Programm tal-Festa Madonna tal-Karmnu Valletta 2021

Page 13

L-Antifoni tal-Madonna tal-Karmnu Kompożizzjonijiet ta’ Maestro Dr Paolo Nani Abraham D’Amato

Introduzzjoni Fost il-patrimonju mużikali li l-Knisja f’Malta u Għawdex għadha tgawdi sal-ġurnata tal-lum insibu ammont kbir ta’ antifoni festivi li matul issekli nkitbu minn kompożituri lokali għall-knejjes li f’ħafna minnhom kienu jokkupaw il-kariga ta’ maestro di cappella.1 Dawn l-antifoni huma siltiet li jitkantaw f’ġieħ qaddis jew qaddisa u li l-istil mużikali tagħhom imur lil hinn mill-gregorjan u l-polifonija klassika li l-Knisja Kattolika tippromovi fit-tagħlim tagħha. F’pajjiżna, it-tradizzjoni li l-kompożituri jikkomponu l-antifoni tal-qaddisin b’mużika vokali u strumentali bdiet lejn l-aħħar nofs tas-seklu tmintax u maż-żmien kull festa saret intimament imwaħħda man-noti tal-antifona li għaliha tkun inkitbet.

Sat-tieni nofs tas-seklu għoxrin il-liturġija kienet tiġi ċċelebrata kollha bil-Latin, il-lingwa uffiċjali tal-Knisja Kattolika. Dan il-fatt jispjega għaliex il-mużika kollha li kienet tinkiteb għaċċelebrazzjonijiet liturġiċi, u li minnha għadha tindaqq anke llum, hija bil-Latin. It-test ta’ kull antifona kien jittieħed mil-Liturġija tas-Sigħat, u ġeneralment kienet tkun l-antifona tal-Magnificat tal-ewwel jew tat-tieni għasar tal-festa. Iżda filkaż tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, it-test talantifona ewlinija hija dik tal-ewwel żewġ strofi tal-innu Flos Carmeli.2 Fir-Rit Karmelitan, dan l-innu, li huwa attribwit lil San Xmun Stock, isir bħala sekwenza fil-quddiesa tal-Madonna talKarmnu. Madankollu, lejliet il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, sewwa sew wara t-transulazzjoni, titkanta wkoll l-antifona Caput Tuum, li t-test tagħha huwa dak tal-antifona talMagnificat tal-ewwel għasar.3

Attwalment, lejliet u nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta jiġu esekwiti żewġ antifoni mill-pinna tas-Surmast Dr Paolo Nani: Caput Tuum (1848) u Flos Carmeli (1861). Però, ta’ interess hu l-fatt li flimkien ma’ dawn it-tnejn, fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina, fejn hemm miżmuma l-maġġor parti tal-kompożizzjonijiet tad-Dinastija Nani, jeżistu wkoll erba’ oħra li l-istess Surmast Nani kkompona għat-test tal-Flos Carmeli. Nistqarr li kemm ilni nagħmel ir-riċerki tiegħi fil-mużika liturġika Maltija għadni qatt ma ltqajt ma’ każ ieħor fejn kompożitur ikkompona ħames antifoni għall-istess test, iktar u iktar meta f’dak iż-żmien kienet użanza komuni li minflok jiktbu mużika ġdida għal kull innu jew antifona, il-maestri di cappella kienu sempliċiment jibdlu t-test ta’ kompożizzjonijiet li jkunu kitbu qabel u b’hekk kienu jesegwixxu l-istess kompożizzjoni b’test differenti f’festa differenti!

Maestro Dr Paolo Nani

Maestro Dr Paolo Nani (1814-1904) Il-karriera tas-Surmast Dr Paolo Nani bħala maestro di cappella ta’ diversi festi f’Malta u Għawdex4 taf il-bidu tagħha f’Lulju tal-1839 propju fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Dan seħħ

Valletta 2021

11


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.