tiben, Triq l-Ortensja, St. Andrews Police Compound, ija (Part 2), Triq Santa Marija (Part 1), Service road fi Triq tal-Barrani, Triq L-Isqajjaq, Sqaq ix-Xintill, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia, Triq Marjanu Gerada, Triq Paola, Triq is-Sorijiet, Triq p/o Ġużeppi it-Tarzna, Triq Manuel Buhagiar, Triq ix-Xintill, Triq l-Ifran, Triq San Duminku, (p/o) Triq San Pawl, (p/o) Triq L-Arċisqof, Triq il-Lvant, Triq is-Sur ta’ Santa Barbara, Triq San Kristofru, Triq il-Merkanti Alof De Wignacourt, Triq il-Fikus, Triq il-Giżimina, Triq Salvu Darmanin, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp No.2, Triq is-Serer, Triq in-Naħla, il-Qaqoċċ, Triq il-Bajada, Triq L-iskola, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Sahhara, Triq Alessio Erardi, Sqaq San Franġisk, Triq ix-Xgħajra, Sqaq fi Triq Villabate, Triq fi Triq San Leonardu, Triq Ir-Remel, Triq bla isem fi Triq Gianpula, Triq Wied is-Sewda (A), Triq Wied is-Sewda (B), Triq Ħal-Mula, Triq tal-Għaqba, Triq Mro. Frank Galea, Triq Ħali, Triq J. P. Vassallo, Triq Luigi Fontana, Triq p/o Triq Santa Marija, Triq Ħal Sajd, Triq il-Madonna & p/o Triq Sidtna tal-Angli, Triq il-Wied Boqqiegħa fi Triq il-Gandlora, Triq L-Iskalora, Triq Karlu Gimach, p/o Triq il-Grazzji, Triq il-Kaċċa, Triq Buttigieg, Triq Wied Qirda p/o Triq l-Indipendenza, Triq Ħajt Larinġu, Triq bla isem fi Triq Dun Mikiel Xerri, Triq bla isem fi Triq Ta’ Trapna, Triq Lord Gort, Triq Mula, Triq Angelo Melilli, Triq San Dun Mikelang Sapiano, Triq Ġanni Cilia, Sqaq Nru. 4 fi Triq Ħal Dwieli, Triq Mdina, Triq il-Fraxxnu, Sqaq fi Triq il-Buskett, Triq Michael Debono, Triq l-Imdina (Service Road), Triq Luret Cutajar, Santu Kristu, Triq Xrobb l-Għaġin (A), Sqaq Nru. 3 fi Triq Strenju, Sqaq tal-Usif Nru. 2, Sqaq numru 5 in Triq Xrobb l-Għaġin, Triq bla isem fi Triq tal-Barrani, Sqaq Tal-Barrani no.2, Sqaq Nru 2 fi Buttigieg, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-Ħamsa u Għoxrin ta’ Novembru, Triq p/o Triq il-Kamumilla, Ta’ Ganza Area, Triq Santa Fawstina, Triq Ġiebja Rumana, Tursin il-Bir, Misraħ is-Suq, Triq bla isem fi Triq Ħal Far No. 2, Triq Bengħisa, Ħal Far, Triq Santa Katerina tal-Baqqari, Triq Wied Fulija (Phase 1), Triq Bengħisa, Sqaq Ballott, Triq Ħlantun, Triq bla isem fi Triq Ħal Far, Sqaq Triq il-Belt Valletta, Triq Wied Fulija, Sqaq Sejduna, Triq Tal-Buqan, Sqaq Limiti ta’ Lanza, Sqaq il-Waħx, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq il-Qroll p/o, Antonia Farrugia, Triq Wied Ganu, Triq
26.02.2023 06
MALTA TIBQA’ TAĦDEM
FAVUR DRITTIJIET LGBTIQ MINKEJJA KULL SUĊĊESS
Impenn
biex isir ċentru tal-komunità b’servizzi u faċilitajiet taħt saqaf wieħed
Malta kompliet tagħmel passi sinifikanti biex issaħħaħ id-drittijiet u l-ugwaljanza ta’ persuni LGBTIQ fostna, kif joħroġ mill-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni tal-għaqda internazzjonali ILGA-Europe. Malta għadha kklassifikata l-ewwel u sew qabel kull pajjiż ieħor fil-mappa ta’ ILGA-Europe, li tiġi riveduta kull sena. L-evalwazzjoni pożittiva ta’ pajjiżna hi riżultat ta’ ħidma konġunta bejn l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet relatati fis-soċjetà ċivili, fosthom blimplimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza LGBTIQ+ 2018-2022.
F’kummenti lill-KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg (inset), qalet li l-ħidma se tissokta bl-istess ritmu qawwi li ilha għaddejja bih sa mill-2013 mindu nbidlet l-amministrazzjoni nazzjonali u aktar tard din is-sena titħabbar l-istrateġija l-ġdida nazzjonali f’dan ir-rigward.
Minbarra hekk, hi saħqet li l-Gvern qed jaħdem biex, kif imwiegħed fil-manifest elettorali “Malta Flimkien”, jinfetaħ ċentru għall-komunità LGBTIQ+, bilgħan li jġib taħt saqaf wieħed numru ta’ servizzi u faċilitajiet ipprovduti mill-awtoritajiet u mis-soċjetà ċivili lil persuni
simili, minn adolexxenti sa anzjani.
“Dawn ir-riformi dejjem saru u se jibqgħu jsiru b’sens qawwi ta’ ġustizzja soċjali u ugwaljanza. L-impenn talGvern se jkun qed jiġi kkonfermat hekk kif f’Settembru Malta tospita l-akbar manifestazzjoni LGBTIQ+ internazzjonali … il-Europride 2023.
Din se tkun opportunità biex nuru vjaġġ ta’ kburija nazzjonali li skatta minn Gvern Laburista,” qalet Buttigieg dwar l-avveniment li se jsir bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru u dettalji dwar il-programm tiegħu tħabbru ġimagħtejn ilu
Ir-rapport ta’ ILGA-Europe, li janalizza x-xogħol f’54 pajjiż differenti, sab li Malta għadha fid-direzzjoni t-tajba. Fl-aħħar klassifikazzjoni tagħha, li ħarġet is-sena li għaddiet, Malta laħqet 92% tal-kriterji stabbiliti, waqt li l-eqreb pajjiż tagħna, id-Danimarka, jikklassifika fit-tieni post b’74%.
Issa fl-aħħar jiem ILGA-Europe tat ħarsa speċifika lejn il-ħidma f’Malta favur l-ugwaljanza LGBTIQ u tirreferi, fost l-oħrajn, għat-taqsima SOGIGESC fid-Di-
rettorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, li ħadmet fuq bosta kampanji ta’ għarfien, waqt li sostniet l-importanza tat-taħriġ lil ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, bħal edukaturi, impjegati ta’ Identity Malta, rekluti u uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Ir-rapport jirrikonoxxi wkoll il-fatt li Malta neħħiet darba għal dejjem id-diskriminazzjoni kontra rġiel omosesswali fejn jidħol l-għoti taddemm. L-għan ewlieni wara din il-bidla hu li kull min jixtieq jagħti d-demm mhux se jibqa’ jiġi diskriminat abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu, iżda kulħadd se jiġi ttrattat l-istess.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha għal dan ir-riżultat, isSegretarju Parlamentari ddeskrivietu bħala parti minn vjaġġ ta’ kburija nazzjonali li skatta minn Gvern Laburista u li jżommu impenjat biex idaħħal aktar riformi favur soċjetà ta’ mħabba fejn ngħożżu lil xulxin, ikunu x’ikunu l-għażliet personali tal-individwu.
“Fl-aħħar erba’ snin, bħala parti mill-isforz nazzjonali tagħna, pajjiżna
għamel progress sinifikanti bl-istrateġija u pjan t’azzjoni dwar l-ugwaljanza. Kisba notevoli kienet it-tneħħija tal-politika diskriminatorja li żammet lill-irġiel gay milli jagħtu d-demm. Dan il-pass wassal għal bidla sinifikanti fil-prassi, mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni,” kompliet is-Segretarju Parlamentari. Hi fakkret ukoll li, minbarra hekk, il-Gvern implimenta miżuri oħrajn biex jippromwovi l-inklussività, bħall-introduzzjoni ta’ uniformijiet gender neutral għall-pulizija.
“Fl-istess ħin, fl-2022, infetħet uffiċjalment il-binja l-ġdida tal-Gender Wellbeing Clinic f’Raħal Ġdid, li qed toffri spazju aktar modern minn fejn jiġu offruti servizzi tas-saħħa speċjalizzati għal persuni trans. Din il-klinika fetħet il-bibien tagħha għall-ewwel darba fl2018 meta bdiet topera mill-Imtarfa. Minn dakinhar kien hemm aktar minn 340 persuna li għamlu użu mis-servizzi tal-klinika u għaldaqstant inħasset ilħtieġa li jinstab post alternattiv ħalli jilqa’ għal din id-domanda.
“Dawn huma ftit mill-miżuri li wasslu biex qed ngħixu f’soċjetà aktar ugwali u ġusta. Diġà beda x-xogħol biex tiġi varata strateġija ġdida b’konsultazzjoni mal-kunsill konsultattiv li jilħaq fi ħdanu rappreżentanti tal-komunità LGBTIQ. L-għan hu li l-istrateġija titħabbar aktar tard matul is-sena,” qaltilna Buttigieg.
Ta’ min ifakkar ukoll kif Malta kienet l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-prattiċi ta’ konverżjoni fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ. Kien fl-2016 li l-Gvern Malti ressaq ’il quddiem l-Att dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru u l-Espressjoni tal-Ġeneru, li għamel illegali l-prattika li għandha l-għan li tbiddel, trażżan jew telimina l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru ta’ persuna, jew espressjoni tal-ġeneru.
“B’sodisfazzjon kbir, mhux biss għax kien il-Partit Laburista fil-Gvern il-pijunier f’leġiżlazzjonijiet li imbottaw ’il quddiem id-drittijiet ċivili, imma proprju għax Malta kienet l-ewwel waħda f’kontinent sħiħ li għamlet dan. Hu ta’ sodisfazzjon akbar li tara pajjiżi, fosthom Franza, Ċipru u l-Belġju, li użaw il-liġi Maltija bħala l-bażi biex bnew il-qafas legali tagħhom,” irrimarkat Buttigieg.
Wara li daħlet fis-seħħ din il-liġi u bdiet taħdem fil-prattika, inħass il-bżonn li jsiru emendi biex tkompli tissaħħaħ. Il-proċess, li jinstab fl-istadju tat-Tieni Qari fil-Parlament, se jkompli jsaħħaħ dan l-Att billi jagħti definizzjoni dettaljata ta’ xi jfisser reklamar, biex b’hekk illiġi tkun qiegħda taddatta għaż-żminijiet tal-lum, fejn it-teknoloġija tista’ tagħti lok għal abbuż. Din l-emenda se sservi biex tagħti aktar għodda lill-Pulizija li jieħdu l-passi neċessarji fil-konfront ta’ dawk li jipprovaw jippromwovu dawn il-prattiċi li jagħmlu ħsara kbira lill-komunità LGBTIQ u huma kkundannati b’mod wiesa’ f’pajjiżi ċivilizzati.
“Hu ta’ tħassib serju li fis-sena 2023 għad hawn min jaħseb li jista’ jwettaq din it-tip ta’ prattika ta’ konverżjoni u jippersisti fil-promozzjoni bi pretensjonijiet foloz, minkejja diversi studji xjentifiċi li juru biċ-ċar li din tikkawża ħsara kemm għas-saħħa fiżika kif ukoll dik psikoloġika,” temmet tgħidilna Buttigieg, waqt li fakkret kif Malta kontinwament tiġi mfaħħra għall-isforzi biex tipproteġi l-komunità LGBTIQ+ minn attitudnijiet qarrieqa u perikolużi simili.
26.02.2023 08
REFLECTING THE LEGAL AND POLICY HUMAN RIGHTS SITUATION OF LESBIAN, GAY, BISEXUAL, TRANS AND INTERSEX (LGBTI) PEOPLE IN EUROPE 100% 95% 90% 85% 80% 75% 70% 65% 60% 55% 50% 45% 40% 35% 30% 25% 20% 15% 10% 5% 0% GROSS VIOLATIONS OF HUMAN RIGHTS, DISCRIMINATION RESPECT OF HUMAN RIGHTS, FULL EQUALITY HOW DID WE CALCULATE THESE SCORES? HAVE A LOOK AT WWW.RAINBOW-EUROPE.ORG 38% BOSNIA &HERZEGOVINA 4% TURKEY 12% BELARUS 13% POLAND 18% ROMANIA 53% GERMANY 74% DENMARK 68% SWEDEN 68% NORWAY 64% FRANCE 53% UNITED KINGDOM 62% SPAIN 62% PORTUGAL 25% ITALY 14% SAN MARINO 92% MALTA 32% ANDORRA 13% MONACO 42% SWITZERLAND 18% BULGARIA 37% SERBIA 32% ALBANIA 27% NORTH MACEDONIA 24% LITHUANIA 22% LATVIA 36% ESTONIA 52% GREECE 21% MOLDOVA 60% FINLAND 53% IRELAND 63% ICELAND 8% RUSSIA 26% CZECH REPUBLIC 34% SLOVAKIA 63% MONTENEGRO 35% KOSOVO* 30% HUNGARY 48% AUSTRIA 42% SLOVENIA 45% CROATIA 72% BELGIUM 56% THE NETHERLANDS 25% GEORGIA 8% ARMENIA 2% AZERBAIJAN 19% UKRAINE 31% CYPRUS 68% LUXEMBOURG MAP 2022 20% LIECHTENSTEIN MALTA 92 DENMARK 74 BELGIUM 72 SWEDEN / LUXEMBOURG / NORWAY 68 FRANCE 64 MONTENEGRO / ICELAND 63 PORTUGAL / SPAIN 62 FINLAND 60 NETHERLANDS 56 GERMANY IRELAND UNITED KINGDOM 53 GREECE 52 AUSTRIA 48 CROATIA 45 SLOVENIA / SWITZERLAND 42 BOSNIA & HERZEGOVINA 38 SERBIA 37 ESTONIA 36 KOSOVO* 35 SLOVAKIA 34 ANDORRA/ ALBANIA 32 CYPRUS 31 HUNGARY 30 NORTH MACEDONIA 27 CZECH REPUBLIC 26 ITALY /GEORGIA 25 LITHUANIA 24 LATVIA 22 MOLDOVA 21 LIECHTENSTEIN 20 UKRAINE 19 BULGARIA ROMANIA 18 SAN MARINO 14 MONACO POLAND 13 BELARUS 12 RUSSIA ARMENIA 8 TURKEY 4 AZERBAIJAN 2
L-isforzi Maltin fil-protezzjoni tal-komunità LGBTIQ+ jiġu mfaħħra b’mod kontinwu
L-aħħar klassifikazzjoni ta’ Malta fl-2022
IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ TAL-ISTUDENTI U L-EDUKATURI FL-IMTARFA L-EWWEL
L-ebda lezzjoni ma ntilfet bid-deċiżjoni neċessarja biex jinħarġu minn struttura perikoluża mibnija mal-130 sena ilu u temporanjament jiġu trasferiti fl-Imsida Hub … minn Settembru t-tagħlim jissokta fir-Rabat tliet kilometri ’l bogħod
Is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u l-edukaturi kienu l-fatturi li wasslu biex 92 student u l-edukaturi tagħhom, flimkien mal-amministrazzjoni tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa jiċċaqilqu għal binja edukattiva magħrufa bħala Msida Hub. L-aħħar jum tat-tfal fl-iskola tal-Imtarfa kien fil-15 ta’ Frar u mit-22 ta’ Frar bdew it-tagħlim fil-binja temporanja. F’dan il-perjodu t-tfal ma tilfux lezzjonijiet, għax iċ-ċaqliq kien ipprogrammat li jaħbat mal-vaganzi tal-Karnival.
Fid-9 ta’ Frar saru diversi sessjonijiet ta’ laqgħat mal-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti affettwati fejn ingħataw id-dettalji kollha u wkoll ir-raġuni għal xiex kien qed isir dan l-eżerċizzju, avolja l-ġenituri kienu ilhom jafu żmien li l-binja li takkomoda lil uliedhom kellha problemi strutturali serji.
Il-binja, li kienet qed tintuża bħala Skola Primarja fl-Imtarfa bi klassijiet mill-Kindergarten sas-Sitt Sena, hi waħda li nbniet fl-1893 għal skopijiet militari u sservi bħala l-Officers’ Mess għall-forzi Brittaniċi f’pajjiżna. Il-binja hi wkoll skedata fi Grad 1 mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Fis-snin riċenti, riżultat ta’ ċaqliq naturali tal-art li hi mibnija fuqha, fil-binja żviluppaw konsenturi sostanzjali, ċaqliq tal-art u ħsarat notevoli oħrajn. Fil-fatt il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) ilha żmien iżżomm taħt osservazzjoni l-post u tagħmel rapporti kostanti minħabba din il-ħsara li kienet qed issir. Skont rapport, li rat il-KullĦadd u li jmur lura għall-2019, minn perit imqabbad apposta jindika l-aktar għal x’wassal għal din il-ħsara fil-binja. Fir-rapport hemm elenkata l-ħidma li saret u li tmur lura saħansitra sal-2017 u wkoll l-interventi li saru matul iż-żmien biex tkun stabbilizzata l-binja.
Jingħad b’mod ċar li b’dawn l-interventi l-periklu ma kienx imminenti sa dak iż-żmien jew jipprevjeni milli t-tfal
ikomplu jieħdu t-tagħlim tagħhom filpost, għalkemm kien tneħħa l-aċċess għal ċerti kmamar li kellhom ħsarat sostanzjali.
Minn hawn jirriżulta li l-ħsarat komplew jiżviluppaw anke wara, minħabba iżjed ċaqliq naturali tal-art taħt il-binja, kif jidher fir-ritratti li qed jiġu ppubblikati hawn, tal-parti tal-binja li kellha tingħalaq u ma tkomplix tintuża mill-istudenti u mill-edukaturi.
Fl-2018 kienet tqabbdet ukoll kumpanija esperta biex tagħmel rapport fuq l-art inkwistjoni. Din kienet ħaffret erba’ boreholes f’parti fejn żviluppaw xquq notevoli fit-tarmak tal-kumpless biex ikun eżaminat b’mod espert x’qed iwassal għal dan iċ-ċaqliq tal-art.
Ir-rapport tal-kumpanija jgħid ċar li “x-xquq osservati huma riżultat ta’ interazzjoni kumplessa ta’ materjali naturali u proċessi ġeomorfoloġiċi li tipikament jeżistu fil-konfini tal-pla-
teau tal-ġebla tal-franka fuq medda taflija, dak li jissejjaħ bħala Blue Clay. Dawn il-proċessi naturali huma għaddejjin kontinwament u diffiċli ħafna biex jitwaqqfu, minħabba li l-forzi naturali involuti huma tipikament kbar ħafna. Ir-rata li biha qed iseħħu dawn il-proċessi naturali hi kritika meta jiġi kkunsidrat intervent ta’ kwalunkwe tip. Dan minħabba li intervent jista’ jkun adegwat fuq żmien qasir, imma ma jipprovdix soluzzjoni definita li ssolvi l-problema darba għal dejjem”.
Fil-fatt, minn dan ir-rapport ’il quddiem l-art baqgħet tiċċaqlaq u l-ħsara strutturali baqgħet tiżdied.
Iffaċċjat bi problema li dejjem kienet qed tikber u li kienet qed timpatta s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, kellha tittieħed deċiżjoni imminenti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal lil din il-gaz-
zetta li f’dan kollu din kienet il-prijorità, li titħares is-sigurtà tat-tfal u l-edukaturi. “Ma ridniex li għada pitgħada jkollna xi inċident u dan ikun riżultat li ma ħadniex azzjoni min-naħa tagħna,” saħaq il-Ministru.
Id-deċiżjoni li l-istudenti u l-edukaturi jiċċaqilqu għall-Imsida Hub ma tteħditx mingħajr ma sar dak kollu possibbli biex jinstab post alternattiv fil-lokalità tal-Imtarfa stess, jew fi skola jew istituzzjoni oħra aktar fil-viċin. Ġew esplorati diversi binjiet, imma l-ebda waħda ma kellha r-rekwiżiti meħtieġa biex taqdi l-funzjoni ta’ post edukattiv.
Il-Ministeru żamm f’moħħu li l-edukazzjoni ta’ dawn it-tfal riedet tibqa’ tingħata f’ambjent ta’ klassi biex ma jkunx hemm xkiel li jtellef milli dawn ikomplu fil-mixja edukattiva tagħhom. Kien għalhekk li l-aħjar għażla f’dawn iċ-ċirkostanzi kienet il-binja fl-Imsida Hub. Binja li sa ftit ġimgħat ilu kienet ukoll qed tintuża proprju għal skop edukattiv u għalhekk kienet diġà mgħammra b’dak kollu meħtieġ. Kulma kien hemm bżonn kien xogħol kożmetiku, tindif u xi aġġustamenti żgħar.
Din iċ-ċaqliqa temporanja wkoll kellha ssir b’mod immedjat sakemm jitlesta x-xogħol fl-Iskola tar-Rabat, biex dawn l-istudenti mbagħad jibdew is-sena skolastika li jmiss f’binja li fil-fatt hi Skola Primarja fir-Rabat. Irid jingħad għalhekk li l-binja tar-Rabat li se takkomoda lil dawn l-istudenti, mhix xi binja mitluqa u mhux adegwata.
Meta jibdew is-sena skolastika li jmiss minn Settembru li ġej dawn l-istudenti b’hekk se jkunu biss mat-tliet kilometri ’l bogħod mill-post tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa, fejn kienu qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom qabel ma nħasset il-ħtieġa urġenti li jsir dan iċċaqliq.
Kemm l-Iskola Primarja tal-Imtarfa kif ukoll l-Iskola Primarja tar-Rabat jifformaw parti mill-Kulleġġ San Nikola.
26.02.2023 09
Ħsarat strutturali fil-binja mibnija fl-1893 b’ċaqliq naturali fl-art taħtha
JINĦARĠU L-BILJETTI TA’ MUŻIKA MUŻIKA
B’xahar ’il bogħod mit-tielet edizzjoni tal-festival prestiġjuż tal-mużika Maltija, Mużika Mużika, tħabbar li l-biljetti għat-tliet serati jinsabu għall-bejgħ minn fuq is-sit uffiċjali (muzikamuzika.mt).
Dan l-avveniment tal-ogħla livell, li stabbilixxa ruħu sew fil-kalendarju annwali, kien ħa post il-Festival talKanzunetta Maltija u ttella’ b’suċċess fis-sentejn li għaddew, minkejja l-pandemija, u rnexxielu jattira aktar minn 320,000 telespettatur televiżiv.
L-ewwel edizzjoni tal-festival intrebħet minn Glen Vella bil-kanzunetta “Ħarsa Biss”, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u b’kompożizzjoni ta’ Philip Vella, filwaqt li t-tieni edizzjoni ntrebħet minn Kurt Calleja (ritratt) bil-kanzunetta “Bla Tarf”, b’kompożizzjoni tiegħu stess, flimkien ma’ Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg.
Din is-sena Mużika Mużika se jittella’ bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu fil-Malta Fairs & Convention Centre (MFCC), f’Ta’ Qali u jixxandar b’mod dirett fuq Television Malta.
Fl-ewwel jum, 20 kanzunetta jikkompetu għal post fil-finali, waqt li l-Ġimgħa jitħabbru t-12-il parteċipant li jgħaddu għall-finali tal-festival tal-għada s-Sibt. L-ewwel tliet klassifikati jieħdu €20,000, €10,000 u €5,000 rispettivament, waqt li kull kanzunetta fil-finali tingħata €500 bħala għajnuna għall-arranġamenti orkestrali meħtieġa.
IS-SBUĦIJA TAL-PARK
TAL-INWADAR MINN
GĦAJNEJN L-ARTISTI
Għażla ta’ pitturi minn artisti differenti li bħalissa jinsabu għall-wiri f’Marsaskala jikxfu s-sbuħija tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar.
Il-pitturi jinsabu fil-Gallerija tal-Arti Rudy Buhler, f’wirja li se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd li ġej, 5 ta’ Marzu. Il-wirja qed tittella’ bil-kollaborazzjoni talbord tal-governanza tal-Park tal-Inwadar, Ambjent Malta u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.
Tul dawn l-aħħar ġimgħat, 20 artist pittru diversi mkejjen fil-Park tal-Inwadar bl-istili artistiċi individwali tagħhom fejn użaw diversi mezzi differenti, bħall-akkwarelli, żejt fuq it-tila u l-kulur bil-pinna. Għalhekk, kull pittura tesprimi perspettiva artistika unika tal-artist imżewġa mas-sbuħija tal-postijiet jew suġġetti li ġibdu l-attenzjoni tagħhom waqt li kienu fil-Park.
Waqt l-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja, fil-preżenza talMinistru għall-Ambjent Miriam Dalli, iċ-Chairman tal-bord tal-governanza, Dr Steve Borg, spjega kif il-ħsieb ewlieni hu li, permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet artistiċi, joħroġ aktar ċar mal-pubbliku l-preġju naturali u storiku li fih il-Park tal-Inwadar, l-akbar park naturali fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Din hi t-tieni sena li qed tittella’ l-wirja tal-arti, bil-għan li tiżdied ukoll l-għożża ta’ dan il-park naturali mill-pubbliku inġenerali. Wara kull wirja, il-bord iżomm kopja diġitali tax-xogħlijiet biex jużahom fl-inizjattivi ta’ informazzjoni
LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI
Fil-ġimgħa li ġejja se jissoktaw il-Laqgħat Ġenerali Annwali talkumitati lokali bħala parti mill-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qed iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat statutorji, li jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet.
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tad-distretti, li jibdew minn nofs ix-xahar ta’ Marzu, huma skedati li jsiru f’wieħed miċ-ċentri tal-lokalitajiet li jifformaw parti mill-istess distrett rispettivament.
Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet, li se jsiru sal-Ħadd li ġej, huma:
It-Tnejn 27 ta’ Frar: L-Imqabba u L-Imġarr;
It-Tlieta 28 ta’ Frar: Ir-Rabat, L-Isla u San Lawrenz;
L-Erbgħa 1 ta’ Marzu: Il-Qrendi, Il-Mosta, San Ġwann, Ħal Għaxaq u Ta’ Kerċem;
Il-Ħamis 2 ta’ Marzu: Pembroke, Il-Baħrija, Tal-Pietà u x-Xewkija;
Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu: Bormla, Ħal Balzan, Ta’ Xbiex, Ħaż-Żebbuġ u l-Qala;
Il-Ħadd 5 ta’ Marzu: Il-Belt Valletta, Paola, Marsaxlokk u r-Rabat, Għawdex.
dwar il-Park, ħalli aktar familji jkomplu jgawdu s-sbuħija naturali tiegħu. Fil-fatt, il-pitturi mill-ewwel edizzjoni ta’ din il-wirja, li saret is-sena li għaddiet, qed jidhru fil-kalendarju kommemorattiv li ppubblika l-bord għas-sena 2023. L-artisti li qed jieħdu sehem fil-wirja ta’ din is-sena huma Alison Agius, Frank Ancilleri, Noel Ancilleri, Marika Borg, Sarah Calleja, Silvana Camilleri, Jo Dounis, Joanne Fenech Portelli, Jean Frendo, Anna Galea, Audrey Mercieca, Raymond Micallef, Godwin Muscat Azzopardi, Marian Muscat Azzopardi, Ronald Muscat Azzopardi, Ethelbert Perini, Carmel Serracino, Peter Seychell, Andrew Smith u Tan-
sa bħal-lum ġimgħa
Esposta n-natura li tista’ titgawda mill-familji fl-akbar park fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna
ya Vella.
Il-pitturi jinsabu għall-bejgħ u parti mid-dħul se jingħata bħala donazzjoni għal għanijiet karitattitivi. Aktar tagħrif dwar il-Park tal-Inwadar jinsab fis-sit uffiċjali (inwadar. com) jew fuq il-paġna ta’ Facebook (Inwadar National Nature and History Park).
26.02.2023 10
Il-pitturi dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar fil-Gallerija Rudy Buhler fejn se jibqgħu esebiti
€1M GĦAL PROĠETTI ĠODDA MINN NGOs
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur ta ftit inqas minn €1 miljun f’fondi lill-għaqdiet volontarji biex iwettqu 87 proġett ġdid fil-komunità, bħala parti mill-Iskema tal-Proġetti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS) u s-Small Initiative Support Scheme (SIS).
Waqt iċ-ċerimonja annwali, għaqdiet volontarji li jvarjaw minn setturi bħas-saħħa, il-mużika, l-isport, l-edukazzjoni, il-kultura u d-drittijiet ċivili ġew ippreżentati bl-għotjiet rispettivi tagħhom. Il-proġetti jvarjaw minn tisħiħ tal-inklużjoni għall-persuni b’diżabilità, għarfien dwar ambjent sostenibbli u l-promozzjoni tal-arti u l-kultura fl-ibliet u l-irħula tagħna, fost oħrajn.
L-għaqdiet volontarji kollha huma rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex ikunu eliġibbli għall-fondi.
Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Julia Farrugia Portelli qalet li dawn is87 proġett fil-komunità se jfissru differenza pożittiva fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. “Dan l-investiment ta’ ftit inqas minn €1 miljun hu xhieda ċara tal-fiduċja kbira li l-Gvern għandu
fl-għaqdiet volontarji u fil-voluntieri. Nemmnu bis-sħiħ li kull proġett ġdid li se jkun qed jimmaterjalizza se jkun qed itejjeb jew isaħħaħ xi aspett minn ħajjitna sew jekk hu ambjentali kif ukoll jekk huwa soċjali. Kommessi li nkomplu mhux biss insaħħu lill-għaqdiet volontarji iżda naħdmu lkoll flimkien biex nibnu settur volontarju sostenibbli għal-lum u għal għada.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandalo qal li filwaqt li permezz ta’ dawn il-fondi nkomplu nsostnu lis-Settur tal-Volontarjat, dan isir b’impenn lejn dik li hi trasparenza u kontabilità bil-fondi pubbliċi.
L-għotjiet lill-għaqdiet volontarji ġew ippreżentati mill-Ministru Julia Farrugia Portelli, u Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-MCVS fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Nancy Caruana, Dr Noel Camilleri, Chairperson tal-MCVS, u Jesmond Saliba, Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.
Il-Ministru Farrugia Portelli tindirizza lill-għaqdiet ippreżentati bl-għotjiet tal-Gvern għal 87 proġett fil-komunità
L-investiment hu xhieda ċara tal-fiduċja kbira fil-volontarjat u l-NGOs
26.02.2023 11
LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR
logħob. U minn dakinhar skattat ħidma kbira bl-involviment prinċipali tal-Gvern, il-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta biex pajjiżna jkun attrezzat b’mod professjonali ħalli jilqa’ dan l-avveniment tant prestiġjuż.
Avveniment li hemm stennija kbira għalih, għaliex issa ilu erba’ snin ma jkun organizzat minħabba sitwazzjonijiet dinjin u għalhekk hemm ħerqa kbira fost l-atleti biex jerġgħu jiltaqgħu flimkien f’atmosfera kompetittiva.
Bħal nhar it-Tlieta tliet xhur, pajjiżna se jkun taħt il-lenti tal-komunità sportiva internazzjonali, meta se jingħata bidu għal edizzjoni oħra talLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar –il-GSSE Malta 2023. Madwar 1,000 atleta u sportiv, tekniċi u delegazzjonijiet minn tmien pajjiżi: l-Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Monaco, il-Montenegro u San Marino, li flimkien ma’ Malta se jkunu qed jikkompetu fi spirtu sportiv f’għadd ta’ dixxiplini sportivi.
Għadni niftakar sew meta lura fl-2018 attendejt l-Assemblea Ġenerali tal-GSSE fil-Montenegro u tħabbar li Malta ntgħażlet biex tospita dan il-
Ridna nuru – u hekk se nagħmlu – li Malta għandha mhux biss il-faċilitajiet, imma wkoll l-atmosfera, id-dedikazzjoni u l-professjonaliżmu biex tilqa’ dan il-logħob, imma wkoll kompetizzjonijiet oħra internazzjonali u għalhekk għandna dak kollu essenzjali biex inkunu hub sportiv fil-Mediterran.
Tlaqna b’ħidma kbira, bdej-
na billi ħadna stampa tal-faċilitajiet sportivi li kellna fil-pajjiż u kif dawn se nagħtuhom spinta kbira biex ngħollu l-livell tagħhom għal livell internazzjonali. Dan kien jeħtieġ investiment ta’ miljuni, investiment li rajna tajjeb li ma jkunx biss fl-infrastruttura, imma wkoll fl-atleti u fl-isportivi b’mod dirett.
Biss biss, u dan mhux l-uniku investiment ta’ dan it-tip, l-NDSF għadda €5 miljun lil SportMalta biex atleti Maltin iħejju ruħhom għal din il-kompetizzjoni. Min-naħa tagħha SportMalta qassmet dan l-investiment lil 10 assoċjazzjonijiet sportivi għat-taħriġ tal-atleti Maltin, pass li għalhekk serva biex il-Kumitat Olimpiku Malti jinvesti f’atleti Maltin.
Fl-infrastruttura sportiva għamilna, u għadna qed nagħmlu investiment massiċċ. Eżempju wieħed huwa l-inves-
timent li għamilna fit-Trakka tal-Atletika Matthew Micallef St. John tal-Marsa. Proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord u b’investiment ta’ €2.5 miljun, din il-faċilità issa hija waħda tal-ogħla livell. Permezz tal-proġetti fl-infrastruttura sportiva li qegħdin isiru, pajjizna qed ikompli jgħolli l-livell ta’ dawn il-faċilitajiet għal livelli internazzjonali u b’hekk kemm l-atleti u l-ispettaturi se jkollhom ambjent tal-aqwa kwalità. Irridu nħarsu wkoll lil hinn minn dawn il-logħob. U huwa għalhekk li qed naraw li l-faċilitajiet kollha jkollhom dan il-livell internazzjonali għaliex nemmen li pajjiżna għandu dak kollu meħtieġ biex jilqa’ kompetizzjonijiet internazzjonali u għalhekk isir hub sportiv fil-Mediterran filwaqt li nsaħħu t-turiżmu sportiv.
Hu wkoll ta’ sodisfazzjon li permezz ta’ dawn l-investi-
B’dawn l-investimenti, it-tfal Maltin u Għawdxin se jkollhom faċilitajiet tal-ogħla livell li jgħinuhom
b’mod professjonali fit-taħriġ fl-isport favorit tagħhom
SID TA’ DAREK
b’ruħ soċjali li jagħraf ir-realtajiet t’hemm barra u jieħu azzjoni. Dan huwa Gvern tassostenn li jħajrek toħlom u jagħtik il-kuraġġ biex dak ilħolm, twettqu.
Il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ żamm kelmtu. Din id-darba ma’ dawk li qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba li ser jibbenefikaw minn għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ għaxar snin, €1,000 fis-sena. Din hija miżura aġġunta ma’ dawk eżistenti.
sħiħ mit-taxxa tal-boll kif ukoll tingħata għotja ta’ €15,000 jekk il-proprjetà tinxtara f’Malta.
Jekk koppja tixtri l-proprjetà tagħha f’Għawdex l-għotja tkun ta’ €30,000, id-doppju. Dan ilGvern ħaseb ukoll biex jgħin lil dawn il-koppji mhux biss biex jixtru din it-tip ta’ proprjetà iżda wkoll biex ikunu jistgħu jirrestawrawha u tkun abitabbli. Fil-fatt, ser jingħataw ukoll rifużjoni ta’ VAT sa massimu ta’ €54,000.
ta koppji żgħażagħ Għawdxin nista’ nikkonferma li dawn il-miżuri ntlaqgħu tajjeb ħafna. Tawhom dik iċ-ċertezza ta’ futur aħjar, anke jekk qed ngħixu fi żminijiet ta’ inflazzjoni minħabba l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Mhux biss, iżda wkoll bosta Għawdxin ħadu pjaċir li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed jagħti prijorità lill-ħarsien tal-ambjent.
menti, it-tfal Maltin u Għawdxin se jkollhom faċilitajiet li jgħinuhom b’mod iktar professjonali fit-taħriġ, ikomplu jissodaw fl-isport favorit tagħhom u ’l quddiem bħala atleti jkunu jistgħu jiksbu riżultati fuq livell internazzjonali. Bħalissa għaddejjin b’diversi attivitajiet marbutin mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Żorna ż-Żurrieq u Bormla u se nduru aktar lokalitajiet, anki Għawdex. Għaliex dawn illogħob huma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, daqskemm huma tal-isportivi u tal-atleti tagħna, avveniment li jgħaqqad il-komunità sportiva mal-poplu Malti kollu. Huwa għalhekk li għal dawn il-logħob qed ninvolvu lil kulħadd għaliex irridu li din tkun esperjenza li mhux biss igawdu minnha l-isportivi tagħna, imma jgawdi minnha wkoll il-poplu b’mod ġenerali. U bħala poplu naf li se nagħtu l-appoġġ tagħna kollu lill-atleti u lill-isportivi tagħna matul il-jiem ta’ dan l-avveniment sportiv li min-naħa tagħhom se jirreċiprokaw l-investiment li sar fihom u se jagħmlu ħilithom kollha biex itejbu l-prestazzjonijiet tagħhom fuq l-edizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan il-logħob.
Kulħadd ikollu dik il-ħolma f’ħajtu li jkun jixtieq li jwettaqha. Tajjeb li toħlom però kemm hu isbaħ li toħlom u taf li ser issib dik l-għajnuna biex dik il-ħolma ssir realtà.
Kull koppja żagħżugħa tittama li xi darba tixtri l-proprjetà tagħha għall-futur. Però
kulħadd jaf li meta tixtri proprjetà din iġġib magħha wkoll ċerti sfidi ekonomiċi.
Għal darb’oħra Gvern Laburista qiegħed ikun ta’ spalla għal dawn il-koppji biex il-ħolma tagħhom tkun tista’ ssir realtà. Għax dan huwa Gvern
Gvern Laburista mhux biss qed jinċentiva iżda wkoll qed jagħti direzzjoni lis-suq tal-proprjetà. Kull koppja li tixtri l-ewwel proprjetà tagħha f’żona UCA jew proprjetà li tkun ilha diżabitata għal numru ta’ snin, ser tibbenefika minn ħelsien
Dan juri biċ-ċar il-ħidma ta’ dan il-Gvern biex joffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-koppji li qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, kif ukoll li jissalvagwardja l-ambjent billi jiddirezzjona s-suq tax-xiri ta’ proprjetà.
Wara li tkellimt ma’ bos-
suq tal-proprjetà u ttieħdet id-deċiżjoni politika li jiġu megħjuna koppji żgħażagħ. U għalkemm jeżistu sfidi internazzjonali m’għamilx bħalma għamel ħaddieħor fi żminijiet inqas diffiċli minn dawn. Ma marx għal miżuri ta’ awsterità, iżda kompla jkun ta’ spalla għall-poplu Għawdxi u Malti.
F’Għawdex jeżistu bosta proprjetajiet fi stat ta’ abbandun u dawn il-miżuri ser jgħinu kemm biex tiġi protetta art mhux mittiefsa, kif ukoll ser isir restawr u tisbiħ fiż-żoni fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet.
Gvern Laburista qed joffri soluzzjonijiet għaliex dejjem fehem ir-realtajiet tas-
Gvern Laburista qed ikun ta’ spalla għal koppji żgħażagħ li jwettqu l-ħolma tagħhom biex ikollhom il-proprjetà
Barra minn hekk, fehem ukoll ir-realtà tal-gżira ta’ Għawdex u inċentivaha b’mod aktar qawwi biex b’hekk anke l-Għawdxin ikunu jistgħu joħolmu u jwettqu l-ħolm tagħhom kif ukoll jipproteġi l-uniċità ta’ din il-gżira.
Dan juri biċ-ċar l-attenzjoni ta’ dan il-Gvern lejn il-poplu Għawdxi u Malti u l-fiduċja li għandu f’pajjiżna.
Gvern li joffri ċertezza u stabbiltà għal futur aħjar għax jemmen fina. Jemmen li pajjiżna għandu potenzjal u għalhekk qed jagħmel dak kollu possibbli biex dak il-potenzjal jintlaħaq minn kull wieħed u waħda minna biex ilkoll flimkien inkunu nistgħu nibqgħu noħolmu u jkollna s-sostenn sabiex dan ilħolm ikun jista’ jsir realtà.
26.02.2023 12
Membru Parlamentari
ABIGAIL CAMILLERI
MInistru CLIFTON GRIMA
GVERN LABURISTA – GVERN GĦAQLI
wkoll għaliex nemmnu li l-poplu fl-istess waqt għandu fiduċja f’pajjiżna u fil-Gvern li jmexxih. Dan jagħtina l-kuraġġ li nkomplu nimplimentaw miżuri ġodda.
jetajiet li qed nesperjenzaw bħalissa. Dan huwa l-Gvern li jirrikonoxxi l-isfidi u jagħmel minn kollox sabiex jindirizzahom.
Nhar il-Ħadd li għadda, attivisti tal-Partit Laburista marru bi ħġarhom fil-Birgu sabiex jilqgħu u jisimgħu d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.
Jiena kelli l-opportunità li nindirizza l-poplu f’din l-attività politika, fejn enfasizzajt partikolarment id-deċiżjonijiet li l-Gvern ħa u għadu qed jieħu b’għaqal kbir.
Tkellimt dwar id-deċiżjonijiet li ħa anke waqt il-pandemija li wasslu sabiex fil-jiem li għaddew gawdejna kif jixraq il-briju tal-karnival għal-ewwel darba wara numru ta’ snin.
Deċiżjonijiet li neħduhom mhux biss għax għandna fiduċja fil-poplu tagħna, iżda
Il-Partit Laburista huwa partit li jiżra’ ż-żerriegħa u jkompli jsostniha għaliex jemmen fil-potenzjal ta’ kull wieħed u waħda minna. Dan rajnieh ċar fil-proċess talmitt idea tal-Partit Laburista, fejn il-poplu qasam magħna ideat fuq diversi temi u aħna fassalna l-mitt idea tal-Partit Laburista. Minn dawn il-mitt idea, ħriġna b’1000 proposta fil-Manifest Malta Flimkien u ftit xhur ilu rajna kif ser inkunu qed inkomplu nwettqu dawn il-proposti fil-Baġit għal din is-sena.
Proposti li diġà bdejna nwettqu, fosthom l-għajnuniet li tkellem fuqhom il-Prim Ministru fl-istess attività li se jkun qed jagħti l-Gvern, li jammontaw għal €10,000 f’għaxar snin lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Waqt id-diskors tiegħi spjegajt kif dawn l-għajnuniet se jkunu qed jgħinu partikolarment lil żgħażagħ li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Din hija għajnuna kbira fiddawl tal-prezzijiet tal-propr -
L-għaqal tal-Gvern qiegħed jidher ċar ukoll fl-isfond ta’ ekonomija stabbli li qed jirnexxilna noffru lill-poplu Malti u Għawdxi. Qed inkomplu nieħdu numru ta’ deċiżjonijiet sabiex nassiguraw li l-ekonomija Maltija li tant niġu mfaħħrin għaliha, tkompli tiffjorixxi.
Din l-istabbiltà qed tkompli tiġi vverifikata minn diversi aġenziji ta’ kreditu, mill-Kummissjoni Ewropea, u riċentement smajna lill-Fond Monetarju Internazzjonali jirrimarka dwar l-għaqal tal-Gvern li qed iwassal għal din l-istabbiltà ekonomika f’pajjiżna.
B’ekonomija b’saħħitha nistgħu biss inkomplu ngħinu lill-familji kollha sabiex kull individwu f’dan ilpajjiż igawdi minn kwalità ta’ ħajja xierqa.
Waqt id-diskors tiegħi, tkellimt ukoll fuq ir-riformi li wettaqna bħala Gvern u għad fadlilna nwettqu. Il-kelma riformista hija l-bażi tal-identità tal-partit tagħna, u l-ħidma tagħna tkompli sabiex inkomplu nbiddlu u
nġeddu dan il-pajjiż. Aħna l-partit li ma jibżax mill-bidla, li ma jiddejjaqx mill-kontroversji, u li jiffaċċja x-xettiċiżmu li ġġib magħha l-bidla. Il-partit li mhuwiex marbut mal-passat iżda jindirizza r-realtajiet tal-preżent u jipprepara l-poplu għal futur aħjar. Semmejt id-diversi riformi li ttieħdu matul is-snin taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista li wasslu sabiex tajna l-opportunità lil koppji jsiru ġenituri, li wasslu sabiex tajna l-leħen liż-żgħażagħ tagħna, u li wasslu sabiex stajna nibqgħu nsaħħu lil dawk li sawruna u rabbewna, lill-anzjani u lill-pensjonanti tagħna. Riformi li bihom se nkunu qed nipproteġu s-saħħa u l-ħajja tal-omm li tkun f’riskju u f’periklu gravi.
Riformi li saħħew id-drittijiet ċivili, fejn dan tal-aħħar saħansitra wassal sabiex Malta se tkun qed tospita avveniment internazzjonali tal-Europride. Malta, l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, blaqwa drittijiet għal persuni LGBTIQ.
L-impenn tal-Gvern Laburista huwa li jkompli jiddeċiedi, ikompli jirriforma u jkompli jbiddel lil dan il-
RESPONSABBILTÀ AKBAR
joni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista (mhux għax hi biċċa tagħna fl-aħħar mill-aħħar), huwa meħtieġ aktar approċċ kawt, kompost u li dak li jkun iżomm saqajh mal-art. Ir-responsabbiltà hija verament akbar u nemmen bissħiħ li kemm il-Prim Ministru u anke l-amministrazzjoni tal-Partit qed jirrikonoxxu dan.
Nemmen li dan il-kuntatt ma jagħmilx biss lill-Prim Ministru Robert Abela bħala bniedem tan-nies, iżda n-nies għandhom Prim Ministru tagħhom.
pajjiż għall-aħjar. Dan huwa l-Gvern, li bit-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela, il-poplu għandu fiduċja fih.
Għalhekk ir-responsabbiltà tagħna hija li din il-fiduċja nżommuha u nsaħħuha sabiex flimkien inkunu kapaċi nibqgħu nuru li Malta tista’ tkun l-għira tal-pajjiżi kollha tal-madwar.
Il-partit li mhuwiex marbut mal-passat iżda jindirizza realtajiet tal-preżent u jipprepara l-poplu għal futur aħjar
Saret kważi klixè li rappreżentanti tal-Partit Laburista jgħidu l-frażi, “għandna responsabbiltà akbar fuqna” waqt li jkun hemm diskussjoni dwar il-qagħda li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista u s-sitwazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Klixè mhux għax qed tingħad xi ħaġa li mhix vera, anzi altru minn hekk, iżda għax tabilħaqq li bis-sitwazz-
Ħadt gost nara l-Prim Ministru fl-aħħar jiem idur diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin. Jitkellem u jiltaqa’ ma’ individwi u għaqdiet minn kull sfera. Żgur mhux qed jagħmel dan għax ġejja xi elezzjoni daqt, iżda għax iċ-ċavetta tassuċċess wara kull deċiżjoni tkun dik li tisma’ mingħand in-nies.
Nemmen li l-ebda poplu fid-dinja ma jrid mexxejja politiċi li jinqaflu f’xi Torri tal-Avorju, bħalma kien jiġri fi żmien il-fewdaliżmu u jittieħdu d-deċiżjonijiet abbażi ta’ skont kif tqum filgħodu.
Qed ngħid dan kollu mhux biex nipprova nagħti xi stampa li kollox ward u żahar u li x-xemx f’Malta telgħet biss mal-Partit Laburista u l-Mexxejja tiegħu. Iva, għad hemm min forsi jkun imdejjaq, jistenna li miegħu ssir ġustizzja, li jistaqsi, iżda ċert li n-nies jaraw li s-soluzzjonijiet jistgħu jingħataw millpolitiċi li jkunu qrib tagħhom, li jisimgħu u li jilqgħu l-kritika kostruttiva.
Politiċi li l-politika tagħhom tkun xprunata mill-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom u mhux min-neċessitajiet politiċi.
Ma nistax nimmaġina li xi ħadd jista’ jaħseb li l-isfidi tiegħu jista’ jsolvihomlu min ħsiebu biss kif se jgħix fil-kariga ġurnata b’ġurnata
u mhux qed ngħid dan għax motivat politikament imma għax il-loġika hekk tiddetta. Ma nimmaġinax li xi ħadd se jixtri karozza li meta jistaqsi kemm tiswa ma jgħidulux. Li meta jistaqsi jekk taħlix fuel jibqa’ bla risposta u jekk jistaqsi jekk hux diffiċli li jġib parts f’każ ta’ bżonn ma tingħatalux tweġiba.
U d-differenza fil-partiti llum dik hi. Min-naħa għandek Gvern magħqud, li jisma’
u jiddeċiedi iżda fuq kollox li taf fejn qiegħed miegħu. B’kuntrast, faċċata hemm Oppożizzjoni mfarrka f’elf biċċa li l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija.
Għalhekk fuq spallejn il-Mexxej tagħna hemm responsabilità akbar.
Iridu jibqgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet iżda dejjem f’sens sħiħ ta’ rispett. Deċiżjonijiet intiżi u diretti.
Bħalma kienet id-deċiżjoni pereżempju tal-€1,000 kull sena fuq 10 snin lil kop-
pji u individwi, primarjament żgħażagħ, li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
Hemmhekk stajt insegwi Prim Ministru li qabelxejn irrikonoxxa u fehem li bil-prezzijiet li qed jintalbu llum għall-proprjetà, bilfors hija meħtieġa l-għajnuna, iżda fuq kollox li meta mistoqsi ma qagħadx idur mal-lewża. Kien kritiku lejn min kapaċi qed japprofitta ruħu fis-settur u ma ddejjaqx isemmi l-banek lanqas. Hija dik is-sinċerità u skjettezza li tagħmel id-differenza.
Hawnhekk ukoll irrid insemmi l-Partit Laburista. Huwa ċar li l-Partit Laburista minkejja li huwa l-Partit fil-Gvern, huwa ħaj. Tinduna mill-attivitajiet, mill-inizjattivi u mill-ideat. Mhux faċli li Partit fil-Gvern jibqa’ jidher rilevanti. Ħafna drabi, sforz ix-xogħol tant imprekattiv tal-Gvern, il-Partit jaf jieħu pass lura. Dan mhux il-każ għall-Partit Laburista.
26.02.2023 13
NIGEL VELLA
Membru Parlamentari
CRESSIDA GALEA
Il-parti fejn hemm l-Ispazju għall-Arti u t-Teatru fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali li għadha kemm ġiet imsebbħa fi proġett li hu ferm usa’
L-IŻVILUPP TAL-PARK NAZZJONALI
F’TA’ QALI JIVVJAĠĠA LEJN IL-PASSAT
Inawgurat l-Ispazju għall-Arti u t-Teatru b’wirja ta’ ritratti uniċi tal-istess żona mal-milja taż-żmien fl-istorja ta’ Malta
Din il-ġimgħa ġie inawgurat il-post imsejjaħ Spazju għall-Arti u t-Teatru, li jifforma parti mill-Park Nazzjonali ta’ Malta, f’Ta’ Qali, fejn bħalissa għaddej l-akbar żvilupp biex dan l-ispazju miftuħ ikun riġenerat u mkabbar daqs qatt qabel ħalli jitgawda bl-aħjar mod mill-familji Maltin u Għawdxin u l-ġenerazzjonijiet futuri.
Fl-istess Spazju għall-Arti u t-Teatru, li se jkun qed jintuża speċifikament għal produzzjonijiet kulturali, wirjiet artistiċi u spettakli teatrali, bdiet tittella’ wirja ta’ ritratti u mapep uniċi dwar kif iż-żona vasta fil-qalba tal-pajjiż għaddiet minn tibdil mal-milja taż-żmien, inkluż għal skopijiet militari mill-forzi Brittaniċi u aktar tard għal skop edukattiv, rikreattiv u sportiv.
L-esebizzjoni tal-istorja tal-post, li se tkun miftuħa b’xejn sad-19 ta’ Marzu, tikkonsisti fi 22 pjanta li qed jiġu esposti għall-ewwel darba, ilkoll mill-arkivju tal-istess dipartiment. Magħhom hemm diversi ritratti oriġinali li ngħataw mill-Mużew tal-Avjazzjoni li hu bbażat fl-istess inħawi ta’ Ta’ Qali.
Fl-esebizzjoni l-pubbliku jista’ jara diversi aspetti differenti ta’ Ta’ Qali, l-aktar dawk marbutin mal-perjodu meta dan il-post kien
iservi bħala bażi tal-ajru tal-Forza tal-Ajru Ingliża. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-post serva bħala l-ewwel mitjar ċivili f’Malta.
Interessanti wkoll li fil-post hemm ċimiterju militari, waqt li sa nofs it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm binja privata f’forma ta’ kastell, bl-isem ta’ Chateau Bertrand, li kienet intlaqtet mill-balal tal-għadu u dak li kien fadal minnha tneħħa mill-Ingliżi.
Il-proprjetà, li kienet fejn illum hemm il-Villaġġ tas-Snajja’, kienet tal-Konti Giuseppe Teuma Castelletti, għajjutant ta’ diversi gvernaturi Ingliżi.
Minbarra dan ix-xenarju, fil-wirja hemm esposti wkoll pjanti tal-ewwel proġetti fl-inħawi għal spazju miftuħ tal-Park, li kienu bdew f’nofs is-snin 80. Flimkien ma’ dawn hemm ukoll pjanti tal-Istadium Nazzjonali tal-futbol, li kien beda jinbena fis-snin 70 biex jieħu post l-istadium l-antik fil-Gżira.
Il-pubbliku jista’ jara wkoll parti oħra tal-esebizzjoni ddedikata għall-illustrazzjonijiet grafiċi mill-kotba tal-awtur rinomat Trevor Zahra, li ismu hu sinonimu mal-kotba għat-tfal.
F’din il-parti, wieħed isib xeħta differenti ta’ kotba li ħarġu mill-awtur li żgur li jġi-
bu nostalġija għal ħafna nies li ġejjin minn ġenerazzjonijiet differenti li xi darba jew oħra missew u qraw dawn il-forom letterarji li ma jmutu qatt.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja huma bejn id-09:00 u t-20:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn id-09:00 u s-19:00 nhar ta’ Sibt u Ħadd.
Dan l-ispazju għall-arti se jikkumplimenta l-Amfiteatru Grieg eżistenti li wkoll ġie mmodernizzat b’faċilitajiet ġodda u aċċessibbli għall-bżonnijiet artistiċi bħal rehearsal rooms, changing rooms u showers, fost oħrajn. Taħt l-istess teatru, li jakkomoda madwar 850 persuna, tlestiet ukoll sala li tista’ tintuża għal diversi funzjonijiet.
Fid-diskors tal-okkażjoni għall-inawgurazzjoni tal-Ispazju għall-Arti u t-teatru, ilMinistru responsabbli Stefan Zrinzo Azzopardi (inset) spjega kif din iż-żona se tagħti dimensjoni oħra lill-proġett tal-Park Nazzjonali li issa mhux biss se jkun spazju miftuħ mill-isbaħ fejn wieħed jista’ jmur iqatta’ ftit ħin ta’ mistrieħ mal-familja, iżda wkoll pjattaforma għall-artisti lokali u dawk internazzjonali fejn jesebixxu t-talenti tagħhom.
Il-Perit Nadia Curmi, li hi responsabbli mill-proġett, spjegat kif f’dawn il-kmamar
sar xogħol estensiv ta’ servizzi ġdida ta’ ventilazzjoni u ta’ arja nata.
Curmi kompliet tgħid li d-disinn iż-żona sar b’tali mod li l-ispazju flessibbli u newtrali kemm jista’ tispikka l-arti tal-installazzjonijiet esebiti.
It-tlestija ta’ din iż-żona hi fażi proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Qali li qed jiġi kkordinat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u hu wieħed bar proġetti ta’ spazju miftuħ Waqt li rringrazzja lil dawk mu f’dan il-proġett, il-Ministru zopardi temm jgħid li “fit-totalità il-proġett tal-Park Nazzjonali tifikat ieħor ta’ kwalità li jkompli ma ta’ dan il-Gvern biex jinħolqu miftuħa mill-isbaħ b’enfasi fuq bjentali u fuq it-titjib tal-kwalità tan-nies.”
Fl-istess Spazju għall-Arti pubbliku jista’ wkoll jara esebizzjoni tal-illustrazzjonijiet grafiċi mill-kotba awtur rinomat Trevor Zahra, sinonimu mal-kotba għat-tfal.
26.02.2023 14
IL-PASSAT
Malta
servizzi b’sistema arja kkundizzjod-disinn ta’ din l-ispazju jitħalla jista’ jkun, biex tal-installazzjonijiet li jiġu
fażi oħra millta’ Malta f’Ta’ mid-Dipartiment wieħed mill-akf’pajjiżna. kollha li ħadil-Ministru Zrinzo Az“fit-totalità tiegħu, Nazzjonali se jkun ċerjkompli juri l-ħidjinħolqu spazji
fuq l-aspett am-
tal-kwalità tal-ħajja
u t-Teatru, ilesebizzjoni oħra mill-kotba talZahra, li ismu hu
26.02.2023 15
għat-tfal. NAZZJONALI
Ritratti:
TAL-AVJAZZJONI
Ritratt: PIERRE SAMMUT/DOI
MUŻEW
TIĠDID KONTINWU
hom bil-ħerqa. Flimkien ma’ sħabi fl-amministrazzjoni u mal-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali naħtfu din l-okkażjoni sabiex ninżlu f’kull lokal f’Malta u Għawdex u niltaqgħu malgħeruq tal-partit tagħna, mal-attivisti fil-lokalitajiet li jaħdmu bis-sħiħ għal dan il-partit, li jxejru l-bandiera tal-partit fil-lokalità tagħhom, li jmexxu l-messaġġ tal-partit, xemx u xita ssibhom hemm.
Nistqarr li ż-żmien ta’ wara l-bidu tas-sena huwa żmien li nistenna ħafna fil-ħidma politika tiegħi. Dan għaliex nibdew bħala partit inħejju it-tlaqqigħ tal-Konferenza Ġenerali Annwali li ssir lejn l-aħħar t’April. Il-Konferenza titlaqqa’ sal-ewwel nofs tas-sena sabiex tkun konformi mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, hekk kif jiġu ppreżentati r-rapporti ta’ ħidma u dak finanzjarju. Niftakru dejjem għeżież qarrejja li din il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, bħal liġijiet oħra li jsaħħu s-saltna tad-dritt bħal dik tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi daħħalhom f’pajjiżna
Gvern Laburista hekk kif gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti kaxkru saqajhom u minkejja li kienu mħeġġa minn fora barranin biex jiddaħħlu f’pajjiżna liġijiet bħal dawn, qatt ma daħħluhom għax dejjem kienu komdi li ma jkollhom l-ebda id li tiskrutinizzahom.
Għall-kuntrarju il-Partit Laburista u partikolarment dan il-Partit Laburista fil-gvern qatt ma ddejjaq mill-iskrutinju, anzi introduċa dawn il-mezzi u jiffaċilita sabiex jaħdmu fil-libertà u t-trasparenza kollha.
Intant, biex naslu għall-Konferenza, minn nofs Frar jibdew jitlaqgħu dawn il-Laqgħat Ġenerali Annwali ta’ kull kumitat lokali u distrettwali kif ukoll tal-fergħat tal-partit. F’dawn il-laqgħat il-membri tal-każini ta’ kull lokalità huma mistiedna sabiex jattendu fejn il-kumitat jippreżenta quddiemhom ir-rapporti ta’ ħidma u tal-finanzi sabiex japprovawhom.
Madanakollu, dawn il-laqgħat jagħtu l-opportunità sabiħa sabiex il-membri mhux biss jiltaqgħu flimkien u mal-kumitat tagħhom rispettiv imma wkoll ma’ membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit li jippresiedu dawn il-laqgħat u kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-Amministrazzjoni tal-partit u mad-deputati u l-kandidati tad-distrett. Dawn illaqgħat iressqu wkoll il-kunsilliera Laburisti tal-lokal rispettiv bir-rapporti ta’ ħidma tal-Kunsill Lokali.
U għalhekk nemmen fl-importanza ta’ dawn il-laqgħat. Għalhekk inħares ’il quddiem għalihom u nistennie-
U għalhekk huwa żmien sabiħ għax inżommu kuntatt kontinwu mannies. Nieħdu l-eżempju mill-Mexxej tagħna Dr Robert Abela li jisħaq kontinwament fuq partit tan-nies u għan-nies, għall-kuntatt man-nies il-ħin kollu, li nisimgħu, li nixtarru u naġixxu fuq il-messaġġi li jgħaddulna n-nies, b’attenzjoni partikolari lejn il-grassroots tagħna li ssibhom hemm dejjem fil-mumenti tajba u wisq aktar f’dawk inqas tajba. Robert Abela mhux biss jisħaq fuq il-kuntatt imma jwettqu fil-prattika. Jinżel fil-pjazez jitkellem man-nies għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum tagħhom u jgħaddi l-messaġġ tiegħu mil-lokalità għall-oħra Ħadd wara Ħadd fil-każini tal-partit.
Inħeġġeġ lilkom ilkoll sabiex f’dawn il-ġranet taħtfu l-opportunità u permezz tal-Laqgħa Ġenerali Annwali fil-lokalità tagħkom tattendu sabiex niltaqgħu flimkien u ngħaddu l-messaġġ li nixtiequ ngħaddu. Dan kollu huwa li jagħmel partit ħaj u relevanti, partit li tassew iżomm subajgħ fuq il-polz tal-poplu. Partit li bl-umiltà kollha jisma’, li jaġixxi u jwettaq, partit li dejjem għatxan għall-bidla u dejjem lest biex jirrinnova ruħu u jitbiddel.
Partit li magħmul min-nies li jista’ jkun li għandhom ideat differenti imma mnebbħa f’moviment wieħed li jħaddan l-ideali soċjal-demokratiċi u fl-aħħar mill-aħħar isir ħaġa waħda sabiex jappoġġja lil xulxin u jsostni lil xulxin u jaħdem bla heda sabiex joħloq il-ġid u jitqassam kif mistħoqq. Hekk biss nibqgħu l-għażla naturali tal-poplu.
Sur Editur, Kemm jinsew għawwarhom tal-partit tagħhom, Sur Editur! Kemm iħobbu jpinġu lilhom infushom bħala puri u verġni iktar minn Suor Matilde tal-Klawsura, qaddisa ħniena! Imbagħad jinżgħu l-maskra u tarahom qishom Żeppa l-Mibruma li kienet tintefa’ fil-kantuniera tal-misraħ ma’ nżul ix-xemx u t-talba ta’ Għeluq il-Jum. Ummi ma xi dwejjaq fihom.
Taf għalfejn qed ngħidlek hekk, Sur Editur? Le hux. Mela ħa ngħidlek jien.
Se jkolli nsemmi lil Patri Brussellu biex nispjega. David l-Għarukaża. Mela dan ftit ilu ma kellux l-ardir jgħid li l-ġurnalisti m’għandhomx jiġu attakkati! Ħadd ma għandu jattakka lill-ġurnalisti ta, biex niftiehmu. Nesieh żmienu dan. Jien ngħid li trid tkun pur biex tagħmel ċerti stqarrijiet, u purezza fejn jidħlu l-attakki fuq il-ġurnalisti żgur li ma għandux dan.
Ħa nfakkrek ftit, Sur Editur. Għalaq għajnejk, ħu nifs u ftakar. Awwissu tal-2018. Isir magħruf li l-Għarukaża impjega nies fil-familja tiegħu bi flus pubbliċi fl-uffiċċju tiegħu tal-Parlament Ewropew. Xi ġurnalisti bdew jinvestigaw l-istorja. Kien hemm ġurnalisti li kitbu xi ħaġa wkoll. L-Għarukaża jfaqqa’ twissija. Jhedded lill-ġurnalisti b’libell jekk jirrapportaw il-fatti li ma kienx komdu bihom.
Fl-istess ftit jiem ta’ dak l-Awwissu tal-2018, dan il-fratell taddemokrazija kien għamel plejtu sħiħ u tkellem b’passjoni favur ilħidma tal-ġurnalisti, u ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex jiddiskuti l-ħtieġa li jiġu indirizzati miżuri kontra theddidiet emerġenti fil-ġurnaliżmu investigattiv, imbagħad kien hemm storja li messet lilu u m’għoġbitux u hedded lill-ġurnalisti b’libell. Santo Subito patrun tal-ġurnalisti dan.
Naħseb dħalt fl-ispirtu tar-Randan jien billi qed insemmi l-fratelli, is-sorijiet u t-talb. Żmienu hux. Kulħadd isum minn xi ħaġa. Melda tiegħi għidtilha biex issum mill-paroli fil-vojt. Għidtilha aħjar tiekol robbu laħam u tħobb lill-għajrek. Se jkolli nsum milli ngħidlek kif weġbitni, Sur Editur, għax ma jiswiex.
Smajt li l-kap tagħhom matul ir-Randan mhux se jagħmel interventi politiċi, Sur Editur. Għax billi żmien is-sawm, qal li se jagħmel sagrifiċċju u jsum mill-paroli fil-vojt, min-nuqqas tal-verità, millpolitika partiġjana u mit-tkissir ta’ dak kollu li jagħmel il-Gvern tagħna. Kos, hux, Sur Editur, bdiet tfaqqa’ ta’ Bernard il-Grech. X’taħwid Marija Madalena! Kellhom iktar ordni meta kienu qed jibnu t-Torri ta’ Babel. Il-Grech jgħid li perċezzjoni. Imbagħad toħroġ it-Tajms tistaqsi jekk hemmx tama għall-partit tagħhom bit-tmexxija tal-Grech. U balleċ, kważi l-istess kritika minn għadd ta’ kittieba oħra fuq il-ġurnali li huma magħrufin bħala l-forċina tal-PeNe.
Kos, hux, Sur Editur, bdiet tfaqqa’ ta’ Bernard il-Grech. Karma jgħidulha din. Bdiet tinħema l-qiegħa biex iwarrbuh ukoll. Kif għamlu lil Giorgio l-Borg Olivier. Kif għamlu lil Adrian id-Delia. Issa jmiss lil Bernard il-Grech.
U malajr spjegatlu t-Tajms, xi tfisser perċezzjoni. Għax qaltlu b’mod ċar hekk: Meta l-Partit Nazzjonalista kellu jċedi għal telfa elettorali oħra s-sena li għaddiet, ħafna kienu tal-fehma li t-tneħħija ta’ Bernard Grech kienet twassal għaċ-ċarċir tad-demm fatali. Bil-fehma li huwa figura li tgħaqqad, Bernard Grech ħalef li jieħu deċiżjonijiet ibsin biex jinjetta t-tama. Imma kważi sena wara, il-partit jinsab f’diżordni u mingħajr viżjoni – b’membri ta’ kwalità li abbandunaw lill-partit u l-ġlied intern qiegħed fl-apert. X’perċezzjoni, perċezzjoni! Perċezzjoni tal-prodott tal-fażola bajda li tkun għaddiet mill-imsaren, imma. Anzi, kien hemm min qallu li din li ħareġ biha tal-perċezzjoni, turi kemm huwa arroganti. Imbagħad taqra l-editorjal tal-gazzetta tagħhom u ma temminx xi tkun qed taqra. Qalu li l-partit tagħhom wera li jrid ikun il-partit li jerġa’ jagħti t-tama lin-nies b’ħidma flimkien għax dak huwa l-obbligu tal-PeNe mal-elettorat.
U l-Malti jgħid li bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti. Lanqas tama ta’ xaqq dawl ta’ paċi interna ma għandhom, aħseb u ara kemm jistgħu jkunu tama ta’ pajjiż sħiħ, x’kull waħda.
Għad-dieħla!
26.02.2023 16
Nieħdu l-eżempju mill-Mexxej tagħna
Dr Robert Abela li jisħaq kontinwament fuq partit tan-nies u għan-nies, għall-kuntatt man-nies il-ħin kollu
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
CATHERINE FENECH
BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK FIL-ĠERMANJA
Il-Big Friends Guggen Musik (Malta), li twaqqfet fl-2008, bħalissa għaddejja b’aktar impenji barra minn xtutna, fost bosta attivitajiet oħrajn imħejjijin fixxhur li ġejjin.
Fil-fatt, minn nhar il-Ħamis li għadda sa għada t-Tnejn il-banda magħmula minn 44 mużiċist tinsab fil-Ġermanja biex tieħu sehem f’parati fi tliet bliet differenti, li huma Essen, Münster u Köln, fl-akbar u l-aktar festival mużikali ta’ suċċess għall-baned li jsir f’dan il-pajjiż u anke fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Fil-fatt, hu stmat li għal dan il-festival prestiġjuż jattendu mijiet ta’ eluf ta’ viżitaturi kull sena.
Hawn il-Big Friends Guggen Musik (Malta) qed tipparteċipa ma’ baned
oħrajn minn madwar id-dinja, fost oħrajn mill-Ġermanja stess, l-Istati Uniti tal-Amerka, Franza, il-Belġju, l-Olanda u l-Messiku.
L-esebizzjonijiet tal-banda qed isiru taħt id-direzzjoni tas-Surmast lan Sammut, waqt li qed jiżżanżnu sett ta’ strumenti ġodda Sousaphones.
Din hi s-16-il darba li din il-banda se tkun qiegħda tirrappreżenta talent Malti barra minn xtutna wara s-suċċessi li kellha fl-2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) għall-festi nazzjonali; fl-2009 fil-Greċja; u fl-2016 u l-2017 fit-Tuneżija għall-festa nazzjonali u l-karnival.
Hi daqqet ukoll seba’ darbiet fi Sqallija, fosthom fl-2017 fil-karnival tal-fjuri
f’Arcireale; fl-2018 fil-karnival nazzjonali u fil-Festival dei Colori; u fl-2019 ħadet sehem fil-karnival nazzjonali.
Ix-xahar li għadda stess il-banda rrappreżentat lil pajjiżna f’Lipari fejn hemmhekk daqqet f’kunċert fil-belt Vulcano u anke f’Filicudi.
Il-ġimgħa li għaddiet hi ħadet sehem ukoll fil-karnival Malti għall-15-il darba kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Anke jekk għadha waħda żagħżugħa, il-banda qiegħda torganizza diversi attivitajiet fl-okkażjoni tal-15-il sena anniversarju f’Novembru li ġej.
Il-bord tat-tmexxija tal-istess għaqda għaddej b’ritmu mgħaġġel biex ikompli jsaħħaħ l-esperjenza mużikali tagħha u tal-mużiċisti fissi fi ħdanha, li jammon-
taw għal total ta’ 78 mużiċist ġejjin minn madwar il-pajjiż bl-etajiet li jvarjaw minn 9 sa 70 sena. Hi torganizza wkoll diversi master classes, lezzjonijiet u rehearsals kull ġimgħa, minbarra attivitajiet soċjo-kulturali.
26.02.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
MILL-GĦONNELLA GĦALL-ĦWEJJEĠ MODERNI
Il-kostumi ppriservati fil-Mużew Nazzjonali kienu qanqlu d-dubju tal-awtur J. D. Evans, għax sostna li jirreferu għal figuri ta’ kult u oġġetti ornamentali li x’aktarx kienu biss l-ilbiesi ta’ uffiċjali tat-tempju, u sfortunatament, s’issa m’għandna ebda għarfien jekk l-ilbies ta’ kuljum ta’ missirijietna, kienx simili. Permezz ta’ eżami minn Sir Temi Zammit ta’ biċċa drapp inċinerata, skavata mill-fdalijiet ta’ Ħal Tarxien, nafu li diġà kien hemm l-użu ta’ tessuti u drapp minsuġ, li juri ħila konsiderevoli ta’ interlacing. Dan it-tagħrif ksibtu minn kitba tan-Nutar V.M. Pellegrini għal xogħol letterarju tal-istudjuż Joseph Cassar Pullicino.
Minn CHARLES B. SPITERI
L-istess jista’ jingħad ukoll għall-ħwejjeġ u materjal matul il-perjodu Ruman. Ċiċerun, li żar gżiritna, jikkonferma li l-ħwejjeġ tan-nisa kienu minsuġa f’Malta, filwaqt li Diodrus Siculus ifaħħar lill-artiġjani lokali għall-ħila tagħhom u għallmod kif jirnexxilhom joħolqu tessuti famużi għall-finezza u l-irtubija tagħhom. Iżda minn kif jidher mill-istatwi li nsibu f’pajjiżna, jista’ jingħad li n-nies ta’ dak iż-żmien addottaw il-moda Rumana kif murija fl-istatwi, jew kellhom il-moda tagħhom stess?
Skont il-Konti Ciantar, l-ewwel għarfien ta’ mantell għall-irġiel kien il-kapott b’barnuża mwaħħla miegħu, li għall-klassijiet inferjuri kien ikun mantar. Dan il-mantar twil kien jintefa’ madwar l-ispallejn, u kien magħruf l-aktar fi Spanja u fl-Italja. L-użu tiegħu kien isir l-aktar mill-ħallelin u nies oħrajn li riedu jaħbu l-identità tagħhom.
Bejn l-1266 u l-1530 taħt l-Anġovini, l-Aragoniżi u l-Kastellani, il-kostumi f’Malta żgur kienu ta’ tip Spanjol jew Sqalli, u nafu li l-Lhud kienu jbigħu l-ħwejjeġ fl-irħula Maltin. Iżda fl-1473 il-Kunsill Popolari pprojbixxa l-kummerċ tas-suf u l-ħajt tal-qoton ’il barra mill-Birgu u r-Rabat.
Apparti l-kitbiet tal-Konti Ciantar u tal-Kanonku Agius de Soldanis, ftit għandna tagħrif fuq l-ilbies f’Malta, u dan ġej minn dak li semmew u kitbu numru ta’vjaġġaturi li żaru pajjiżna.
Fil-ktieb tiegħu Studies in Maltese Folkolore, J. Cassar
Pullicino isemmi li “… l-influwenza minn Sqallija, li tinsab fil-qrib u li tmur lura għall-inqas għaż-żmien Normann, kienet qawwija u sostnuta. Wieħed irid ifakkar li l-priżi maqbudin mill-kursari Maltin mis-seklu 15 ’il quddiem, kienu jinkludu, bla dubju, materjal għani tal-ħwejjeġ mil-Lvant.
Il-preżenza ta’ skjavi Torok u Musulmani setgħet introduċiet oġġetti żgħar tal-ilbies, li aktar tard ġew inkorporati malkostum lokali tan-nies ta’ dak iż-żmien u l-kostumi elaborati li ntużaw fil-Karnival tal-1765.
Barra minn hekk insibu li fil-ġurnal tiegħu, Ignazio Saverio Mifsud kiteb li kien ta’ pjaċir wieħed jara nisa mitTlett Ibliet, mgħottijin b’materjal ta’ lbies rikk. Ġeneralment, żwieġhom kienu jkunu kummerċjanti Maltin, li jbaħħru ’l bogħod sa Spanja u l-Portugall, u jġibulhom magħhom dawn l-ilbiesi u materjal għoli fil-prezz. Jista’ faċilment jingħad li dawn l-ilbiesi kienu aktar sinjuri minn dawk li jilbsu n-nobbli Maltin.
Taħt il-ħakma tal-Ordni, niltaqgħu ma’ leġiżlazzjoni kontra l-moda eċċessiva u stravaganti fi speċi ta’ spettaklu eċċessiv, għax kellhom impatt ekonomiku serju fuq l-infiq tal-familja. Hu magħruf li “ħwejjeġ, ingwanti u papoċċi, kienu rrakkmati jew minsuġa b’ħafna deheb u fidda, jew b’sekwini, perli u ġawhar oħra” li kienu jintużaw ukoll fil-ħwejjeġ tat-trabi.
Bl-istess mod, il-Knisja kellha tirrikorri għal-leġiżlazzjoni biex trażżan l-innovazzjonijiet tal-ilbies, iżda aktar u aktar biex timponi regoli fuq l-ilbies tal-kjeriċi, saċerdoti u kanonċi, u tikkundanna lil dawk “li jazzardaw jilbsu libsa sekulari jew libsa mhux xierqa skont l-ordni u d-dinjità talistat tagħhom, u tippenalizza lill-istess saċerdoti skont il-pieni ddikjarati mill-Konċilju ta’ Trento u l-Kostituzzjonijiet Appostoliċi”.
Meta fil-kostum Malti jkunu ttrattati l-faldetta jew l-għonnella, dawn jistħoqqilhom jissemmew b’mod speċjali. L-oriġini tagħha wasslet għal argumenti kunfliġġenti.
Ibda bl-affermazzjoni li darba kienet meqjusa bħala l-kostum
nazzjonali femminili.
Il-velu orjentali
G.P. Badger jirreferi għall-oriġini tagħha bħala l-velu orjentali; Aldo Farina għall-mant iswed li jingħad li kien jintlibes bħala sinjal ta’ luttu mill-eżiljati ta’ Celano għall-ħabta tal-1212 u li kienu ġew Malta, filwaqt li Amy A. Bernardy tassumi li kien l-ilbies tipiku femminili fil-Mediterran.
J. Cassar Pullicino jirreferi għal statwa tal-franka minn Kartaġni, iddedikata lil Persefone, li tmur lura għal bejn it-tielet u t-tieni seklu Q.K., li tirrappreżenta mara bi stil Ellenistiku, liebsa xedd ir-ras simili għal faldetta.
Tkun xi tkun l-oriġini, il-faldetta kienet tintuża f’Malta mill-1227, id-data stabbilita minn Aldo Farini, u aktar tard ġiet modifikata għall-użu talpajjiż, belt jew raħal. Fl-irħula, l-għonnella kienet tkun ta’ lewn abjad jew aħdar, filwaqt li filbelt sewda, għalkemm l-aktar tip fl-aktar modest, iċ-ċulqana kienet tal-qoton blu, miksija kollha b’tikek bojod jew disinji ffjuriti.
Il-Kavallier Camilio Spreti jwissi lil sħabu l-Kavallieri jittendu min-nisa moħbijin fil-manta jew faldetta tagħhom, speċjalment wara d-dlam. Kien jissuġġerilhom biex jgħassu lilhom infushom matul il-lejl, partikolarment kontra dawn in-nisa ħżiena, li jkunu kompletament mgħottija fil-mantelli tagħhom, biex jagħmlu kummerċ mhux xieraq, u li jfittxu li jgħattu dnubhom bl-iskuża li huma tallaba.
Kuntrarjament għal dan kollu nsibu li fi żmien eqreb lejna, il-faldetta kienet tintuża mill-membri nisa tas-Soċjetà tal-MUSEUM, organizzazzjoni lajka, bħala simbolu ta’ virtù u umiltà kontra l-moda skandaluża moderna mid-disinjaturi tal-ħwejjeġ f’Pariġi, f’Ruma, u
pajjiżi oħrajn. Bħala konklużjoni, ta’ min iżur il-Biblijoteka tagħna fejn wieħed jista’ jsib diversi manuskritti li fihom stampi jew tpinġijiet ta’ kostumi maskili u femminili. Artisti li jispikkaw u li għamlu użu mill-arti tagħhom biex juru kostumi bħal dawn, huma F. Zimelli, C. De Brocktorff, H. Bellanti, Edward Caruana Dingli, Gianni Vella u oħrajn. Riproduzzjonijiet moderni issa huma disponibbli, u l-inċiżjonijiet oriġinali jew litografiji bil-kulur huma mfittxijin ħafna.
L-esklużjoni tal-ilbies Malti
Fl-istudju universitarju għatteżi ta’ Baċellerat tagħha fuq l-ilbies f’Malta, Lara Farrugia ssemmi li fl-1965, fil-ġurnal Times of Malta, mara staqsiet għaliex l-ilbies tradizzjonali Malti kien qed jiġi eskluż kontinwament mill-wirjiet tal-moda li jsiru f’Malta.
L-influwenza barranija fil-moda kienet qed tippenetra bla waqfien, tirrelega l-ilbies tradizzjonali Malti għall-istatus ta’ kostum folkloristiku. Wara
t-Tieni Gwerra Dinjija, kemm
l-irġiel kif ukoll in-nisa Maltin bdew jadattaw għall-ideat moderni bil-ħerqa, mhux l-inqas fil-mod kif kienu jilbsu.
Avvanzi fit-teknoloġija, ix-xjenza, l-industrija u l-ekonomija ħolqu x-xena għal diversi bidliet. L-aktar sinifikanti kien l-iżvilupp fil-komunikazzjoni, li ġab pajjiżi u individwi eqreb minn qatt qabel biex wara t-Tieni Gwerra Dinjija wieħed ikun jista’ jidentifika r-rabta bejn Malta u pajjiżi oħra, fost oħrajn permezz tal-mod kif jilbsu l-irġiel u n-nisa Maltin. Hekk kif intemm ir-razzjonament tal-gwerra għall-ħwejjeġ f’Malta, l-interess fil-moda żdied.
Prinċipalment, Malta saret influwenzata ħafna mill-ilbies tal-ħwejjeġ Ingliżi, Taljani,
Franċiżi u wkoll Ġermaniżi u Amerikani. Bla dubju, il-preżenza tal-kolonja Brittanika f’Malta kellha xi sehem f’dan kollu biex l-abitanti jadottaw ilbies simili għal dawk tal-Ingliżi, li kienu qed joqogħdu fosthom. Fattur kruċjali ieħor li kellu impatt fuq l-ilbies Malti kien ir-rivisti tal-moda. Diġà mill1914, Miller Distributors Limited kienet bdiet id-distribuzzjoni ta’ rivisti Ingliżi f’Malta. Sal-1965 rivisti Taljani u Franċiżi kienu qed jiġu impurtati u mbagħad sas-snin 80 introduċew dawk Ġermaniżi.
Tpinġija tal-mudelli
B’mod partikolari, ir-rivista Ġermaniża Burda, kienet bdiet tiġi impurtata minn kumpanija oħra sa mis-snin 40 u 50. Kienet popolari ħafna mal-ħajjata Maltin u dawk li kienu jafu jħitu, peress li kienet waħda mill-ewwel rivisti li stajt tpinġi minnha l-mudelli li trid. Għalkemm ftit Maltin kienu familjari mal-lingwa użata fil-Burda, ħafna segwew il-mudelli li offriet u ma kinitx tiswa ħafna flus.
Aktar tard, sa mis-snin 70, fis-suq lokali ħarġu wkoll rivisti tal-ħwejjeġ Maltin. Fost dawn kien hemm Il-Mara ta’ Llum (1970s), Fashion, Femme (1970s), Elegance (1983) u Images (1988), kollha editjati minn individwi Maltin.
It-televiżjoni ukoll kellu rwol vitali fl-influwenza tal-moda, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Sa mis-snin 50, meta s-settijiet tat-televiżjoni bdew jinfiltraw fid-djar tal-familji Maltin, l-influwenza Taljana fil-ħwejjeġ kompliet tissaħħaħ. Minħabba l-qrubija ġeografika, l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Taljani kienu għall-ewwel l-uniċi stazzjonijiet barranin li Malta kellha aċċess għalihom. Programmi Taljani li wasslu l-għarfien dwar il-moda attwali kienu fil-biċċa l-kbira Don-
26.02.2023 18
Avvanzi fit-teknoloġija, ix-xjenza, l-industrija u l-ekonomija ħolqu x-xena għal diversi bidliet. L-aktar sinifikanti kien l-iżvilupp fil-komunikazzjoni, li ġab pajjiżi u individwi eqreb minn qatt qabel biex wara t-Tieni Gwerra Dinjija wieħed ikun jista’ jidentifika r-rabta bejn Malta u pajjiżi oħra
na Sotto Le Stelle u Non Sa La Moda B’hekk, filwaqt li l-moda Taljana waslet fi xtutna, il-Maltin saru aktar familjari mal-lingwa tar-rivisti tal-moda Taljani impurtati f’Malta. Films murija fis-swali taċ-ċinema f’Malta, influwenzaw bl-istess mod il-moda, f’pajjiżna bħal fi bnadi oħra. Anne Rooney targumenta li kien hemm “influwenza tossikanti tal-istilel tal-mużika u tal-films”, prinċipalment mill-Amerka, li stimulat ħafna adolexxenti Ewropej. Dawn il-fatturi kollha ngħaqdu biex iqajmu interess ġdid fid-dinja tal-moda f’Malta.
Il-modernità ta’ wara l-gwerra
Vincent Zammit kiteb li “minn dak iż-żmien (wara t-Tieni Gwerra Dinjija), l-iktar kelma importanti saret il-kelma ‘moda’.” Probabbilment, aktar milli l-moda nnifisha, dak li l-Maltin kienu verament entużjasti dwarha kienet l-idea tal-modernità. Madankollu, li timxi mal-moda kienet bla dubju tagħmlek popolari. Malta ma setgħetx tibqa’ aktar iżolata hekk kif saret esposta għall-bidliet madwar id-dinja, l-aktar mill-Ewropa, fil-mod kif il-ħwejjeġ kienu manifatturati, prodotti u milbusa.
Sadanittant, meta fis-sittinijiet, l-industrija tal-manifattura bdiet tifrex għeruqha f’Mal-
ta, l-ewwel pass kien appuntu fis-settur tat-tessuti. Din iż-żieda fil-manifattura tal-ħwejjeġ u tat-tessuti seħħet hekk kif fis-sittinijiet, l-investiment barrani mexa aktar lejn in-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa biex ifittex xogħol orħos.
Sa mill-1950, il-Malta Associated Textiles Limited fil-Furjana impurtat materjal mir-Renju Unit biex timmanifattura ħwejjeġ lokalment. Ladarba jkun manifatturat, imbagħad kien disponibbli fil-ħwienet lokali f’Malta taħt it-tikketta Hersco. Insibu wkoll li l-jeans Wrangler’s bdew jiġu manifatturati f’Malta fl-1964 mill-kumpanija Amerikana msejħa Blue Bell. Sa mill1969 kienet stabbilita l-Melita Knitwear Limited, kumpanija prominenti tat-tessuti Brittanika li esportat il-prodotti tagħha lejn il-Gran Brittanja, Franza, il-Polonja u l-Ġermanja.
Il-Calypso Clothing Company kienet timmanifattura lbies tal-għawm f’fabbrika fil-Marsa u tesportahom ukoll lejn l-Ewropa tal-Punent u l-Istati Uniti.
Ħwejjeġ franchised lesti li ma kienx hawn f’Malta nġiebu minn barra minn xerrejja li marru għall-vaganzi. L-Italja (speċjalment Katanja fi Sqallija u l-Ingilterra kienu d-destinazzjonijiet ewlenin għal ħafna xerrejja Maltin, speċjalment nisa. B’kuntrast mad-deċennji
preċedenti, il-progress fil-produzzjoni tal-massa, it-trasport u l-komunikazzjoni fetaħ b’mod ċar lil Malta għal spettru usa’ ta’ stili ta’ ħwejjeġ u vogues internazzjonali, permezz ta’ lbies lest.
Jonqsu l-ħajjatin
Għal din ir-raġuni, il-popolarità tal-ħajjata f’Malta naqset b’mod kostanti. Għalkemm xi Maltin xorta xtraw ħwejjeġ imfasslin lokalment, sar ħafna aktar faċli u irħas li jixtru ħwejjeġ lesti. Fil-fatt, eks ħajjat Malti spjega li issa sar komuni għalih li jsewwi aktar milli jipproduċi lbies.
Mill-banda l-oħra, sal-1947 il-Gvern Malti stabbilixxa skola ta’ tfassil fil-Belt Valletta fejn kienu offruti klassijiet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Mat-tlestija tal-kors ta’ erba’ snin, dawk li jattendu kienu jagħmlu l-eżami tal-City Guilds of London. Aktar tard iżda, irrwol tal-ħajjata beda jiġi sostitwit mid-disinjatur tal-moda lokali.
Waħda partikulari kienet Maria Fleri Soler, li eventwalment saret waħda mill-aktar ħajjata ta’ suċċess fi gżiritna. Bħalha, Georgina Principe kienet disinjatur tal-moda rinomata mir-Rabat, Għawdex. L-interess fid-disinn tal-moda kiber aktar, bl-għażla usa’ tal-ħjata.
26.02.2023 19
KALENDARJU TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI
Ħidma fuq Charter għall-Istatus tal-Artist u disa’ skemi ġodda fost l-oħrajn
Fi Frar, il-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ħabbar il-kalendarju tiegħu għas-sena 2023. Dan il-kalendarju jiffoka fuq l-istrateġija u l-fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll jagħmel referenza għal avvenimenti u għall-kampanji tal-KMA li bihom ikun jista’ jwettaq il-viżjoni tiegħu u jimplimenta l-Istrateġija 2025. Huma bosta l-inizjattivi li jsawru parti integrali mis-sitt oqsma strateġiċi tal-KMA li se jkunu qed jiġu indirizzati din is-sena. Fosthom hemm kampanji ta’ sensitizzazzjoni relatati mad-Dritt għall-Kultura li tinvolvi wkoll l-appoġġ għall-medjazzjoni kulturali, rikonoxximent u disseminazzjoni ta’ prattiċi tajbin, riżorsi li wkoll se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati bħala ktieb awdjo, kif ukoll bini ta’ kapaċità li bih il-KMA se jkun qiegħed jiżviluppa u jikkordina sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ kif iridu jiġu integrati l-kunċetti ewlenin tad-drittijiet għall-kultura.
Il-Kunsill Malti għall-Arti, huwa membru tal-Assoċjazzjoni tal-Kompendju ta’ Politiki u Tendenzi Kulturali fl-Ewropa li permezz tiegħu qiegħed ikompli jaħdem biex is-settur kulturali u kreattiv ikompli jimraħ. Għaldaqstant, din is-sena l-KMA se jkun qiegħed jospita l-Assemblea tal-Assoċċjazzjoni tal-Kompendju għall-2023 f’Ottubru u fl-istess waqt, se jerġa’ jorganizza Simpożju fuq l-Istat tal-Arti, din id-darba b’attenzjoni speċjali fuq id-drittijiet għall-kultura.
Hemm bosta xogħol li se jsir fis-sena 2023 rigward l-oqsma strateġiċi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2025, fosthom elementi ta’ kollaborazzjoni, Assemblea tal-Assoċjazzjoni tal-Kompendju, u kif ukoll aktar investiment pubbliku b’ħidma fuq Charter għall-Istatus tal-Artist bħala parti mill-ħidma mal-Kummissjoni Ewropea.
Fl-2023 il-KMA se jniedi wkoll kampanja ta’ tixrid u promozzjoni għar-riċerka
tal-edukazzjoni fl-arti biex tkompli tissaħħaħ is-sinerġija bejn il-Ministeri responsabbli mill-Kultura u l-Edukazzjoni, biex jiġi ffaċilitat l-approċċ transettorjali u nżidu l-għarfien pubbliku. Din il-kam-
panja tinkludi wkoll il-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-istat tal-edukazzjoni fl-arti li tmexxa mid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u Edukazzjoni tal-Adulti tal-Università ta’ Malta, li se
jitfa’ dawl fuq l-importanza tal-edukazzjoni fl-arti u l-potenzjal ta’ impatt usa’ tagħha fuq livelli soċjali u ekonomiċi.
Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, grazzi għall-Kunsill Malti għall-Arti,
Il-fondi għall-2023 tal-Kunsill Malti għall-Arti huma parti essenzjali mill-investiment tal-Gvern Malti fis-settur kulturali u kreattiv, hekk kif bis-saħħa tagħhom, is-settur ikompli jsaħħaħ ilpjattaforma tiegħu tal-professjonalizzazzjoni u l-ekonomija kreattiva
Malta se tkun qed tieħu sehem fil-Biennale tad-Disinn f’Londra, f’Ġunju li ġej, filwaqt li se tkun qed tinfetaħ is-sejħa għall-Biennale ta’ Venezja aktar tard din is-sena.
Il-fondi għall-2023 tal-Kunsill Malti għall-Arti huma parti essenzjali mill-investiment tal-Gvern Malti fis-settur kulturali u kreattiv, hekk kif bis-saħħa tagħhom, is-settur ikompli jsaħħaħ il-pjattaforma tiegħu tal-professjonalizzazzjoni u l-ekonomija kreattiva. Din is-sena se jkun hemm 17-il skema ta’ finanzjament, u jinkludu Skema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp, KulturaTV, Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza filKmamar tan-Nar u l-Premju tal-President għall-Kreattività. Hemm disa’ skemi ġodda għas-sena 2023, li jinkludu
26.02.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
l-Programm għall-Kooperazzjoni Reġjonali Kulturali, is-Sabbatiku għar-Riċerka Artistika u l-Micro Grant. Għal din is-sena wkoll, ilKMA se jesplora mod ta’ evalwazzjoni ġdid għall-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti. Il-fondi huma mnebbħa mill-oqsma strateġiċi tal-KMA, u huwa essenzjali li l-applikanti juru l-irbit tal-proġett tagħhom mal-Istrateġija 2025. Il-kalendarju tal-fondi 2023 huwa disponibbli fuq www.artscouncil.mt u l-linji gwida rispettivi se jkunu ppubblikati online mill-inqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza ta’ kull sejħa.
Apparti dan kollu, il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qiegħed jorganizza s-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti li se jkollha bidliet fil-premji tagħha sabiex il-premju jiriffletti aktar lis-settur. Is-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti se tittella’ f’Diċembru 2023, il-linji gwida l-ġodda se jiġu ppubblikati f’Ġunju 2023.
Il-KMA se jkompli jagħmel sessjonijiet ta’ għarfien, bl-is-
em ACMLabs, li jittrattaw bosta suġġetti fid-dinja artistika u kulturali, u jservu ta’ pjattaforma għal informazzjoni u networking, kif ukoll diskussjonijiet regolari mas-settur u se jorganizza wkoll l-ACMWebinars, frott ta’ żmien il-pandemija li nżamm, minħabba li dawn joffru pjattaforma versatili u naturali għal kelliema lokali u internazzjonali.
Il-Kunsill jippubblika ittraħbar darba fix-xahar, li permezz tagħha wieħed jista’ jżomm ruħu aġġornat dwar xi jkun ittella’ f’dak il-perjodu, kif ukoll ikun jista’ jara x’opportunitajiet hemm disponibbli. Għaldaqstant, sabiex wieħed iżomm ruħu aġġornat mal-Kalendarju 2023 tal-KMA, wieħed għandu jissieħeb għall-ittraħbar tagħna minn fuq www. artscouncil.mt fejn jista’ wkoll jimmarka li jiġi infurmat bis-sejħiet tal-fondi, u jsegwi l-paġni soċjali tal-Kunsill Malti għall-Arti fuq Facebook, Twitter, LinkedIn u Instagram.
REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)
Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa
CFO document to be collected from
Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.
Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February
2023, Monday 13th February to Friday 17th February
2023, Monday 20th February to Friday 24th February
2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and
Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.
Closing date for submissions:
Tuesday, 28th February, at 12:00pm.
Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa
*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa
Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com
26.02.2023 21
BIKER LI GĦANDHA PASSJONI
GĦALL-IVVJAĠĠAR BIL-MUTUR
Nammetti li personalment inħobb is-sewqan tal-muturi. Għalkemm għandi l-liċenzja tiegħi, s’issa għadni m’iniex sid ta’ mutur. Dan l-aħħar sirt naf b’mara ffissata ħafna fuq il-muturi. Mhux biss, imma siefret bih b’kollox u daret erba’ pajjiżi mhux ħażin. Qed nirreferi għal Jackie Graham.
Għandha 55 sena, u twieldet is-Siġġiewi. Taħdem bħala edukatriċi fi skola tal-knisja u bħala part-time tagħmel xogħol ta’ DJ. Bħala passatempi tħobb issiefer, tisma l-mużika u ssuq il-muturi tagħha.
Tħobb tissoċjalizza u ma ssibx problema biex taqbad konverżazzjoni, storbjuża u ma tħosshiex tal-età tagħha.
Jackie ilha biker diversi snin u għandha passjoni kbira għall-ivvjaġġar bil-mutur. Filfatt, stqarret miegħi li l-passjoni tagħha għall-muturi wirtitha mingħand missierha. “Ta’ età ċkejkna kont diġà nirkeb il-mutur ma’ missieri. Missieri Nikola għandu 83 sena u għadu biker sal-ġurnata tal-lum.”
Kompliet tgħidli li tħobb kull tip ta’ mutur, minn scooter sa mutur kbir. “F’ħajti kelli ħafna tipi ta’ muturi. Għal kuljum insuq scooter roża mżejjen b’qoffa bi fjuri roża, li jispikka ħafna. Għandi wkoll sports tourer Yammy. Iżda l-favorit tiegħi huwa l-Harleymy maby semmejtu,” tbissmet tgħidli.
Bħalissa Jackie għandha mutur Harley. Tlabtha tagħtini naqra informazzjoni dwar dan it-tip ta’ mutur. “Il-Harley huwa mutur Amerikan popolari u minn meta kont żgħira kelli xewqa li xi darba jkolli Harley. Din ix-xewqa qtajtha fis-sena 2016. Kif rajtu kienet love at first sight. Harley huwa mutur custom u peress li kollu magħmul mill-ħadid għandu ħafna piż. Matul is-snin żidtlu ħafna aċċessorji u għamiltu l-istil tiegħi. Is-sena l-oħra dortu waħda sewwa, sprejjajtu u għamiltlu air brush iddisinjat minni stess,” spjegatli tajjeb.
Jackie llum il-ġurnata hija l-ewwel mara Maltija li saqet 14,000 kilometru minn Malta sa North Cape u lura fuq il-mutur Harley tagħha stess.
Kienet ilha l-ħolma tagħha, u minħabba l-Covid u peress li kienu ngħalqu l-fruntieri, kellha tipposponi din l-avventura. Marret is-sajf li għadda, proprjament telqet fit-22 Lulju u waslet lura Malta fl-24 Awwissu 2022. Ħallejt f’idejha sabiex tikkummenta dwar din l-avventura tagħha.
“Bil-Harley tiegħi għamilt diversi overland trips. Mort il-Greċja, Sardenja, diversi drabi Sqallija, l-Ewropa talLvant bħall-Kroazja, il-Bożnija, is-Slovenja u l-Montenegro. L-Alpi u d-Dolomiti qatt ma nixba’ nsuqhom. Fis-sena 2019 għamilt vjaġġ twil minn Malta għal John O Groats fl-Iskozja. Kienet esperjenza sabiħa ħafna u nħossni vera żidt l-esperjenza li kelli fis-sewqan tal-mutur b’dan il-vjaġġ. F’dan il-vjaġġ żort 14-il pajjiż differenti,” stqarret miegħi.
Kompliet tgħidli li però, il-ħolma tagħha kienet dejjem li tmur North Cape bil-mutur tagħha minn Malta u lura. “Kelli kollox ppjanat li nagħmilha fis-sena 2020, imma minħabba l-Covid ma saritx. Madanakollu, din is-sena rnexxieli nwettaq il-ħolma
tiegħi.”
Mistoqsija x’tip ta’ riċerka kellha tagħmel qabel ma marret għal din l-avventura, Jackie weġbitni: “Qabel ma xi ħadd imur għal vjaġġ bil-mutur, speċjalment meta jkun twila, wieħed irid jagħmel rotta u jqassam il-kilometri li jkun se jagħmel. Ir-rotta domt nippjanaha fuq tliet xhur. Meta mmur overland ma nħobbx ngħaddi mill-autostrada. Pjuttost inħobb ngħaddi mill-muntanji u nżur irħula żgħar li jkunu tipiċi u tradizzjonali tal-post. Meta kont qed nippjana r-rotta għal dan il-vjaġġ rajt li ndaħħal postijiet interessanti li rrid inżur. Ibbukkjajt xi ferries minn qabel bħall-ferry li jaqsam mid-Danimarka għan-Norveġja peress li bżajt li jkun mimli. Mill-bqija anke fejn norqod ma nibbukkjax minn qabel għall-fatt li jekk jinqala’ xi ħaġa jew forsi nkun qed nieħu gost f’post partikolari ma jkollix rabta li rrid nasal bilfors fil-lukanda li nkun ibbukkjajt. Il-lukandi nibbukkjahom matul il-vjaġġ, dakinhar stess jew forsi minn ġurnata qabel,” ikkonfermatli.
L-agħar problema li sabet kienet ir-riħ qawwi
Ta’ min jgħid ukoll, li Jackie insistiet li din l-avventura tkun għamlitha bil-mutur tagħha personali mill-bidu sal-aħħar. Ridt inkun naf jekk iltaqgħetx ma’ xi tip ta’ ħsarat jew diffikultajiet bl-elementi tan-natura waqt li kienet tins ab hemmhekk. “Qabel ma tlaqt għamilt service tajjeb lill-mutur tiegħi u bdiltlu t-tyres u dak kollu li kellu bżonn. Meta nkun imsiefra l-mutur litteralment huwa saqajja b’hekk huwa importanti li l-mutur ikun fi stat tajjeb.
Peress li kelli ppjanat li nagħmel 14,000 kilometru minn Malta san-Norveġja u lura, kont naf ukoll li kien jeħtieġli nagħti service lill-mutur meta nkun barra wara li nagħmel 8,000 kilometru. Sfortunatament meta kont nieżla fil-wied bejn il-muntanji biex nara Langfossen Waterfalls kelli puncture. Ippruvajt intellgħu bil-pompa tat-tyres, però ma rnexxilniex għax il-pompa ġralha l-ħsara. Kelli nsuq sal-eqreb raħal u rranġajt il-pompa li tonfoħ it-tyres u
nsuq sa Bergen xi 300 kilometru ’l bogħod minn fejn kont.
Inkwiet ieħor li kelli kien meta kont il-Finlandja u għamilt service, l-mekkanik induna li ċ-ċinga tal-mutur kienet tqattgħet u ma kontx ser nagħmel lanqas 100 kilometru ieħor b’dik iċ-ċinga. Għalkemm kont f’ħanut uffiċjali tal-Harley Davidson ma kellhomx ċinga disponibbli għat-tip ta’ mutur tiegħi fl-istokk. Biex jaqduni qalgħu ċinga minn mutur second hand li kellhom fis-showroom u qdewni,” stqarret miegħi.
Rigward l elementi, qaltli li kellha minn estrem għallieħor. “Meta kona Sqallija u l-Italja kienet sħana tremenda. Temperaturi li telgħu saħansitra sa 40 grad. Kif irfisna n-Norveġja t-temp inqaleb.
26.02.2023 22
JACKIE GRAHAM
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Xita kontinwa akkumpanjatna l-ħin kollu. Ma ddejjaqtx insuq fix-xita għax kont ppreparata li n-Norveġja tagħmel ħafna xita. L-agħar problema li sibt kien ir-riħ qawwi. Kien hemm ġranet fejn ir-riħ kien qed jonfoħ bi 80 kilometru fis-siegħa. Darba minnhom mort biex insuq il-mutur u r-riħ lanqas ħallieni nerfgħu minn fuq l-istand biex nitlaq. Fil-fatt, meta wasalt Lofoten Islands inqala’ stat ta’ emerġenza fuq dawn il-gżejjer. Kellna nagħmlu jumejn fil-lukanda għax peress li kien riħ qawwi għalqu l-pontijiet li minn fuqhom taqsam minn gżira għall-oħra, peress li dawn huma dojoq u għoljin ħafna. Allura lanqas karozzi ma jkunu jistgħu jaqsmu biex jevitaw l-inċidenti.”
Fost pajjiżi oħra, meta kienet hemm vjaġġat u żaret id-Danimarka, il-Ġermanja u n-Norveġja. Il-mutur tagħha żammitu attrezzat għal kulma seta’ jinqala’. Tistqarr li r-riħ biss dejjaqha speċjalment bejn il-muntanji. “Biex għamilt dan il-vjaġġ soqt minn Malta għal Sqallija, l-Italja, l-Iżvizzera, l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, in-Norveġja, North Cape, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Awstrija u lura għall-Italja, Sqallija sakemm dħalna fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Meta kont il-Finlandja soqt saħansitra sa Imatra, villaġġ li qiegħed fruntiera mar-Russja. Kien fadal biss sitt kilometri biex naqsam għar-Russja.
F’dan il-vjaġġ kollu l-mutur tiegħi qatt ma qaħqaħ waħda. Kien hemm mumenti fejn bdejt naqta’ qalbi li ser nagħmilha, speċjalment meta qam dak irriħ kollu. Però, f’mumenti bħal dawn trid tibqa’ persistenti u tagħmel kuraġġ u tkompli.”
Fl-Iskandinavja tista’ tikkampja kullimkien
Kompliet tirrakkontali, li meta waslu North Cape sabu ħafna road works. “It-toroq kienu kollha żrar u tajn jiżloq. Il-mutur tiegħi mhux xi mutur off road, anzi huwa ta’ għamla custom, għalhekk ma kienet faċli xejn issuq f’dawn it-toroq. Kif wasalna l-lukanda li kellna bbukkjata fil-villaġġ żgħir ta’ Skarsvag, 15-il kilometru ’l bogħod minn North Cape niżżilna l-basktijiet u tlaqna sa North Cape biex naraw ilfamuż globu.
Min jitla’ bil-mutur sa North Cape hija essenzjali li jdaħħal il-mutur tiegħu sa ħdejn dan il-globu biex jieħu ritratt ma’ dan il-globu li huwa l-ikona ta’ North Cape. Iżda stajna nidħlu bil-muturi ħdejn il-globu wara s-siegħa ta’ filgħodu, hekk kif jagħlaq il-mużew u jitilqu l-ħaddiema. Tgħidli kif tista’ tieħu ritratt fis-siegħa ta’ filgħodu u jiġi ċar?
Nixtieq infakkrek li f’dik il-parti tad-dinja f’Awwissu
ma jidlamx. Anzi hemm fuq magħruf għall-midnight sun. Wara li xħin wasalna dorna dawra mal-mużew li hemm u ħadna kafè, iltqajna ma’ xi bikers oħra li kienu fuq il-post.
Qalulna li l-ġurnata ta’ qabel ir-riħ qawwi qaleb żewġ muturi li kienu qed isuqu u r-riħ qawwi saħansitra kisser ħġieġa ta’ pullman li kienet bit-turisti.
Iċċekkjajna t-temp u dak il-ħin immarka li fil-ħamsa ta’ filgħodu kien imbassar riefnu li kellu jdum jumejn fuq North Cape.
Dak il-ħin iddeċidejna li nistennew is-siegħa biex nieħdu r-ritratt u mmorru niġbru kollox mil-lukanda u nitilqu mill-gżira ta’ North Cape qabel ma jibda dak ir-riefnu li kien previst. Filfatt, hekk għamilna.
Sas-seba’ ta’ filgħodu konna l-Finlandja. Mal-ħin l-għajja bdiet tagħmel tagħha u bdejt nibża’ li ser norqod jien u nsuq. Kont ilni mqajma mill-ġurnata ta’ qabel u kellna ġurnata iebsa minħabba t-temp u l-istat tat-toroq. Ħin minnhom għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu wasalna ħdejn roundabout kbira u rajna xi kampijiet fuqha. Iddeċidejna li niftħu l-kamp hemm. Fatt interessanti fl-Iskandinavja huwa li f’dawn il-pajjiżi tista’ tikkampja kullimkien,” stqarret miegħi. Magħha ddiskutejt ix-xewqat li forsi fadlilha forsi taqta’. “Jekk tistaqsini fejn nixtieq immur bil-mutur, ir-risposta tiegħi tkun kullimkien. Nixtieq immur l-Awstralja u New Zealand fost l-oħrajn. Coast to coast fl-Amerka u ngħaddi biċċa minn Route 66 huwa post ieħor li nixtieq insuq u ngħaddi minnu. Però, bħalissa l-aktar xewqa li għandi hija li mmur minn Malta sat-Turkija u nagħmel xi erba’ ġimgħat indur hemm. It-Turkija hija post sabiħ immens biex tiġri ġirja bil-mutur fih. Nispera li din ix-xewqa tiegħi sseħħ ukoll.”
Fl-aħħar nett, xtaqet tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq nagħmel kuraġġ lil dawk kollha li għandhom mutur, iżda qatt ma marru overland bih. Meta ssuq barra minn Malta, tara kemm kapaċi jagħtik pjaċir mutur. Aħna li nsuqu l-mutur nifhmu sewwa għalfejn kelb joħroġ rasu barra mit-tieqa meta jkun qiegħed f’karozza. Il-mutur jagħtik sens ta’ libertà li l-ebda ħaġa oħra ma tagħtihulek. Int li forsi qed taqra dan l-artiklu u ma ssuqx mutur nagħmillek kuraġġ biex tibda ssuq mutur.
Għal Malta meta ssuq mutur tkun qed tnaqqas il-problema kbira tat-traffiku li għandna. Int li qed taqra u għandek mutur ngħidlek biex toqgħod dejjem attent u ma tabbużax meta tkun qed issuq il-mutur. Importanti li nirrispettaw lil xulxin u nkunu dejjem kawti fit-toroq tagħna ħalli nnaqqsu l-inċidenti fit-toroq Maltin,” temmet tgħid.
SKEDA ONE
08.11.2020 26.02.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Diskors: Attività Politika 17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 The Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:45 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 Esperti 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 27-02 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:25 Esperti 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 01-03 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makjetta 07:26 PrimeTime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 05-03 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Reboot Podcast 16:35 Ieqaf 20 Minuta 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News 23:45 Ħajjitna Makkjetta TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 22:30 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News 03-03 ĠIMGĦA 02-03 28-02 04-03
reċensjoni tal-ktieb
NATAL FELICE U ĠNIEN IL-MISTRIEĦ
Natal twieled fi Frar, ix-xahar tal-Karnival, festa li ġġib magħha ferħ, bluha u kuluri. Natal hu dilettant kbir tal-Karnival. Belti, hux! Biss, tajjeb tiftakru wkoll li bosta drabi Frar iġib miegħu r-Randan, żmien ta’ sawm u astinenza. Ir-renju tal-Karnival qasir wisq u żgur ma jħallikx tidrah. U għal Natal fil-ħajja aktar kien hemm Randanijiet milli Karnivali, anke jekk dejjem ipprova jkun il-buffu li jnissel il-ferħ u t-tbissim madwaru.
F’ħajtu ftit ra tbissim u bluha; ftit kellu x-xorti jitgħaxxaq bil-varjazzjoni ta’ kuluri li hawn madwarna. L-uniku kulur li jagħraf sew hu l-iswed. Jew, biex forsi ma nkunx daqstant pessimist, insemmi l-vjola. Ix-xorti ma tantx daħqitlu. Beżżul. Fuq rasu aktarx tilmaħ miexja sħaba griża u kważi xpakkata bl-ilma, lesta biex tqattar, imbagħad ixxarrab u wara tgħerreq. Mill-bidu nett destinu kien tqil u kiefer; twieled fiddell tal-mewt. Ma’ twelidu flok dwiet il-bikja tal-ferħ u l-ħajja nstemgħet il-karba tal-firda. Fi twelidu ma xorbux grokkijiet tal-aniżett jew daqu l-biskuttin tal-lewż. Twelidu ġab imrar u qrusa.
Fl-imgħoddi, fit-twelid ta’ tarbija ġdida, il-missier kien imur ferħan ifittex lis-sagristan u, waqt li jżerżaqlu dik ix-xi ħaġa żejda, kien jitolbu jimmarka t-twelid tat-tarbija tiegħu bid-daqq tal-qniepen. Imma mhux hekk għal Dumink. Missier Natal ma kellux għalfejn iħallas lis-sagristan biex idoqqlu l-qniepen. Dakinhar il-qniepen xorta daqqew. Kif fetaħ għajnejh u ġibed l-ewwel nifs fi mnifsejh, il-qanpiena ħabbarija tal-kampnar xandret b’leħenha kiebi l-mewt mhux mistennija ta’ żagħżugħa.
X’kuntrast qawwi mat-twelid li suppost inissel ilferħ ta’ ħajja u miġja ġdida! Dakinhar dlonk instemgħet għanja ddisprata. Bla ma taf, il-qanpiena tal-kampnar immarkat destinu. Destin iebes li lil Natal mill-ewwel dewwaqlu n-niket tal-firda. Ma’ twelidu, mill-ewwel mess mal-mewt. Imma ż-żmien jgħaddi u xi ftit itaffi.
Biss, inessi le, qatt u qatt. Natal hu orfni. Għaddiet sena mill-mewt ta’ Marjanna. Kien it-13 ta’ Frar 1950. Għax bilħaqq, insejt ngħidilkom li anke n-numru ta’ Natal hu mtappan għax twieled fit-13. Issa ħalliha li din mhux kulħadd jemminha jew hu superstizzjuż dwarha. Dakinhar, missier Natal sab il-kuraġġ u mar għall-ewwel darba fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fuq l-oqbra tal-Fratellanza tas-Sagrament tal-Knisja tal-Porto Salvu ta’ San Duminku tal-Belt. Mur għidlu li ’l quddiem dan kellu jkun il-post li jgħajjex lil ibnu! Dakinhar fetaħ qalbu, tkellem ma’ martu, u għall-ewwel dabra beka u straħ. Bejn bikja u oħra, Duminku fetaħ qalbu, sfoga u stqarr: “Għażiża tiegħi, kif ħallejtni ħin bla waqt! Miegħek ħajti kienet ġnien ta’ sliem u ward. Fik sibt il-ferħ, ma kien jonqosni xejn. Kont għani anke jekk fqir. Kif nista’ ninsa t-tbissima ħelwa u mistħija tiegħek fuq dawk ixxofftejn qrollin! Kemm deher ruxxan u sabiħ wiċċek dakinhar li konna ltqajna! Iż-żmien għadda u begħedna. Firidna għal dejjem. Illum kulma qed nara hu biss ritratt fuq irħama kiesħa u sfajra. Bejnu u bejn il-veru sbuħitek hemm baħar jaqsam; lanqas ix-xita fejn in-nida. Bħal iblah spiċċajt inbus ir-ritratt tiegħek. Bewsa artifiċjali li fiha ma nħossx is-sħana ta’ xofftejk. Il-kesħa tal-irħam tirrifletti s-sirda ta’ qalbi. Ġismi jqumli xewk xewk meta niftakar xi tlift. Kemm kien kiefer miegħi d-destin! Ħajti ffriżat. Diġà għaddiet sena minn mindu nfridna.
M’hemmx li mmut ħa niġi ħdejk! Fil-mument li fih kellna nifirħu u naqtgħu frott imħabbitna, infridna, u flok ir-rożolin doqt velenu qares. Min kellu jgħidli li d-disa’ xhur li matulhom tant stennejna b’ferħ, imħab-
Mistoqsija: F’liema xahar twieled Natal?
ba u ħerqa kienu d-disa’ xhur li fi tmiemhom kellhom iwassluna sa qabrek! U issa ħallejtni waħdi b’tarbija li ma nafx inrabbi. Tarbija li destinha se jkun iebes u qalil. Tarbija sfortunata li mank sabet lil min ireddagħha. Tifel li kif inħares lejh nilmaħ il-firda. Povru Natal! Kif jista’ jitrabba mingħajr l-imħabba u l-wens tal-omm? Iva, jien inħobbu lil ibnek, imma agħdirni. Kull xħin inħares lejh bla ma rrid niftakar li twelidu ġab mewtek. Biex ġie hu, mitt int. Twelid versu mewt, tmiem versu ħajja. Għaliex itteħidt minn fostna bla mistenni?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb NATAL FELICE U ĠNIEN IL-MISTRIEĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-KREATURA TAĦT IS-SODDA hija:
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Fejn klassifikat Malta fid-drittijiet LGBTIQ?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:
26.02.2023 24
01
R. MICALLEF - IL-GUDJA
K. CALLEJA - FGURA
Rebbieħ:
RUTH ELLIS U L-QTIL TAL-MAĦBUB
Għira u Vjolenza li Jwasslu Għal Qtil
IT-TIENI PARTI
Ir-relazzjoni tagħha ma’ Blakely bdiet dejjem tkompli sejra għall-agħar, speċjalment minħabba l-fatt li ma kellux flus u beda jgħix minn fuqha. Peress li Blakely kien jgħix magħha fuq il-bar fejn kienet taħdem, Ruth ġiet imwissija mis-sid minħabba l-kera. Sadanittant, Ruth bdiet tiltaqa’ ma’ Desmond Cussen, eks pilota tar-Royal Air Force u direttur tan-negozju tal-familja. Ftit wara li saret tafu, Ruth marret tgħix miegħu f’Oxford Street.
Minkejja li Ruth marret tgħix ma’ Cussen, hi xorta waħda baqgħet tiltaqa’ ma’ Blakely u Cussen kien jaf b’dan. Ir-relazzjoni ma’ Blakely kompliet dejjem tiggrava hekk kif it-tnejn li huma baqgħu jiltaqgħu ma’ nies oħrajn. Kien għalhekk li Blakely talabha biex tiżżewġu u ftit wara nqabdet tqila bit-tarbija tiegħu. F’Jannar tal-1955, Ruth tilfet it-tarbija hekk kif Blakely taha daqqa ta’ ponn fl-istonku waqt li bdew jargumentaw.
Sħab Blakely, Anthony u Carole Findlater, bdew jipprovaw jikkonvinċuh biex ma jibqax jiltaqa’ ma’ Ruth u dan spiċċa biex beda jevitaha. Dan l-aġir wassal lil Ruth biex tieħu deċiżjoni li kienet se tibdlilha ħajjitha mil-lejl għan-nhar – dik li toqtol lil Blakely. Kien jum il-Għid, fl-10 ta’ April tal-1955, meta Ruth marret tfittex lil Blakely barra d-dar ta’ Anthony u Carole Findlater. Hekk kif waslet, Blakely kien laħaq telaq bil-karozza u reħielha lejn il-bar The Magdala.
Għal ħabta tad-9.30 p.m., hekk kif Ruth rat lil Blakely ħiereġ, hi ħarġet il-pistola minn ġol-basket u sparat ħames tiri tan-nar lejh. Ruth Ellis laqtitu b’erba’ tiri, fejn tir minnhom kien tant mill-viċin li ħalla marki tal-ħruq fuq il-ġilda ta’ Blakely. Ruth pruvat tisparalu s-sitt tir iżda ma bediex jirnexxilha. L-aħħar tir spiċċat sparatu fl-art; mossa li wasslet biex tintlaqat persuna f’subgħajha hi u miexja fuq il-bankina hekk kif il-balla taret minn mal-art.
Waqt li ġara dan kollu, kien hemm pulizija li ma kienx xogħol għaddej u arrestaha xorta waħda, filwaqt li ssejħet l-ambulanza. Blakely ittieħed l-isptar iżda ma salvax hekk kif it-tiri kienu fatali.
L-interrogazzjoni u l-ġuri
Hekk kif ġiet arrestata, Ruth Ellis qalet li hi qabdet taxi u ħaditha ħdejn id-dar ta’ Anthony u Carole Findlater. Qalet li kif waslet, hi rat lil Blakely jitlaq bil-karozza u b’hekk mexietha sa ħdejn The Magdala. ’Il quddiem insiru nafu li dan ma kienx minnu iżda li Cussen wassalha u kien hu li taha l-pistola u għallimha kif tużaha. Dan
kien ifisser li hi kellha l-għajnuna u li l-qtil kien premeditat. L-għada tal-qtil, Ruth dehret fil-qorti tal-imħallef u ġie ordnat biex tinżamm arrestata sa ma jsir il-ġuri. Ruth ġiet eżaminata kemmil darba minn tobba u psikjatri biex jaraw kellhiex xi mard mentali iżda kien jidher li hi kienet f’sensiha u ma kellha xejn minn dan. Fl-20 ta’ Ġunju tal-1955, Ruth Ellis dehret fin-Number One Court ta’ Old Bailey f’Londra quddiem is-Sur Justice Havers. Ruth ma dehritx imbeżżgħa hekk kif kienet liebsa tibdila sewda bi flokk abjad tal-ħarir u kien evidenti li kienet għadha kif tiżbogħ xagħar -
ha isfar. Id-difiża tagħha esprimiet it-tħassib tagħha fuq id-dehra ta’ Ruth iżda din tal-aħħar ma tatx kas.
L-unika mistoqsija tal-prosekutur
lil Ruth kienet: “Xħin sparajt bil-pistola daqshekk qrib ta’ David Blakely, x’kien dak li ppruvajt tagħmel?”u għal din il-mistoqsija hi wieġbet: “Huwa ovvju li xħin sparajtlu pruvajt noqtlu.” Din l-istqarrija wasslet biex il-ġurija ssibha ħatja f’inqas minn 20 minuta. Għall-qtil ta’ David Blakely, Ruth weħlet il-piena kapitali permezz tal-forka.
Ruth ittieħdet fil-Holloway Prison u ma riditx tieħu sehem f’petizzjoni biex tinbidlilha s-sentenza tal-mewt.
Ġurnata qabel l-eżekuzzjoni tagħha, Ruth ammettiet li Cussen taha l-pistola, għallimha tużaha u wassalha fejn kien Blakely dakinhar tad-delitt. Cussen ma nstabx meta ġie mfittex biex jipprovdi l-verżjoni tiegħu. Ellis ingħatat il-forka fil-ħabs ftit qabel id-9.00 a.m. fit-13 ta’ Lulju tal1955. Hi ndifnet f’qabar mhux immarkat fil-ħabs stess iżda fil-bidu tas-snin 70 indifnet fiċ-ċimiterju ta’ St Mary’s Church f’Amersham, f’Buckinghamshire. Fl-1982, binha kisser il-lapida tal-qabar ta’ ommu u ftit wara neħħa ruħu b’idejh. It-tifla tagħha mietet fl-2001 fl-età ta’ 50 sena bil-kanċer.
26.02.2023 25
TMIEM
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Ruth Ellis flimkien ma’ Desmond Cussen
Ruth Ellis u David Blakely
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
26.02.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Isem:
Indirizz:
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
TISLIBA 475
MIMDUDIN:
1. Kompli l-qawl: Għasfur li .......
jiġġerra, dur dur jinqabad (5)
4. Jista’ jkun tal-karti tal-logħob (4)
WEQFIN:
1. Jipprova jaqbad il-ħut (6)
7. Azzjoni Kattolika (1,1)
9,13. Tal-billiards (6)
10. Pass ta’ żiemel (6)
12. Trid tirdoppjalha
l-k biex timxi fuqha (6)
16. L-ewwel tlieta
6,23. Fil-festa ta’ San Ġużepp (7)
2. Id-DOI mħawwad (3)
3,22. Bagalja? (6)
5. Kif jippronunzjaw hello l-Franċiżi (3)
8. Patrijiet (9)
11,12W Ftehim (4)
12. Ara 11
13. Ara 9
14. Mitjar Ingliż
tal-kumpanija (3)
18,19. Isir it-tisjir fiha (5)
19. Ara 18
20. Jibnu u jsewwu l-vapuri fih (5)
21. Belt (3)
23. Ara 6
24. Issepara (5)
bla sieq (6)
15. Kontra żewweġ? (6)
17. Mhux illum (3)
21. Rest in Peace (1,1,1)
22. Ara 3
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
MIMDUDIN: 1.Ġenna, 4.Patt, 7,9.Spara, 10,18. Traffiku, 12.Perżut, 16.Two, 19.WHO, 20.Tonda, 23.Abtu, 24.Żatat
WEQFIN: 1.Ġranet, 2,6.Nbatti, 3,15. Astronawt, 5,22.Asfalt, 8.Prużuntuż, 11.Te, 12,21W. Poppa, 13,21W. Rkoppa, 14.Twalet, 17.WAP
26.02.2023 27
L. ZARB - MOSTA
Bi 3 NUMRI 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523 532 540 557 650 670 680 709 744 749 882 921 B’4 NUMRI 0052 0334 0566 1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452 3765 3923 4017 4953 5045 5736 5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618 B’5 NUMRI 11645 12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234 B’6 NUMRI 222814 294717 867834 904237 B’7 NUMRI 4954295 6652545 8679028 8784695 B’10 NUMRI 2678865268 5020676702
PROBLEMI LI JHERRU L-GĦERUQ
Editorjal
Dak kollu li għaddej fil-PN żgur mhux xi forma ta’ perċezzjoni, kif ried jittimbrah Bernard Grech … imma riflessjoni tal-qagħda mwiegħra riżultat, fost l-oħrajn, tal-istess arroganza perpetwa li baqgħet tiddomina
Id-doża dejjem tikber ta’ dikjarazzjonijiet u kitbiet dwar issitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista jiddeskrivu li din mhi xejn qrib il-“perċezzjoni” kif ipprova jittimbraha Bernard Grech innifsu. L-impressjoni ta’ xi forza magħquda, li dan tal-aħħar ukoll ipprova jagħti din il-ġimgħa, wara s-sentenza dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet, biex b’xi mod isalva ġildu, hi sempliċi hekk … impressjoni. Dan jafu hu stess u wisq iżjed dawk li kaxkruh fil-PN sentejn ilu u llum qed jgħoddu l-jiem sakemm jeħilsu minnu.
L-istqarrija tiegħu li l-firda fil-PN tinsab biss fl-imħuħ ta’ dawk li jinsabu ’l barra mill-istrutturi tal-Partit mhux biss stonat bl-istess mod bħal meta t-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi kienet ikklassifikat il-faqar blistess mod qabel l-2013, iżda l-qagħda miżera tal-Oppożizzjoni ġiet spjegata tajjeb ħafna anke minn min kien spalla ma’ spalla miegħu mindu laħaq Kap sentejn ilu.
Ma’ dan jiżdiedu l-ħemel ta’ argumenti ġustifikati fl-aħħar jiem, speċjalment dwar weġgħat espressi, dikjarazzjonijiet
ta’ arroganza u messaġġi konfliġġenti lkoll miġburin fl-aħħar Kunsill Ġenerali Nazzjonalista ta’ ġimagħtejn ilu. Minbarra hekk ġie nnotat ukoll il-fatt li r-riżultati tas-surveys politiċi llum m’għadhomx jitqiesu relevanti mill-istess klikka, għalkollox bil-maqlub ta’ kif ġabu ruħhom sentejn ilu meta riedu joħolqu kull pressjoni biex itajru lil Adrian Delia u ironikament idaħħlu lil Grech.
Saħansitra tali ipokrisija perpetwa qed tkompli tqanqal ir-rabja mid-Dar Ċentrali stess li, f’kummenti lil din ilgazzetta, irrimarkaw kif baqa’ ma nbidel xejn wara għaxar snin fl-Oppożizzjoni. Qed jiġbdu l-attenzjoni kif, anke mindu tfassal rapport tat-telfa f’dawk iż-żminijiet, min kien firmatarju tiegħu dakinhar illum spiċċa jattakka bħala beżżiegħa u opportunisti lil min qed jabbanduna lill-Partit.
Tkompli żżid fuq l-iżbalji identiċi tal-imgħoddi hemm il-firda taqtagħha b’sikkina, kif riflessa f’dan l-ogħla forum Nazzjonalista. L-unika ħaġa li ssaħħet fil-proċess kienet id il-fazzjoni tal-establishment li
saret tiddetta iżjed il-linja politika tal-Oppożizzjoni, f’dak li din tippjana u tiddeċiedi anke jekk kontinwament jitħammar wiċċ il-Kap sakemm dan jibqa’ fil-kariga.
L-aħħar ċirasa fuq il-kejk f’dan ir-rigward ħarġet fil-proċess Parlamentari għall-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, dibattitu li ġġebbed b’kapriċċ mill-istess fazzjoni dominanti u wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien diġà qabel mal-Prim Ministru bil-miktub fuq l-għażla tal-Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi.
Din hi biss l-arroganza ta’ min, b’sens qawwi ta’ superjorità, għadu jippretendi li ħadd ma jgħidlu x’jagħmel. Fl-aħħar mill-aħħar dan ikompli jissarraf fl-akbar apatija li diġà herriet lill-PN sal-aktar għeruq fondi li fadallu.
Kif irrapportat mill-MaltaToday fil-ġranet li għaddew, hemm diġà ċaqliqa qawwija biex jinġabru l-firem ħalli jissejjaħ Kunsill Ġenerali Straordinarju fejn il-kunsillieri Nazzjonalisti jkunu jistgħu jisforzaw it-tkeċċija tal-Kap, sentejn biss
wara li vvotaw favurih.
Dan l-attentat ta’ disprament politiku twaqqaf unikament bl-interventi ta’ deputati prominenti, mhux bilfors għax ma jaqblux mal-pjan, iżda għax għandhom ħsibijiet differenti ta’ kif se jwettquh.
Fl-istess ħin kandidati prospettivi għall-pożizzjoni diġà bdew bil-manuvri biex itejbu ċ-ċansijiet tagħhom, filwaqt li jsinnu x-xwabel għal meta tali eventwalità garantita ssir magħrufa.
Dan kollu żgur li mhux perċezzjoni, imma riflessjoni ta’ qagħda mwiegħra viżibbli minn kullimkien fil-Partit u barra, ħlief mill-istess dawk li għad għandhom idejhom fuq it-tmun u bis-saħħa tagħhom inħolqot l-akbar emorraġija li l-Partit ta’ Nerik Mizzi qatt ma ħolom li jara.
Għaldaqstant ma tista’ tlum lil ħadd illum, inkluż l-akbar akkaniti Nazzjonalisti, li jistaqsu jekk il-PN jistax jissalva. Anke dawn jagħrfu li m’hemmx sinsla biex imexxi lilu nnifsu, aħseb u ara kemm jaspira li xi darba jerġa’ jingħata l-fiduċja popolari biex imexxi pajjiż sħiħ.
26.02.2023 28