Niċċa Ġdida għall-Istatwa ta’ San Ġużepp Joe Cioffi
Rettur Arċikonfraternità San Ġużepp
Kien ilu jinħass il-bżonn li l-istatwa artistika u devota ta’ San Ġużepp, propjeta tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp imwaqqfa fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu l-Belt ikollha niċċa adekwata. L-istatwa fiha nfisha hi teżor u saret minn Nazju Portelli fl-1690 u x’aktarx hi waħda mill-ewwel statwi ta’ San Ġużepp fi gżiritna. Għalhekk l-Arċikonfraternità tgħożż ħafna dan ilwirt artistiku li writna mingħand missirijietna. Għal min ma jafx San Ġużepp kellu niċċa flOratorju tal-fratellanza li kien hemm fil-kunvent tal-Karmelitani u llum għandu aċċess mill-knisja l-ġdida, imma aktar 'il quddiem kellu niċċa talinjam fil-knisja l-qadima pariġġ dik tal-Madonna tal-Karmnu. Però meta twaqqgħet il-knisja l-qadima u nbniet il-ġdida, il-Kav. Joe D’Amato tażŻurrieq, bena żewġ niċeċ sbieħ, waħda maħsuba għal San Ġużepp u l-oħra għall-vara tal-Anġlu Kustodju. Dawn in-niċeċ huma opra verament sabiħa fil-ġebla Maltija. Imma naturalment kien jonqos li jsiru l-bieba ta’ quddiem u t-twieqi talġnub li D’Amato kien għamel biex l-istatwi jidhru wkoll mill-ġnub. Tul dan iż-żmien kollu n-niċċa kienet bla bieba u allura l-istatwa kienet esposta kemm għall-elementi kif ukoll għan-nuqqas ta’ sigurtà għax kienet wisq fil-qabda.
Il-ħsieb li n-niċċa jkollha l-bieba u t-twieqi kien ilu jberren f’rasna, speċjalment wara li l-istatwa fl-2015 ġiet vandalizzata l-ewwel darba. Tajjeb tkunu tafu li San Ġużepp kellu f’subgħajh iżżgħir rużetta antika u sabiħa li qatt ma setgħet tinqala' minnu peress li kienet ingastata b’vit irqiq f'subghajh. Fuqha kien hemm l-inizjali N.P. li kulħadd kien tal-fehma li din kienet rigal talistess skultur Nazju Portelli. Ġara li xi ħadd mhux magħruf tefa’ għajnejh fuq din ir-ruzetta u tela' biex jipprova jisirqu, imma peress li ma setax joħroġha minn subgħajh, qasam subgħajh u ħadu b’kollox. Dan l-att sagrilegu qajjem aktar fostna x-xewqa li nħaffu nagħmlu l-bieba tan-niċċa biex l-istatwa tkun protetta. Bħal kull ħaġ’oħra l-akbar problema kienu l-finanzi, imma ma qtajniex qalbna. Tqabbad l-artist Jeremy
32 Festa Madonna tal-Karmnu
Cachia biex jagħmel id-disinn u nstab mastrudaxxa Għawdxi is-Sur Mario Attard permezz tas-Sur Twanny Pulè li kien il-project manager u l-inġinier tal-proġett kollu. Tajjeb ngħidu wkoll li sadanittant saru żewġ serqiet oħra billi sgassaw il-kaxxa talflus ta’ quddiem l-istatwa u anke sibna xi oġġetti wara l-istatwa peress li kienet wisq fl-idejn. Fl-okkażjoni tal-150 sena mill-proklamazzjoni tal-patroċinju ta’ San Ġużepp, il-fratellanza ħasbet biex tirrestawra l-istatwa għand Publius Magro tal-Furjana. Għal dan ir-restaw ħallas il-benefattur is-Sur Anthony Fenech li anke għen fil-proġett tanniċċa.
Il-proġett tan-niċċa beda billi ġibna perit biex nieħdu parir mingħandu dwar kif għandha ssir ilbieba. Mal-ewwel daqqa t’għajn beda t-tħassib. Ilperit kien tal-parir li maż-żewġ pilastri tal-ġebel ta’ barra ma jitwaħħlux ċappetti tal-bieba peress li ma kinux jifilhu l-piż tal-bieba peress li kienu mibnija ġebla fuq oħra. Hawn beda t-tħassib u t-telf tażżmien sakemm l-inġinier Twanny Pulè ħareġ blidea brillanti li ssir bieba bla ma mmissu xejn milistruttura tan-niċċa. Il-ħsieb kien li joħloq struttura tal-ħadid bir-roti li teħel ma' wara tal-bieba biex tkun tista’ toħroġ sħiħa u titwarrab fil-ġemb ħalli tkun tista’ tinħareġ l-istatwa. Il-mastrudaxxa s-Sur Mario Attard niżel kemm-il darba jieħu l-qisien u l-galvu tan-niċċa minħabba li hemm diversi ċinet